ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 255

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
5 ta' Awwissu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 255/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8563 — Intervias/Esso Italiana Business) ( 1 )

1

2017/C 255/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8421 — Westrock/MPS) ( 1 )

1

2017/C 255/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8312 — Panasonic Corporation/Ficosa International) ( 1 )

2

2017/C 255/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8491 — PGA Group/Groupe Bernard/CDPR) ( 1 )

2

2017/C 255/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8539 — KPS/Dexko) ( 1 )

3

2017/C 255/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8431 — Omers/AIMCo/Vue/Dalian Wanda Group/UCI Italia/JV) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 255/07

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta' Awwissu 2017)

4

2017/C 255/08

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

6

2017/C 255/09

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1418, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1417 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

7

2017/C 255/10

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

8

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 255/11

Rata tal-kambju tal-euro

9

2017/C 255/12

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Montravel (DOP))

10

2017/C 255/13

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Awwissu 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid — Ribeiras do Morrazo (IĠP)

15


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 255/14

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8563 — Intervias/Esso Italiana Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 255/01)

Fit-28 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8563. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8421 — Westrock/MPS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 255/02)

Fit-18 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8421. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8312 — Panasonic Corporation/Ficosa International)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 255/03)

Fil-21 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8312. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8491 — PGA Group/Groupe Bernard/CDPR)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 255/04)

Fil-5 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8491. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8539 — KPS/Dexko)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 255/05)

Fl-10 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8539. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8431 — Omers/AIMCo/Vue/Dalian Wanda Group/UCI Italia/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 255/06)

Fit-18 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8431. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta' Awwissu 2017)

(2017/C 255/07)

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 (1).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista.

Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.

Il-persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom). Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: COMET designations)

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3). Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sal-4 ta’ Settembru 2017.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 204, 5.8.2017, p. 3.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/6


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(2017/C 255/08)

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi 175/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża, skont il-ħtieġa, mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu f’konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1418, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1417 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2017/C 255/09)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1418 (1), u fl-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1417 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jenħtieġ li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq ikunu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (3), u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 203 I, 4.8.2017, p. 5.

(2)  ĠU L 203 I, 4.8.2017, p. 1.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(4)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/8


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2017/C 255/10)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ proċessar hi r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' proċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista' jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

e-mail: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jiġu mwieġba f'konformità mat-Taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Awwissu 2017

(2017/C 255/11)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1868

JPY

Yen Ġappuniż

130,67

DKK

Krona Daniża

7,4388

GBP

Lira Sterlina

0,90280

SEK

Krona Żvediża

9,6053

CHF

Frank Żvizzeru

1,1494

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3618

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,068

HUF

Forint Ungeriż

304,36

PLN

Zloty Pollakk

4,2410

RON

Leu Rumen

4,5635

TRY

Lira Turka

4,1903

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4888

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4920

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2782

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5928

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6097

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 334,12

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8267

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9757

HRK

Kuna Kroata

7,4070

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 791,56

MYR

Ringgit Malażjan

5,0777

PHP

Peso Filippin

59,588

RUB

Rouble Russu

71,4691

THB

Baht Tajlandiż

39,455

BRL

Real Brażiljan

3,6911

MXN

Peso Messikan

21,1344

INR

Rupi Indjan

75,5035


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Awwissu 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Montravel (DOP))

(2017/C 255/12)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Franza ressqet applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Montravel”, skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat din l-applikazzjoni u sabet li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1), kif ukoll fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huma ssodisfati.

(3)

Sabiex id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni jkunu jistgħu jsiru skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Montravel” jeħtieġ li tiġi pppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Montravel” (DOP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-artikolu jingħata għal xahrejn li jibdew jiskorru mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

“MONTRAVEL”

AOP-FR-A0923-AM01

Data tat-tressiq tal-applikazzjoni: it-22 ta’ Diċembru 2014

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 — emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-emenda

2.1.   Żona ġeografika

Fl-ewwel taqsima tal-punt IV tal-Kapitlu 1 tal-ispeċifikazzjonijiet, iż-żona ġeografika tal-produzzjoni hija mibdula: il-muniċipalità “Saint-Seurin de Prats” tneħħiet u ġew miżjuda tnejn: “Le Fleix” u “Monfaucon”. Dawn iż-żewġ muniċipalitajiet għandhom għoljiet li jkomplu maż-żona ġeografika oriġinali u għandhom profil ġeoloġiku identiku, li mhuwiex il-każ għall-muniċipalità ta’ “Saint-Seurin-de-Prats”, li jinsab kollu kemm hu fil-pjanura alluvjali tad-Dordogne.

Il-punt 6 tad-dokument uniku ġie emendat.

2.2.   Ir-roqgħa tar-raba’ demarkata

Fil-punt 2 tat-Taqsima IV tal-Kapitolu 1 dwar id-demarkazzjoni tar-roqgħa tar-raba’, tiżdied id-data tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-modifika tar-roqgħa tar-raba’ demarkata fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni definita l-ġdida. Dan irriżulta fiż-żieda tad-data tal-Kumitat Nazzjonali li ta l-approvazzjoni mal-ispeċifikazzjoni. Ta’ min ifakkar li d-demarkazzjoni tar-roqgħa tar-raba’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni, l-irqajja’ tar-raba’ tajbin għall-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata li qed tiġi meqjusa.

Id-dokument uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

2.3.   Żona fil-viċinanza immedjata

Minħabba l-emenda tad-definizzjoni taż-żona ġeografika, it-taqsima 3 tal-punt IV tal-Kapitolu 1 dwar iż-żona fil-viċinanza immedjata fejn jistgħu jsiru l-produzzjoni, l-preparazzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid, ġiet emendata. Fil-fatt, l-integrazzjoni fiż-żona ġeografika taż-żewġ muniċipalitajiet ġodda ta’ “Le Fleix” u “Monfaucon” timplika t-tneħħija tagħhom miż-żona fil-viċinanza immedjata.

Min-naħa l-oħra, il-muniċipalità ta’ “Saint-Seurin-de-Prats” li tneħħiet miż-żona ġeografika hija integrata fiż-żona fil-viċinanza immedjata, u reġgħet ġiet miżjuda mal-lista tal-muniċipalitajiet b’kunsiderazzjoni tal-prattiki eżistenti tal-produzzjoni tal-inbid.

Il-punt 9 tad-dokument uniku ġie emendat.

2.4.   Rabta mal-oriġini

Minħabba l-emenda tad-definizzjoni taż-żona ġeografika, saret korrezzjoni lill-ewwel subparagrafu tal-punt 1, “Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika” ta’ X “Rabta maż-żona ġeografika” tal-Kapitolu 1 tal-ispeċifikazzjonijiet. L-għadd ta’ muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni ġie kkoreġut: in-numru “14” ġie mibdul bin-numru: “15”.

Barra minn hekk, il-muniċipalitajiet miżjuda maż-żona ġeografika għandhom profil ġeoloġiku identiku għal dak deskritt fir-rabta mal-oriġini u, għalhekk, dan tal-aħħar ma ġiex emendat.

DOKUMENT UNIKU

1.   Denominazzjoni(jiet)

Montravel

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed bojod

Dawn l-inbejjed bojod isiru billi millinqas żewġ varjetajiet ewlenin ta’ għeneb jew inbejjed jitħalltu flimkien. Il-varjetajiet bojod ġeneralment jispikkaw minħabba d-diversità tat-taħlitiet, l-aromi eżotiċi tagħhom, il-vivaċità tagħhom, il-kwalità minerali tagħhom u t-togħma tagħhom li tibqa’ fil-ħalq. Imrobbija fuq il-karfa fina, xi drabi fi btieti tal-ballut, dawn l-inbejjed bojod mhux misjurin huma apprezzati ħafna għall-qawwa tagħhom, u fuq kollox għall-freskezza minerali li jżommu għal ħafna snin.

Is-saħħa alkoħolika naturali minima hija ta’ 10,5 %

Is-saħħa alkoħolika naturali totali hija ta’ 13 % wara l-arrikkament.

Il-kontenut taz-zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) tal-inbejjed ikun inqas minn 3 grammi kull litru.

Inbejjed ħomor

L-inbejjed ħomor isiru mit-taħlit tal-għeneb jew tal-inbejjed. Il-kulur tagħhom huwa intens u skur ħafna. Għandhom noti ta’ frott iswed u aroma kemxejn mixwija, li maż-żmien tevolvi f’noti ta’ pjanti u ħwawar. Ġeneralment, ikunu kemm potenti kif ukoll eleganti fil-ħalq, b’tanini misjura ħafna u b’finezza rimarkabbli. Huma nbejjed distinti u jistgħu jinxtorbu tajjeb ħafna wara xi snin ta’ maturazzjoni.

Is-saħħa alkoħolika naturali minima hija ta’ 11 %

Is-saħħa alkoħolika naturali totali hija ta’ 13,5 % wara l-arrikkament.

Il-kontenut massimu ta’ aċidu maliku huwa ta’ 0,4 gramma kull litru.

Il-kontenut taz-zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) tal-inbejjed ikun inqas minn 3 grammi kull litru.

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Metodi enoloġiċi essenzjali

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru. Id-distanza bejn ir-ringieli ma tistax tkun ikbar minn 2 metri u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn 0,8 metri.

Il-vinji jridu jinżabru skont il-metodu Guyot, il-metodu Cordon de Royat jew bl-użu taż-żabra qasira, b’massimu ta’ 10 blanzuni kull vinja.

L-irrigazzjoni hija pprojbita.

Metodi enoloġiċi speċifiċi

Huwa pprojbit kull trattament termiku tal-ħsad tal-għeneb għall-inbid fejn it-temperatura taqbeż l-40 °C. L-użu tal-laqx tal-injam huwa pprojbit għat-tkabbir tal-għeneb. Iż-żieda ta’ tannini hija pprojbita. Wara l-arrikkament, is-saħħa alkoħolika totali tal-inbejjed ma tistax tisboq it-13,5 % għall-inbejjed ħomor u t-13 % għall-inbejjed bojod. Barra d-dispożizzjonijiet t’hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi applikati għal dawn l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi Rurali.

b.   Rendimenti massimi

inbid aħmar

60 ettolitru għal kull ettaru

inbid abjad

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-produzzjoni, l-ipproċċessar, il-maturazzjoni, u, esklussivament għall-inbejjed ħomor, l-ibbottiljar isiru biss fit-territorju tal-muniċipalitajiet tad-dipartiment tad-Dordogne ta’ Bonneville-et-Saint-Avit-de-Fumadières, Le Fleix, Fougueyrolles, Lamothe-Montravel, Monfaucon, Montcaret, Montazeau, Montpeyroux, Nastringues, Port-Sainte-Foy-et-Ponchapt, Saint-Antoine-de-Breuilh, Saint-Méard-de-Gurçon, Saint-Michel-de-Montaigne, Saint-Vivien et Vélines

7.   Id-dwieli ewlenin tal-inbid

 

Cabernet-Sauvignon N

 

Cabernet franc N

 

Cot N

 

Muscadelle B

 

Merlot N

 

Semillon B

 

Sauvignon gris G

 

Sauvignon B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Montravel” hija differenti mill-bqija tar-reġjun ta’ Bergerac minħabba l-għamla ġeomorfoloġika taż-żrieżaq tiegħu fejn hemm saffi mikxufin tal-ġebla tal-franka “Astéries”. Iż-żona tal-irqajja’ tar-raba dermarkati hija fil-biċċa l-kbira magħmula minn irqajja’ tar-raba’ tat-tafal u tal-franka, li ma jżommux ilma, fuq il-plateau u kif ukoll fuq iż-żrieżaq li jħarsu fid-direzzjoni tan-Nofsinhar.

Ix-xewqa li jutilizzaw kemm jista’ jkun dan il-patrimonju tidher - fil-każ tal-inbejjed ħomor - minn densità ikbar tat-tħawwil milli hemm fiż-żoni l-oħra tar-reġjun tal-Bergerac, taħlita partikolari fejn tiddomina l-varjetà Merlot N; u xewqa li jiġu prodotti nbejjed li jimmaturaw tajjeb fuq perjodu twil. Dan isir filwaqt li jiġu pprojbiti prattiki bħall-użu tal-laqx tal-injam matul il-maturazzjoni tal-inbejjed, iż-żieda tat-tannini, it-trattament bis-sħana tal-ħsad fejn it-temperatura togħla iktar minn 40 °C u wkoll l-użu tal-magni tal-pressa kontinwa jew kontenituri b’pompi bil-paletti.

L-inbejjed ħomor jiġu mmaturati għal millinqas 18-il xahar, li minnhom minimu ta’ tliet xhur għandhom ikunu fil-flixkun. Il-kulur tagħhom huwa intens u skur ħafna. Għandhom noti ta’ frott iswed u aroma kemxejn mixwija, li maż-żmien tevolvi f’noti ta’ pjanti u ħwawar. Ġeneralment, ikunu kemm potenti kif ukoll eleganti fil-ħalq, b’tanini misjura ħafna u b’finezza rimarkabbli. Għalkemm dawn l-inbejjed ħomor jistgħu jinxtorbu fl-ewwel snin minħabba l-freskezza u t-togħma ta’ frott tagħhom, dawn huma inbejjed distinti u, wara xi snin ta’ maturazzjoni, ikollhom espressjoni sabiħa. Bl-inklużjoni fil-kundizzjonijiet ta’ perjodu ta’ maturazzjoni fil-flixkun fiż-żona ġeografika definita u fiż-żona fil-viċinanza immedjata, il-komunità qed tipprova tħares il-kwalità u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott u, għalhekk, ir-reputazzjoni tad-denonominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

Għall-inbejjed bojod mhux misjura, minħabba l-klima oċeanika, li dejjem ikollha livell għoli ta’ umdità, u minħabba t-tafal li hemm fil-ħamrija, huwa possibbli li jiġi evitat l-istress tan-nixfa u l-perjodi ta’ sħana fis-sajf sabiex b’hekk l-għenba tilħaq issir sal-punt ottimali. Dawn l-inbejjed jiġu prodotti minn taħlita ta’ varjetajiet, b’varjetajiet dominanti bħal Sémillon B and Sauvignon B jewSauvignon Gris G. Dawn il-varjetajiet bojod ġeneralment jispikkaw minħabba d-diversità tat-taħlitiet, l-aromi eżotiċi tagħhom, il-vivaċità tagħhom, il-kwalità minerali tagħhom u t-togħma tagħhom li tibqa’ fil-ħalq. Imrobbija fuq il-karfa fina, xi drabi fi btieti tal-ballut, dawn l-inbejjed bojod mhux misjurin huma apprezzati ħafna għall-qawwa tagħhom, u fuq kollox għall-freskezza minerali li jżommu għal ħafna snin.

L-eqdem referenza għat-tradizzjoni tal-inbid f’Montravel tmur lura għall-1080, meta l-Benedittini mill-monasteru ta’ Saint-Florent de Saumur ġew joqogħdu f’Montcaret, Breuilh, Bonneville u Montravel. Hemmhekk, huma ħadmu l-art mhux ikkultivata biex ikabbru d-dwieli u l-qamħ, iż-żewġ prodotti li jiġu kkonsagrati fil-quddiesa.

L-aktar produttur famuż tal-“Montravel” huwa bla dubju l-filosfu Michel Eyquem de Montaigne, li kien is-sindku ta’ Bordeaux u li d-dwieli tiegħu kienu jaslu sat-torri fejn kien iħobb imur jikteb għall-kwiet: “Id-dwieli li huma ġonna, u postijiet li jagħtu gost u li għandhom sbuħija kbira u fejn tgħallimt sa liema punt tista’ tuża l-ħila f’post li huwa mħarbat, immewweġ u mħattab.”

Fl-1903, Edouard Féret, li kien l-editur tal-ktieb “Bergerac u l-inbejjed tiegħu”, għamel l-osservazzjonijiet li ġejjin dwar iż-żona ġeografika ta’ “Montravel”: “L-inbejjed il-ħomor huma robusti, vibranti u ċari fit-togħma u ċerti nbejjed jixbħu ħafna l-inbejjed eċċellenti ta’ Castillon.”

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Montravel”, permezz tal-kapitali storika u s-siti speċjali tagħha, hija għalhekk xhieda ta’ konnessjoni profonda mal-produzzjoni tal-inbid. Kemm l-inbejjed bojod kif ukoll l-inbejjed ħomor, fil-biċċa l-kbira mibjugħa bil-fliexken, għandhom l-għeruq f’territorju li fih il-komunità umana użat l-għarfien tagħha u ħadmet biex ittejjeb prodott oriġinali u personali li jgawdi minn reputazzjoni mistħoqqa.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplementari

Derogi dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, definita bid-deroga għall-produzzjoni, għall-ipproċessar, għall-maturazzjoni, u, esklussivament għall-inbejjed ħomor, l-ibbottiljar, hija rrappreżentata mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

id-Dipartiment ta’ Dordogne: Bergerac, Saint-Laurent-des-Vignes, Saint-Seurin-de-Prats

id-Dipartiment tal-Gironde: Francs, Gardegan-et-Tourtirac, Gensac, Landerrouat, Les Lèveset-Thoumeyragues, Pineuilh, Saint-Avit-Saint-Nazaire u Saint-Emilion.

Unità ġeografika usa’

Qafas legali

Leġiżlazzjoni Nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplementari

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata “Montravel” jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa’ ta’ “Sud-Ouest”. Din l-unità ġeografika usa’ tista’ tidher ukoll fuq kwalunkwe fuljett jew reċipjent. Id-daqs tal-ittri għall-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, fl-għoli jew fil-wisa’, mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata.

Ibbottiljar

Qafas legali

Leġiżlazzjoni Nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplementari

L-ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

L-inbejjed ħomor jiġu mmaturati millinqas sal-31 ta’ Marzu tat-tieni sena wara dik tal-ħsad u, minn dan iż-żmien, ikun hemm minimu ta’ tliet xhur fil-fliexken.

Referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-0d52a671-4b5e-4158-ab9f-a37fc2394688


5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Awwissu 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid

“Ribeiras do Morrazo” (IĠP)

(2017/C 255/13)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja bagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Ribeiras do Morrazo” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu d-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li saret matul il-proċedura preliminari nazzjonali għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Ribeiras do Morrazo” jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-dokument uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni għall-isem “Ribeiras do Morrazo” (IĠP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“RIBEIRAS DO MORRAZO”

PGI-ES-02238

Id-data tal-applikazzjoni: 24.11.2016

1.   Isem/ismijiet li se jiġi/u rreġistrat/i

Ribeiras do Morrazo

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid abjad

Inbid mhux ħelu, friskanti u ma jkemmixx, nadif u liemi b’aroma distintiva fejn jistgħu jingħarfu l-karatteristiċi tal-materja prima magħmul minnha. Għandu qawwa alkoħolika moderata, aroma florali u ta’ frott, aċidità tajba u bbilanċjata. L-aroma hija intensa u qawwija.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum):

11,5

L-aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

17,9

It-total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru):

200

Inbid aħmar

Inbid mhux ħelu, friskanti u ma jkemmixx, nadif u liemi b’aroma distintiva fejn jistgħu jingħarfu l-karatteristiċi tal-materja prima magħmul minnha. Għandu qawwa alkoħolika moderata, aroma florali u ta’ frott, aċidità tajba u bbilanċjata. Fl-apparenza huwa inbid skur ħafna.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

10

L-aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

17,9

It-total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru):

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Il-prattiki enoloġiċi essenzjali

Il-prattika tal-kultivazzjoni

Meta jinqata’, l-għeneb irid jitpoġġa f’ċestuni apposta jew f’kontenituri oħra awtorizzati mill-awtorità kompetenti.

Il-prattika enoloġika speċifika

Il-produzzjoni massima tal-inbid trid tkun 68 litru għal kull 100 kilo ta’ għeneb.

b.   Il-produzzjoni massima

Varjetajiet bojod

10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet bojod

68 hl/ha

Varjetajiet ħomor

8 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet ħomor

54,4 hl/ha

6.   Żona demarkata

Art adattata għall-produzzjoni tal-għeneb, f’għoli inqas minn 300 metru fil-muniċipalitajiet ta’ Bueu, Cangas, Marín, Moaña, Poio, Pontevedra, Redondela u Vilaboa; li kollha jinsabu fil-provinċja ta’ Pontevedra fil-Komunità awtonoma ta’ Galicia.

7.   Id-dwieli ewlenin tal-inbid

 

Branco Lexitimo sinonima ma’: Albarin Blanco

 

Caiño Tinto

 

Caiño Blanco

 

Brancellao

 

Albariño

 

Mencia

 

Godello

 

Espadeiro

 

Pedral

 

Loureiro Tinto

 

Loureira

 

Souson

 

Treixadura

 

Torrontes

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona għandha klima umda u oċeanika, b’2 100 siegħa ta’ xemx fis-sena, temperaturi moderati u medda żgħira ta’ temperatura (bejn 7,3 °C u 25,7 °C) matul iż-żmien tat-tkabbir. Fix-xitwa, it-temperaturi jkunu għoljin u filwaqt li jkun hemm nuqqas kważi totali ta’ ġlata, tagħmel bejn 1 300 mm u 1 800 mm ta’ xita. Iż-żona hija protetta minn bosta formazzjonijiet muntajużi, li jirriżultaw f’inqas xita matul is-sajf. Dan, flimkien mat-temperaturi pjuttost għoljin tas-sajf, jipproduċu livell għoli ta’ evapotraspirazzjoni. B’riżultat ta’ dan, hemm aspett Mediterranju li jinħass ħafna f’dak iż-żmien tas-sena, b’temperaturi medji ta’ madwar 18 °C. Dan ċertament li jiffavorixxi l-kultivazzjoni tad-dwieli.

Din hija żona kostali, fejn id-dwieli jiġu kkultivati fuq l-għoljiet, b’inklinazzjonijiet ħfief u protetti, kważi dejjem f’inqas minn 150 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Il-ħamrija ħafna drabi hija moderatament aċidika u permeabbli, b’kapaċità baxxa biex iżżomm l-ilma u b’kontenut organiku limitat fis-saff ta’ fuq. Il-ħamrija hija pjuttost antika, fonda mhux ħażin u msaħħna sew mix-xemx. Dan ukoll jagħmel il-ħamrija adattata għat-tkabbir. Is-substrat litoloġiku huwa fil-parti l-kbira magħmul minn ġebel granitiku mill-perjodu Ersinjan u ġebel sedimentari xi ftit metamorfosizzat. Hemm ammont moderat ta’ materjal mhux raffinat, li jagħmel il-ħamrija permeabbli ħafna u faċli biex tinħadem. L-aktar tipi ta’ ħamrija komuni huma dik ramlija ġulġliena jew ġulġliena, b’sawra fina, infiltrazzjoni tal-ilma tajba u ossiġenazzjoni perfetta. Barra minn hekk, din il-ħamrija hija ratba u ftit aċidika, b’mod partikolari fl-inklinazzjonijiet baxxi. Dawn il-kwalitajiet jagħmluha adattata biex jitkabbar għeneb tal-aqwa kwalità.

L-inbejjed huma friskanti, b’qawwa alkoħolika bbilanċjata. L-inbejjed bojod għandhom tonalitajiet sofor dehbin brillanti, u riħa distinta florali u ta’ frott. Fuq il-palat huma ħfief u friskanti, b’potenzjal aromatiku tajjeb u jħallu togħma ħafifa ta’ ċitru fil-ħalq. Bħala kulur, l-inbejjed ħomor għandhom intensità medja, b’tonalitajiet ta’ aħmar lewn iċ-ċirasa u daqqiet jagħtu fil-vjola. Għandhom struttura medja u ma jkemmxux, b’riħa ta’ frott aħmar u frott tal-bosk, u jħallu nota tannika fl-aħħar.

L-inbejjed huma riflessjoni ċara tal-effetti tat-temperatura, tax-xita u tal-kundizzjonijiet agronomiċi, li magħhom wieħed irid iżid l-effetti tal-intervent tal-bniedem. Dan jidher mill-varjetajiet adattati sew li jintużaw (li kollha huma varjetajiet nattivi adattati għal dan l-ambjent), u miż-żrigħ tad-dwieli f’żoni esposti sew b’ħamrija sħuna u permeabbli jew f’kundizzjonijiet partikolari bħal f’ħamrija ramlija u tal-għaram jew fl-inklinazzjonijiet tal-blat granitiku li huma karatteristiċi għal din iż-żona ġeografika. Is-sistemi tradizzjonali tal-kultivazzjoni u taż-żbir ħolqu dwieli baxxi b’densità għolja, għaldaqstant esposti aħjar għall-influwenza tal-baħar. Dawn il-kundizzjoniet kollha jagħtu laqta bbilanċjata u armonjuża lill-inbejjed li joħorġu minn din iż-żona, inbejjed b’espressjoni aromatika eċċellenti u bi kwalitajiet tajba ferm għall-konservazzjoni.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

L-ippakkjar fiż-żona definita

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed iridu jkunu prodotti u bbottiljati fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni definita. It-trasport u l-ibbottiljar barra miż-żona tal-produzzjoni joffru riskju għall-kwalità tal-inbid, li jidher fil-fenomeni tat-tnaqqis fl-ossidu, fil-varjazzjoni fit-temperaturi u f’affarijiet oħra. Ir-riskju jsir aktar serju hekk kif tikber id-distanza miż-żona tal-produzzjoni. L-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini jippermetti li l-karatteristiki u l-kwalitajiet tal-prodott jiġu ppriservati. Dan, flimkien mal-esperjenza u l-għarfien kbir dwar il-kwalitajiet partikolari tal-inbejjed, li bnew il-produtturi lokali matul is-snin, jagħmlu l-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini neċessità. Hekk jiġu kkonservati l-karatteristiċi fiżikokemikali u organolettiċi ta’ dawn l-inbejjed.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Il-fliexken kollha għandu jkollhom tikketta nnumerata, pprovduta mill-awtorità ta’ kontroll, li għandha titwaħħal fil-fabbrika tal-inbid stess. Din it-tikketta trid tinkludi l-logo bl-indikazzjoni ġeografika, li tidher fl-Anness II tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://mediorural.xunta.gal/uploads/media/Pliego_Condiciones_Ribeiras_do_Morrazo_abril_2016_C.pdf


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/19


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 255/14)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET PROTETTI TAL-ORIĠINI/INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“ARANCIA DEL GARGANO”

Nru tal-UE: PGI-IT-02283 — 24.1.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio di Tutela dell’Arancia del Gargano IGP e del Limone Femminello del Gargano IGP

Via Varano, 11

71012 Rodi Garganico (FG)

ITALIA

Email: garganoagrumi@pec.it

L-assoċjazzjoni għall-protezzjoni “Consorzio di Tutela dell’Arancia del Gargano IGP e del Limone Femminello del Gargano IGP” hi intitolata tippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda(i)

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [Adattament tekniku, kontrolli, logo]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal- Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

—   l-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

1.

Dan li ġej jiżdied mad-deskrizzjoni tal-“Arancia del Gargano” (IĠP) — il-varjetà Biondo Comune del Gargano:

“Għal larinġ maħsub esklussivament għall-ipproċessar, id-dijametru minimu huwa 50 mm.”

It-tnaqqis fid-dijametru minimu minn 60 mm għal 50 mm hu propost biss għal frott maħsub għall-ipproċessar. L-emenda tippermetti lill-produtturi li fis-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-IĠP jinkludu l-varjazzjonijiet kollha tal-kultivar Biondo Comune li tipikament jitkabbru. Il-bidla ma għandha l-ebda effett fuq il-karatteristiċi tal-prodott maħsub għall-konsumatur aħħari.

Metodu ta’ produzzjoni

—   l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

2.

Is-sentenza fil-paragrafu 5.2 “Salvaġġ”:

“Is-salvaġġ, skont it-tradizzjoni agronomika, hu ‘melangolo’ (citrus mearda), iċċertifikat bħala tali taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli.”

hi emendata kif ġej:

“Is-salvaġġ, skont it-tradizzjoni agronomika, hu ‘melangolo’ (Citrus x aurantium L), sostitwibbli bħala alternattiv minn slavaġ oħra li madankollu huma ċċertifikati taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli.”

L-iskop ta’ din il-proposta l-ewwel nett hu li jiġi kkoreġut it-terminu użat fl-ispeċifikazzjoni l-antika biex tiġi speċifikata l-ispeċi botanika tas-salvaġġ li tikkorrispondi għall-isem komuni (“melangolo”). Fl-ispeċifikazzjoni l-qadima, l-isem xjentifiku għal “melangolo” jingħata b’mod żbaljat bħala citrus mearda, filwaqt li Citrus x aurantium L, xjentifikament rikonoxxut u stabbilit bħala ibridu, issa hu kkunsidrat bħala aktar preċiż. It-tieni nett, il-kliem “sostitwibbli bħala alternattiva minn slavaġ oħra li madankollu huma ċċertifikati taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli” jiżdied għaliex il-koltivaturi jeħtieġ li jkunu kapaċi jużaw slavaġ oħra, meta jitqies in-nuqqas ta’ disponibbiltà li dejjem jikber ta’ slavaġ tal-larinġ tal-bakkaljaw.

3.

Is-sentenza fil-paragrafu 5.5 “Kura tal-għelejjel”:

“It-tħaddim tal-ħamrija hu limitat għall-għażiq u t-tħejjija tar-rebbiegħa, fejn ġeneralment tkun għadha bid-demel tal-mogħoż u n-nagħaġ;”

hi emendata kif ġej:

“It-tħaddim tal-ħamrija hu limitat għall-għażiq u għat-tħejjija tar-rebbiegħa, fejn ġeneralment tkun għadha bil-fertilizzant organiku;”

Is-sostituzzjoni tal-kliem “ġeneralment tkun għadha bid-demel tal-mogħoż u n-nagħaġ” tirrifletti l-ħtieġa li l-użu tal-fertilizzant organiku jiġi speċifikat, iżda mingħajr ma tiġi speċifikata aktar in-natura tiegħu. It-tnaqqis gradwali fin-numru tal-irziezet tan-nagħaġ u tal-mogħoż minn meta tfasslet l-ispeċifikazzjoni jfisser li hu diffiċli li jinstab demel tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

4.

Is-sentenza fil-paragrafu 5.5 “Kura tal-għelejjel”:

“Il-kura tal-għelejjel tkompli bi protezzjoni kontra l-maltemp, bl-użu ta’ windbreaks, u kontra l-pesti, prinċipalment insetti coccoidea (scale insects), li joħolqu l-problema ta’ moffa bil-ġmied.”

hi emendata kif ġej:

“Il-kura tal-għelejjel tkompli bi protezzjoni kontra l-maltemp, bl-użu ta’ windbreaks, u kontra l-pesti.”

L-emenda hi meħtieġa biex l-ispeċifikazzjoni tiġi aġġornata. Il-ħsara mill-pesti ma tinħoloqx biss “prinċipalment” mill-insetti coccoidea (scale insects) u mill-moffa bil-ġmied, iżda minn firxa dejjem tikber ta’ pesti li l-koltivaturi taċ-ċitru jridu jaffaċċjaw kontinwament. Il-kelma “meteoriche”, li ovvjament hi żball, ġiet korretta wkoll. [Din il-korrezzjoni ma tapplikax għat-traduzzjoni Ingliża.]

5.

Is-sentenza fil-paragrafu 5.6 “Rendiment”:

“Ir-rendiment ma jistax jaqbeż it-30 tunnellata għal kull ettaru għall-Biondo Comune del Gargano u l-25 tunnellata għal kull ettaru għall-ekotip lokali Duretta del Gargano.”

hi emendata kif ġej:

“Ir-rendiment ma jistax jaqbeż it-30 tunnellata għal kull ettaru għall-Biondo Comune del Gargano u l-25 tunnellata għal kull ettaru għall-kultivar lokali Duretta del Gargano.”

It-terminu “ekotip lokali” hu sostitwit b’“kultivar lokali”. Skont għarfien agronomiku ġdid, “Duretta del Gargano” hu kklassifikat bħala kultivar.

Tikkettar

—   l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

6.

Il-paragrafu:

“F’konformità mar-regoli ġenerali u metroloġiċi tal-kummerċ fil-frott u l-ħxejjex friski, il-prodott jista’ jitqiegħed fis-suq:

1.

Bl-ingrossa, u kull frotta għandu jkollha l-logo tal-IĠP ‘Arancia del Gargano’.

2.

F’pakketti, jiġifieri mgeżwra, u mill-inqas 80 % tal-frott fil-pakkett għandu jkollu l-logo.

Jekk il-frott ikun imballat, il-kontenituri għandhom ikunu riġidi, b’kapaċità ta’ bejn 1 kg u 25 kg, u għandhom ikunu magħmula minn materjal ta’ oriġini veġetali, bħall-injam jew il-kartun. Il-pakketti kummerċjali għandu jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin: ‘Arancia del Gargano’, segwita bl-isem tal-ekotip mibjugħ, ‘Biondo Comune’ jew ‘Duretta’”.

hu emendat kif ġej:

“F’konformità mar-regoli ġenerali u metroloġiċi tal-kummerċ fil-frott u l-ħxejjex friski, il-prodott jista’ jitqiegħed fis-suq:

1.

F’pakketti, u mill-inqas 80 % tal-frott fil-pakkett għandu jkollu stiker jew ikun imgeżwer. Il-kontenituri għandhom ikunu riġidi, b’kapaċità ta’ bejn 1 kg u 25 kg, u għandhom ikunu magħmula minn materjal ta’ oriġini veġetali, bħall-injam jew il-kartun.

2.

Għal larinġ ta’ daqs 9 sa 13 maħsub għall-ipproċessar, mhumiex obbligatorji stikers individwali. F’kull każ, il-pakketti jew l-imballaġġ, inklużi xbieki u imballaġġ simili, apparti l-informazzjoni meħtieġa bil-liġi, għandu jkollhom il-kelmiet ‘Arancia del Gargano IĠP għall-ipproċessar’, f’karattri ċari u li ma jistgħux jitħassru u li jkunu jistgħu jintgħarfu faċilment minn kwalunkwe kitba oħra.

Il-pakketti msemmija f’(1) hawn fuq għandu jkollhom fuqhom l-indikazzjonijiet li ġejjin:

‘Arancia del Gargano’, segwita bl-isem tal-kultivar mibjugħ, “Biondo Comune” jew “Duretta”;

il-logo;

l-akronimu IĠP (jew il-kelmiet sħaħ);

l-isem tal-produttur/kummerċjant, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz ta’ min jippakkja, il-piż nett kif mibjugħ.”

It-tneħħija tal-kategorija “laxki”, fejn kull frotta għandu jkollha l-logo tal-IĠP, kienet mitluba mill-operaturi minħabba l-ispiża u l-ħin meħtieġa biex il-logo tal-IĠP jitpoġġa fuq kull larinġa individwali. It-tħejjija tal-larinġ għall-bejgħ ħafna drabi ssir manwalment minn negozji żgħar tal-familja. Għaldaqstant, ġie deċiż li l-bejgħ tal-frott jingħata biss “f’pakketti”, filwaqt li jiġi garantit li mill-inqas 80 % jkollu stiker. Il-limitu ta’ 80 % jkopri wkoll frott imgeżwer individwalment.

Is-sostituzzjoni tat-terminu “ekotip” b’“kultivar” hi konformi mal-emenda taħt il-punt 5 hawn fuq.

Ġew introdotti dispożizzjonijiet speċifiċi għal larinġ maħsub għall-ipproċessar. Hemm bżonn ta' punt 2 ġdid minħabba l-ħtieġa li l-frott ta’ daqs 9 sa 13 jiġi sfruttat kummerċjalment mingħajr il-ħtieġa li l-produtturi japplikaw stikers, meta jitqies li l-frott hu għall-ipproċessar. Sabiex jiġu protetti l-oriġini u t-traċċabbiltà tal-frott, fuq il-pakketti jew l-imballaġġ użati għandu jintwera l-isem tal-IĠP “Arancia del Gargano” segwit mill-kelmiet “għall-ipproċessar”.

7.

Il-paragrafu finali dwar utenti tal-isem tal-IĠP “Arancia del Gargano” fi prodotti pproċessati:

“Utenti tal-prodott ta’ denominazzjoni protetta jiġu awtorizzati mid-detenturi tad-dritt tal-proprjetà intellettwali kkonċernat, jingħaqdu flimkien f’sindakat u jingħataw rwol ta’ superviżjoni mill-Ministeru tal-Politika Agrikola. Dan is-sindakat ser ikun responsabbli għar-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tal-użu korrett tad-denominazzjoni protetta. Fin-nuqqas ta’ sindakat ta’ superviżjoni, dawn il-funzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Ministeru għall-Politika Agrikola u l-Forestrija, bħala l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.”

tħassar minħabba li mhuwiex rilevanti għall-kontenut tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Oħrajn

Adattament tekniku

—   l-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

8.

Is-sentenza:

“Mill-perspettiva tal-ġeografija tal-pjanti, iż-żona, li hi għammiela u fertili, taqa’ fi ħdan il-marġini ta’ veġetazzjoni li tista’ tiġi kklassifikata bħala “quercino ilicis” żviluppata ħafna.”

hu emendat kif ġej:

“L-ambjent jista’ jiġi deskritt kif ġej: klima fil-firxa tal-makrobijoklima ‘Mediterranja’, b’bijoklima meso-Mediterranja (termotip meso-Mediterranju ta’ fuq u ombrotip subumidu ta’ isfel).”

Is-sentenza jeħtieġ li tinbidel peress li l-ambjent ta' kultivazzjoni jeħtieġ li jiġi deskritt b’lingwaġġ tekniku u xjentifiku aktar xieraq, konformi mal-avvanzi fl-għarfien klimatoloġiku dwar il-Gargano.

Kontrolli

9.

Ġew aġġornati r-referenzi legali għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

10.

Fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jiġu inklużi referenzi għall-korp ta’ spezzjoni responsabbli biex jiċċekkja l-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Logo

Hawn taħt hawn il-logo tal-prodott, li jidher fil-punt 3.6 tad-dokument uniku.

Image

DOKUMENT UNIKU

“ARANCIA DEL GARGANO”

Nru tal-UE: PGI-IT-02283 — 24.1.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Arancia del Gargano”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.6: frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Frott frisk tal-ekotipi Biondo Comune del Gargano jew Duretta del Gargano, lokalment magħruf bħala “arancia tosta”.

Il-karatteristiċi ewlenin ta’ “Arancia del Gargano” huma kif ġej:

Biondo Comune del Gargano:

sferiku jew fil-forma ta’ lanġasa;

il-qoxra hi pjuttost irqiqa, iebsa b’konsistenza relattivament lixxa u b’kulur isfar dehbi jgħajjat;

dijametru minimu fiċ-ċentru 60 mm;

rendiment minimu tal-meraq, mgħaffeġ bl-idejn, 35 %

Il-pith hi ratba b’aderenza medja. It-tul tal-karpelli hu irregolari, medju u nofsu mimli. Il-polpa u l-meraq huma sofor-oranġjo fil-kulur, b’kontenut taz-zokkor ta’ mhux inqas minn 9 %, b’aċidità inqas minn 1,2 %, b’livell taz-zokkor Brix ta’ mill-inqas 10 % u b’indiċi ta’ maturità (proporzjon bejn gradi Brix u aċidu ċitriku) ta’ mill-inqas 6.

Għal larinġ maħsub esklussivament għall-ipproċessar, id-dijametru minimu huwa 50 mm.

Arancia duretta:

tonda jew ovali, magħrufa lokalment bħala duretta tonda jew a viso lungo rispettivament;

il-qoxra hi oranġjo ċar, li tvarja fl-intensità, lixxa ħafna b’papilli fini;

il-polpa għandha konsistenza fina b’vesicae żgħira b’lewn ambru, tipikament tqarmeċ, b’ftit li xejn żerriegħa jew mingħajrha u b’livell ta' aċidità ta' inqas minn 1,2 %;

dijametru medju fiċ-ċentru 55-60 mm;

rendiment minimu tal-meraq, mgħaffeġ bl-idejn, 35 %;

kontenut taz-zokkor ta’ mhux inqas minn 10 %;

mill-inqas 11 % Brix u indiċi ta’ maturità (Brix/aċidu ċitriku) ta’ mhux inqas minn 6,2.

Frott taż-żewġ tipi ta’ hawn fuq għandu jkun tqil, li jiżen mill-inqas 100 g, b’qoxra ta' kulur uniformi u b’kulur aħdar jgħajjat fil-bażi tal-pedunkulu.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha fil-produzzjoni tal-“Arancia del Gargano” jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-frott jiġi maħsud bl-idejn bl-għajnuna tal-imqassijiet.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

F’konformità mar-regoli ġenerali u metroloġiċi tal-kummerċ fil-frott u l-ħxejjex friski, il-prodott jista’ jitqiegħed fis-suq:

1.

F’pakketti, u mill-inqas 80 % tal-frott fil-pakkett għandu jkollu stiker jew ikun imgeżwer. Il-kontenituri għandhom ikunu riġidi, b’kapaċità ta’ bejn 1 kg u 25 kg, u għandhom ikunu magħmula minn materjal ta’ oriġini veġetali, bħall-injam jew il-kartun.

2.

Għal larinġ ta’ daqs 9 sa 13 maħsub għall-ipproċessar, mhumiex obbligatorji stikers individwali. F’kull każ, il-pakketti jew l-imballaġġ, inklużi xbieki u imballaġġ simili, apparti l-informazzjoni meħtieġa bil-liġi, għandu jkollhom il-kelmiet “Arancia del Gargano IĠP għall-ipproċessar”, b’ittri ċari u li ma jistgħux jitħassru u li jkunu jistgħu jintgħarfu faċilment minn kwalunkwe kitba oħra.

Sabiex jiġu żgurati t-traċċabilità u l-kontroll, iż-żona ġeografika rilevanti għall-imballaġġ hi ż-żona tal-produzzjoni indikata fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-pakketti għandu jkollhom fuqhom l-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Arancia del Gargano”, segwita bl-isem tal-kultivar mibjugħ, “Biondo Comune” jew “Duretta”;

L-akronimu IĠP (jew il-kelmiet sħaħ);

L-isem tal-produttur/kummerċjant, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz ta’ min jippakkja, il-piż nett kif mibjugħ;

Il-logo:

Image

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni u tal-ippakkjar tinsab fil-provinċja ta’ Foggia (ir-Reġjun ta’ Apulia) u tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Vico del Gargano, Ischitella u Rodi Garganico, speċifikament taqsima tal-parti tat-Tramuntana tal-promontorju tal-Gargano — parti kostali u parti subkostali — minn Vico del Gargano u Rodi Garganico sa Ischitella.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-applikazzjoni biex tiġi rreġistrata din l-IĠP hi bbażata fuq ir-reputazzjoni indiskutibbli ta’ dan il-frott taċ-ċitru.

Il-klima lokali fejn il-frott jikber tagħtih karatteristiċi kwalitattivi apprezzabbli. L-ewwel nett, il-klima mhix sħuna żżejjed, li tiskoraġġixxi t-tkabbir ta’ mard serju tal-frott jew tas-siġar. It-tieni nett, għal darb’oħra b'rabta mal-klima, hu l-perjodu tal-maturazzjoni li jagħti lill-frott miż-żona ta’ Gargano l-karatteristiċi awtentiċi tiegħu; ma jimmaturax f’Jannar, Frar jew Marzu, iżda tard fl-aħħar ta’ April sa Mejju u anki sa Awwissu, diversi xhur wara l-perjodu tal-maturazzjoni tal-frott taċ-ċitru fiż-żoni l-oħra kollha fl-Italja. It-tielet aspett, li għandu l-istess importanza, hu l-kapaċità għolja tal-preservazzjoni tiegħu, li fil-passat ippermettiet li l-“Arancia del Gargano” tinġarr għal 30 jew anki 40 jum biex tasal intatta f’Chicago jew New York.

Minbarra l-kwalitajiet organolettiċi uniċi tal-“Arancia del Gargano” u d-daqs partikolari tagħha, fattur essenzjali għall-firxa u r-reputazzjoni ta’ dan il-frott taċ-ċitru hu t-taħlita tal-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija fiż-żona tal-produzzjoni (art ħamra kalkaruża, rikka fil-ħadid u l-manganiż, li ħafna minnha tiżżerżaq mill-ġnub tal-widien jew, f'taqsimiet, mill-qiegħ tal-widien, esponiment għal irjieħ kesħin li joħolqu tnaqqis f'daqqa fit-temperatura), u permezz tal-ħidma kostanti tal-bniedem fuq l-art, li maż-żmien bena patrimonju importanti ta’ għarfien espert agronomiku.

Ir-reputazzjoni tal-“Arancia del Gargano” tmur lil hinn mill-fruntieri reġjonali sa mill-antikità u ssemmiet fix-xogħlijiet ta’ diversi awturi, inkluż Gabriele d’Annunzio nnifsu. Mill-1700, il-frott taċ-ċitru mill-peniżola tal-Gargano kien il-fokus ta’ purċissjoni li għadha ssir sal-lum il-ġurnata, kull sena fi Frar, biex tagħti unur lil San Valentinu, il-qaddis patrun tal-imsaġar taċ-ċitru u li matulha jitbierku s-siġar u l-frott tal-larinġ u l-lumi. Inżammu diversi rekords, ritratti, posters u reklami biex juru r-reputazzjoni eċċezzjonali — anki internazzjonalment — ta’ din il-frotta unika mill-Gargano.

L-ewwel referenzi storiċi dwar it-tkabbir taċ-ċitru fiż-żona jmorru lura għall-1003, bis-saħħa ta’ Melo, il-prinċep ta’ Bari, li bagħat “pomi citrini” lokali lin-Normandija, ekwivalenti għall-melangolo (larinġ tal-bakkaljaw) biex juri lin-Normanni l-produzzjoni rikka tar-reġjun tal-Gargano. Matul is-seklu 17, il-muniċipalitajiet ta’ Vico del Gargano u ta' Rodi Garganico nnegozjaw kwantitajiet kbar ta’ frott taċ-ċitru mal-Venezjani. Dan il-livell għoli ta’ kummerċ kompla fis-seklu 19, u r-reputazzjoni tal-“Arancia del Gargano” saħansitra laħqet pajjiżi Ewropej oħra u l-Amerka.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta' oppożizzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għall-emendar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-IĠP “Arancia del Gargano” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 283 tat-3 ta’ Diċembru 2016. It-test konsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jista’ jiġi kkonsultat fuq is-sit web li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti DOP e IGP” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara jikklikkja fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (fin-naħa tax-xellug tal-iskrin) u finalment fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.