|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 251/01 |
||
|
2017/C 251/02 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 251/03 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 251/04 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 251/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8567 — APG/Portafoll) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 251/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8545 — Bain Capital Investors/REIFF Tyre) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 251/07 |
||
|
2017/C 251/08 |
||
|
2017/C 251/09 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/1 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta’ Awwissu 2017
Rata tal-kambju tal-euro (2)
L-1 ta’ Awwissu 2017
(2017/C 251/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1812 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,53 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4369 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89440 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5563 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1414 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3343 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,132 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
303,60 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2563 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5596 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,1602 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4813 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4737 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2284 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5813 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6042 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 325,50 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,6922 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9371 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4090 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 738,31 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0620 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,508 |
|
RUB |
Rouble Russu |
71,1750 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,322 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,6880 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,0023 |
|
INR |
Rupi Indjan |
75,7145 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
2.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Awwissu 2017
dwar il-konklużjoni tal-emendi tal-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b’Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta’ Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew
(2017/C 251/02)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-approvazzjoni tal-Kunsill,
Billi:
|
(1) |
Jenħtieġ li jiġu konklużi l-emendi tal-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b’Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta’ Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-emendi tal-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b’Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta’ Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew b’dan huma approvati f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. It-test tal-emendi msemmija hawn fuq huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kummissarju responsabbli għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija, jew id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-Enerġija, jew ir-rappreżentant maħtur tiegħu, b’dan huma awtorizzati jiffirmaw l-emendi u jwettqu l-passi kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-emendi, li se jiġu konklużi f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Il-paragrafu I tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Salvagwardji”) huwa emendat sabiex jinqara kif ġej:
|
“I. |
|
Il-paragrafu I tal-Protokoll 2 tal-Ftehim dwar is-Salvagwardji huwa emendat sabiex jinqara kif ġej:
|
“I. |
Fil-mument li l-Komunità tinnotifika lill-Aġenzija skont it-Taqsima 1(C) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim li hemm materjal nukleari f'attivitajiet nukleari paċifiċi fit-territorji Franċiżi tal-Protokoll I fi kwantitajiet li jaqbżu l-limiti msemmija fit-Taqsima 1(A)(1) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, jew li d-deċiżjoni tkun ittieħdet biex jinbena jew jiġi awtorizzat il-bini ta' faċilità, kif definit fid-Definizzjonijiet, fit-territorji Franċiżi tal-Protokoll I, kif imsemmi fit-Taqsima 1(A)(2) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel, għandu jiġi miftiehem Protokoll għal proċeduri għall-kooperazzjoni fl-applikazzjoni tas-salvagwardji previsti fil-Ftehim bejn Franza, il-Komunità u l-Aġenzija. Dawn il-proċeduri se jamplifikaw ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim u, b'mod partikolari, jispeċifikaw il-kundizzjonijiet u l-mezzi skont liema l-kooperazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi implimentata b'tali mod sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-attivitajiet ta' salvagwardja. Il-proċeduri għandhom ikunu, safejn huwa prattikabbli, ibbażati fuq dawk li dak iż-żmien kienu fis-seħħ skont il-Protokolli għal ftehimiet tas-salvagwardji oħra, jew arranġamenti sussidjarji tagħhom, bejn l-Istati Membri tal-Komunità, il-Komunità u l-Aġenzija, inklużi l-fehimiet speċjali relatati miftiehma mill-Komunità u l-Aġenzija.” |
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/4 |
Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC 2018 taħt Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)
(2017/C 251/03)
B’dan qiegħed jingħata avviż dwar it-tnedija ta’ sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC 2018 taħt Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020).
Il-Kummissjoni adottat il-Programm ta’ Ħidma ERC 2018 (https://webgate.ec.testa.eu/ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/wp/2018_2020/erc/h2020-wp18-erc_en.pdf) bid-Deċiżjoni C(2017)5307 tat-2 ta’ Awissu 2017.
Qed issir stedina għal proposti għal dawn is-sejħiet. Il-Programm ta’ Ħidma ERC 2018, inklużi l-iskadenzi u l-baġits, huwa disponibbli permezz tas-sit elettroniku Portal tal-Parteċipanti flimkien mal-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u attivitajiet relatati u l-informazzjoni għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi l-proposti:
http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/home.html
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/5 |
Notifika ta’ bidu tal-proċediment antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mill-Eġittu u l-Ukrajna
(2017/C 251/04)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mill-Eġittu u l-Ukrajna, qegħdin ikunu oġġett ta’ dumping u b’hekk qegħdin joħolqu ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.
1. Ilment
L-ilment tressaq fid-19 ta’ Ġunju 2017 minn EUROALLIAGES (“l-ilmentatur”) f’isem erba’ produtturi tal-Unjoni, jiġifieri Ferropem, Ferroatlántica SL, OFZ u Huta Laziska SA, li jirrappreżentaw aktar minn 90 % tat-total tal-produzzjoni ta’ ferrosiliċju tal-Unjoni.
2. Il-prodott investigat
Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa l-ferrosiliċju (FESI), ligi tal-ħadid li fih skont il-piż 20 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 96 % ta’ siliċju u 4 % jew aktar ta’ ħadid (“il-prodott li qed jiġi investigat”).
3. L-allegazzjoni ta’ dumping
Il-prodott li allegatament huwa soġġett għal dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mill-Ukrajna u l-Eġittu (“il-pajjiżi kkonċernati”), li attwalment jaqa’ taħt il-Kodiċijiet NM 7202 21 00, 7202 29 10 and 7202 29 90. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.
L-allegazzjoni ta’ dumping mill-Ukrajna hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit fuq l-informazzjoni pprovduta minn pubblikazzjoni speċifika skont is-settur fuq il-prezzijiet domestiċi mal-prezz tal-esportazzjoni (prezz mill-fabbrika) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għall-Eġittu, l-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali kkalkulat (spejjeż tal-manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi — SG&A — u profitt) pprovdut minn ditta ta’ konsulenza mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-ħruġ tax-xogħol mill-fabbrika) tal-prodott taħt investigazzjoni meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiżi kkonċernati.
4. L-allegazzjoni ta’ ħsara u kawżalità
L-ilmentatur ta evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie li pprovda l-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni u fuq il-profitabbiltà tagħha, li ġabu effetti negattivi sostanzjali fuq il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.
5. Proċedura
Ladarba ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qiegħed jiġi investigat, li joriġina fil-pajjiżi ikkonċernati huwiex qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
5.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2016 sat-30 ta’ Ġunju 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Il-proċedura ta’ kif jiġi stabbilit id-dumping
Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet kollha ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, preferibbilment bil-posta elettronika, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu kwestjonarju. Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħrufa, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi.
Il-produtturi esportaturi u, meta jkun applikabbli, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi għandhom jippreżentaw il-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.2.2. L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (3) (4)
Importaturi mhux relatati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex investigati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “it-teħid ta’ kampjuni”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.3. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi tal-Unjoni li hemm bżonn jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.7 iktar ’l isfel). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data ta’ notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.4. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.5. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.6. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għala tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.7. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristrett” (5).
Partijiet interessati li jagħtu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu mressqa fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
||||||
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ |
||||||
|
Direttorat H |
||||||
|
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
||||||
|
1049 Bruxelles/Brussel |
||||||
|
BELGIQUE/BELGIË |
||||||
|
Indirizzi tal-posta elettronika: |
||||||
|
6. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jsiru sejbiet provviżorji jew finali, sew jekk hux fl-affermattiv jew negattivi, b’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab illi xi parti interessata tkun ipprovdiet tagħrif mhux minnu jew qarrieqi, tali tagħrif ma jitqiesx u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati jkunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Jekk ma tintbagħatx tweġiba bil-kompjuter, dan ma għandux jitqies bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitluba kienet tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew fi spejjeż żejda mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u għandhom jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/ (bl-Ingliż)
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, jistgħu jiġu imposti miżuri proviżorji mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta’ dejta personali
Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (6).
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qiegħed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata miegħu involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.
(3) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien huma direttament jew indirettament, jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(4) Id-data mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.
(5) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8567 — APG/Portafoll)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 251/05)
|
1. |
Fl-20 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża APG Asset Management NV (“APG”, tan-Netherlands), takkwista indirettament fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ portafoll ta’ 48 kumpanija tal-infrastruttura Ewropej (“il-Portafoll”), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal APG: hija unità ta’ negozju tal-ġestjoni tal-assi ta’ APG GROEP NV, fornitur tal-iskema tal-pensjonijiet kollettivi. APG tagħti konsulenza lill-eżekuttivi, tiġġestixxi l-assi, tamministra u tikkomunika l-fondi tal-pensjoni fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi, għal madwar 4,5 miljun ċittadin Netherlandiżi. — għall-Portafoll: Jikkonsisti fl-interess ta’ DUF fi 48 kumpanija/proġett attivi fis-settur tal-infrastruttura fil-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, in-Netherlands u r-Renju Unit. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8567 — APG/Portafoll, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
2.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8545 — Bain Capital Investors/REIFF Tyre)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 251/06)
|
1. |
Fil-25 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bain Capital Investors, L.L.C. (“Bain Capital” tal-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tan-negozju tat-tyres tal-grupp Reiff (“REIFF” tal-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Bain Capital: impriża ta’ investiment ta’ ekwità privata attiva f’ħafna industriji; — għal REIFF: distributur ta’ tyres ta’ sostituzzjoni fil-livell ta’ bejgħ bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut, il-parti l-kbira fil-Ġermanja. Huwa jissupplixxi wkoll rimmijiet tar-roti, roti kompluti u servizzi anċillari u jħaddem negozju tar-re-treading tat-tyers tat-trakkijiet. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8545 — Bain Capital Investors/REIFF Tyre, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/14 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 251/07)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
“PAN DE CRUZ DE CIUDAD REAL”
Nru tal-UE: PGI-ES-2210 — 13.1.2017
DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Indirizz: |
|
||||
|
Tel. |
+34 926600002 Ext. 5007 |
||||
|
Email: |
igp@afexpan.es |
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Spanja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat/a mill-emenda
|
— |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☐ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikketta |
|
— |
☐ |
Oħrajn (speċifika) |
4. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott tad-DOP jew tal-IĠP irreġistrat li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat. |
|
— |
☒ |
Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott tad-DOP jew tal-IĠP irreġistrat li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-dokument uniku ppubblikat. |
|
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrat li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għalih ma kienx ġie ppubblikat dokument uniku (jew ekwivalenti). |
|
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott tal-STG rreġistrat li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
Tikkettar
Mill-punt “8. Tikkettar”. il-paragrafi li ġejjin jitħassru mill-ispeċifikazzjonijiet:
“F’waħda mill-kwadranti tas-salib ikun hemm il-kodiċi li jikkorrispondi man-numru tar-reġistrazzjoni tal-furnar li pproduċa l-ħobż u fil-kwadrant l-ieħor ikun hemm tikketta bil-logo tal-IĠP “Pan de Cruz de Ciudad Real”, il-logo Ewropew tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti kif ukoll in-numru tal-kontroll individwali korrelattiv li jikkorrispondi għall-ħobż, u l-identifikazzjoni tal-entità li tiċċertifikah.”
“Is-sekwenza numerika tal-ħobż għandha tiġi amministrata u kkontrollata mill-korp ta’ ċertifikazzjoni.”
It-test l-antik tal-paragrafu dwar it-tikkettar:
“Il-ħobż kopert minn din l-Indikazzjoni Ġeografika jkun immarkat u ttikkettat biex jiġi identifikat sew b’dan il-mod:
Fil-wiċċ ikollu żewġ qatgħat fondi u perpendikolari f’forma ta’ salib. F’waħda mill-kwadranti tas-salib ikun hemm il-kodiċi li jikkorrispondi man-numru tar-reġistrazzjoni tal-furnar li pproduċa l-ħobż u fil-kwadrant l-ieħor ikun hemm tikketta bil-logo tal-IĠP ‘Pan de Cruz de Ciudad Real’, il-logo Ewropew tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti kif ukoll in-numru tal-kontroll individwali korrelattiv li jikkorrispondi għall-ħobż, u l-identifikazzjoni tal-entità li tiċċertifikah.
Fuq in-naħa ta’ taħt tal-ħobż, ikun hemm l-anagramma jew il-logo tal-IĠP, iffurmat minn toqob żgħar ġol-qoxra.
Is-sekwenza numerika tal-ħobż għandha tiġi amministrata u kkontrollata mill-korp ta’ ċertifikazzjoni.
Il-ħobż kopert mill-IĠP ‘Pan de Cruz de Ciudad Real’ jitqiegħed fis-suq immarkat u ttikkettat kif ukoll f’imballaġġ f’każijiet fejn dan ikun mitlub mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”
Ġustifikazzjoni:
L-emenda qed issir minħabba d-diffikultà li qed tippreżenta ruħha meta l-ħobż jiġi mmarkat bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-furnar li pproduċa l-ħobż, in-numru tal-kontroll individwali u l-identifikazzjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, b’mod partikolari f’ħobż żgħir, fil-ħobż tal-libbra u fil-ħbejżiet tas-salib, minħabba d-daqs żgħir tagħhom, kif ukoll minħabba d-diffikultà biex titwaħħal it-tikketta għall-użu fl-ikel ma’ ħobż li jkun għadu ħiereġ mill-forn b’temperatura ta’ 180–200 °C.
Bl-istess mod, il-konsumatur jista’ jidentifika aħjar il-“Pan de Cruz de Ciudad Real” miż-żewġ marki li jibqgħu fl-emenda proposta.
Din l-emenda hija emenda minuri billi l-prodott mhux se jiġi modifikat u se jibqa’ l-istess, bl-istess karatteristiċi. Bl-istess mod, la ż-żona ġeografika, la r-rabta u lanqas l-isem mhuma se jiġu emendati u lanqas se jiżdiedu r-restrizzjonijiet imposti fuq il-kummerċ skont l-Artikolu 53(2), biex tiġi kkunsidrata bħala emenda minuri
It-test li jissostitwixxi l-paragrafu dwar t-tikkettar:
“Biex ikun jista’ jiġi identifikat sew, il-ħobż kopert mill-IĠP ‘Pan de Cruz de Ciudad Real’ jiġi ppreżentat lill-pubbliku b’dan il-mod:
Fil-wiċċ ikollu żewġ qatgħat fondi u perpendikolari f’forma ta’ salib.
Fuq in-naħa ta’ taħt ikollu l-anagramma jew il-logo tal-IĠP, iffurmati minn toqob żgħar fil-qoxra.
Il-ħobż kopert mill-IĠP ‘Pan de Cruz de Ciudad Real’ jitqiegħed fis-suq immarkat u ttikkettat kif ukoll f’imballaġġ f’każijiet fejn dan ikun mitlub mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”
Konsegwenzi tal-emendi fil-kliem ta’ sezzjonijiet oħra fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-prodott.
2. Deskrizzjoni tal-prodott
It-test l-antik:
“Il-prodott kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) ‘Pan de Cruz de Ciudad Real’ huwa definit bħala l-ħobż magħmul minn għaġna kompatta u densa ta’ qamħ komuni, imbuzzat, b’qalba konsistenti u bajda. Għandu forma ta’ ħobża minfuħa, bil-qoxra lixxa, u fil-wiċċ ikollu żewġ qatgħat perpendikulari u fondi forma ta’ salib, li għalih huwa msemmi, kif ukoll il-kodiċi korrispondenti tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-furnar li ħmieha. Fuq in-naħa ta’ taħt ikollu l-akronimu jew il-logo tal-IĠP.”
It-test li jissostitwixxi:
“Il-prodott kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) ‘Pan de Cruz de Ciudad Real’ jiddefinixxi ruħu bħala ħobż magħmul minn għaġna kompatta u densa ta’ qamħ abjad u b’qalba konsistenti u bajda. Għandu forma ta’ ħobża kbira minfuħa, b’qoxra lixxa, u fil-wiċċ għandu żewġ qatgħat fondi u perpendikolari f’forma ta’ salib, li minnu jieħu ismu. Fuq in-naħa ta’ taħt għandu l-anagramma jew il-logo tal-IĠP.”
5. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott
It-test l-antik:
“Il-qtugħ
Il-qtugħ ukoll isir bl-idejn. Ladarba l-ħobż jiffermenta, iridu jsirulu żewġ qatgħat perpendikulari f’forma ta’ salib fil-wiċċ.
F’waħda mill-kwadranti li jirriżultaw mill-qatgħat li ssemmew, il-ħobża tiġi mmarkata b’kodiċi li jikkorrispondi man-numru tar-reġistrazzjoni tal-furnar li pproduċa l-ħobż, bl-użu ta’ għodda tal-metall b’forma ta’ timbru, adattat għal dan l-iskop.”
It-test li jissostitwixxi:
“It-tqattigħ
It-tqattigħ ukoll isir bl-idejn. Ladarba l-ħobż jiffermenta, isirulu żewġ qatgħat perpendikulari f’forma ta’ salib fil-wiċċ.”
It-test l-antik:
“Id-dħul fil-forn
Dan isir bl-idejn, billi jitpoġġa fuq pala wiċċu ’l isfel, bil-kodiċi li jikkorrispondi għan-numru tar-reġistrazzjoni tal-furnar li pproduċa l-ħobż u l-qatgħat perpendikulari f’forma ta’ salib taħt.”
It-test li jissostitwixxi:
“Id-dħul fil-forn
Dan il-pass ukoll isir bl-idejn, billi l-ħobż diġà maqsum jitpoġġa wiċċu ’l isfel fil-forn permezz ta’ pala, bil-qatgħat perpendikulari forma tas-salib ikunu taħt.”
It-test l-antik:
“Il-ħruġ mill-forn
Il-ħobż jinħareġ mill-forn b’pala u jitpoġġa fuq karrijiet bi xkafef tal-injam biex ikun jista’ jibred u jieħu l-arja.
X’ħin jiksaħ, il-ħobż jiġi ttikkettat manwalment, skont il-punt 8 ta’ din l-ispeċifikazzjoni, u b’hekk ikun lest għall-bejgħ.”
It-test li jissostitwixxi:
“Il-ħruġ mill-forn
Il-ħobż jinħareġ mill-forn bl-istess pala u jitpoġġa fuq karrijiet bi xkafef tal-injam biex ikun jista’ jibred u jieħu l-arja.”
L-intestatura 7 tiġi aġġornata bl-istess mod.
Il-korp ta’ spezzjoni
It-test l-antik:
“Il-korp ta’ spezzjoni attwali huwa l-entità ta’ ċertifikazzjoni li ġejja:
|
ECOAGROCONTROL, S.L. |
|
Carlos VII 9 |
|
13630 — Socuéllamos (C.Real) |
|
Tel. +34 926532628 917450014 |
Din l-entità hija awtorizzata mill-Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha u tissodisfa r-rekwiżiti tal-istandard UNE-EN 45011.”
It-test li jissostitwixxi:
“Il-korp ta’ spezzjoni attwali huwa l-entità ta’ ċertifikazzjoni li ġejja:
|
CERTIFOOD |
|
C/CRISTOBAL BORDIU, 35. 4o PLANTA. OFIC. 415, |
|
28003, Madrid, ESPAÑA |
|
Tel. +34 917450014 |
Din l-entità hija awtorizzata mill-Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha u tissodisfa r-rekwiżiti tal-istandard UNE-EN 45011.”
L-emenda proposta fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott taffettwa l-abbozzar tad-Dokument Uniku fil-paragrafi li ġejjin.
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
It-test l-antik:
“Il-prodott kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Pan de Cruz de Ciudad Real” huwa definit bħala l-ħobż magħmul minn għaġna kompatta u densa ta’ qamħ komuni, imbuzzat, b’qalba konsistenti u bajda. Għandu forma ta’ ħobża minfuħa, bil-qoxra lixxa, u fil-wiċċ jkollu żewġ qatgħat perpendikulari u fondi forma ta’ salib, li għalih huwa msemmi, kif ukoll il-kodiċi korrispondenti tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-furnar li ħmieha. Fuq in-naħa ta’ taħt ikollu l-akronimu jew il-logo tal-IĠP.”
It-test li jissostitwixxi:
“Il-prodott kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Pan de Cruz de Ciudad Real” jiddefinixxi ruħu bħala ħobż magħmul minn għaġna kompatta u densa ta’ qamħ abjad u b’qalba konsistenti u bajda. Għandu forma ta’ ħobża kbira minfuħa, b’qoxra lixxa, u fil-wiċċ għandu żewġ qatgħat fondi u perpendikolari f’forma ta’ salib, li minnu jieħu ismu. Fuq in-naħa ta’ taħt għandu l-anagramma jew il-logo tal-IĠP.”
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-test l-antik:
“Il-ħobż kopert minn din l-indikazzjoni ġeografika jkun immarkat u ttikkettat biex jiġi identifikat sew b’dan il-mod:
Fil-wiċċ ikollu żewġ qatgħat fondi u perpendikolari f’forma ta’ salib. F’waħda mill-kwadranti tas-salib ikun hemm il-kodiċi li jikkorrispondi man-numru tar-reġistrazzjoni tal-furnar li pproduċa l-ħobż u fil-kwadrant l-ieħor ikun hemm tikketta bil-logo tal-IĠP ‘Pan de Cruz de Ciudad Real’, il-logo Ewropew tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti kif ukoll in-numru tal-kontroll individwali korrelattiv li jikkorrispondi għall-ħobż, u l-identifikazzjoni tal-entità li tiċċertifikah.
Fuq in-naħa ta’ taħt tal-ħobż, ikun hemm l-anagramma jew il-logo tal-IĠP, iffurmat minn toqob żgħar ġol-qoxra.”
It-test li jissostitwixxi:
“Biex ikun jista’ jiġi identifikat sew, il-ħobż kopert mill-IĠP ‘Pan de Cruz de Ciudad Real’ jiġi ppreżentat lill-pubbliku b’dan il-mod:
Fil-wiċċ ikollu żewġ qatgħat fondi u perpendikolari f’forma ta’ salib.
Fuq in-naħa ta’ taħt ikollu l-anagramma jew il-logo tal-IĠP, iffurmati minn toqob żgħar fil-qoxra.”
B’riżultat tal-adattament tad-Dokument Uniku tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014, li ma jinkludix l-intestaturi 5.1, 5.2 u 5.3, tneħħa il-kliem tagħhom filwaqt li nżammu l-istess karatteristiċi taż-żona ġeografika, in-natura speċifiċika tal-prodott u r-rabta kawżali.
It-test l-antik:
“5.1. Karattru speċifiku taż-żona ġeografika
Il-klima taż-żona ġeografika, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ temperaturi u l-umdità, tippermetti li l-fermentazzjoni ssir ġeneralment f’temperatura tal-kamra, b’temperatura u umdità relattiva tal-arja tal-kamra tal-fermentazzjoni, rispettivament, ta’ bejn 26 u 30 °C u bejn 40 u 45 % ta’ umdità relattiva tal-arja.
Il-metodu ta’ produzzjoni artiġjanali tal-ħobż ‘Pan de la Cruz de Ciudad Real’ ta’ reputazzjoni magħrufa, għandu l-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:
Il-forma u l-qtugħ magħmula bl-idejn, bħalma huwa l-qtugħ f’forma ta’ salib fil-wiċċ, u t-toqob tal-marka fuq in-naħa ta’ taħt u l-ħin ta’ bejn 10 u 15-il minuta li matulhom jitħalla joqgħod il-ħobż qabel jiddaħħal fil-forn bil-qatgħa ta’ forma tas-salib wiċċha ’l isfel.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-ħobż huwa ta’ għaġna kompatta u densa, b’qoxra lixxa, ratba u ħoxna, qalba iebsa u bajda, b’aroma qawwija ta’ ċereali, u fil-palat għandha togħma pjaċevoli u kemm kemm ħelwa.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)
Il-metodu ta’ preparazzjoni ddefinixxa ruħu matul sekli ta’ tradizzjoni tal-preparazzjoni tal-ħobż.
Il-karatteristika prinċipali tal-metodu ta’ preparazzjoni partikolari, u fil-biċċa l-kbira tiegħu artiġjanali, ta’ dan il-ħobż, hija l-qatgħa f’forma ta’ salib li ssir biex il-qoxra ma tinfaqax waqt li tkun qiegħda ssir. Bl-istess mod, il-proċess ta’ fermentazzjoni jadatta ruħu għall-kondizzjonijiet tal-umdità u t-temperatura taż-żona.
Din is-sistema ta’ produzzjoni ħolqot ħobż speċjali b’karatteristiċi elenkati fil-punt 5.2.”
It-test li jissostitwixxi:
“Il-klima taż-żona ġeografika, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ temperaturi u umdità, tippermetti li l-fermentazzjoni ġeneralment issir f’temperatura tal-kamra, b’temperatura u umdità relattiva tal-arja tal-kamra tal-fermentazzjoni, jiġifieri bejn 26 u 30 °C u bejn 40 u 45 % ta’ umdità relattiva tal-arja, rispettivament.
Il-metodu ta’ produzzjoni artiġjanali tal-ħobż b’reputazzjoni magħrufa ‘Pan de la Cruz de Ciudad Real’, għandu l-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:
Il-forma u l-qtugħ magħmula bl-idejn, bħalma huwa l-qtugħ f’forma ta’ salib fil-wiċċ, u t-toqob tal-marka fuq in-naħa ta’ taħt u l-ħin ta’ bejn 10 u 15-il minuta li matulhom jitħalla joqgħod il-ħobż qabel jiddaħħal fil-forn bil-qatgħa ta’ forma tas-salib wiċċha ’l isfel.
Dan il-metodu speċjali tal-produzzjoni li fil-parti l-kbira tiegħu huwa artiġjanali, għandu bħala l-karatteristika prinċipali tiegħu l-qatgħat forma ta’ salib u l-ħami fil-forn li ma jħallix il-qoxra tal-ħobż tinqasam. Jirriżulta f’ħobża kompatta u densa, b’qoxra lixxa, ratba u ħoxna, b’qalba soda u bajda, b’aroma qawwija ta’ ċereali u b’togħma pjaċevoli u kemxejn ħelwa.”
6. Speċifiċità aġġornata tal-prodott (għal DOP u IĠP biss)
http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/Pliego_Condiciones_IGP_PdeCMod_20160509_II.pdf
DOKUMENT UNIKU
“PAN DE CRUZ DE CIUDAD REAL”
Nru tal-UE: PGI-ES-2210 — 13.1.2017
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Pan de Cruz de Ciudad Real”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz:
Spanja.
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.3. Ħobż, pasti, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnar
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Il-prodott kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Pan de Cruz de Ciudad Real” jiddefinixxi ruħu bħala ħobż magħmul minn għaġna kompatta u densa ta’ qamħ abjad u b’qalba konsistenti u bajda. Għandu forma ta’ ħobża kbira minfuħa, b’qoxra lixxa, u fil-wiċċ għandu żewġ qatgħat fondi u perpendikolari f’forma ta’ salib, li minnu jieħu ismu. Fuq in-naħa ta’ taħt għandu l-anagramma jew il-logo tal-IĠP.
Il-karatteristiċi partikolari tal-ħobż huma dawn li ġejjin:
Isir minn għaġina iebsa magħmula minn dqiq abjad li l-indiċi tiegħu huma: W bejn 140–200; u P/L bejn 0,5–1,0).
Il-forma tiegħu għat-tond u ċċattjata, bil-qoxra.
Il-qoxra ħoxna bejn wieħed u żewġ millimetri, ratba u tqarmeċ, ta’ kulur li jvarja minn dehbi għall-qastni ċar u b’togħma ta’ ċereal mixwi.
Il-qalba: ta’ kulur abjad, ta’ għamla ratba, qisha sponża, konsistenti, mingħajr toqob u b’dehra tixbah lill-qoton.
Il-karatteristiċi organolettiċi tal-ħobż huma dawn li ġejjin: il-qalba b’aroma qawwija ta’ ċereali, b’togħma pjaċevoli u kemxejn ħelwa, il-qoxra ratba u tqarmeċ u fil-palat tagħti togħma ta’ ċereal mixwi. F’kundizzjonijiet normali ta’ konservazzjoni, il-“Pan de Cruz de Ciudad Real” iżomm tajjeb għall-konsum għal sitta jew sebat ijiem.
Ma għandux moffa, l-ebda residwi anomali, jew xi materja stramba.
Il-kontenut massimu ta’ ndewwa huwa 30 % u l-aċidità tal-ħobża tkun bejn pH 5 u 7.
Il-ħobż isir f’forma ta’ ħobża kbira (750–850 g), ħobża żgħira (550–650 g), ħobża tal-libbra (310–410 g) u ħbejżiet tas-salib (115–135 g.)
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Dqiq abjad, li l-indiċi tiegħu huwa: W bejn 140–200; u P/L bejn 0,5–1,0).
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess ta’ preparazzjoni tal-ħobż kopert mill-IĠP “Pan de Cruz de Ciudad Real” isir esklussivament bi dqiq tal-qamħ abjad, ilma, melħ, ħmira naturali u aġenti tat-titjib tal-ikel u addittivi awtorizzati. Il-karatteristiċi tad-dqiq irid ikollhom dawn l-indiċi: W bejn 140–200 u P/L bejn 0,5–1,0).
L-indiċi medju ta’ trasformazzjoni huwa ta’ 110–125 kg ta’ ħobż għall kull 100 kg ta’ dqiq, skont il-piż ta’ kull ħobża.
Il-proċess ta’ preparazzjoni tal-ħobż kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Pan de Cruz de Ciudad Real”, irid jgħaddi mill-fażijiet li ġejjin:
1. L-għaġna.
Issir bl-użu ta’ magna li tagħġen, u tintgħaġen għal ħin biżżejjed biex tinkiseb għaġina omoġenja, bejn 20 u 30 minuta skont it-tip ta’ magna użata, filwaqt li jrid ikun żgurat li t-taħlita ma tinħariġx mill-magna meta t-temperatura tkun aktar minn 24–25 °C.
2. L-irfinar.
Permezz ta’ magna tal-irfinar, preferibbilment waħda bil-paletti, fejn l-għaġina tgħaddi għal diversi drabi minn bejn paletti sakemm tiġi fina u tiġġebbed.
3. L-użin.
Ladarba huwa ħobż aritġjanali, l-użin isir b’apparat tal-kejl tal-volum, b’miżien elettroniku jew bi tqassim tal-volum. L-użin tal-għaġna huwa ppreżentat fi grammi, biex wieħed jkun jista’ jottjeni d-diversi għamliet ta’ ħobż kif ġej: Ħobża kbira, li tiżen bejn 900 g u 1 000 g; Ħobża żgħira, li tiżen bejn 660 g u 760 g; Ħobża tal-libbra, li tiżen bejn 370 g u 470 g, Ħbejża tas-salib, li tiżen bejn 150 g u 180 g.
4. L-ifformar.
Dan isir bl-idejn, billi l-għaġina tiġi ffurmata qisha ballun ta’ forma konika, mingħajr ma jitħalla ebda residwu jaqbad magħha. Imbagħad tiġi ċċattjata sakemm tifforma ċirku u tinfetaħ iktar ’il barra. L-għan huwa li jitkabbar iċ-cirku u t-truf jirqaqu, filwaqt li n-nofs jibqa’ għoli.
5. Il-fermentazzjoni.
Ladarba l-ħobż ikun iffurmat, jitpoġġa fuq twavel u jitgħatta b’għata tal-għażel jew xi drapp simili, biex tibda l-fermentzzjoni f’temperatura tal-kamra u tifforma l-qoxra fina. It-temperatura u l-umdità relattiva tal-arja tal-kamra tal-fermentazzjoni jkunu bejn 26 u 30 °C, u bejn 40 u 45 % ta’ umdità. Il-ħin tal-fermentazzjoni jvarja bejn siegħa u 20 minuta u sagħtejn u 20 minuta, skont it-temperatura eżistenti tal-kamra.
6. It-tqattigħ.
It-tqattigħ ukoll isir bl-idejn. Ladarba l-ħobż jiffermenta, isirulu żewġ qatgħat perpendikulari f’forma ta’ salib fil-wiċċ. Imbagħad tiġi mmarkata n-naħa l-oħra, jew in-naħa ta’ taħt tal-ħobża, bil-logo indentifikattiv tal-IĠP “Pan de Cruz de Ciudad Real”. Id-daqs tal-logo huwa ta’ dijametru ta’ 6 ċentimetri għall-ħobża l-kbira u għaż-żgħira, u ta’ 4 ċentimetri għall-ħobża tal-libbra u għall-ħbejża tas-salib. Wara dan, il-ħobża titħalla toqgħod bejn 10 minuti u 15-il minuta biex il-qatgħat isiru konsistenti hi u tifforma l-qoxra.
7. Id-dħul fil-forn
Dan isir bl-idejn, billi jitpoġġa fuq pala wiċċu ’l isfel.
8. Il-ħami jew it-tisjir fil-forn
Dan il-ħobż isir fi fran li għandhom qigħan u ġnub ta’ materjal li jiflaħ għas-sħana. Il-ħin tat-tisjir huwa bejn 30 u 50 minuta. Fl-ewwel 15-il minuta, it-temperatura tal-forn trid tkun ta’ 250 °C, filwaqt li għall-15 sa 35 minuta li jibqa’, it-temperatura trid titniżżel sa 200 °C.
9. Il-ħruġ mill-forn.
Il-ħobż jinħareġ mill-forn bil-pala u jitpoġġa fuq xkafef tal-injam biex ikun jista’ jibred u jieħu l-arja. X’ħin jiksaħ, il-ħobż ikun lest biex jitqassam.
Il-kontenut massimu ta’ ndewwa huwa 30 % u l-aċidità tal-ħobża tkun bejn pH 5 u 7.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-ħobż kopert minn din l-Indikazzjoni Ġeografika jkun immarkat u ttikkettat biex jiġi identifikat sew b’dan il-mod:
Fil-wiċċ ikollu żewġ qatgħat fondi u perpendikolari f’forma ta’ salib.
Fuq in-naħa ta’ taħt ikollu l-anagramma jew il-logo tal-IĠP, iffurmati minn toqob żgħar fil-qoxra.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ preparazzjoni tal-ħobż kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Pan de Cruz de Ciudad Real” hija mifruxa fuq il-muniċipji kollha tal-provinċja ta’ Ciudad Real.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-klima taż-żona ġeografika, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ temperaturi u umdità, tippermetti li l-fermentazzjoni ġeneralment issir f’temperatura tal-kamra, b’temperatura u umdità relattiva tal-arja tal-kamra tal-fermentazzjoni, jiġifieri bejn 26 u 30 °C u bejn 40 u 45 % ta’ umdità relattiva tal-arja, rispettivament.
Il-metodu ta’ produzzjoni artiġjanali tal-ħobż b’reputazzjoni magħrufa “Pan de la Cruz de Ciudad Real”, għandu l-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:
Il-forma u l-qtugħ magħmula bl-idejn, bħalma huwa l-qtugħ f’forma ta’ salib fil-wiċċ, u t-toqob tal-marka fuq in-naħa ta’ taħt u l-ħin ta’ bejn 10 u 15-il minuta li matulhom jitħalla joqgħod il-ħobż qabel jiddaħħal fil-forn bil-qatgħa ta’ forma tas-salib wiċċha ’l isfel.
Dan il-metodu speċjali tal-produzzjoni li fil-parti l-kbira tiegħu huwa artiġjanali, għandu bħala l-karatteristika prinċipali tiegħu l-qatgħat forma ta’ salib u l-ħami fil-forn li ma jħallix il-qoxra tal-ħobż tinqasam. Jirriżulta f’ħobża kompatta u densa, b’qoxra lixxa, ratba u ħoxna, b’qalba soda u bajda, b’aroma qawwija ta’ ċereali u b’togħma pjaċevoli u kemxejn ħelwa.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/Pliego_Condiciones_IGP_PdeCMod_20160509_II.pdf
(1) ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
|
2.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/22 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 251/08)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
“LIETUVIŠKAS VARŠKĖS SŪRIS”
Nru tal-UE: PGI-LT-0853-AM01 — 7.4.2017
DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )
1. Grupp li applikant u interess leġittimu
|
Assoċjazzjoni Litwana tal-Prodotti tal-Ħalib “Pieno Centras” |
|
Perkūnkiemio g. 3, LT-12127 Vilnius |
|
Tel. +370 82461414 |
|
Fax +370 82461415 |
|
Posta elettronika: pc@pieno-centras.lt |
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Litwanja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu tal-produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☐ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn [għandhom jiġu speċifikati] |
4. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP reġistrata, li se tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma tirrikjedi l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat. |
|
— |
☒ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP reġistrata, li se tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li jirrikjedi emenda fid-dokument uniku ppubblikat. |
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP reġistrata, li se tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għalih ma ġiex ippubblikat dokument uniku (jew ekwivalenti). |
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG reġistrata, li se tiġi kwalifikata bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
Raġunijiet għall-emenda:
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott u d-dokument uniku għall-IĠP ‘Lietuviškas varškės sūris’ jiddikjaraw li dan jikseb il-forma karatteristika tiegħu meta l-baqta tiddaħħal bl-idejn fil-boroż tal-ġobon trijangulari — li jingħalqu b’għoqda mal-usa’ tarf — u jingħafsu. Wara l-modernizzazzjoni tal-produzzjoni, il-baqta tista’ wkoll tiddaħħal fil-boroż tal-ġobon u l-għoqda tingħalaq permezz ta’ mezzi mekkaniċi. Din l-emenda minuri fil-metodu tal-produzzjoni tagħmilha neċessarja li tiġi aġġornata l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u d-dokument uniku għall-IĠP “Lietuviškas varškės sūris”.
Emenda 1
Deskrizzjoni tal-prodott
L-ispeċifikazzjoni attwali fiha t-test li ġej:
“It-tieni nett, l-għamla karatteristika tiegħu, li tifforma meta l-baqta tiddaħħal bl-idejn fil-boroż tal-ġobon trijangulari — li jingħalqu b’għoqda mal-usa’ tarf — u jingħafsu.”
Dan it-test ġie emendat kif ġej:
“It-tieni nett, il-forma karatteristika tiegħu, li tifforma meta l-baqta tiddaħħal bl-idejn jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi fil-boroż tal-ġobon trijangulari tradizzjonali — li jingħalqu b’għoqda mal-usa’ tarf — u jingħafsu.”
Emenda 2
Metodu tal-produzzjoni
L-ispeċifikazzjoni attwali fiha t-test li ġej:
“Meta titħallat sew, il-massa tal-baqta titqiegħed bl-idejn f’boroż żgħar trijangulari magħmula minn ċarruta rqiqa u meħjuta (ċarruta tal-garża). Dawn jiġu magħluqa permezz ta’ għoqda fit-tarf il-wiesgħa.”
Dan it-test ġie emendat kif ġej:
“Meta titħallat sew, il-massa tal-baqta titqiegħed bl-idejn jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi f’boroż żgħar trijangulari magħmula minn ċarruta rqiqa u meħjuta (ċarruta tal-garża). Dawn jiġu magħluqa permezz ta’ għoqda fit-tarf il-wiesgħa.”
Emenda 3
Rabta maż-żona ġeografika
L-ispeċifikazzjoni attwali fiha t-test li ġej:
“Fl-impjanti għall-ipproċessar tal-ħalib, il-proċess għall-produzzjoni tal-ħalib huwa mekkanizzat, iżda l-baqtiet xorta waħda għadhom jiddaħħlu fil-boroż tal-ġobon u l-boroż jingħalqu bl-idejn, bħalma ilu jsir għal sekli sħaħ.”
Dan it-test ġie emendat kif ġej:
“Fl-impjanti għall-ipproċessar tal-ħalib, il-proċess għall-produzzjoni tal-ħalib huwa mekkanizzat, iżda l-baqtiet xorta waħda jista’ jkun li għadhom jiddaħħlu fil-boroż tal-ġobon bl-idejn u l-boroż jingħalqu bl-idejn, bħalma ilu jsir għal sekli sħaħ, u mhux sempliċiment permezz ta’ mezzi mekkaniċi.”
Emenda 4
Rabta maż-żona ġeografika
L-ispeċifikazzjoni attwali fiha t-test li ġej:
“Il-massa tal-ġobon tiddaħħal bl-idejn fil-boroż tal-ġobon tradizzjonali li jkunu trijangulari, meħjutin u rqaq, bl-usa’ tarf tagħhom jingħalaq b’għoqda, u b’hekk jagħtu lill-ġobon l-għamla speċifika tiegħu, jiġifieri priżma trijangulari b’kantunieri ttundjati filwaqt li s-superfiċe jkollha d-dehra taċ-ċarruta, bit-tikmix fejn iċ-ċarruta ntrabtet f’għoqda.”
Dan it-test ġie emendat kif ġej:
“Il-massa tal-ġobon tiddaħħal bl-idejn jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi fil-boroż tal-ġobon tradizzjonali li jkunu trijangulari, ta’ drapp irqiq, minsuġ, li t-tarf il-wiesa’ tagħhom jingħalaq b’għoqda, u b’hekk jagħtu lill-ġobon il-forma speċifika tiegħu, jiġifieri priżma trijangulari b’kantunieri ttundjati filwaqt li s-superfiċe jkollu d-dehra taċ-ċarruta, bit-tikmix fejn iċ-ċarruta ntrabtet f’għoqda.”
Emenda 5
Rabta maż-żona ġeografika
L-ispeċifikazzjoni attwali fiha t-test li ġej:
“Kemm il-bdiewa individwali kif ukoll il-produtturi ta’ kooperattivi żgħar jew impjanti tal-ipproċessar tal-ħalib kbar idaħħlu l-baqta fil-boroż tal-ġobon bl-idejn, jorbtu għoqda fit-tarf, ineħħuhom mill-boroż wara t-tagħfis, u jimsħuhom b’taħlita ta’ ħwawar qabel isajruhom fil-forn.”
Dan it-test ġie emendat kif ġej:
‘Kemm il-bdiewa individwali kif ukoll il-produtturi ta’ kooperattivi żgħar jew impjanti tal-ipproċessar tal-ħalib kbar idaħħlu l-baqta fil-boroż tal-ġobon bl-idejn jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi, jorbtu għoqda fit-tarf, ineħħuhom mill-boroż wara t-tagħfis, u jimsħuhom b’taħlita ta’ ħwawar qabel jaħmuhom.’
Emenda 6
Oħrajn — Informazzjoni ta’ kuntatt tal-grupp ta’ produtturi
L-ispeċifikazzjoni attwali fiha t-test li ġej:
Isem u indirizz tal-grupp applikant
|
PIENO CENTRAS, Assoċjazzjoni Litwana tal-Prodotti tal-Ħalib |
|
Perkūnkiemio g. 3, LT-12127, Vilnius |
|
Tel. +370 34060371 |
|
Fax +370 34060383 |
|
Posta elettronika: aldona.platukiene@rokiskio.com |
Dan it-test ġie emendat kif ġej:
Grupp applikant u interess leġittimu
|
Assoċjazzjoni Litwana tal-Prodotti tal-Ħalib ‘Pieno Centras’ |
|
Perkūnkiemio g. 3, LT-12127 Vilnius |
|
Tel. +370 82461414 |
|
Fax +370 82461415 |
|
Posta elettronika: pc@pieno-centras.lt |
6. Speċifikazzjoni tal-prodott aġġornata (għal DOP u IĠP biss)
http://zum.lrv.lt/lt/veiklos-sritys/maisto-sauga-ir-kokybe/saugomos-kilmes-vietos-nuorodos-saugomos-geografines-nuorodos-garantuoti-tradiciniai-gaminiai/atnaujinamos-produktu-specifikacijos
DOKUMENT UNIKU
“LIETUVIŠKAS VARŠKĖS SŪRIS”
Nru tal-UE: PGI-LT-0853-AM01 — 7.4.2017
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem/ismijiet
“Lietuviškas varškės sūris”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Litwanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobnijiet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
‘Lietuviškas varškės sūris’ huwa ġobon moxx tal-baqta li għandu forma ta’ priżma trijangulari b’kantunieri ttundjati u l-marka tal-għoqda tal-borża tal-ġobon man-naħa l-aktar wiesgħa tiegħu. Jista’ jittiekel frisk, affumikat, moħmi jew imnixxef. Il-ġobon isir b’mod tradizzjonali, fejn il-ħalib jitbaqqat biss bl-użu ta’ kultura li tibda l-fermentazzjoni tal-batterji tal-aċidu lattiku, mingħajr l-użu ta’ fermenti. Il-ġobon jikseb il-forma karatteristika tiegħu meta l-baqta tiddaħħal bl-idejn jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi fil-boroż tal-ġobon trijangulari tradizzjonali — li jingħalqu b’għoqda mat-tarf il-wiesa’ — u jingħafsu. Mal-ġobnijiet xi drabi jiġu miżjuda l-ħxejjex aromatiċi u/jew il-melħ, u xi drabi ma jiġux miżjuda. Id-daqs tal-ġobnijiet jiddependi mill-użu maħsub tagħhom u jista’ jvarja minn ftit mijiet ta’ grammi għal 5 kg jew aktar. Il-ġobon isir mingħajr addittivi, aromatizzanti jew koloranti.
Kulur: Il-ġobnijiet friski u mnixxfa għandhom kulur abjad li jagħti fl-isfar. Il-ġobon moħmi għandu kulur safrani li jagħti fil-kannella, bis-superfiċe ta’ barra li jista’ jkun miksi bil-ħwawar u/jew ħxejjex aromatiċi, u meta jinqata’ trażversalment jidher abjad jagħti fl-isfar. Is-superfiċe ta’ barra tal-ġobon affumikat huwa isfar skur — jagħti fil-kannella, filwaqt li l-qatgħa trażversali hija bajda u tagħti fl-isfar.
Konsistenza: Il-ġobon frisk huwa artab, omoġenju, pjuttost sfiq u kultant jitfarrak meta jinqata’, filwaqt li l-ġobon moħmi huwa omoġenju, sfiq u kemxejn jiġġebbed, u l-ġobon affumikat huwa omoġenju, sfiq u jitfarrak. Il-ġobon imnixxef huwa omoġenju fil-konsistenza, iebes, diffiċli biex jitqatta’ u jitfarrak meta jinqasam. Jekk il-ġobon isir bil-ħwawar, dawn jistgħu jkunu imqassmin b’mod irregolari.
Aroma u togħma: aċidu lattiku karatteristiku bi ħjiel tat-togħma u l-aroma tal-ħwawar li jintużaw (karwija, melħ, eċċ.). Il-ġobon affumikat għandu wkoll aroma u togħma affumikata distinta.
|
— |
skont il-kompożizzjoni tiegħu, “Lietuviškas varškės sūris” jista’ jkun fih minn 7 sa 25 % xaħam bil-piż jew ftit xaħam (li jilħaq iż-0,5 % ta’ xaħam bil-piż), |
|
— |
il-kontenut ta’ materja xotta jiddependi mill-kontenut ta’ xaħam tal-ġobon u l-ipproċessar ulterjuri tiegħu. Mill-anqas irid ikun f’31 % tal-ġobnijiet friski, moħmija u affumikati u mill-anqas f’67 % tal-ġobon imnixxef, |
|
— |
il-pH tal-aċidità attiva huwa tal-anqas 4,3. |
3.3. Għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għal prodotti pproċessati biss)
|
— |
ħalib tal-baqar, |
|
— |
kultura mesofilika li tibda l-fermentazzjoni tal-batterji tal-aċidu lattiku; |
|
— |
melħ, |
|
— |
ħxejjex aromatiċi li tradizzjonalment jikbru fil-Litwanja (karwija, tewm, nagħniegħ, eċċ.). |
Il-materja prima li tintuża biex isir “Lietuviškas varškės sūris” tista’ tiġi wkoll minn barra ż-żona ġeografika speċifika.
Ma hemm l-ebda rekwiżiti jew restrizzjonijiet speċifiċi ta’ kwalità fir-rigward tal-oriġini.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Passi biex isir “Lietuviškas varškės sūris”:
|
— |
standardizzazzjoni, pasturizzazzjoni, tkessiħ u fermentazzjoni tal-ħalib, |
|
— |
separazzjoni tax-xorrox, |
|
— |
tagħfis awtomatiku tal-baqtiet, |
|
— |
iffurmar u għasir tal-ġobon: Il-massa tal-baqta titqiegħed bl-idejn jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi f’boroż żgħar trijangulari magħmula minn ċarruta rqiqa minsuġa (ċarruta tal-garża). Dawn jintrabtu b’għoqda fit-tarf l-iktar wiesa’. Jiġu ppressati fi pressa jew f’morsa sakemm ikun intlaħaq il-kontenut tal-indewwa meħtieġa, |
|
— |
ipproċessar tal-ġobon: Il-ġobon iffurmat jitkessaħ għal temperatura ta’ bejn 6 u 12 °C u jitneħħa mill-borża tal-ġobon. Jekk ikun qed isir ġobon affumikat, moħmi jew imnixxef, il-ġobon jiġi affumikat, jinħema jew jitnixxef wara t-tkessiħ, kif xieraq. Jekk ikun qed isir ġobon moħmi bit-taħwir, il-ġobon jintmesaħ b’taħlita ta’ ħwawar u melħ u jitħalla għal tal-anqas 12-il siegħa f’kamra miżmuma f’temperatura ta’ bejn l-10 u l-20 °C qabel jinħema. |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li l-isem reġistrat jirreferi għalih
“Lietuviškas varškės sūris” jiġi ppakkjat fis-sit tal-produzzjoni, minħabba li għandu konsistenza li titfarrak, partikolarment fil-każ tal-ġobon frisk, u huwa diffiċli biex jinqata’, u jekk wieħed jittrasportah lejn post ieħor għall-imballaġġ issirlu ħsara fid-dehra u fil-kwalità tiegħu. Barra minn hekk, il-ħajja ta’ fuq l-ixkaffa tiegħu hija qasira, u hemm ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mill-batterji.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li l-isem reġistrat jirreferi għalih
Il-produtturi li jagħmlu “Lietuviškas varškės sūris” skont l-ispeċifikazzjoni pubblikata għal dan il-prodott jistgħu jużaw l-isem “Lietuviškas varškės sūris” għall-għanijiet tat-tikkettar, tar-reklamar u tal-kummerċjalizzazzjoni.
It-tikketta trid turi:
|
— |
l-isem tal-produttur speċifiku; |
|
— |
il-kontenut ta’ xaħam bħala perċentwal tal-piż tal-ġobon jew l-indikazzjoni “liesas” (kontenut baxx ta’ xaħam); |
|
— |
il-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u/jew is-simbolu tal-UE. |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika li tirreferi għaliha l-applikazzjoni tkopri r-Repubblika tal-Litwanja kollha. “Lietuviškas varškės sūris” kien, u għadu, isir bil-mod tradizzjonali fiż-żona speċifikata kollha, filwaqt li fir-reġjuni tal-madwar, dan il-ġobon isir biss fl-enklavi Litwani li fadal fil-Belarus. Il-ħolqien ta’ dan il-prodott distintiv, li ilu żmien jiġi prodott fil-Litwanja biss, u li huwa magħruf fil-pajjiż kollu, jista’ jiġi attribwit għal-lokazzjoni ġeografika u għall-istil ta’ ħajja fil-Litwanja.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-Litwanja huwa pajjiż żgħir b’superfiċe ta’ 65 300 km2, simili għal dik tar-reġjuni ta’ ċerti Stati Membri. Minħabba li l-ġobon għandu tradizzjoni twila ta’ konsum fil-Litwanja kollha, huwa magħruf bħala “Lietuviškas varškės sūris”.
Fil-Litwanja, l-agrikoltura ta’ sussistenza kienet il-mod predominanti ta’ ħajja (l-industrijalizzazzjoni waslet tard), u dan ifisser li d-dieta ewlenija tal-popolazzjoni rurali kienet, u baqgħet, magħmula minn ċereali u prodotti tal-ħalib.
Il-ġobon tal-baqta kien diġà qed isir fil-Litwanja fil-Medju Evu, u f’sorsi miktuba, jissemma fl-inventarji tad-djar nobbli li jmorru lura għas-seklu 16. Fejn l-ikel kien jissajjar f’forn tal-ħobż, kienet titqiegħed borma bil-ħalib qares ġewwa, ladarba l-forn ikun kesaħ xi ftit, u kienet titħalla hemm sakemm il-proteini sofor qishom sponża jitilgħu fil-wiċċ. Kif il-borma titneħħa minn ġol-forn, il-kontenut kien jitbattal f’borża trijangulari (borża tal-ġobon), li kienet tiddendel biex tinxef. Il-baqta mnixxfa mbagħad kienet tingħafas fi preses speċjali jew titqiegħed fuq superfiċe iebes (mejda, bank jew superfiċe orizzontali ieħor), titgħatta b’biċċa njama u tingħafas b’ġebla. Meta t-temp kien ikun umdu fil-ħarifa u fir-rebbiegħa, is-superfiċe tal-ġobnijiet tal-baqta spiss kien jinkesa b’“rita” jew moffa bil-batterji, u għalhekk kienu jiġu ppreżervati billi jinħmew ftit fil-forn bi sħana moderata jew billi jiġu affumikati. Il-ġobnijiet tal-baqta maħsubin għall-ħżin aktar fit-tul kienu jitnixxfu.
Minħabba l-proċess ta’ produzzjoni karatteristiku, u fl-istess ħin sempliċi tiegħu, li ma jeħtieġ l-ebda tames u l-ebda maturazzjoni, iżda biss il-fermentazzjoni tal-ħalib u t-tagħfis tal-baqtiet, li, meta jiġu ffurmati f’ġobnijiet, jistgħu jiġu mmelħa mbagħad jitnixxfu, jiġu affumikati jew jinħmew, bil-“Lietuviškas varškės sūris” in-nies li kienu jgħixu fl-impriżi agrikoli setgħu wkoll iżommu l-provvisti għax-xitwa, meta l-baqar ġeneralment ma jkollhomx ħalib.
Huwa metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali u li jinvolvi xogħol intensiv, li sal-lum il-ġurnata baqa’ ma nbidilx ħafna u jagħti lil-“Lietuviškas varškės sūris” il-karattru distint tiegħu. Il-materja prima bażika użata fil-produzzjoni tiegħu hija l-ħalib pasturizzat tal-baqar u kultura mesofilika li tibda l-fermentazzjoni tal-batterji tal-aċidu lattiku, li tagħtih it-togħma ta’ aċidu lattiku tiegħu. Il-massa tal-ġobon tiddaħħal bl-idejn jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi fil-boroż tal-ġobon tradizzjonali li jkunu trijangulari, ta’ materjal rqiq minsuġ, u t-tarf il-wiesa’ tagħhom jingħalaq b’għoqda, u b’hekk jagħtu l-forma speċifika tiegħu lill-ġobon, jiġifieri priżma trijangulari b’kantunieri ttundjati filwaqt li l-wiċċ jkollu d-dehra taċ-ċarruta, bit-tikmix fejn iċ-ċarruta ntrabtet f’għoqda. Il-forma tal-borża tal-ġobon hija determinata wkoll mill-fatt li “Lietuviškas varškės sūris” frisk jitfarrak, u huwa aktar faċli li jitneħħa sħiħ minn borża tal-ġobon trijangulari milli minn ebda borża tal-ġobon oħra. “Lietuviškas varškės sūris” huwa parti integrali mill-wirt u mill-immaġni kulturali u nazzjonali tal-Litwanja.
Ir-rabta bejn “Lietuviškas varškės sūris” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tiegħu, kif juru sorsi letterarji, kotba tar-riċetti u l-popolarità tiegħu fil-ħajja ta’ kuljum, f’okkażjonijiet ta’ festi, u kif juri wkoll il-mod li jirrappreżenta l-Litwanja.
Fl-1690, meta kien qed jikteb dwar l-ikel u x-xorb tal-Litwanja, fil-ktieb tiegħu Der Preusche Littauer (Il-Litwan Prussjan), Theodor Lepner, saċerdot Protestant li ħadem fil-Litwanja, inkluda d-deskrizzjoni li ġejja ta’ “Lietuviškas varškės sūris”: ‘Huma jagħmlu l-ġobnijiet tagħhom kif ġej: ipoġġu l-baqtiet immelħin sew f’sarvetta, jagħlquhom sabiex ix-xorrox ikun jista’ jisfija minnhom u jdendluhom fil-granarja biex joqgħodu. Wara jieklu l-ġobon, jaqtawh f’diversi biċċiet u jippreżentawh lill-mistednin tagħhom. It-togħma tiegħu għalihom hija tajba daqslikieku kien l-aqwa ġobon Olandiż.’ Xi 300 sena iktar tard, Vilius Puornas kiteb id-deskrizzjoni li ġejja fil-ktieb tiegħu Nuo mamutų iki cepelinų (Mill-Mammuti għall-Għaġna tal-Patata) (1999): “Lietuviškas varškės sūris’ kien jiġi prodott u mittiekel fil-Litwanja kollha (mhux f’żona etnografika waħda biss), filwaqt li l-ġirien tagħna bdew jixxenqu għalih u spiċċaw biex staqsewna għar-riċetta. Il-“Lietuviškas varškės sūris” tagħna – bil-karwija, frisk jew imnixxef – fit-twieqi tal-ħwienet tal-lum ftit li xejn inbidel minn dak iż-żmien ’l hawn.”
L-ewwel ktieb bil-lingwa Litwana, Lietuvos gaspadinė arba pamokinimai kaip prigulinčiai suvartoti dievo dovanas (Il-mara tad-dar Litwana, jew lezzjonijiet dwar kif wieħed għandu jikkonsma r-rigali t’Alla), ippubblikat f’Tilžė (Tilsit) fl-1893, u Šeimininkėms vadovėlis (Il-Manwal tal-Mara tad-Dar), ippubblikat f’Sejny fl-1911, fihom ir-riċetti għal ‘Lietuviškas varškės sūris’. ‘Lietuviškas varškės sūris’ ġie deskritt ukoll fil-letteratura għall-ispeċjalisti fl-industrija tal-prodotti tal-ħalib, eż. fi Svarbesniais pieno produktų gamybos klausimais nurodymų ir instrukcijų rinkinys (Ġabra ta’ indikazzjonijiet u struzzjonijiet dwar l-iktar kwistjonijiet importanti fil-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib), ippubblikat fl-1947 minn Pienocentras (l-Unjoni Ċentrali tal-Kooperattivi tal-Prodotti tal-Ħalib), u fil-ktieb Pieno produktų pardavimas ir vartojimas (Il-bejgħ u l-konsum tal-prodotti tal-ħalib), ippubblikat f’Vilnius fl-1958. Dan it-tip ta’ ġobon, magħruf bħala “il-ġobon tal-Litwanja” beda jiġi prodott b’mod industrijali fit-tmiem tas-seklu 19. Fl-impjanti għall-ipproċessar tal-ħalib, il-proċess għall-produzzjoni tal-ħalib huwa mekkanizzat, iżda l-baqtiet xorta waħda jista’ jkun li għadhom jiddaħħlu fil-boroż tal-ġobon u l-boroż jingħalqu bl-idejn, bħalma ilu jsir għal sekli sħaħ, u mhux sempliċiment permezz ta’ mezzi mekkaniċi. Anke llum il-ġurnata, fejn il-ġobon isir id-dar, għandhom jintużaw preses imfassla fuq il-mudell l-antik.
Fil-Litwanja, “Lietuviškas varškės sūris” għadu parti integrali mir-ritwal ta’ diversi okkażjonijiet, magħmudiji, tiġien u ċelebrazzjonijiet oħra tal-familja, u huwa rigal perfett. Huwa indispensabbli wkoll fil-ħajja ta’ kuljum. Fil-Litwanja, huwa normali li tiekol il-ġobon frisk waħdu, bil-ġamm jew bl-għasel, jew fuq il-ħobż, li tiekol “Lietuviškas varškės sūris” moħmi jew affumikat mal-birra jew mal-gira (xarba magħmula mill-ħobż iffermentat), u li tieħu l-ġobon imnixxef fuq vjaġġ qasir jew vjaġġi itwal. Hemm l-użanza li ssir ġobna “Lietuviškas varškės sūris” kbira għall-festi. Għall-festival tal-kanzunetti fl-2007, kienu għamlu ġobna tiżen 99 kg fil-maħleb ta’ Ukmerge. Fid-Distrett ta’ Biržai, fl-2009 kienu għamlu l-akbar ġobna affumikata ‘Lietuviškas varškės sūris’, li kienet tiżen 12-il kg, għaċ-ċelebrazzjoni tal-itwal jum tas-sajf. Saret minn 105 litri ħalib, u ġiet affumikata f’forn speċjali għal jumejn sħaħ. Il-matrona tal-unur iġġib ġobna “Lietuviškas varškės sūris” friska, delizzjuża u kbira fit-tieġ biex iżżejjen il-mejda, u, bħala simbolu tal-intimità u l-perseveranza tal-koppja, l-għarusa tagħti “Lietuviškas varškės sūris” imnixxfa lill-mużiċisti, fl-għodwa tat-tieni jum tat-tieġ, biex tqajjimhom b’mod ġentili.
Programm edukattiv intitolat “Sūrio kelias” (ir-rotta tal-ġobon) ilu jiġi organizzat mill-2006, fil-mużew tal-Artijiet ta’ Rokiškis. Kull sena, madwar 6 000 viżitatur jitgħallmu dwar il-metodi l-antiki ta’ produzzjoni ta’ “Lietuviškas varškės sūris”, jaraw l-għodda etnografiċi u jduqu diversi ġobnijiet. “Lietuviškas varškės sūris” kien popolari ħafna mal-viżitaturi fil-“Ġimgħa Ekoloġika 2009”, wirja internazzjonali li saret f’Berlin.
L-esperjenza, l-għarfien u l-ħiliet tal-produtturi tal-ġobon, li żviluppaw matul is-sekli, ippermettew li l-proċess tal-produzzjoni jiġi adattat għall-kundizzjonijiet moderni, filwaqt li jżomm il-forma speċifika tal-prodott u jiggarantixxi l-kwalità tiegħu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://zum.lrv.lt/lt/veiklos-sritys/maisto-sauga-ir-kokybe/saugomos-kilmes-vietos-nuorodos-saugomos-geografines-nuorodos-garantuoti-tradiciniai-gaminiai/atnaujinamos-produktu-specifikacijos
(1) ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
|
2.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/28 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 251/09)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
“AIL FUMÉ D’ARLEUX”
Nru tal-UE: PGI-FR-0820-AM01 — 11.4.2017
DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
L-isem |
: |
Groupement des Producteurs d’Ail fumé d’Arleux |
||||
|
Indirizz |
: |
|
||||
|
Posta elettronika |
: |
mairie@arleux.com |
||||
|
Kompożizzjoni |
: |
Il-grupp jikkonsisti fil-produtturi tal-“Ail fumé d’Arleux”. Għaldaqstant, għandu d-dritt leġittimu li jipproponi emendi. |
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda/i
|
— |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn: deskrizzjoni tal-prodott, aġġornament tad-dejta, rabta kawżali, struttura ta’ kontroll, rekwiżiti nazzjonali |
4. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-dokument uniku ppubblikat. |
|
— |
☒ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda tad-dokument uniku ppubblikat. |
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku (jew dokument ekwivalenti). |
|
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
L-intestatura “Prova tal-oriġini”
Żdied paragrafu li jindika li kull operatur involut fil-produzzjoni tal-IĠP “huwa obbligat li jidentifika ruħu mal-grupp bil-ħsieb li jikseb l-approvazzjoni meħtieġa qabel il-bidu tal-attività kkonċernata.”.
Din id-dispożizzjoni li hija diġà fis-seħħ ssaħħaħ it-traċċabbiltà tal-prodott.
L-intestatura “Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni”
— Taħwil:
Is-sentenza: “Il-pjanti mixtrija għat-taħwil iridu jkunu ta’ kwalità CE (pjanti kkontrollati skont ir-regoli Ewropej) jew iċċertifikati, b’tal-inqas 25 % ta’ pjanti ċċertifikati.” tinbidel u ssir:
“Il-pjanti mixtrija għat-taħwil iridu jkunu ta’ kwalità CE (pjanti kkontrollati skont ir-regoli Ewropej) jew iċċertifikati.”.
Barra minn hekk, is-sentenza “Peress li l-għan tal-grupp huwa li jiffaċilita l-varjetà Gayant minħabba li żżomm għal żmien twil, iżda s’issa l-produzzjoni tal-pjanti ċċertifikati Gayant ma twassalx biex tkopri l-ħtiġijiet kollha, ir-rata minima ta’ użu ta’ pjanti ċċertifikati ġiet iffissata għal 25 %.” titħassar
Dawn l-emendi għandhom l-għan li jneħħu l-obbligu li jintużaw mill-inqas 25 % ta’ pjanti ċċertifikati. Bid-definizzjoni ta’ perċentwal minimu ta’ pjanti ċċertifikati fl-ispeċifikazzjoni attwali, il-grupp ried jiżviluppa l-produzzjoni ta’ pjanti ċċertifikati li ġejjin mill-varjetà reġjonali Gayant. Instab madankollu li l-produzzjoni ta’ pjanti ċċertifikati, fosthom il-varjetà Gayant, ma kibritx b’mod li tiggarantixxi livell stabbli ta’ 25 %. Il-produtturi għandhom għalhekk ikunu jistgħu jixtru u jużaw pjanti ta’ kwalità CE, jew għandhom ikunu jistgħu jipproduċuhom huma stess minn pjanti ta’ kwalità jew iċċertifikati CE, mixtrija matul is-sena ta’ qabel.
Din id-dispożizzjoni ma tikkompromettix id-deskrizzjoni tal-prodott u lanqas ir-rabta maż-żona ġeografika tiegħu peress li l-kwalità tal-pjanti CE hija issa ekwivalenti għal dik tal-pjanti ċċertifikati.
Is-sentenza: “Bejn it-tqaxxir u t-tħawwil ma għandhomx jgħaddu aktar minn 8 ijiem.” tinbidel u ssir: “Bejn it-tqaxxir u t-tħawwil ma għandhomx jgħaddu aktar minn 15-il jum.”.
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi kultant avversi li jistgħu jittardjaw it-tħejjija tal-ħamrija għat-tħawwil. Għaldaqstant il-perjodu twal biex it-tħawwil jkun jista’ jsir fl-aktar mument favorevoli.
— Il-fażi ta’ tkabbir tal-pjanti:
Is-sentenza “Ma jsirx aktar trattament matul it-3 ġimgħat ta’ qabel il-ħsad.” tħassret peress li jeżisti terminu regolamentari ta’ 14-il jum li huwa biżżejjed biex jiggarantixxi l-istess kundizzjoni ta’ faxxina qabel il-ħsad miksuba meta t-trattament jieqaf tliet ġimgħat qabel il-ħsad. Għalkemm, b’mod ġenerali, it-trattament jieqaf tliet ġimgħat qabel il-ħsad, jista’ jagħti l-każ li jkun meħtieġ trattament minħabba kundizzjonijiet klimatiċi biex tiġi evitata marda kriptogamika bħas-sadid.
Is-sentenza “Il-polverizzatur jiġi ċċekkjat kull 3 snin” tneħħiet għaliex dan l-obbligu huwa diġà mniżżel fir-regoli ġenerali.
L-intestatura “Tikkettar”
L-obbligu li tissemma fuq it-tikkettar it-tismija tal-IĠP u l-logo tal-UE tħassar għaliex issa dan l-obbligu huwa diġà mniżżel fir-regoli ġenerali.
Għaldaqstant id-dokument uniku huwa emendat.
L-intestatura “Oħrajn”
— Tibdiliet żgħar fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Inħasset il-ħtieġa li jitħassar ċertu kliem mhux adatt jew inutli (“uman” fl-espressjoni “għarfien uman”, “tradizzjonali” fl-espressjoni “tewm tradizzjonali”), li tiġi spustata tabella dwar il-preżentazzjoni tal-prodott jew xi paragrafi fil-parti “rabta kawżali”, kif ukoll li jitħassru t-titoli tal-paragrafi. Il-biblijografija u l-annessi li ma fihomx dispożizzjonijiet vinkolanti tħassru.
Dawn l-emendi għandhom l-għan li t-test tal-ispeċifikazzjoni jagħmluh aktar koerenti, speċjalment fir-rigward tad-dokument uniku. Ma għandhom ebda impatt fuq il-prodott u r-rabta kawżali.
— Dipartiment kompetenti tal-Istat Membru:
Żdiedu d-dettalji ta’ kuntatt tal-Istitut Nazzjonali dwar il-kwalità u tal-oriġini (INAO) bħala s-servizz kompetenti tal-Istat Membru, skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
— Struttura ta’ kontroll:
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll ġew mibdula b’dawk tal-awtorità kompetenti ta’ kontroll. L-għan ta’ din l-emenda huwa biex tiġi evitata l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet fil-każ ta’ bidla fil-korp ta’ kontroll.
6. Speċifikazzjoni tal-prodott aġġornata (għal DOP u IĠP biss)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-e9d4946c-169e-4eda-84af-bfe12271b428/telechargement
DOKUMENT UNIKU
“AIL FUMÉ D’ARLEUX”
Nru tal-UE: PGI-FR-0820-AM01 — 11.4.2017
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem/Ismijiet
“Ail fumé d’Arleux”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
L-“Ail fumé d’Arleux” huwa tip ta’ tewm li jżomm għal perjodu konsiderevoli ta’ żmien permezz tal-metodu tradizzjonali u l-għarfien fil-mod kif it-tewm jiġi mmaljat u affumikat bl-użu ta’ pit lokali u/jew linjite u/jew tiben qasir u/jew serratura.
L-“Ail fumé d’Arleux” huwa prodott minn tewm roża tar-rebbiegħa (Allium sativum, membru tal-familja tal-ġilju) parti minn grupp tal-varjetà II u tat-tip “Ail du Nord”. Huwa kkaratterizzat minn perjodu twil ta’ rqad, basal ta’ daqs medju u n-nuqqas ta’ zokk ta’ fjura u huwa adattat għall-kuntest klimatiku u storiku tar-reġjun Nord-Pas-de-Calais. In-nuqqas ta’ zokk ta’ fjura jippermetti li t-tewm jiġi mmaljat f’malji tipiċi peress li l-faxxina hija flessibbli biżżejjed biex dan ikun jista’ jsir. Il-varjetajiet użati huma Ail du Nord, Gayant u Arno. Jistgħu jiġu introdotti varjetajiet ġodda sakemm dawn jirrispettaw il-kriterji ddefiniti preċedentement. Il-lista tal-varjetajiet tiġi ċċirkolata mal-produtturi wara kull modifika, kif ukoll tintbagħat lill-korp ta’ kontroll u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kontroll. Meta jsir il-ħsad tat-tewm, il-basla tkun ta’ daqs medju (li jvarja minn 40 sa 80 mm skont kif jiġi ppreżentat), ta’ kulur abjad, filwaqt li t-tunika esterna tas-snien tkun ta’ kulur roża skur.
L-“Ail fumé d’Arleux” huwa tradizzjonalment ippreżentat fil-forma ta’ malji b’għadd ta’ rjus li jvarja minn 10 sa 90 u anke saħansitra 120 ras. Jista’ jiġi ppreżentat ukoll bħala malji ta’ tlitt irjus. Huwa t-tnixxif tal-irjus tat-tewm bil-faxxina, fl-għelieqi jew b’ventilazzjoni dinamika ġo maħżen, li jippermetti l-immaljar. L-immaljar isir bl-idejn bħal malja tax-xagħar.
L-affumikazzjoni ssir wara l-immaljar f’kamra li sservi dan il-għan u ddum tal-anqas sebat ijiem. Wara l-affumikazzjoni, jistgħu jinkisbu kuluri differenti tat-tewm skont il-materjali li jkunu ntużaw. Il-kuluri jvarjaw minn kannella ħamrani ċar sa kannella skur. Il-malji miksuba b’dan il-mod jistgħu eventwalment jiġu imballati f’xibka qabel ma jiġu kkumerċjalizzati.
L-“Ail fumé d’Arleux” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
Aroma pjaċevoli ta’ duħħan |
|
— |
Kulur uniformi tul is-superfiċje tal-malja kollha, li l-intensità tiegħu tiġi vvalidata skont kulur ta’ referenza definit. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha tal-kultivazzjoni, l-immaljar, l-affumikazzjoni jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Wara l-affumikazzjoni t-tewm jista’ jiġi imballat f’xibka. Dan l-imballaġġ irid isir fiż-żona ġeografika identifikata sabiex kemm jista’ jkun jiġi evitat li dan il-prodott jiġi mmanipulat. Fil-fatt, l-“Ail fumé d’Arleux” huwa prodott fraġli (bl-affumikazzjoni t-tuniki esterni u z-zkuk isiru aktar fraġli u jinkisru faċilment), u għalhekk il-manipulazzjoni u t-trasport għandhom jiġu limitati. L-imballaġġ fiż-żona ġeografika identifikata jippermetti l-preżervazzjoni tal-integrità fiżika tal-prodott u tal-malji.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Apparti r-rekwiżiti regolamentarji, it-tikketti kollha jrid ikun fihom in-numru tal-lott biex tkun ggarantita t-traċċabbiltà.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika hija magħmula minn 35 muniċipalità fid-département du Nord u 27 muniċipalità f’dak tal-Pas-de-Calais.
Département du Nord:
Arleux, Aubencheul-au-Bac, Aubigny-au-Bac, Bruille-lez-Marchiennes, Brunemont, Bugnicourt, Cantin, Courchelettes, Cuincy, Dechy, Écaillon, Erchin, Esquerchin, Estrées, Fechain, Férin, Flers-en-Escrebieux, Fressain, Fressies, Goeulzin, Guesnain, Hamel, Haynecourt, Hem-Lenglet, Lambres-lez-Douai, Lauwin Planque, Lécluse, Lewarde, Loffre, Marcq-en-Ostrevant, Marquette-en-Ostrevant, Masny, Monchecourt, Roucourt, Villers-au-Tertre.
Département du Pas-de-Calais:
Baralle, Bellonne, Brebières, Buissy, Cagnicourt, Corbehem, Dury, Ecourt Saint Quentin, Epinoy, Gouy sous Bellonne, Hendecourt les Cagnicourt, Marquion, Noyelles sous Bellonne, Oisy le Verger, Palluel, Quiery La Motte, Recourt, Riencourt les Cagnicourt, Rumaucourt, Sailly en Ostrevent, Sains les Marquion, Sauchy Cauchy, Sauchy Lestrée, Saudemont, Tortequesne, Villers les Cagnicourt, Vitry en Artois.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
L-aktar ħamrija tipika tar-reġjun ta’ Cambrésis toriġina minn materja prima differenti: sedimenti ta’ depożiti tat-trab (loess silts), tafal terzjarju u, fi kwantità iżgħar, materjali l-biċċa l-kbira ramlin li jiffurmaw minn formazzjonijiet terzjarji, ġibs u depożiti ta’ materjali mix-xmajjar.
L-“Ail fumé d’Arleux” jiġi kkultivat fiż-żona ġeografika fuq ħbula tal-art ikkaratterizzati minn ħamrija li tvarja minn raba’ grass (loam) għal raba’ grass tafli b’kontenut massimu ta’ tafal ta’ 30 %.
Iż-żona tgawdi klima moderata b’temperaturi relattivament uniformi minn sena għall-oħra. It-temperaturi minimi huma moderati (l-għadd ta’ ġranet b’temperaturi taħt iż-żero huwa baxx ħafna) u t-temperaturi massimi rari jaqbżu t-30 °C. U t-temperaturi ftit li xejn ivarjaw mil-lejl għan-nhar.
Ix-xita li tinżel tiġi distribwita b’mod uniformi s-sena kollha u l-ammont totali annwali ta’ xita huwa ta’ madwar 650 mm (il-medja tul dawn l-aħħar 30 sena).
Arleux tinsab f’wied imdawwar b’imriegħi, xmajjar u pantani.
Il-wied ta’ Sensée jifforma “mogħdija twila ħadra” bejn iż-żewġ meded għerja ta’ Douaisis u Cambrésis.
Sensée jirċievi l-ilmijiet tat-tributarji sekondarji, inklużi dawk ta’ Agache u Hirondelle, u b’hekk jaqsam il-pantani u l-għadajjar qabel ma l-ilmijiet jintefgħu fil-Canal du Nord.
Il-pantani tal-wied Sensée jkopru madwar 800 ettaru, fejn ġew iddepożitati materjali mix-xmajjar u pit.
L-għadd kbir ta’ mtieħen u digi li kien hemm fil-wied għenu biex jinżamm il-livell tal-ilma fil-pantani, filwaqt li l-estrazzjoni tal-pit, użat bħala fjuwil qabel ma ġie introdott il-faħam fuq skala kbira nisslet l-għadajjar.
Speċifiċità tal-prodott
L-ispeċifiċità tal-prodott hija bbażata fuq għarfien espert speċifiku: l-affumikazzjoni, kif ukoll fuq kwalità li tiddistingwi ruħha permezz tal-affumikazzjoni u bil-mod li bih jiġi ppreżentat it-tewm jiġifieri mmaljat, u fl-aħħar nett fuq reputazzjoni antika li għadha ħajja sal-lum.
L-affumikazzjoni tradizzjonali titwettaq permezz tat-tqabbid ta’ taħlita ta’ pit, serratura u tiben qasir. Illum il-ġurnata ddaħħal il-linjite f’din it-taħlita peress li l-pit m’għadux jista’ jintuża b’mod sostenibbli u wkoll peress li l-linjite għandu l-istess proprjetajiet ta’ kombustjoni. Il-kultivazzjoni tat-tewm żviluppat fil-qalba tar-reġjun ta’ Arleux bis-saħħa tal-preżenza tal-pit u tat-teknika tal-affumikazzjoni. Permezz ta’ dan, ir-reġjun ta’ Arleux huwa meqjus bħala wieħed fejn it-tewm jiġi affumikat b’mod tradizzjonali.
Bl-affumikazzjoni l-“Ail fumé d’Arleux” jikseb kulur uniformi tul is-superfiċje tal-malja kollha li jvarja minn kannella ħamrani ċar għal kannella skur u aroma pjaċevoli ta’ duħħan. Jikseb ukoll il-karatteristika li jżomm għal perjodu itwal. Permezz tal-użu tal-varjetajiet tat-tip “ail du Nord” it-tewm ikun jista’ jiġi ppreżentat f’forma ta’ malji peress li din il-varjetà ma għandhiex zokk tal-fjura. Din il-preżentazzjoni kienet tintuża fil-bidu nett biex it-tewm ikun jista’ jiddendel fil-kamra tal-affumikazzjoni u jinbiegħ aktar faċilment. Illum il-ġurnata din il-preżentazzjoni hija apprezzata minħabba li hija prattika u attraenti.
L-ewwel darba li l-produzzjoni tissemma fl-istatistika tad-département hija fl-1804. Tul is-seklu 19, il-prodott rebaħ l-ewwel premju f’għadd kbir ta’ okkażjonijiet f’kompetizzjonijiet u fieri agrikoli. Fis-seklu 20, il-kultivazzjoni żviluppat u l-bdiewa żiedu l-popolarità tal-prodott billi kkummerċjalizzawh permezz tal-bejgħ bieb bieb. Għalhekk ir-reputazzjoni tal-“Ail fumé d’Arleux” infirxet barra miż-żona tal-produzzjoni tiegħu.
Illum il-ġurnata l-fiera tat-tewm f’Arleux hija l-avveniment ewlieni li fih tiġi rinforzata r-reputazzjoni tal-prodott. Din il-fiera ġiet organizzata għall-ewwel darba fl-1962 u l-aħħar edizzjonijiet tagħha raw parteċipazzjoni dejjem akbar u kkontribwew għall-popolarità tal-prodott mal-midja u mal-pubbliku li jipparteċipa.
Rabta kawżali
F’reġjun li jibbenifika minn kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija adattati għall-kultivazzjoni tat-tewm (ħamrija ħafifa, ftit umda li tinxef u tisħon faċilment, u li fiha ftit żrar, u klima moderata b’differenzi żgħar fit-temperatura u xita li tinżel fi kwantitajiet uniformi s-sena kollha), il-preżenza tal-pit kienet dik li tat bidu għall-affumikazzjoni tat-tewm.
Il-pit kien iservi għat-tisħin iżda dan malajr beda jintuża wkoll għall-affumikazzjoni tat-tewm. Fil-fatt, il-klima taż-żona ma tippermettix tnixxif sodisfaċenti tat-tewm. L-affumikazzjoni għalhekk tippermetti t-tnixxif tat-tewm u permezz ta’ dan il-konservazzjoni tiegħu peress li jiġi evitat li tiżviluppa l-moffa. L-affumikazzjoni tagħtih ukoll kulur ħamrani u aroma pjuttost karrateristika. Il-produtturi tat-tewm jużaw ukoll materjali oħrajn għall-affumikazzjoni, li dawn ukoll huma tipiċi tar-reġjun.
Min-naħa l-oħra l-immaljar tat-tewm jgħin biex dan jiddendel faċilment fil-kmamar tal-affumikazzjoni. Dawn iż-żewġ aspetti huma marbutin ħafna ma’ xulxin u jikkostitwixxu l-għarfien espert assoċjat mal-“Ail fumé d’Arleux”. Mal-wasla taż-żwiemel tal-ġarr (ħart) u aktar u aktar il-mekkanizzazzjoni, il-kultivazzjoni tat-tewm ma setgħetx tibqa’ ssir f’dawn il-pantani. Konsegwentement, il-kultivazzjoni bdiet issir fuq art li kienet tinsab dejjem aktar ’il bogħod mit-torbieri.
It-tiben qasir jinġabar meta l-qamħ jindires f’azjendi agrikoli fejn għadhom jaħdmu bid-derriesa antiki. Iżda dawn dejjem qegħdin jonqsu u jidirsu żoni żgħar. Illum il-ġurnata ftit azjendi agrikoli għadhom jistgħu jfornu lill-produtturi tat-tewm peress li l-makkinarju modern jarmih fl-għelieqi waqt il-ħsad. Fil-Béthunois għadek tista’ ssib diversi azjendi agrikoli tradizzjonali. Dawn jipproduċu t-tiben għall-Haras Nationaux jew għall-istalel taż-żwiemel tal-korsa tar-reġjun Pariġin (Vincennes, Chantilly) li jesiġu tiben ta’ kwalità speċifika għaż-żwiemel tagħhom. Fir-rigward tas-serratura, il-produtturi jippreferu forniment reġjonali. Fil-fatt, il-foresta f’Nord-Pas-de-Calais hija essenzjalment magħmula minn speċijiet mhux koniferi (93 %) b’mod partikolari l-ballut, il-fagu u l-fraxxnu. L-injam minn dawn l-ispeċijiet huwa partikolarment tajjeb għall-affumikazzjoni tat-tewm.
Il-produtturi tal-“Ail fumé d’Arleux” b’hekk kienu kapaċi kemm bis-saħħa tal-immaljar tat-tewm kif ukoll bis-saħħa ta’ metodu ta’ affumikazzjoni speċifiku (oriġinarjament bil-pit u dan l-aħħar permezz taż-żieda ta’ tip wieħed jew diversi tipi ta’ fjuwil) jagħtu lill-prodott tagħhom reputazzjoni solida kif għadu jidher sal-lum mis-suċċess tal-fiera tat-tewm.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-e9d4946c-169e-4eda-84af-bfe12271b428/telechargement
(1) ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.