ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 250

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
1 ta' Awwissu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 250/01

Avviż tal-Kummissjoni dwar is-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti mibjugħa online ( 1 )

1

2017/C 250/02

Bidu ta' proċeduri (Il-Każ M.8222 — Knorr-Bremse/Haldex) ( 1 )

20

2017/C 250/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8258 — Advent International/Morpho) ( 1 )

20

2017/C 250/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8498 — Toray/Mitsui/Soda) ( 1 )

21


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 250/05

Rata tal-kambju tal-euro

22


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 250/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8566 — Moog Singapor/SIAEC/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

23

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 250/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

24

2017/C 250/08

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

33

2017/C 250/09

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

41


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

dwar is-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti mibjugħa online

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 250/01)

Werrej

DAĦLA 2

PARTI A —

IL-QAFAS LEGALI APPLIKABBLI GĦALL-PRODOTTI MIBJUGĦA ONLINE 3

1.

IL-KUNĊETT TA’ “TQEGĦID FIS-SUQ” FIL-KUNTEST TAL-BEJGĦ ONLINE 4

1.1.

Il-kunċett ta’ tqegħid fis-suq b’mod ġenerali 4

1.2.

Il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq” fil-kummerċ elettroniku 5

2.

IR-RWOLI U R-RESPONSABBILTAJIET TAL-AWTORITAJIET TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ 6

3.

IR-RWOLI U R-RESPONSABBILTAJIET TAL-OPERATURI EKONOMIĊI 6

3.1.

Produtturi, manifatturi, rappreżentanti awtorizzati, importaturi u distributuri 6

3.2.

Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni 6

3.2.1

Ir-rwoli tal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni fil-katina tal-provvista online 6

3.2.2

Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni fil-katina tal-provvista online 7

3.3

Atturi rilevanti oħrajn 9

3.3.1

Id-dikjarant skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 9

3.3.2

Fornituri ta’ servizzi intermedjarji online 9

3.3.3

Fornituri ta’ servizzi postali 11

PARTI B —

ASPETTI PRATTIĊI TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ GĦALL-PRODOTTI MIBJUGĦA ONLINE 11

1.

PRINĊIPJI ĠENERALI GĦAS-SORVELJANZA TAS-SUQ 11

2.

L-ISTRATEĠIJA U L-IPPJANAR TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ ONLINE 12

3.

L-ORGANIZZAZZJONI TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ ONLINE 12

4.

IL-KARATTERISTIĊI U L-ĦTIĠIJIET SPEĊIFIĊI TAL-INVESTIGAZZJONIJIET ONLINE 13

5.

AZZJONIJIET KORRETTIVI MARBUTA MAL-PRODOTTI MIBJUGĦA ONLINE 14

5.1.

Azzjonijiet korrettivi li jiddependu fuq il-post fejn jinsab l-operatur ekonomiku 14

5.1.1.

Jekk l-operatur ekonomiku jkun jinsab fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità 14

5.1.2.

Jekk l-operatur ekonomiku jkun jinsab fl-UE, iżda barra mill-ġurisdizzjoni tal-awtorità 14

5.1.3.

Jekk l-operatur ekonomiku jkun jinsab barra mill-UE 15

5.2.

Azzjonijiet korrettivi speċifiċi għall-prodotti mibjugħa online 15

PARTI C —

SENSIBILIZZAZZJONI FOST IL-KONSUMATURI U N-NEGOZJI DWAR IS-SIGURTÀ U L-KONFORMITÀ TAL-PRODOTTI MIBJUGĦA ONLINE 16

1.

SENSIBILIZZAZZJONI FOST IL-KONSUMATURI 16

1.1.

X’inhu utli li jkunu jafu l-konsumaturi? 17

1.2.

L-Istati Membri kif għandhom jinformaw lill-konsumaturi dwar l-aspetti ta’ sigurtà tal-prodotti li jridu jiġu kkunsidrati meta jixtru online? 17

1.2.1.

Siti web tal-awtoritajiet 17

1.2.2.

L-użu tal-midja u ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni 18

1.2.3.

Sistemi ta’ ilmenti tal-konsumaturi 18

2.

SENSIBILIZZAZZJONI TAN-NEGOZJI 18

DAĦLA

L-Internet biddel il-mod kif il-konsumaturi jixtru u kif in-negozji jirreklamaw u jbiegħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom. Il-kummerċ elettroniku jippermetti lill-konsumaturi u lin-negozji jinteraġixxu b’mod differenti u jżid il-benesseri tal-konsumaturi minħabba l-prezzijiet online aktar baxxi u għażla akbar (1). Il-kummerċ elettroniku qed jesperjenza tkabbir rapidu u għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli għall-objettivi ta’ tkabbir tal-Unjoni Ewropea (UE) (2).

Madankollu, l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku joħloq ċerti sfidi fir-rigward tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi u ta’ utenti finali oħrajn minn prodotti mhux tal-ikel perikolużi u/jew prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni (“prodotti mhux konformi”) (3). F’dan ir-rigward, u meta mqabbel mas-suq offline, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri jiffaċċjaw bosta diffikultajiet, fosthom l-eżempji li ġejjin:

(i)

diffikultajiet fir-rigward tat-traċċar tal-prodotti offruti għall-bejgħ online u l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi responsabbli;

(ii)

iż-żieda fin-numru ta’ operaturi ekonomiċi li jinsabu barra t-territorju tal-UE li joffru prodotti għall-bejgħ online; dan jinkludi bejgħ direttament lil konsumaturi tal-UE u lil utenti finali oħrajn, li jrendi l-infurzar tar-regoli tal-prodotti f’diffikultuż;

(iii)

sfidi fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskji jew tat-testijiet tas-sigurtà minħabba n-nuqqas ta’ aċċess fiżiku għall-prodotti;

(iv)

diffikultajiet fit-teħid tal-kampjuni tal-prodotti għall-ittestjar, minħabba li l-liġijiet rilevanti f’ċerti Stati Membri ma jippermettux li x-xiri jsir online jew li jsir xiri anonimu (bħal xiri bil-moħbi);

(v)

sfidi fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti) (4) kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti (5) relatati mal-ambjent online;

(vi)

nuqqas ta’ għarfien fost il-konsumaturi u n-negozji dwar ix-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti konformi u siguri online.

L-għan ta’ dan l-Avviż huwa li jgħin lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà u l-konformità ta’ prodotti mhux tal-ikel. Dan id-dokument jirreferi għal oġġetti tanġibbli u jeskludi s-softwer u l-applikazzjonijiet mhux inkorporati. L-Avviż jikkonċerna l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, iż-żewġ atti leġiżlattivi ewlenin li jirregolaw is-sorveljanza tas-suq u s-sigurtà u l-konformità tal-prodotti fil-bejgħ online. L-Avviż jistabbilixxi wkoll prattiki tajbin għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti mibjugħa online u għall-komunikazzjoni man-negozji u mal-konsumaturi.

L-infurzar imtejjeb tar-regoli tal-UE għall-prodotti mibjugħa online jikkontribwixxi biex jiġi żgurat li l-prodotti mhux tal-ikel ikunu siguri u konformi u jikkontribwixxi wkoll għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew ta’ utenti finali oħrajn fl-UE. Is-sigurtà mtejba tal-prodotti u l-konformità fil-kummerċ elettroniku jżidu l-fiduċja fis-swieq online u jwasslu għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku. Infurzar aħjar jgħin ukoll biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fost l-operaturi ekonomiċi fil-ktajjen tal-provvista tradizzjonali u online u fost l-operaturi li jinsabu fl-UE jew barra minnha. Għalhekk, dan l-Avviż jikkontribwixxi għal waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni: l-iżvilupp ulterjuri tas-Suq Uniku Diġitali.

Dan l-Avviż huwa indirizzat lill-Istati Membri u lill-Iżlanda, lil-Liechtenstein u lin-Norveġja bħala firmatarji tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (6) (ŻEE). Għalhekk, ir-referenzi għall-UE, għall-Unjoni jew għas-Suq Uniku jinħtieġ li jinftiehmu bħala li jirreferu għaż-ŻEE jew għas-suq taż-ŻEE.

Dan l-Avviż huwa maħsub biex jikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti u għal applikazzjoni aktar uniformi u koerenti ta’ dik il-leġiżlazzjoni f’termini tal-prodotti mibjugħa online. Huwa jieħu f’kunsiderazzjoni d-diskussjonijiet mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati fi proċess kollaborattiv li estenda mill-2013 sal-2016.

Dan l-Avviż huwa maħsub purament bħala dokument ta’ gwida — huwa biss it-test tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni nnifisha li għandu forza legali. Huwa għandu l-għan li jipprovdi pariri abbażi tal-esperjenzi kollettivi u l-aħjar prattiki eżistenti. L-informazzjoni hija ta’ natura ġenerali biss u ma tindirizzax speċifikament individwi jew entitajiet partikolari.

Hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandha l-kompetenza tinterpreta b’mod awtorevoli l-liġi tal-UE. L-opinjonijiet espressi f’dan id-dokument ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni li tista’ tieħu l-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. La l-Kummissjoni Ewropea u l-ebda persuna li taġixxi f’isem il-Kummissjoni Ewropea ma hija responsabbli għal kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li ġejja.

Billi dan l-Avviż jirrifletti l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fil-mument tal-abbozzar, il-gwida offruta tista’ tiġi mmodifikata aktar tard.

PARTI A IL-QAFAS LEGALI APPLIKABBLI GĦALL-PRODOTTI MIBJUGĦA ONLINE

Il-Parti A toffri gwida dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-prodotti (7) mibjugħa online.

L-għan tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti huwa li tiżgura li l-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jkunu siguri. Hija tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-organizzazzjoni u t-twettiq tas-sorveljanza tas-suq dwar l-aspetti tas-saħħa u s-sigurtà tal-prodotti mhux tal-ikel għall-konsumaturi. Din tinkludi prodotti li jiġu pprovduti jew magħmula disponibbli lill-konsumaturi, għall-użu minnhom, bħala parti minn provvista ta’ servizzi. Hija tapplika għall-prodotti mhux tal-ikel kollha għall-konsumaturi, safejn ma jkun hemm ebda provvediment speċifiku bl-istess objettiv fil-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola s-sigurtà tal-prodotti kkonċernati (8). Bħala riżultat, hija taġixxi bħala xibka ta’ sikurezza billi tkopri l-prodotti għall-konsumaturi mhux koperti minn provvedimenti aktar speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti.

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa pubblika b’mod ġenerali, tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti fil-post tax-xogħol, tal-ambjent, eċċ., jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-organizzazzjoni u t-twettiq tas-sorveljanza tas-suq għall-prodotti kollha għall-konsumaturi u mhux għall-konsumaturi koperti mil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti (9). Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplika għall-prodotti kollha, safejn ma jkun hemm ebda provvediment speċifiku bl-istess objettiv, natura jew effett f’regoli oħrajn tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni (10). Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tapplika għall-bejgħ online ta’ prodotti tal-enerġija (11) sabiex tikkomplementa r-regolamenti tal-UE dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija (12) li għandhom l-għan li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u jiżguraw l-informazzjoni għall-konsumaturi.

Biex id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 ikunu applikabbli, l-ewwel għandu jiġi evalwat jekk il-prodott huwiex ipprovdut jew le fil-kuntest ta’ attività kummerċjali. Il-prodotti jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ attività kummerċjali permezz tal-bejgħ online meta jiġu offruti għall-bejgħ minn operatur online (13) lill-konsumaturi jew lil utenti finali oħrajn fl-UE. B’mod ġenerali, il-prodotti jiġu offruti għall-bejgħ online bi ħlas. Madankollu, f’ċerti kundizzjonijiet, il-provvista ta’ prodotti bla ħlas tista’ tikkostitwixxi wkoll attività kummerċjali (14). Il-bejgħ mill-konsumatur għall-konsumatur (C2C) ġeneralment ma jitqiesx bħala attività kummerċjali (15) u, għalhekk, mhuwiex irregolat mid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti jew mir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

It-tliet aspetti ewlenin li ġejjin tal-qafas legali tal-UE huma meqjusa bħala l-aktar rilevanti għall-bejgħ online:

il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq”;

ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq; u

ir-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

Il-kapitoli li ġejjin jiddeskrivu l-interpretazzjoni ta’ dawn il-tliet kwistjonijiet b’rabta mal-bejgħ online.

1.   Il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq” fil-kuntest tal-bejgħ online

1.1.    Il-kunċett ta’ tqegħid fis-suq b’mod ġenerali

Id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u l-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni japplikaw, fl-ambiti rispettivi tagħhom, għall-prodotti li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, irrispettivament mit-tekniki tal-bejgħ, inklużi l-bejgħ mill-bogħod u l-bejgħ online (16). Għalhekk, irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ, il-prodotti għandhom ikunu siguri u konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli meta jitqiegħdu fis-suq tal-UE.

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jiddefinixxi t-terminu “tqegħid fis-suq” bħala “l-att li bih prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq Komunitarju” u jiddefinixxi t-terminu ‘magħmul disponibbli fis-suq’ bħala “kull provvista ta’ prodott għal distribuzzjoni, konsum jew użu fis-suq Komunitarju fil-kors ta’ attività kummerċjali, kemm bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas (17). Dawn il-kunċetti għandhom implikazzjonijiet legali f’termini tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi responsabbli (18) u l-obbligi rispettivi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti, kif ġie spjegat fid-dettall fil-“Gwida Blu” (19).

Id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti ma tużax it-terminu “l-ewwel tqegħid fis-suq” u tuża l-kunċetti ta’ “tqegħid fis-suq”, “provvista” u “magħmul disponibbli” mingħajr distinzjoni u bla ma tiddefinixxi dawn il-kunċetti (20)  (21). Skont id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, l-operaturi ekonomiċi jiġu identifikati abbażi ta’ jekk l-attività tagħhom taffettwax il-proprjetajiet tas-sigurtà tal-prodotti (22). Fl-istess ħin, fil-kuntest tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, “tqegħid fis-suq” jista’ jitqies bħala li jkopri d-diversi stadji tal-katina tal-provvista, inkluż l-“ewwel” tqegħid tal-prodott fis-suq, kif ukoll it-tqegħid fis-suq (pereżempju minn distributur) jew il-provvista (pereżempju fil-kuntest tal-forniment ta’ servizz (23)) sussegwenti.

Bħala riżultat, il-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u l-prodotti koperti mid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti għandhom ikunu siguri mill-mument tal-ewwel tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni (24).

1.2.    Il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq” fil-kummerċ elettroniku

Fil-mudelli tan-negozju tal-kummerċ elettroniku, il-prodotti jistgħu jaslu għand il-konsumaturi jew utenti finali oħrajn b’mezzi differenti.

(a)

Il-manifattur (25), l-importatur (26), id-distributur (27) jew il-produttur (28) huma stabbiliti fl-UE

Jekk il-manifattur, l-importatur, id-distributur jew il-produttur ikunu stabbiliti fl-UE, it-teknika tal-bejgħ biss tkun differenti (29), imqabbla ma’ każijiet fejn il-prodotti jiġu offruti fi ħwienet fiżiċi tradizzjonali. Il-prodotti offruti għall-bejgħ online lil konsumaturi u utenti finali oħrajn fis-suq tal-Unjoni mill-manifattur, mill-importatur, mid-distributur jew mill-produttur stabbilit fl-UE jitqiesu bħala li tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, huma għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli dwar il-prodotti.

(b)

Il-manifattur (30), l-importatur (31), id-distributur (32) u l-produttur (33) huma stabbiliti barra mill-UE

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti tapplika wkoll għal każijiet fejn il-bejjiegħa online bbażati barra mill-UE jimmiraw għal konsumaturi jew utenti finali oħrajn fl-UE. Bħala riżultat, jekk il-produttur, il-manifattur, l-importatur u d-distributur ikunu stabbiliti barra mill-UE, jeħtieġ li l-ewwel jiġi stabbilit jekk l-offerta mill-bejjiegħ online bbażat barra mill-UE hijiex immirata għall-konsumaturi jew għal utenti finali oħrajn fl-UE sabiex jiġi vvalutat jekk prodott jitqiegħedx fis-suq tal-Unjoni.

Il-valutazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ billi jiġi aċċertat jekk mis-sit web u mill-attività ġenerali tal-bejjiegħ online jidhirx li huwa għandu l-ħsieb li jbiegħ prodotti lil konsumaturi jew utenti finali oħrajn fl-Istati Membri. Jistgħu jiġu kkunsidrati l-aspetti li ġejjin: in-natura internazzjonali tal-attività, l-użu ta’ lingwa u munita (pereżempju l-euro) tal-Istati Membri, isem ta’ dominju rreġistrat f’wieħed mill-Istati Membri, iż-żoni ġeografiċi li lejhom huwa possibbli d-dispaċċ (34).

Jekk operatur online jikkonsenja lejn indirizzi fl-UE, jaċċetta muniti użati fl-UE bħala ħlas għall-prodott mingħand konsumaturi jew utenti finali oħrajn fl-UE u juża kwalunkwe lingwa tal-UE, l-operatur ikun idderieġa l-attivitajiet tiegħu lill-konsumaturi tal-UE jew utenti finali oħrajn fl-UE.

L-eżekuzzjoni fiżika lil konsumaturi jew utenti finali oħrajn fl-UE ta’ ordni għal prodott minn bejjiegħ online partikolari bbażat barra mill-UE, inkluż minn fornitur ta’ servizz ta’ ġestjoni, irrispettivament minn jekk huwiex ibbażat fl-UE jew barra minnha (35), tagħti konferma inkonfutabbli li prodott huwa mqiegħed fis-suq tal-UE. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom is-setgħa li jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa qabel l-eżekuzzjoni fiżika ta’ ordni kif implikat mill-formulazzjoni kemm tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti kif ukoll tar-Regolament 765/2008 (36).

B’hekk, jekk il-manifatturi, id-distributuri jew il-produtturi jkunu bbażati barra mill-UE u jidderieġu l-offerti tal-prodotti tagħhom għall-bejgħ online lejn is-suq tal-Unjoni, huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli dwar il-prodotti.

2.   Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri huma responsabbli għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq u kompetenti sabiex jivverifikaw jekk il-prodotti mibjugħa online humiex siguri u konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti. Barra minn hekk, għall-prodotti mixtrija minn ħwienet online mħaddmin minn pajjiżi terzi u sussegwentement importati fl-UE, l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera esterna huma kompetenti wkoll (37) sabiex jintervjenu f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà u l-konformità tal-prodotti (38).

3.   Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi

Il-bejgħ ta’ prodotti online jiġġenera differenzi konsiderevoli meta mqabbel mal-bejgħ minn ħwienet fiżiċi tradizzjonali f’termini kemm tat-tekniki tal-bejgħ kif ukoll tal-ktajjen tal-provvisti użati. F’dan il-kapitolu, it-tipi differenti ta’ operaturi ekonomiċi li għandhom rwol fil-ktajjen tal-provvisti ta’ prodotti mibjugħa online għandhom jiġu analizzati fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli u l-azzjonijiet ta’ infurzar possibbli tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kompetenti.

3.1.    Produtturi, manifatturi, rappreżentanti awtorizzati, importaturi u distributuri

L-obbligi tal-produtturi u tad-distributuri skont id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti japplikaw ukoll għall-prodotti li jinbiegħu online (39). Il-produtturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jkunu siguri u d-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta biex jgħinu fl-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli (40). Id-Direttiva tispeċifika wkoll il-firxa ta’ miżuri li jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet tal-Istati Membri kontra l-prodotti koperti mid-Direttiva b’mod proporzjonali għas-serjetà tar-riskju u billi jittieħed kont dovut tal-prinċipju ta’ prekawzjoni (41).

Il-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 jiddefinixxu (42) kull kategorija ta’ attur involut fil-katina tal-provvista tal-prodotti: il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur. Ir-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom huma definiti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni fi proporzjon mar-rwol u l-involviment tagħhom fil-katina tal-provvista. Il-manifattur għandu l-ogħla livell ta’ responsabbiltà billi huwa jimmanifattura l-prodott u, għalhekk, jaf il-prodott u jista’ jivvaluta u jiġġestixxi r-riskji potenzjali kollha fl-istadji tad-disinn u tal-manifattura. L-importatur (43) u d-distributur għandhom inqas responsabbiltà billi huma ma jintervjenux fil-fażijiet tal-valutazzjoni tal-konformità u l-produzzjoni. Il-“Gwida Blu” tiddeskrivi kull kategorija ta’ operatur ekonomiku fid-dettall u tipprovdi informazzjoni dwar ir-rwoli u l-obbligi tagħhom. Din tapplika wkoll għall-katina tal-provvista online.

3.2.    Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni

3.2.1.   Ir-rwoli tal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni fil-katina tal-provvista online

Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jirrappreżentaw mudell ta’ negozju ġdid iġġenerat mill-kummerċ elettroniku. Dawn l-entitajiet jipprovdu servizzi lil operaturi ekonomiċi oħrajn. Huma ġeneralment jaħżnu l-prodotti u, wara li jirċievu l-ordnijiet, jippakkjaw il-prodotti u jibagħtuhom bil-baħar lill-klijenti. Huma jistgħu jittrattaw ukoll il-prodotti ritornati. Hemm firxa wiesgħa ta’ mudelli tan-negozju għall-konsenja tas-servizzi ta’ ġestjoni. Xi fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni joffru servizzi estensivi, filwaqt li oħrajn jipprovdu biss livell bażiku ta’ servizz. Id-daqs u l-iskala tagħhom ivarjaw ukoll, minn operaturi globali sa intrapriżi mikro.

Dan il-mudell ta’ negozju ġdid tal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jqajjem kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltajiet tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti. Dan huwa l-każ speċjalment meta l-operatur ekonomiku li jipprovdi l-oġġetti jkun jinsab barra mill-UE u l-ftehim għall-forniment tal-prodott ikun konkluż direttament bejn dak l-operatur ekonomiku u l-konsumatur jew utenti finali oħrajn fl-UE, mingħajr ebda operatur ekonomiku identifikabbli fl-UE li jinżamm responsabbli (pereżempju, importatur jew rappreżentant awtorizzat). F’każ bħal dan, l-uniku attur identifikabbli fil-katina tal-provvista fl-UE sikwit ikun il-fornitur ta’ servizz ta’ ġestjoni. L-esperjenza wriet li r-rieda tagħhom li jikkollaboraw mal-awtoritajiet tvarja b’mod sinifikanti.

Il-prodotti offruti mill-operaturi online jistgħu jinħażnu mill-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni li jinsabu fl-UE sabiex jiggarantixxu l-konsenja rapida lill-konsumaturi tal-UE u lil utenti finali oħrajn. Għaldaqstant, il-prodotti maħżuna minn dawn il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jistgħu jitqiesu bħala li ġew fornuti għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni u, b’hekk, bħala li tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, speċjalment jekk ikunu ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera qabel ikunu maħżuna fl-istabbilimenti ta’ eżekuzzjoni (44).

3.2.2.   Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni fil-katina tal-provvista online

Biex jivvalutaw ir-responsabbiltajiet possibbli tal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali għandhom ikunu jafu jekk il-fornitur ta’ servizz ta’ ġestjoni huwiex operatur ekonomiku responsabbli kif definit mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti.

3.2.2.1.   Manifatturi fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew produtturi fis-sens tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti

Il-manifatturi huma definiti bħala kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tqiegħdu fis-suq taħt isimha stess jew bit-trademark tagħha (45). Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni ġeneralment jipprovdu servizzi għall-ħażna, l-ippakkjar u l-konsenja ta’ prodotti li diġà kienu manifatturati minn operatur ekonomiku. Madankollu, jekk il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jippreżentaw ruħhom bħala manifatturi billi jwaħħlu isimhom jew it-trademark tagħhom fuq il-prodotti, huma jinħtieġ li jitqiesu bħala manifatturi fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Jekk il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jippreżentaw ruħhom bħala l-manifatturi billi jwaħħlu isimhom, it-trademark tagħhom jew marka distintiva oħra fuq il-prodott, jew jekk jirrikondizzjonawh, huma jinħtieġ li jitqiesu bħala produtturi skont id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (46). Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 2(e)(iii) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, professjonist fil-katina tal-provvista jitqies bħala produttur safejn l-attività tiegħu tista’ taffettwa l-proprjetajiet tas-sigurtà tal-prodott (47). Taffettwa l-proprjetajiet tas-sigurtà ta’ prodott tfisser, b’mod partikolari, li timmodifika l-istruttura, il-kompożizzjoni jew il-preżentazzjoni tiegħu b’mod li joħloq riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni (48). Għalhekk, jekk il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jkunu fil-katina tal-provvista u l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw il-proprjetajiet tas-sigurtà tal-prodott, huma jinħtieġ li jitqiesu bħala produtturi skont id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

3.2.2.2.   Rappreżentanti awtorizzati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew ir-rappreżentanti tal-manifatturi fis-sens tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti

Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, ir-rappreżentant awtorizzat huwa kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-UE li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifikati (49). Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jistgħu jitqiesu bħala rappreżentanti awtorizzati jekk ikunu jinsabu fl-UE u jkollhom mandat formali bil-miktub mill-operatur ekonomiku li jimmanifattura u jikkummerċjalizza l-oġġetti, li jawtorizzahom sabiex jaġixxu f’isimhom stess fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi.

Biex il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni li jinsabu fl-UE jitqiesu bħala rappreżentanti tal-manifatturi skont id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, jeħtieġ li huma jingħataw mandat speċifiku mill-manifattur mill-pajjiż terz sabiex jaġixxu bħala tali (50).

3.2.2.3.   Importaturi fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u/jew fis-sens tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti

Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-importaturi huma definiti bħala persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni, li jqiegħdu prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni (51). Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni ma jqiegħdux il-prodotti li jaħżnu fis-suq jekk huma ma jkunux dawk li l-ewwel joffru l-prodotti għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni. F’każ bħal dan, il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jirċievu biss il-prodotti mingħand il-bejjiegħ online għal servizzi sussegwenti u, għalhekk, mhuwiex probabbli li jitqiesu bħala importaturi kif definiti mil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti. Madankollu, analiżi każ b’każ tista’ turi li l-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni huma importaturi kif definiti mil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni (52).

Kuntrarju għar-Regolament (KE) Nru 765/2008, id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti ma tiddefinixxix l-importatur; hija tqis l-importaturi bħala produtturi f’ċerti ċirkostanzi (b’mod partikolari, jekk ma jkun hemm ebda rappreżentant tal-manifattur fl-UE) (53). Biex dan il-kunċett ikun jista’ jiġi applikat b’mod effettiv, il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jistgħu jitqiesu bħala importaturi skont id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti jekk il-prodotti li jaħżnu, jittikkettjaw, jippakkjaw, eċċ. ikunu ġejjin minn barra l-UE u huma jqegħduhom fis-suq tal-Unjoni.

3.2.2.4.   Distributuri fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u/jew fis-sens tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti

Meta ma jitqisux bħala manifatturi, rappreżentanti awtorizzati jew importaturi, u l-attivitajiet tagħhom imorru lil hinn minn dawk tal-fornituri tas-servizzi tal-pakketti li jipprovdu servizzi ta’ kklerjar, issortjar, trasportazzjoni u konsenja ta’ pakketti (54), il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni jitqiesu bħala distributuri fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Skont id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, distributur ifisser kull professjonist fil-katina tal-provvista li l-attività tiegħu ma taffettwax il-proprjetajiet tas-sigurtà ta’ prodott (55). Skont l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, “taffettwa l-proprjetajiet tas-sigurtà tal-prodott” għandha l-istess tifsira bħal skont l-Artikolu 2(e)(iii) ta’ dik id-Direttiva. Jekk, wara valutazzjoni każ b’każ tal-attivitajiet speċifiċi tagħhom, jinstab li l-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni ma jaffettwawx il-proprjetajiet tas-sigurtà ta’ prodott, skont id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, huma jistgħu jitqiesu bħala distributuri fil-katina tal-provvista, sakemm l-attivitajiet tagħhom ma jmorrux lil hinn minn dawk tal-fornituri tas-servizzi ta’ pakketti (56).

Fil-prattika, dan ifisser li l-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni li jikkwalifikaw bħala distributuri għandhom ir-responsabbiltajiet li ġejjin abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u d-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti:

(1)

Id-distributuri (57) għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta meta jqiegħdu l-prodotti disponibbli fis-suq (58). Dan l-obbligu jirreferi għall-imġiba ta’ kwalunkwe operatur raġonevoli u normalment prudenti li jipprova jipprevjeni l-ħsara. Id-distributuri għandhom ikunu kapaċi juru lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li huma aġixxew bl-attenzjoni dovuta (59).

(2)

Id-distributuri (60) għandhom jivverifikaw, qabel jagħmlu l-prodotti disponibbli fis-suq:

(a)

li l-prodotti, jekk applikabbli, ikollhom il-marka CE (jekk eliġibbli) jew marka oħra li tkun legalment meħtieġa,

(b)

li l-informazzjoni neċessarja takkumpanja l-prodott (pereż. struzzjonijiet dwar is-sigurtà tal-utenti, id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-UE),

(c)

li r-rekwiżiti tal-lingwa għat-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti u dokument ta’ akkumpanjament oħrajn jiġu ssodisfati,

(d)

li r-rekwiżiti tat-traċċabilità fir-rigward tal-manifattur u l-importatur jiġu ssodisfati.

(3)

Id-distributuri (61) għandhom obbligu li jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Fejn applikabbli, huma għandhom:

(a)

jagħtu bidu għal miżuri korrettivi meta huma jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-prodotti mhumiex konformi jew huma perikolużi (62),

(b)

jassistu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jidentifikaw il-manifattur jew l-importatur responsabbli għall-prodott (63),

(c)

jikkooperaw mal-awtoritajiet u jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità fuq talba motivata, u

(d)

jidentifikaw kwalunkwe operatur ekonomiku li pprovda l-prodotti u li lilu huma pprovdew dawk il-prodotti, matul perjodu ta’ 10 snin (fil-każ tal-prodotti armonizzati) wara li ġew ipprovduti l-prodotti lilhom jew wara li pprovdewhom huma.

Fil-prattika, dan ifisser li l-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni li jikkwalifikaw bħala distributuri, kif ġie spjegat hawn fuq, jinħtieġ li jkunu kapaċi jidentifikaw u jikkuntattjaw lill-manifattur u lil kwalunkwe operatur online ieħor (64), jinħtieġ li jikkooperaw mal-awtoritajiet fuq kwalunkwe miżura korrettiva u jinħtieġ li jibdew azzjonijiet korrettivi sal-punt possibbli (pereżempju, jissospendu l-konsenja filwaqt li jikkuntattjaw lill-manifattur u lil kwalunkwe operatur online ieħor).

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 8(4)(c) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti jippermetti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jieħdu miżuri li jkunu indirizzati lil kwalunkwe persuna (minbarra l-produttur jew id-distributur fis-sens tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti) fejn meħtieġ, bil-għan tal-kooperazzjoni fl-azzjoni meħuda sabiex jiġu evitati r-riskji li jinħolqu minn prodott, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità (65).

3.3.    Atturi rilevanti oħrajn

3.3.1.   Id-dikjarant skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Id-dikjarant huwa l-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni doganali (66). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lid-dikjaranti sabiex jikkooperaw meta jwettqu l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq.

L-Artikoli 188 u 189 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet doganali biex jeżaminaw id-dikjarazzjoni doganali u d-dokumenti ta’ prova, jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta, jitolbu lid-dikjarant jipprovdi xi dokumenti oħrajn, jeżaminaw l-oġġetti u jieħdu kampjuni. Dawn l-operazzjonijiet jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tad-dikjarant, li jħallas ukoll l-ispejjeż involuti.

3.3.2.   Fornituri ta’ servizzi intermedjarji online

L-operaturi ekonomiċi jistgħu jbiegħu l-prodotti direttament lill-konsumaturi jew lil utenti finali oħrajn minn fuq ħwienet online u jistgħu jużaw ukoll is-swieq ipprovduti minn pjattaformi online (67).

Id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (68) tistabbilixxi l-qafas legali ġenerali għall-kummerċ elettroniku fl-UE. L-obbligi stabbiliti japplikaw, fost l-oħrajn, għall-bejjiegħa online ta’ prodotti u servizzi jew għal dawk li jirreklamaw online, sakemm ikunu fornituri ta’ servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni (69) li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku hija kkomplementata minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE, b’mod partikolari l-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni u l-konsumaturi tal-UE (70).

Id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku tistandardizza wkoll l-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà għall-kontenut ta’ terza persuna li japplikaw għal dawk il-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaġixxu bħala intermedjarji. Għal dan il-għan, hija tiddeskrivi tliet kategoriji ta’ servizzi differenti, li minnhom il-hosting huwa l-aktar rilevanti minn perspettiva ta’ konformità u sigurtà tal-prodotti (71). Il-hosting huwa servizz fejn fornitur ta’ servizz intermedjarju, bħal suq online jew pjattaforma online (72), sempliċiment jaħżen b’mod passiv fuq is-server tiegħu – u jagħmilha possibbli għall-pubbliku – l-informazzjoni pprovduta mir-riċevitur tas-servizz, bħal bejjiegħ online ta’ prodotti.

Il-fornituri ta’ servizzi intermedjarji li jwettqu attivitajiet ta’ hosting jistgħu, f’ċerti kundizzjonijiet, jibbenifikaw minn eżenzjoni mir-responsabbiltà (73) għall-informazzjoni illegali pprovduta minn terzi persuni bl-użu tan-netwerks tagħhom jew għall-attivitajiet illegali mibdija minn terzi persuni, bħal informazzjoni li tikkostitwixxi ksur ta’ dritt tal-awtur jew trademark jew prattiċi kummerċjali żleali. Filwaqt li d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ informazzjoni jew attività illegali, abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u d-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, dan il-kunċett jista’ jkopri wkoll l-offerta ta’ prodotti mhux konformi u/jew mhux siguri (74).

Madankollu, l-eżenzjoni mir-responsabbiltà hija soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi. Hija tapplika biss jekk il-fornituri ta’ servizzi intermedjarji ma jkollhom ebda għarfien jew konoxxenza attwali tal-attività illegali jew tal-informazzjoni ospitata jew, jekk malli jiksbu tali għarfien jew konoxxenza (pereżempju permezz ta’ avviż “preċiż biżżejjed u ssostanzjat b’mod adegwat” (75)), huma jaġixxu mingħajr dewmien sabiex ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għaliha. Jekk il-fornituri ta’ servizz ta’ hosting ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet, huma ma jkunux koperti mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà u b’hekk ikunu jistgħu jinżammu responsabbli għall-kontenut li jospitaw.

L-eżenzjoni mir-responsabbiltà stabbilita fid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu proċeduri li jirregolaw it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni (76).

Bl-istess mod, qorti jew awtorità amministrattiva, skont is-sistemi legali tal-Istati Membri, tista’ titlob lill-fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni jwaqqaf jew jipprevjeni ksur billi jneħħi l-kontenut ta’ terza persuna u/jew jipprevjeni l-allegat ksur milli jerġa’ jseħħ fil-ġejjieni (77). F’dan is-sens, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, sakemm il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom ikun immirat b’mod ċar kif deskritt fit-Taqsima 5.2 tal-Parti B ta’ dan l-Avviż.

Madankollu, skont il-bażi legali attwali, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu obbligu ġenerali fuq l-intermedjarji online, bħall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, li jimmonitorjaw il-kontenut jew obbligu ġenerali li jfittxu b’mod attiv il-fatti jew iċ-ċirkostanzi li jindikaw attività illegali.

Dan ifisser, pereżempju, li l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jistabbilixxu obbligu ġenerali għal dawn l-intermedjarji li jimmonitorjaw b’mod attiv it-traffiku kollu tal-Internet u li jfittxu partijiet li jindikaw attivitajiet illegali, bħal li jiġu offruti prodotti perikolużi jew mhux konformi għall-bejgħ (78). Dan kien iċċarat aktar mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (79).

Fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq ibbażati fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni rilevanti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku japplikaw fil-każijiet fejn prodotti mhux konformi u/jew mhux siguri jinbiegħu permezz ta’ fornitur ta’ servizz intermedjarju online. Irrispettivament minn kull azzjoni meħuda kontra fornitur ta’ servizz intermedjarju online, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jeħtueġ li jwettqu sorveljanza tas-suq abbażi tad-dispożizzjonijiet applikabbli tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni rilevanti, kif ukoll jimmiraw għall-atturi fil-katina tal-provvista (fir-rigward tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, pereżempju, il-produttur jew id-distributur, kif xieraq (80)). L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jivvalutaw l-aktar azzjoni xierqa li trid tittieħed fuq bażi ta’ każ b’każ u fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Din tieħu f’kunsiderazzjoni l-livell tar-riskju, jekk l-operatur ekonomiku huwiex identifikabbli, l-urġenza, jekk preċedentement kinux ittieħdu miżuri kontra l-prodott partikolari, eċċ. (81).

3.3.3.   Fornituri ta’ servizzi postali

Id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali ma tkoprix l-oġġetti pprojbiti u ristretti. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jimponu kundizzjonijiet fuq il-provvista ta’ servizzi postali sabiex jiggarantixxu l-konformità ma’ rekwiżiti essenzjali bħas-sigurtà tan-netwerk fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi (82). Minħabba li s-servizzi postali jridu jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-korrispondenza u tal-oġġetti postali li jikkonsenjaw, fil-prinċipju, huma mhumiex responsabbli għall-kontenut li jkunu qegħdin jikkonsenjaw. Madankollu, il-ħidma tal-fornituri tas-servizzi postali tista’ tiġi affettwata mill-kontrolli fuq il-prodotti, minħabba li l-pakketti li jkun fihom prodotti ordnati minn pajjiżi terzi u li jgħaddu minn proċeduri doganali jistgħu jinfetħu u jiġu vverifikati mill-awtoritajiet doganali (83).

PARTI B — ASPETTI PRATTIĊI TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ GĦALL-PRODOTTI MIBJUGĦA ONLINE

Din il-parti tipprovdi pariri u xi eżempji ta’ prattiki tajbin għall-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti offruti għall-bejgħ online lil konsumaturi jew utenti finali fl-UE, primarjament abbażi tal-prattika attwali (84).

1.   Prinċipji ġenerali għas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom iżommu f’moħħhom ċerti prinċipji ġenerali meta jwettqu l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq applikabbli għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq kemm tradizzjonali kif ukoll online.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità (85) jirrikjedi li l-awtoritajiet jieħdu miżuri proporzjonali għas-serjetà tar-riskju maħluq mill-prodott (86) u/jew għas-severità tan-nuqqas ta’ konformità (87). Fl-istess ħin, għandu jittieħed kont dovut tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.

Barra minn hekk, is-sorveljanza tas-suq jinħtieġ li timmira, bi prijorità, għall-aktar atturi rilevanti fil-katina tal-provvista u titlob li jittieħdu azzjonijiet korrettivi, b’mod partikolari minn dawk (il-manifattur/produttur jew l-importatur) responsabbli għat-tqegħid ta’ prodott fis-suq tal-Unjoni. Din it-talba jinħtieġ li ssir qabel jew b’mod parallel mal-indirizzar tad-distributur li huwa aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet minn Stati Membri differenti jinħtieġ li jikkooperaw għal sorveljanza tas-suq effettiva (88). Dan huwa partikolarment rilevanti meta wieħed iqis in-natura transkonfinali tal-kummerċ elettroniku.

2.   L-istrateġija u l-ippjanar tas-sorveljanza tas-suq online

Biex tiġi żgurata l-organizzazzjoni effettiva tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq, huwa utli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu strateġija ta’ sorveljanza tas-suq għall-prodotti offruti għall-bejgħ online sabiex jilħqu bilanċ bejn il-kompitu tagħhom tal-monitoraġġ ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti online u r-riżorsi disponibbli għat-twettiq tal-kontrolli. Din l-istrateġija jinħtieġ li tistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħhom u talloka r-riżorsi kif xieraq. L-istrateġija jinħtieġ li tieħu f’kunsiderazzjoni li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jwettqu s-sorveljanza tas-suq b’mod proattiv u reattiv.

Meta jwettqu s-sorveljanza tas-suq b’mod proattiv, l-awtoritajiet jikkontrollaw ċerti kategoriji ta’ prodotti jew ċerti operaturi ekonomiċi b’inizjattiva tagħhom stess jew fuq il-bażi ta’ kriterji relatati mar-riskju. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jinħtieġ li jipprijoritizzaw il-kontrolli billi jimmiraw għal dawk l-operaturi ekonomiċi li qegħdin jikkawżaw l-aktar ħsara fil-ġurisdizzjoni ta’ dik l-awtorità.

Meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jwettqu s-sorveljanza tas-suq b’mod reattiv, dan jagħmluh wara li jirċievu informazzjoni dwar l-offerti online ta’ prodotti perikolużi u mhux konformi. Is-sorveljanza tas-suq reattiva tista’ titwettaq bl-użu ta’ diversi sorsi ta’ informazzjoni. Mod effettiv ta’ kif titwettaq din is-sorveljanza huwa li jiġi vverifikat jekk il-prodotti perikolużi nnotifikati fis-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE għal prodotti mhux tal-ikel perikolużi humiex qegħdin jinbiegħu online (89). Sorsi ta’ informazzjoni oħrajn li jistgħu jintużaw għal dan il-għan jinkludu l-portal globali dwar is-sejħiet lura ta’ prodotti mis-suq tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) (90), l-ilmenti tal-konsumaturi u l-informazzjoni riċevuta mingħand awtoritajiet oħrajn, operaturi ekonomiċi u l-midja.

3.   L-organizzazzjoni tas-sorveljanza tas-suq online

Il-kontrolli fuq il-prodotti mibjugħa online jitolbu għal xi bidliet prattiċi speċifiċi fil-mod tradizzjonali kif tiġi organizzata s-sorveljanza tas-suq mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Fuq il-bażi tal-esperjenza ta’ xi Stati Membri, l-unitajiet ċentrali tad-deżinjazzjoni għall-monitoraġġ u t-traċċar ta’ prodotti perikolużi u mhux konformi mibjugħa online jistgħu jgħinu fl-iżgurar tal-użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq (91)  (92). Ladarba jiġu identifikati l-prodotti perikolużi u mhux konformi u l-operatur ekonomiku rilevanti mill-unità tas-sorveljanza online, ikun jista’ jsir is-segwitu mill-ispetturi kompetenti.

L-ispetturi online jinħtieġ li jkollhom għarfien speċifiku u konoxxenza tal-ambjent u l-investigazzjonijiet online sabiex ikunu effiċjenti fl-identifikazzjoni ta’ prodotti perikolużi u mhux konformi. F’dan ir-rigward, l-iżvilupp ta’ proċeduri operattivi standard u linji gwida għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri tal-prodotti mibjugħa online jista’:

jgħin lill-uffiċjali tas-sorveljanza tas-suq jaħżnu u jsibu l-informazzjoni rilevanti speċifika għall-investigazzjonijiet online f’post wieħed u b’mod strutturat;

iżid l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħhom (93).

Biex jikkomplementaw dan, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinħtieġ li jinvolvu ruħhom f’taħriġ u skambji ta’ informazzjoni bejniethom, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, dwar l-aħjar prattika għall-investigazzjonijiet online.

L-investigazzjonijiet online marbuta mal-infurzar tal-liġijiet dwar is-sigurtà tal-prodotti u mal-leġiżlazzjoni dwar l-infurzar tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi (94) għandhom ħafna karatteristiċi komuni. Huma ta’ spiss jindirizzaw l-istess tip ta’ siti web jew saħansitra l-istess operaturi ekonomiċi. Għalhekk, jista’ jkun effiċjenti għall-investigazzjonijiet online marbuta maż-żewġ oqsma li jitwettqu mill-istess unitajiet ċentralizzati. B’mod partikolari, dan jista’ jkun utli meta l-istess awtorità tal-Istat Membru tkun responsabbli għal dawn l-oqsma ta’ politika, li huwa l-każ illum fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Minħabba s-similaritajiet ta’ dawn l-investigazzjonijiet online, il-gwida stabbilita f’qasam wieħed ta’ politika tal-konsumatur tista’ tkun utli wkoll fl-oqsma ta’ politika l-oħrajn.

4.   Il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-investigazzjonijiet online

Ladarba jkunu ġew stabbiliti l-istrateġija, l-ippjanar u l-organizzazzjoni xierqa tas-sorveljanza tas-suq online, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-investigazzjonijiet online b’mod aktar effiċjenti. Meta jitwettqu l-investigazzjonijiet online, għandhom jiġu kkunsidrati xi karatteristiċi u ħtiġijiet speċifiċi.

Waħda mid-differenzi ewlenin bejn l-investigazzjonijiet online u dawk fil-ktajjen tal-provvisti tradizzjonali hija l-aċċess tal-awtoritajiet għall-prodotti fiżiċi. Fl-investigazzjonijiet online, jeħtieġ li l-awtoritajiet jivverifikaw l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit web fejn il-prodott jiġi offrut għall-bejgħ u, jekk ikun hemm dubji dwar il-konformità, huma għandhom jieħdu kampjuni tal-prodotti. Fil-ktajjen tal-provvisti tradizzjonali, l-awtoritajiet jistgħu jiksbu aċċess relattivament faċli għall-kampjuni tal-prodotti mill-katina tad-distribuzzjoni. Dan mhuwiex il-każ għall-prodotti online. Jekk stokk ta’ prodott ikun disponibbli fl-Istat Membru partikolari, il-kampjunar jista’ jkun sempliċi. Madankollu, jekk l-istokk tal-prodott ikun disponibbli biss fi Stat Membru ieħor, jinħtieġ li tintuża kooperazzjoni transfruntiera sabiex jiġu riċevuti l-kampjuni għall-ittestjar jew inkella jinħtieġ li jintlaħaq qbil li t-testijiet jitwettqu fejn ikunu l-prodotti. Jeħtieġ ukoll li l-awtoritajiet jixtru l-kampjuni tal-prodotti online u, għal dan il-għan, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jistgħu jagħmlu “xiri bil-moħbi” minħabba l-vantaġġ investigattiv tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jiksbu l-kampjuni b’mod anonimu, bħalma jagħmel klijent normali (95).

Differenza ewlenija oħra bejn l-investigazzjonijiet online u l-investigazzjonijiet fil-ktajjen tal-provvisti tradizzjonali tirrigwardja l-isfidi sabiex jinstabu l-operaturi ekonomiċi responsabbli bil-għan li tintalab aktar informazzjoni mingħandhom, jieħdu kampjuni tal-prodotti u jwettqu aktar azzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq. Jekk l-informazzjoni ma tkunx faċilment disponibbli, l-aktar parti diffiċli tal-investigazzjonijiet online tista’ tkun sabiex jinstabu l-operaturi ekonomiċi li joffru prodotti għall-bejgħ online. Għalhekk, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jinħtieġ li jużaw l-għodod disponibbli biex jitolbu d-data meħtieġa bil-għan li jidentifikaw l-operaturi ekonomiċi mis-sorsi ta’ informazzjoni rilevanti, inklużi l-fornituri tas-servizz tal-Internet, ir-reġistri tal-ismijiet ta’ dominju (96), il-fornituri tas-servizz ta’ ħlas, l-intermedjarji (pereż. pjattaformi), il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni.

Meta jipprovaw jiksbu data dwar operatur ekonomiku partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali (ara d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data  (97) u, mill-25 ta’ Mejju 2018, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data  (98) u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (99)). L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli, b’hekk, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom responsabbli mis-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data jivverifikaw dawn il-proċessi (100).

Fl-aħħar nett, matul l-investigazzjonijiet online, jista’ jkun meħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġbru l-evidenza rilevanti dwar prodotti perikolużi u mhux konformi. Il-metodi ta’ ġbir tal-evidenza jinħtieġ li jieħdu f’kunsiderazzjoni li l-informazzjoni online tista’ tinbidel istantanjament u titneħħa minn fuq l-Internet. Hemm diversi għodod tekniċi disponibbli li jistgħu jiżguraw li l-evidenza marbuta mal-investigazzjonijiet online tiġi rreġistrata u maħżuna kif xieraq u tkun tista’ tintuża fi kwalunkwe proċedimenti li jistgħu jsiru wara.

5.   Azzjonijiet korrettivi marbuta mal-prodotti mibjugħa online

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet korrettivi kontra l-prodotti perikolużi u mhux konformi mibjugħa online. F’sitwazzjonijiet transkonfinali, dan jista’ jirrikjedi kooperazzjoni minn awtoritajiet oħrajn minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.

5.1.    Azzjonijiet korrettivi li jiddependu fuq il-post fejn jinsab l-operatur ekonomiku

Is-setgħat ta’ infurzar tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali huma limitati għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom. Għalhekk, il-possibbiltajiet għal u l-effettività tal-azzjoni korrettiva meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali jvarjaw skont fejn ikun jinsab l-operatur ekonomiku. Din it-taqsima tiddeskrivi x’azzjonijiet jistgħu jieħdu l-awtoritajiet tal-Istati Membri, skont il-post fejn ikun jinsab l-operatur ekonomiku identifikat li jipprovdi prodotti perikolużi u mhux konformi u kif jistgħu jikkooperaw l-awtoritajiet.

5.1.1.   Jekk l-operatur ekonomiku jkun jinsab fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità

Jekk l-operatur ekonomiku jkun jinsab fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità, l-awtorità tista’ tieħu azzjonijiet fuq il-bażi tal-kompetenza tagħha. Wara li tidentifika l-operatur ekonomiku, l-awtorità tista’ titlob kwalunkwe dokumentazzjoni mingħandu li tista’ turi konformità (pereżempju, Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika rilevanti, rapporti dwar it-testijiet, eċċ.) u tieħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa (101).

5.1.2.   Jekk l-operatur ekonomiku jkun jinsab fl-UE, iżda barra mill-ġurisdizzjoni tal-awtorità

Jekk is-sorveljanza online turi li qegħdin jiġu offruti prodotti perikolużi u mhux konformi għall-bejgħ minn bejjiegħ online li jinsab fl-UE, iżda barra mill-ġurisdizzjoni tal-awtorità tal-investigazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom l-ewwel jikkuntattjaw lill-operaturi ekonomiċi rilevanti direttament biex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni jew jitolbu li tittieħed azzjoni korrettiva wara sejba ta’ nuqqas ta’ konformità (102).

Jekk l-operatur ekonomiku ma jikkooperax, l-awtorità nazzjonali hija rrakkomandata li tagħmel użu mill-kooperazzjoni transfruntiera kif ġej (103):

jekk l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-pajjiż A tkun teħtieġ informazzjoni sabiex tikkompleta l-evalwazzjoni tal-konformità mingħand l-operaturi ekonomiċi fil-pajjiż B u l-operatur ekonomiku ma jweġibx għat-talba għad-dokumentazzjoni, imbagħad l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-pajjiż A tista’ titlob l-assistenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-pajjiż B (104);

jekk l-operatur ekonomiku ma jiħux azzjoni korrettiva volontarjament, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-pajjiż A (105) (i) tieħu miżuri obbligatorji fir-rigward tal-prodotti magħmula disponibbli online fil-ġurisdizzjoni ta’ dik l-awtorità partikolari, irrispettivament mill-operatur ekonomiku li jkun jinsab fil-pajjiż B (106) u (ii) tinnotifika l-miżuri kif xieraq permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) pan-Ewropea (107) Sistema ta’ Twissija Bikrija għal prodotti mhux tal-ikel perikolużi (RAPEX). L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħrajn se jkunu mistennija li jieħdu miżuri ta’ segwitu, jinnotifikawhom għall-fini tar-RAPEX u/jew tal-proċedura tad-dispożizzjoni ta’ salvagwardja u, speċifikament, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-pajjiż B tkun mistennija tikkuntattja lill-manifattur/importatur tal-UE u titolbu jieħu azzjoni korrettiva fir-rigward tal-prodotti rilevanti kollha (108).

Il-Kummissjoni tiffaċilita din il-kooperazzjoni billi tipprovdi lista ta’ kuntatt tal-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti f’każ li tkun meħtieġa kollaborazzjoni transfruntiera (109).

5.1.3.   Jekk l-operatur ekonomiku jkun jinsab barra mill-UE

Jekk operatur ekonomiku jkun jinsab barra mill-UE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ċerti possibbiltajiet biex jinfurzaw azzjonijiet kontrihom. Dawn l-operaturi ekonomiċi jinħtieġ li jkunu konxji li l-prodotti offruti għall-bejgħ online lil klijenti tal-UE għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-UE. Huma jinħtieġ li jiġu informati wkoll dwar l-obbligi tagħhom u jinħtieġ li jintalbu jirrimedjaw kull każ ta’ nuqqas ta’ konformità. L-Istati Membri jistgħu jimblokkaw il-paġni web li joffru prodotti perikolużi jew mhux konformi, jekk ikun meħtieġ. B’mod partikolari, il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti jippermettu lill-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi għal dan il-għan. Bl-istess mod, wara l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jirtiraw, jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodotti milli jiġu magħmula disponibbli fis-suq.

Il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet f’ġurisdizzjonijiet oħrajn tista’ tipprovdi l-għodod sabiex jiġu indirizzati każijiet bħal dawn. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jsegwu kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi. L-Istati Membri huma mħeġġa jinformaw lill-Kummissjoni dwar tali attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Dan huwa importanti, b’mod partikolari għal kwistjonijiet li jistgħu jeħtieġu approċċ ikkoordinat fil-livell tal-UE, sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fuq l-investigazzjonijiet marbuta mas-sigurtà u l-konformità tal-prodotti offruti għall-bejgħ online lil konsumaturi jew utenti finali oħrajn fl-UE. L-Istati Membri jinħtieġ li jindikaw fin-notifiki ta’ prodotti perikolużi trażmessi permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija jekk il-prodott inbiegħx online minn pajjiż terz u mil-liema ħanut online jew pjattaforma online.

Diġà jeżisti qafas speċifiku ta’ kooperazzjoni internazzjonali għas-sigurtà tal-prodotti fil-forma tas-sistema RAPEX-Ċina stabbilita bejn is-Servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Amministrazzjoni Ġenerali Ċiniża tas-Superviżjoni tal-Kwalità, l-Ispezzjoni u l-Kwarantina (Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine, AQSIQ) (110).

Jekk il-prodotti offruti għall-bejgħ online jidħlu fl-UE minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li tiġi mfittxija wkoll il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali biex jiġu kkontrollati u mwaqqfa l-vjeġġi tal-prodotti fil-fruntiera (111)  (112). Dan huwa kruċjali meta vjeġġ jasal direttament minn barra l-UE għal klijent tal-UE u meta ma jkun hemm ebda operatur ekonomiku preżenti fl-UE.

5.2.    Azzjonijiet korrettivi speċifiċi għall-prodotti mibjugħa online

Jekk il-prodotti jiġu offruti għall-bejgħ online, il-liġi nazzjonali tista’ f’xi każijiet tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jitolbu li jittieħdu azzjonijiet korrettivi speċifiċi mill-fornituri tas-servizzi intermedjarji online (pereżempju, fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, bħal pjattaformi online) sabiex ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar prodotti mhux konformi u mhux siguri mis-sit web tagħhom. Dan jinkludi każijiet fejn il-bejjiegħa jkunu jinsabu barra mill-UE. Din hija msejħa l-proċedura “avviż u azzjoni” (113).

Għalkemm id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ma tistabbilixxix din il-proċedura bħala tali, hija tista’ titqies bħala li qed isservi bħala l-bażi tagħha, safejn huma kkonċernati l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenifika mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà stabbilita fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-għarfien u l-konoxxenza u t-tneħħija jew id-diżattivazzjoni sussegwenti tal-aċċess għall-informazzjoni. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiġu fdati b’setgħat u riżorsi sabiex jużaw dawn il-proċeduri ta’ “avviż u azzjoni” direttament jew inkella jistabbilixxu kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom kompetenti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (114).

Safejn l-intermedjarju jkun jixtieq jibbenifika mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, l-intermedjarju online kkonċernat huwa obbligat li jaġixxi mingħajr dewmien biex ineħħi jew jiddiżattiva l-aċċess għall-informazzjoni illegali wara li jkun ġie nnotifikat, pereżempju fir-rigward ta’ prodott mhux konformi jew mhux sigur (115). Għal dawn il-finijiet, l-awtoritajiet li jissottomettu notifika ser ikollhom bżonn jipprovdu biżżejjed informazzjoni sabiex il-fornituri tas-servizzi intermedjarji jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod raġonevoli l-informazzjoni illegali kkonċernata.

Barra minn hekk, filwaqt li l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jipprojbixxi l-impożizzjoni ta’ obbligu ġenerali għall-monitoraġġ jew għall-involviment b’mod attiv fit-tiftix tal-fatti, dan l-Artikolu jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu obbligi għall-intermedjarji sabiex jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-allegati attivitajiet illegali mwettqa jew l-informazzjoni pprovduta minn dawk li jirċievu s-servizz tagħhom. L-intermedjarji jistgħu jkunu obbligati wkoll li jgħaddu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti, b’talba tagħhom stess, li tiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ dawk li jirċievu s-servizz tagħhom li magħhom ikollhom ftehimiet għaż-żamma.

Sabiex l-intermedjarji jiġu megħjuna jirreaġixxu b’mod effettiv u jneħħu informazzjoni dwar l-offerta għall-bejgħ ta’ prodotti mhux konformi u mhux siguri minn fuq is-sit web tagħhom, huwa rakkomandabbli li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistabbilixxu kuntatti mill-qrib li jippermettu reazzjoni rapida mal-intermedjarji ewlenin li jipprovdu servizzi ta’ hosting għall-prodotti mibjugħa online.

Minbarra l-proċedura ta’ “avviż u azzjoni” li tista’ tipprevedi l-liġi nazzjonali, xi awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-UE jistgħu wkoll jimblokkaw u jiddiżattivaw ċerti siti web, abbażi tal-oqfsa legali nazzjonali rispettivi tagħhom.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-karatteristiċi speċjali tal-ġestjoni tas-sigurtà tal-prodotti fil-kummerċ elettroniku, jinħtieġ li jiġi nnotat li x-xiri online għandu l-vantaġġ li jidentifika faċilment il-konsumaturi u utenti finali oħrajn, billi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom jiġu magħmula disponibbli waqt ix-xiri online. Dan ifisser li l-klijenti jkunu jistgħu jintlaħqu b’mod aktar effettiv mill-operaturi ekonomiċi rilevanti jekk tkun meħtieġa azzjoni korrettiva, bħal sejħa lura ta’ prodott mis-suq (116).

PARTI C — SENSIBILIZZAZZJONI FOST IL-KONSUMATURI U N-NEGOZJI DWAR IS-SIGURTÀ U L-KONFORMITÀ TAL-PRODOTTI MIBJUGĦA ONLINE

Din il-parti tipprovdi l-aħjar prattika għall-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u tan-negozji dwar l-isfidi maħluqa mill-prodotti perikolużi u mhux konformi mibjugħa online.

1.   Sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi

Mod wieħed ta’ kif jiġi evitat li l-konsumaturi jkunu esposti għal riskji għas-saħħa, għas-sigurtà u riskji oħrajn mill-prodotti mixtrija online huwa permezz tas-sensibilizzazzjoni tagħhom dwar l-isfidi marbuta max-xiri online u billi jingħataw is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet informati sewwa.

L-awtoritajiet huma rrakkomandati li jtejbu l-protezzjoni tal-konsumaturi billi jikkomplementaw l-attivitajiet ta’ infurzar u sorveljanza tagħhom b’attivitajiet ta’ komunikazzjoni indirizzati lill-konsumaturi.

L-awtoritajiet jistgħu jiżviluppaw is-sett ta’ għodod għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni tagħhom għall-konsumaturi fuq il-bażi tal-premessa li, b’mod ġenerali, il-konsumaturi jistennew li l-prodotti li jixtru online jkunu siguri u konformi mar-regoli rilevanti. Il-konsumaturi ma jarawx immedjatament ir-riskji possibbli involuti fix-xiri online (117).

Dan il-kapitolu jipprova jindirizza żewġ aspetti li huma rilevanti għas-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi: x’inhu utli li jkunu jafu l-konsumaturi u kif jistgħu l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinformaw lill-konsumaturi. Dawn is-suġġerimenti jistgħu jintużaw fil-kampanji ta’ informazzjoni possibbli għall-konsumaturi.

1.1.    X’inhu utli li jkunu jafu l-konsumaturi?

Minn perspettiva ta’ konformità u sigurtà tal-prodotti, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jieħdu azzjonijiet biex jiżguraw li l-konsumaturi jkunu mill-inqas informati dwar l-aspetti essenzjali li ġejjin fir-rigward tal-bejgħ online ta’ prodotti għall-konsumaturi:

il-prodotti għall-konsumaturi (offruti kemm online kif ukoll fi ħwienet tradizzjonali) huma soġġetti għal firxa wiesgħa ta’ rekwiżiti legali li għandhom l-għan li jiżguraw li l-prodotti ma jippreżentaw ebda riskju ta’ saħħa, sikurezza jew oħrajn għall-konsumaturi;

meta jixtru online, il-konsumaturi jinħtieġ li jiġu mħeġġa jiċċekkjaw jekk l-informazzjoni meħtieġa fuq il-prodott hijiex qiegħda hemmhekk, pereżempju, twissijiet u informazzjoni dwar it-traċċabilità (bħall-indirizz u informazzjoni ta’ kuntatt tal-manifattur, kif ukoll, fejn applikabbli, tal-importatur) (118);

l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri tal-UE huma responsabbli, fil-mandat tagħhom għall-monitoraġġ tas-suq, li jiżguraw li l-prodotti offruti għall-bejgħ ikunu siguri u konformi mar-rekwiżiti applikabbli;

sabiex jimminimizzaw ir-riskji tax-xiri ta’ prodotti mhux siguri online, il-konsumaturi jistgħu:

jivverifikaw jekk il-prodott li jridu jixtru kienx soġġett għal miżuri restrittivi bħal sejħa lura, pereżempju, fuq is-sit web ta’ RAPEX (119), fuq il-portal dwar is-sejħiet lura ta’ prodotti mis-suq tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) (120) jew kwalunkwe listi nazzjonali ta’ sejħiet lura ta’ prodott mis-suq;

jiċċekkjaw darbtejn l-informazzjoni pprovduta mill-bejjiegħ online mal-informazzjoni pprovduta fuq is-sit web tal-manifattur (121);

jikkuntattjaw lill-bejjiegħ jew lis-sit web biex jipprovaw isiru jafu jekk il-prodott huwiex konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-UE;

il-konsumaturi jinħtieġ li jiġu informati dwar l-għodod possibbli li jistgħu jintużaw sabiex huma jissottomettu l-ilmenti tagħhom u biex jirrapportaw problemi ta’ sigurtà jew kwistjonijiet oħrajn ta’ nuqqas ta’ konformità mal-prodotti mixtrija online lill-awtoritajiet. Huma jinħtieġ li jiġu informati wkoll dwar id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi meta l-prodott jissejjaħ lura.

Tista’ tiġi pprovduta aktar informazzjoni dettaljata speċifika għas-settur għal kategoriji ta’ prodotti fejn riskji, aċċidenti u korrimenti serji huma aktar suxxettibbli li jseħħu (122).

1.2.    L-Istati Membri kif għandhom jinformaw lill-konsumaturi dwar l-aspetti ta’ sigurtà tal-prodotti li jridu jiġu kkunsidrati meta jixtru online?

Din it-taqsima tiddeskrivi l-għodda ta’ informazzjoni speċifika għall-konsumaturi u l-aħjar prattiki li diġà qegħdin jintużaw minn diversi Stati Membri sabiex jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni relatata mas-sigurtà tal-prodotti online.

1.2.1.   Siti web tal-awtoritajiet

Is-siti web tal-awtoritajiet jistgħu jipprovdu informazzjoni konċiża u aġġornata dwar il-liġijiet tas-sigurtà tal-prodotti, id-drittijiet tal-konsumaturi u d-drittijiet u l-obbligi tal-atturi ekonomiċi. Dawk is-siti web jistgħu jagħtu spazju ċar fejn il-konsumaturi jistgħu jintroduċu ilmenti dwar is-sigurtà u/jew in-nuqqas ta’ konformità marbuta mal-prodott mibjugħ online.

1.2.2.   L-użu tal-midja u ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni

L-awtoritajiet jistgħu jagħmlu użu mill-midja u mill-Internet sabiex jippromwovu messaġġi ewlenin lill-konsumaturi. Il-midja użati sabiex jitwasslu l-messaġġi lil udjenza fil-mira wiesgħa jistgħu jinkludu programmi televiżivi stabbiliti sewwa, siti web speċjalizzati u l-midja stampata, inklużi rivisti tal-konsumaturi.

Ħafna drabi, hekk kif problemi relatati mas-sigurtà tal-prodotti jaslu fl-aħbarijiet ewlenin, l-awtoritajiet jiġu kkuntattjati mill-istampa sabiex jagħtu kummenti u intervisti. Dan jista’ jipprovdi opportunità sabiex l-awtoritajiet jenfasizzaw kwistjonijiet ewlenin mal-konsumaturi dwar ix-xiri ta’ prodotti online (123).

L-awtoritajiet huma mħeġġa wkoll jistabbilixxu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inkluż fuq il-midja soċjali, li jiffokaw fuq is-sigurtà u l-konformità tal-prodotti mibjugħa online. L-awtoritajiet jistgħu jinkludu informazzjoni dwar l-aspetti li jridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni għax-xiri online sikur.

1.2.3.   Sistemi ta’ ilmenti tal-konsumaturi

Is-sistemi ta’ ilmenti tal-konsumaturi huma importanti għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq minħabba li jenfasizzaw il-prodotti perikolużi u mhux konformi, kif ukoll it-tħassib u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi (124). L-ilmenti huma sors tajjeb ta’ informazzjoni għall-ippjanar tal-attivitajiet ta’ sorveljanza u informazzjoni għall-konsumatur. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jipprovdu informazzjoni ċara lill-konsumaturi dwar a) meta għandu jsir ilment, b) kif għandu jsir ilment u c) liema awtorità hija responsabbli biex tittratta l-ilment.

L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li s-sistemi ta’ ilmenti tal-konsumaturi jkunu disponibbli online għall-prodotti perikolużi u mhux konformi mibjugħa online, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-użu ta’ metodoloġija armonizzata għall-klassifikazzjoni u r-rapportar tal-ilmenti u l-mistoqsijiet mill-konsumaturi tal-UE (125).

2.   Sensibilizzazzjoni tan-negozji

Għalkemm hija r-responsabbiltà tal-operaturi ekonomiċi li jikkonformaw mar-regoli tal-UE, is-sensibilizzazzjoni tan-negozji dwar ir-rekwiżiti li jeħtieġ li jissodisfaw tgħin sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jakkwistaw prodotti siguri u konformi. Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar ir-regoli applikabbli ġeneralment tikkontribwixxi għall-preżenza ta’ prodotti aktar siguri fis-suq, minħabba li tinfluwenza u ttejjeb l-imġiba tal-konformità tal-operatur ekonomiku. Profil konformi joffri ħafna vantaġġi għall-operaturi ekonomiċi; huwa jikkontribwixxi għall-użu tar-riżorsi tagħhom b’mod effiċjenti, għall-iffrankar tal-ispejjeż relatati ma’ miżuri korrettivi u għall-evitar tat-telf tar-reputazzjoni.

Is-sensibilizzazzjoni tan-negozji ġeneralment tibda billi dawn jingħataw aċċess faċli għal informazzjoni bażika dwar ir-rekwiżiti applikabbli u dwar kif għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti. Fl-interessi tal-effiċjenza, tista’ tiġi pprovduta informazzjoni dwar setturi jew prodotti speċifiċi. F’dan ir-rigward, kampanji ta’ informazzjoni klassiċi, seminars relatati mal-konformità u s-sigurtà, eċċ. jistgħu jiġu adatti għall-ambjent online (126).

Mod ieħor ta’ kif jintlaħqu n-negozji huwa permezz ta’ linji gwida speċifiċi indirizzati lilhom. Tali linji gwida jistgħu jenfasizzaw l-informazzjoni utli kollha dwar kif għandhom jinbiegħu prodotti siguri u konformi online f’żona speċifika, liema huma r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati u x’tip ta’ responsabbiltà jġorr l-operatur online. Dan jista’ jenfasizza wkoll il-penali u s-sanzjonijiet li jistgħu jiffaċċjaw l-operaturi online f’każ li jiksru l-leġiżlazzjoni applikabbli (127).

Billi l-prodotti għall-konsumaturi disponibbli fis-suq tal-UE ġejjin ukoll minn barra l-UE, huwa importanti li jintlaħqu n-negozji li joperaw minn barra, pereż. ħwienet online li jinsabu barra mill-UE. Miżura waħda tista’ tkun li jiġi żgurat li l-informazzjoni żviluppata għan-negozji tal-UE tkun aċċessibbli u promossa għal dawk in-negozji li jinsabu barra l-UE, pereżempju, f’fieri kummerċjali, kif ukoll għall-kmamar tal-kummerċ rilevanti, għaċ-ċentri ta’ informazzjoni u promozzjoni tal-kummerċ u għall-awtoritajiet lokali, li jistgħu jinformaw lill-operaturi ekonomiċi f’pajjiżi terzi.

Il-kooperazzjoni ma’ pjattaformi online tista’ tkun utli għad-distribuzzjoni/għat-twassil tal-informazzjoni rilevanti lin-negozji li joffru prodotti għall-konsumaturi fuq il-pjattaforma tagħhom lill-konsumaturi tal-UE.

Barra minn hekk, jistgħu jingħataw seminars organizzati jew ikkoordinati b’mod ideali fil-livell tal-UE f’pajjiżi msieħba ewlenin b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali sabiex jiġi żgurat aħjar li l-informazzjoni tasal għand il-kumpaniji adatti. It-taħriġ speċifiku għall-importaturi jista’ jkun ukoll utli.


(1)  Studju tas-suq tal-konsumaturi li sar minn Civic Consulting fl-2011 dwar il-funzjonament tal-kummerċ elettroniku u tal-kummerċjalizzazzjoni bl-Internet u t-tekniki tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti kkalkula li suq tal-kummerċ elettroniku wieħed tal-UE b’sehem ta’ kummerċ elettroniku ta’ 15 % jiġġenera żidiet fil-benesseri tal-konsumaturi (minn prezzijiet online aktar baxxi u għażla akbar għall-konsumaturi) ta’ EUR 204,5 biljun fis-sena.

(2)  Skont data mill-2015, 65 % ta’ dawk li jużaw l-Internet għal skopijiet privati xtraw ukoll prodotti jew servizzi online matul il-kors ta’ sena. Sors: il-Eurostat.

(3)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni - Il-“Gwida Blu” dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-prodotti tal-UE 2016, ĠU C 272, 26.7.2016.

(4)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 011, 15.1.2002, p. 4).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(6)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(7)  Skont l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, “prodott” ifisser kwalunkwe prodott — inkluż fil-kuntest tal-forniment ta’ servizz — li huwa maħsub għall-konsumaturi jew li aktarx, f’kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, jintuża mill-konsumaturi anki jekk ma jkunx maħsub għalihom, u li jiġi pprovdut jew magħmul disponibbli, kemm jekk għal korrispettiv kif ukoll jekk le, matul attività kummerċjali, u kemm jekk ġdid, użat jew inkella rikondizzjonat. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, “prodott” ifisser sustanza, preparat jew oġġett manifatturat permezz ta’ proċess ta’ manifattura, li ma jkunx prodott tal-ikel, għalf, pjanti jew annimali ħajjin, prodotti ta’ oriġini umana u prodotti ta’ pjanti jew annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom.

(8)  L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(9)  Għal lista mhux eżawrjenti tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti, ara l-Anness I tal-Avviż tal-Kummissjoni C(2016) 1958 final tal-5 ta’ April 2016, Il-“Gwida Blu” dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-prodotti 2016, jinsab fuq http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=7326&lang=mt&title=%E2%80%98Blue-Guide%E2%80%99-on-the-implementation-of-EU-product-rules

(10)  Il-Premessa 5 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(11)  Ara, pereżempju, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar it-tikkettar ta’ prodotti b’rabta mal-enerġija fuq l-Internet

(12)  Ħarsa ġenerali lejn il-leġiżlazzjoni armonizzata li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija li tinsab fuq https://ec.europa.eu/energy/en/topics/energy-efficiency/energy-efficient-products.

(13)  L-operaturi online huma manifatturi, produtturi, importaturi jew distributuri, kif definiti mid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u mir-Regolament (KE) Nru 765/2008, rispettivament, li joperaw online.

(14)  L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(15)  Madankollu, jekk prodott C2C huwiex qed jiġi pprovdut bħala parti minn attività kummerċjali jew le għandu jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-kriterji rilevanti kollha bħalma huma r-regolarità tal-provvisti u l-intenzjoni tal-fornitur, eċċ.

(16)  Il-Premessa 7 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(17)  L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(18)  Pereżempju, l-importatur huwa l-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodotti fis-suq, filwaqt li d-distributur huwa l-operatur ekonomiku li jagħmilhom disponibbli fis-suq, ara l-Artikolu 2(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(19)  Avviż tal-Kummissjoni C(2016) 1958 final.

(20)  Pereżempju, l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(a), l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 5(2) u (3). Barra minn hekk, id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti tirreferi wkoll f’dan il-kuntest għal “provvista” (pereż. l-Artikolu 2(a), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5(2) u l-premessa 6).

(21)  Id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 ma jistgħux jiġu trasposti mutatis mutandis għall-fini tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(22)  Pereżempju, id-definizzjoni ta’ ‘produttur’ tinkludi “professjonisti fil-katina tal-provvista, safejn l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw il-proprjetajiet tas-sigurtà ta’ prodott”, filwaqt li “distributur” ifisser “kwalunkwe professjonist fil-katina tal-provvista li l-attività tiegħu ma taffettwax il-proprjetajiet tas-sigurtà ta’ prodott”.

(23)  L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(24)  Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(25)  Fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(26)  Fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(27)  Fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(28)  Fis-sens tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(29)  Il-Premessa 7 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti tikkjarifika li d-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti, irrispettivament mit-tekniki tal-bejgħ, inklużi l-bejgħ mill-bogħod u l-bejgħ elettroniku.

(30)  Fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(31)  Fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(32)  Fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(33)  Fis-sens tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(34)  Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Lulju 2011, il-Kawża C-324/09, L’Oréal/eBay, il-paragrafu 65 u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawżi Magħquda C-585/08 u C-144/09 Peter Pammer vs Reederei Karl Schlüter GmbH & Co KG, C-585/08, u Hotel Alpenhof GesmbH vs Oliver Heller, C-144/09.

(35)  Għall-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni, ara t-Taqsima 3.2 ta’ dan l-Avviż.

(36)  Pereżempju, l-Artikolu 8(1)(d) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti jgħid li jistgħu jittieħdu miżuri għal kwalunkwe prodott li jista’ jkun perikoluż, għall-perjodu taż-żmien meħtieġ għall-valutazzjonijiet varji tas-sigurtà, it-testijiet u l-kontrolli, sabiex jipprojbixxu temporanjament il-provvista tiegħu, l-offerta li jfornuh jew iqiegħduh għall-wiri; ara wkoll l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 15(4) flimkien mal-Artikolu 2(17) tar-Regolament 765/2008.

(37)  F’xi każijiet, id-deċiżjoni dwar il-konformità u s-sigurtà trid tittieħed mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, filwaqt li f’każijiet oħrajn, l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq huma l-istess organizzazzjoni. Dan jiddependi fuq kif l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali huma organizzati fil-livell nazzjonali.

(38)  L-Artikolu 27(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(39)  Il-Premessa 7 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti tikkjarifika li d-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti, irrispettivament mit-tekniki tal-bejgħ, inklużi l-bejgħ mill-bogħod u l-bejgħ elettroniku.

(40)  L-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(41)  L-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(42)  Id-definizzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi (manifattur, rappreżentant awtorizzat, importatur u distributur) u r-responsabbiltajiet tagħhom jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tad-9 ta’ Lulju 2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82) fiha dispożizzjonijiet mudell li jridu jiġu integrati f’leġiżlazzjoni relatata mal-prodotti, filwaqt li aktar minn 10 Direttivi ta’ “approċċ ġdid” diġà fihom dawn id-dispożizzjonijiet standard: pereż. id-Direttivi dwar is-Sikurezza tal-ġugarelli, il-Vultaġġ baxx, l-Isplussivi ċivili, eċċ. http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:218:0082:0128:mt:PDF. Il-gwida tapplika mingħajr preġudizzju għal definizzjonijiet aktar speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi u għar-rekwiżiti relatati stabbiliti fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur.

(43)  Madankollu, l-importatur għandu livell ogħla ta’ responsabbiltà mid-distributur.

(44)  Din l-ispjegazzjoni ma tipprovax tindirizza l-kwistjoni ta’ responsabbiltà intermedjarja u t-terminu ‘operatur online’ użat f’dan il-kuntest jista’ ma jkoprix tali intermedjarji.

(45)  Il-Punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(46)  L-Artikolu 2(e)(i) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(47)  L-Artikolu 2(e)(iii) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(48)  Ara l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(49)  Il-Punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(50)  L-Artikolu 2(e) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(51)  Il-Punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(52)  Indikazzjoni tista’ tkun l-isem, it-trademark irreġistrata u l-indirizz ta’ kuntatt fuq il-prodott u/jew id-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament.

(53)  L-Artikolu 2(e) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(54)  Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali) (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14). Ara wkoll it-Taqsima 3.3.3 ta’ dan l-Avviż dwar il-fornituri ta’ servizzi postali.

(55)  L-Artikolu 2(f) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(56)  Id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali; ara wkoll it-Taqsima 3.3.3 ta’ dan l-Avviż dwar il-fornituri ta’ servizzi postali.

(57)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni C(2016) 1958 “Il-Gwida Blu”, it-Taqsima 3.4 dwar Id-distributuri u l-leġiżlazzjoni settorjali allinjata mal-Artikolu mudell R5 “Obbligi tad-distributuri” u l-Artikolu R7 “Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi” tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:218:0082:0128:mt:PDF

(58)  L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(59)  Ara wkoll l-Avviż tal-Kummissjoni C(2016) 1958 “Il-Gwida Blu”, it-Taqsima 3.4. “Attenzjoni dovuta” tirreferi għal-livell ta’ ġudizzju, attenzjoni, prudenza, determinazzjoni u attività f’ċirkostanzi partikolari. Għalhekk, l-eżerċitar tal-obbligu ta’ ‘attenzjoni dovuta’ mid-distributur jista’ jieħu forom differenti, skont iċ-ċirkostanzi, u jista’, pereżempju, jinvolvi sistema ta’ kontroll ibbażata fuq ir-riskju.

(60)  Ara n-nota 57 f’qiegħ il-paġna.

(61)  Ara n-nota 57 f’qiegħ il-paġna. Barra minn hekk, l-Artikolu mudell R31 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE jistipula li l-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha kkonċernati li huwa għamel disponibbli fis-suq madwar l-UE kollha. L-operatur ekonomiku għandu, kif meħtieġ, jikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(62)  L-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(63)  L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(64)  Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.

(65)  L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(66)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1). L-Artikolu 4(15) tal-KDU jiddefinixxi d-dikjarant bħala l-persuna li qed tagħmel dikjarazzjoni doganali f’isimha stess jew il-persuna li f’isimha qed issir dikjarazzjoni.

(67)  Hemm negozji li jipprovdu kemm servizzi intermedjarji online kif ukoll servizzi ta’ ġestjoni. L-obbligi rispettivi tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati skont il-kapaċità li fiha jaġixxu fil-każ partikolari.

(68)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(69)  Ara l-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1); din id-definizzjoni tkopri kwalunkwe servizz normalment ipprovdut għal remunerazzjoni, f’distanza, b’mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali tar-riċevitur tas-servizz.

(70)  Ara l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku. Direttivi bħad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 4) u d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22) japplikaw għal kwalunkwe operatur ekonomiku li jikkwalifika bħala operatur tas-suq u jinvolvi ruħu f’attivitajiet kummerċjali lejn il-konsumaturi, inkluż fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku. Skont il-Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE, fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi terzi li jaġixxu fuq pjattaforma, il-pjattaforma nnifisha għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tippermetti lill-operaturi tas-suq terz jikkonformaw mal-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni u l-konsumaturi tal-UE flimkien mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti u/jew ir-rekwiżiti tal-liġi dwar is-sigurtà tal-prodotti (inkluża l-indikazzjoni fuq is-sit web tagħha tal-marka CE, kwalunkwe twissijiet, informazzjoni u tikketti meħtieġa f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli). Il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tista’ tinkludi wkoll rekwiżiti ta’ tikkettar għall-bejgħ online, bħal għall-prodotti tal-enerġija mibjugħa online, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni Nru 518/2014. Il-Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-25 ta’ Mejju 2016, SWD(2016) 163 final, tinsab fuq http://ec.europa.eu/justice/consumer-marketing/files/ucp_guidance_mt.pdf, ara b’mod partikolari l-paġni 75-76.

(71)  Attivitajiet oħrajn deskritti wkoll mid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku huma: 1) “attivitajiet ta’ sempliċi intermedjazzjoni” bħat-trażmissjoni ta’ informazzjoni (ipprovduta mir-riċevitur tas-servizz) jew l-għoti tal-aċċess għal netwerk ta’ komunikazzjoni (pereż. fornituri tal-Internet) u 2) “attivitajiet ta’ caching”, bħal li t-trażmissjoni tal-informazzjoni ssir aktar effiċjenti, eż. id-duplikazzjoni ta’ bażi ta’ data li tikkopja l-kontenut tas-server inizjali sabiex tiġi żgurata kopertura globali.

(72)  Ċerti operaturi ekonomiċi jwettqu diversi tipi ta’ attivitajiet. Huma jistgħu jipprovdu servizzi ta’ hosting, iżda jistgħu wkoll jinnegozjaw f’isimhom stess u jipprovdu servizzi oħrajn marbuta mal-kummerċ elettroniku. L-awtoritajiet kompetenti għandhom dejjem jiddeterminaw fil-każ partikolari f’liema kwalità jrid jiġi kkunsidrat l-operatur ekonomiku jew is-sit web.

(73)  L-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku.

(74)  Safejn tali offerta trid titqies bħala illegali.

(75)  Fil-Kawża C-324/09, L’Oréal vs eBay, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċċarat li l-kwistjoni rilevanti li tirrigwardja l-kundizzjonijiet sabiex wieħed jibbenifika minn eżenzjoni mir-responsabbiltà kienet jekk eBay kinitx konxja ta’ fatti u ċirkostanzi li minnhom l-attività illegali kienet evidenti (il-paragrafi minn 120 sa 123).

(76)  L-Artikolu 14(3) u l-Premessa 46 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku.

(77)  L-Artikolu 14(3) u l-Premessa 47 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku.

(78)  L-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku.

(79)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-70/10, SABAM vs Scarlet, u C-360/10, SABAM vs Netlog, fejn il-Qorti ddikjarat li d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Awtur) (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10) u d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (id-Direttiva dwar l-Infurzar) (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 16), moqrija flimkien u interpretati fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali applikabbli, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu qorti nazzjonali milli toħroġ inġunzjoni kontra fornitur ta’ servizz ta’ hosting li titlob minnu li jinstalla sistema għall-filtrazzjoni tal-informazzjoni li hija maħżuna fuq is-servers tiegħu mill-utenti tas-servizz tiegħu; li tapplika mingħajr ebda diskriminazzjoni għal dawk l-utenti kollha, bħala miżura preventiva, esklussivament għas-spejjeż tagħha u għal perjodu ta’ żmien mhux limitat; li tkun kapaċi tidentifika l-fajls elettroniċi li jkun fihom xogħol mużikali, ċinematografiku jew awdjoviżiv li fir-rigward tagħhom l-applikant għall-inġunzjoni jsostni li għandu drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, bil-għan li jiġi evitat li dawk ix-xogħlijiet isiru disponibbli għall-pubbliku bi ksur tad-drittijiet tal-awtur.

(80)  Ara l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(81)  L-Artikolu 8(2) u s-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti. l-Artikoli 18(4), 19(1), 20(2) u 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(82)  L-Artikolu 9 u l-Artikolu 2(19) tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali.

(83)  Ara l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, l-Artikoli 46, 188 u 189.

(84)  Għal deskrizzjoni ta’ xi prattiki tal-awtoritajiet, ara “Study on Good Practice in Market Surveillance Activities related to Non-Food Consumer Products sold Online” u l-Anness tiegħu: http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8723/attachments/1/translations/en/renditions/native u http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8724/attachments/1/translations/en/renditions/native.

(85)  Fuq il-bażi tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(86)  L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

(87)  L-Artikoli 18(4), 19(1), 20(2) u 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(88)  L-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 iġiegħel lill-awtoritajiet jipprovdu assistenza b’talba u jiskambjaw informazzjoni u dokumentazzjoni. Ara wkoll id-dokument 2015-IMP-MSG-02rev03 approvat mill-Grupp ta’ Esperti dwar is-Suq Intern tal-Prodotti – “Market Surveillance and Conformity Assessment Policy” http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/17108/attachments/1/translations/en/renditions/native

(89)  http://ec.europa.eu/consumers/consumers_safety/safety_products/rapex/index_en.htm

(90)  http://globalrecalls.oecd.org/

(91)  Prattika tal-Istati Membri: Il-Każ 5 u l-Każ 6 ta’ “Study on Good Practice in Market Surveillance Activities related to Non-Food Consumer Products sold Online”- http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8723/attachments/1/translations/en/renditions/native u http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8724/attachments/1/translations/en/renditions/native.

(92)  Dawn l-unitajiet jistgħu, pereżempju, jissimplifikaw is-sorveljanza tas-suq billi jivverifikaw, fl-istess ħin, ir-rekwiżiti minn atti leġiżlattivi differenti (pereż. is-sigurtà tal-prodotti, ir-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija).

(93)  Prattika tal-Istati Membri: Il-Każ 3 u l-Każ 4 ta’ “Study on Good Practice in Market Surveillance Activities related to Non-Food Consumer Products sold Online”- http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8723/attachments/1/translations/en/renditions/native u http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8724/attachments/1/translations/en/renditions/native.

(94)  http://ec.europa.eu/consumers/consumer_rights/index_en.htm

(95)  Prattika tal-Istati Membri: Il-Każ 11 ta’ “Study on Good Practice in Market Surveillance Activities related to Non-Food Consumer Products sold Online” - http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8723/attachments/1/translations/en/renditions/native u http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8724/attachments/1/translations/en/renditions/native.

(96)  Lista tar-Reġistri tal-Ismijiet ta’ Dominju tista’ tinstab fuq http://www.iana.org/domains/root/db

(97)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(98)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(99)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(100)  Għandu jiġi nnotat li dan id-dokument ma għandux l-għan li jindirizza r-rekwiżiti rilevanti kollha tal-protezzjoni tad-data skont il-liġi tal-UE b’mod eżawrjenti.

(101)  L-Artikoli 19(1) u 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(102)  L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jistabbilixxi li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw mal-operaturi ekonomiċi rigward azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji kkawżati mill-prodotti magħmula disponibbli minn dawk l-operaturi. Il-leġiżlazzjoni settorjali allinjata mal-Artikoli mudell R2(8), R4(7) u R5(4) tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tinkludi obbligu ġenerali għall-operaturi ekonomiċi rilevanti sabiex jieħdu miżuri korrettivi bil-għan li jġibu l-prodotti f’konformità meta jikkunsidraw jew ikollhom raġunijiet biex jemmnu li prodott mhuwiex f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni applikabbli. Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni settorjali allinjata mal-Artikolu mudell R31 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, l-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha kkonċernati li huwa għamel disponibbli fis-suq madwar l-UE kollha.

(103)  http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/17108/attachments/1/translations/en/renditions/native

(104)  Il-bażi legali għal din ix-xorta ta’ assistenza reċiproka hija stabbilita fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(105)  L-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; leġiżlazzjoni settorjali allinjata mal-mudell tal-Artikolu R31(4) tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

(106)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li hija tadotta b’mod parallel miżuri vis-à-vis id-distributuri bbażati f’pajjiżha stess sabiex tippermettilhom jindirizzaw lin-negozji li jinsabu fiżikament fit-territorju tagħhom.

(107)  https://webgate.ec.europa.eu/icsms/.

(108)  Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u skont il-Proċedura ta’ Salvagwardja tal-Unjoni fil-leġiżlazzjoni settorjali jew id-dispożizzjonijiet allinjati mal-Artikolu mudell R31(6) u (8) tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

(109)  http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/12802/attachments/1/translations/en/renditions/native,

http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/12803/attachments/1/translations/en/renditions/native,

http://ec.europa.eu/consumers/consumers_safety/safety_products/rapex/index_en.htm

(110)  RAPEX-Ċina tiffaċilita t-trażmissjoni rapida u regolari tad-data bejn l-UE u l-amministrazzjoni Ċiniża tas-sigurtà tal-prodotti dwar prodotti għall-konsumatur mhux maħsuba għall-ikel u perikolużi. Il-Kummissjoni tipprovdi lill-awtoritajiet Ċiniżi b’informazzjoni dwar prodotti għall-konsumatur perikolużi li joriġinaw miċ-Ċina li kienu nnotifikati mill-Istati Membri permezz tas-sistema ta’ Twissija Bikrija għal prodotti perikolużi mhux maħsuba għall-ikel (RAPEX). L-awtoritajiet Ċiniżi jinvestigaw dawn in-notifiki u, meta possibbli, jadottaw miżuri kontra dawn il-prodotti, li jistgħu jipprevjenu jew jirrestrinġu l-esportazzjoni ulterjuri ta’ dawk il-prodotti lejn l-UE.

(111)  L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(112)  Aktar informazzjoni dwar il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali tista’ tinstab fl-Avviż tal-Kummissjoni C(2016)1958 final, fil-“Gwida Blu” dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-prodotti 2016 u fil-Linji Gwida għall-kontrolli fuq l-importazzjoni fil-qasam tal-konformità u s-sigurtà tal-prodotti, tinsab fuq http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/common/publications/info_docs/customs/product_safety/guidelines_en.pdf

(113)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ‘Il-Pjattaformi Online u s-Suq Uniku Diġitali - Opportunitajiet u Sfidi għall-Ewropa’ tal-25.5.2016, COM(2016)288, tinsab fuq http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52016DC0288

(114)  Aktar dettalji rigward dawn l-obbligi huma stabbiliti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Is-servizzi online, inkluż il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Uniku”, p. 30, http://ec.europa.eu/internal_market/e-commerce/docs/communication2012/SEC2011_1641_en.pdf

(115)  “In-notifiki ta’ attivitajiet allegatament illegali jistgħu jirriżultaw li mhumiex preċiżi biżżejjed [iżda] dawn in-notifiki jirrappreżentaw fattur li għandu jiġi kkunsidrat mill-qorti nazzjonali meta tiġi biex tiddetermina, fid-dawl tal-informazzjoni trażmessa lill-operatur, dan tal-aħħar fil-fatt kienx konxju tal-fatti jew taċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom operatur ekonomiku diliġenti kellu jidentifika l-illegalità” – il-Kawża C-324/09 L’Oréal SA u Oħrajn vs eBay International AG u Oħrajn, il-paragrafu 122.

(116)  Ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni.

(117)  Ara, pereżempju: Il-perspettiva tal-konsumaturi rigward is-sigurtà tal-prodotti għax-xiri online, NVWA 2016, irrapportata fl-OECD (2016), “Online Product Safety: Trends and Challenges”, Digital Economy Papers tal-OECD, Nru. 261, OECD Publishing, Pariġi. DOI: http://dx.doi.org/10.1787/5jlnb5q93jlt-en

(118)  Ara wkoll, f’dan ir-rigward, il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni/applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali tal-25 ta’ Mejju 2016, SWD(2016) 163 final, tinsab fuq http://ec.europa.eu/justice/consumer-marketing/files/ucp_guidance_mt.pdf, b’mod partikolari l-paġna 75 dwar twissijiet tas-sigurtà li jikkonċernaw prodott partikolari. Ara wkoll, pereżempju, l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).

(119)  http://ec.europa.eu/consumers/consumers_safety/safety_products/rapex/alerts/main/index.cfm?event=main.search

(120)  http://globalrecalls.oecd.org/

(121)  Il-bejjiegħa online u l-manifatturi mhux dejjem ikunu l-istess entitajiet. Il-bejjiegħa online jistgħu jixtru oġġetti mingħand il-manifattur u jbiegħuhom fuq is-sit web iddedikat (jew permezz ta’ intermedjarju/fornitur ta’ servizzi ta’ hosting). Madankollu, huwa possibbli wkoll li l-manifattur li jipproduċi l-prodott ibiegħ l-istess prodott huwa stess fuq il-ħanut online ddedikat tiegħu.

(122)  Ara, pereżempju: http://www.electricalsafetyfirst.org.uk/mediafile/100129855/Buying-Electrical-Goods-Online-A5-Leaflet-2014.pdf

(123)  Prattiki tal-Istati Membri dwar l-użu tal-midja biex jinformaw lill-konsumaturi, deskritti fl-Istudju tal-każ nru 12 ta’ “Study on Good Practice in Market Surveillance Activities related to Non-Food Consumer Products sold Online” http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8723/attachments/1/translations/en/renditions/native u http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8724/attachments/1/translations/en/renditions/native

(124)  Prattika tal-Istati Membri: Każ 9 ta’ “Study on Good Practice in Market Surveillance Activities related to Non-Food Consumer Products sold Online”- http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8723/attachments/1/translations/en/renditions/native u http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8724/attachments/1/translations/en/renditions/native

(125)  C(2010)3021 http://ec.europa.eu/consumers/archive/strategy/docs/consumer-complaint-recommendation_mt.pdf

(126)  Prattika tal-Istati Membri: Każ 16 ta’ “Study on Good Practice in Market Surveillance Activities related to Non-Food Consumer Products sold Online”- http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8723/attachments/1/translations/en/renditions/native u http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8724/attachments/1/translations/en/renditions/native

(127)  Prattika: Każ 17 ta’ “Study on Good Practice in Market Surveillance Activities related to Non-Food Consumer Products sold Online”- http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8723/attachments/1/translations/en/renditions/native u http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/8724/attachments/1/translations/en/renditions/native.


1.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/20


Bidu ta' proċeduri

(Il-Każ M.8222 — Knorr-Bremse/Haldex)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 250/02)

Fl-24 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8222 — Knorr-Bremse/Haldex, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta’ l-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


1.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/20


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8258 — Advent International/Morpho)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 250/03)

Fid-19 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8258. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/21


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8498 — Toray/Mitsui/Soda)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 250/04)

Fl-24 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8498. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/22


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Lulju 2017

(2017/C 250/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1727

JPY

Yen Ġappuniż

129,70

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,89420

SEK

Krona Żvediża

9,5423

CHF

Frank Żvizzeru

1,1359

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3050

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,079

HUF

Forint Ungeriż

304,62

PLN

Zloty Pollakk

4,2493

RON

Leu Rumen

4,5590

TRY

Lira Turka

4,1314

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4713

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4625

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1598

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5672

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5918

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 315,97

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,3716

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8896

HRK

Kuna Kroata

7,4110

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 625,05

MYR

Ringgit Malażjan

5,0209

PHP

Peso Filippin

59,197

RUB

Rouble Russu

70,4643

THB

Baht Tajlandiż

39,051

BRL

Real Brażiljan

3,6764

MXN

Peso Messikan

20,8620

INR

Rupi Indjan

75,2708


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8566 — Moog Singapor/SIAEC/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 250/06)

1.

Fl-24 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Singapore Airlines Engineering Company Limited (“SIAEC”, Singapore), sussidjarja ta’ Singapore Airlines Limited (“SIA”, Singapor), u Moog Singapore Pte Ltd (“MSPL”, Singapore), ultimament ikkontrollata minn Moog Inc. (“Moog”, l-Istati Uniti tal-Amerka) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, “JV”) li għadha kif inħolqot permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal SIA: trasport ta’ passiġġieri u merkanzija, servizzi ta’ inġinerija relatati mas-servizzi ta’ trasport bl-ajru u mas-servizzi tat-terminals tal-ajruporti u,

—   għal SIAEC: il-forniment ta’ servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u rikostruzzjoni għal fis-settur ajruspazjali,

—   għal Moog: id-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti u sistemi ta’ kontroll ta’ moviment ta’ preċiżjoni għas-settur ajruspazjali, ta’ difiża, industrijali, tal-enerġija, is-settur marittimi u s-settur mediku,

—   għal MSPL: il-forniment ta’ servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u rikostruzzjoni,

—   għall-JV: il-forniment ta’ servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u rikostruzzjoni għall-prodotti ta’ Moog.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz l-posta, bir-referenza M.8566 — Moog Singapore/SIAEC/JV, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/24


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 250/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (1).

TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGORAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“TERNASCO DE ARAGÓN”

Nru tal-UE: PGI-ES-02149 — 29.6.2016

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem:

Il-Kunsill Regolatorju tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ternasco de Aragón”

Indirizz:

Mercazaragoza, Edificio Centrorigen

Ctra. Cogullada s/n

50014 Zaragoza

ESPAÑA

Tel.

+34 976470813

Email:

info@ternascodearagon.es

Il-grupp applikant jirrappreżenta l-interessi kollettivi tal-produtturi tat-“Ternasco de Aragón” u huwa parti interessata leġittima fl-applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ternasco de Aragón” u huwa wkoll responsabbli għall-ħarsien tagħha.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   L-intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn (speċifika)

4.   Tip ta’ emenda/emendi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irregistrata li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mhijiex meqjusa minuri.

Emenda tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP jew IĠP irregistrata li d-dokument uniku tagħha (jew l-ekwivalenti) ma ġiex ippubblikat u li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mhijiex meqjusa minuri.

5.   Emenda/emendi

5.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Rekwiżiti (Paragrafu B, il-punt 2):

Il-formolazzjoni tal-kliem fl-Ispeċifikazzjoni attwali:

“2.

It-‘Ternasco de Aragón’ għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Ħrief mingħajr distinzjoni bejn il-ġeneri (irġiel mhux imsewwija u nisa).

Età ta’ qtil ta’ bejn 70 u 90 jum.

L-għalf tan-nagħaġ għandu jsir fl-istalel, b’ħalib tal-omm ikkumplimentat mingħajr limitu bit-tiben abjad u b’konċentrati awtorizzati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-perjodu minimu ta’ rdigħ għandu jkun ta’ 50 jum.

Matul il-ftim, il-ħrief iridu jintemgħu tiben abjad u konċentrati mingħajr limitu.

L-użu ta’ sustanzi li jistgħu jxekklu r-ritmu normali tat-tkabbir u tal-iżvilupp tal-annimali huwa projbit.”

Tiġi emendata biex taqra:

“2.

It-‘Ternasco de Aragón’ għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Ħrief mingħajr distinzjoni bejn il-ġeneri (irġiel mhux imsewwija u nisa).

In-nutriment tal-ħrief għandu jsir fl-istalel, b’ħalib tal-omm ikkumplimentat ‘ad libitum’ (mingħajr limitu) b’tiben abjad u b’konċentrati awtorizzati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-perjodu minimu ta’ rdigħ għandu jkun ta’ 40 jum.

Matul il-ftim, il-ħrief iridu jintemgħu tiben abjad u konċentrati mingħajr limitu.

L-użu ta’ sustanzi li jistgħu jxekklu r-ritmu normali tat-tkabbir u tal-iżvilupp tal-annimali huwa projbit.”

Raġunijiet għall-bidliet indikati fid-deskrizzjoni tal-prodott:

Età għat-tbiċċir

Qed jiġi propost li titneħħa l-limitazzjoni fuq l-età tal-qatla billi l-kontroll individwali tal-karkassi jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ kwalità stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni.

Il-kwalità tal-karkassi, tal-laħam u tax-xaħam hija affettwata minn għadd kbir ta’ fatturi, għalkemm minħabba l-età żgħira ta’ dawn l-annimali u s-sistema tradizzjonali ta’ produzzjoni, dan in-numru qed jonqos (Sañudo et al., 2013).

Il-kriterji użati biex jiddefinixxu l-kwalità tal-karkassa prinċipalment huma l-kisja tax-xaħam, il-piż, il-kulur u l-istruttura. Dawn il-parametri jintużaw biex jikkwalifikaw il-karkassi tat-“Ternasco de Aragón”.

L-użu ta’ dawn il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tippreżenta għadd ta’ vantaġġi, bħal faċilità akbar fl-għażla, li tiffaċilita l-omoġeneità tal-prodott garantit.

Studju mill-Fakultà tal-Mediċina Veterinarja tal-Università ta’ Zaragoza fl-2014, ikkonkluda li “meta l-piż tal-karkassa jkun bejn 8,0–12,5 kg, il-kwalità tal-laħam fi ħdan il-parametri stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni hija indipendenti mill-età tal-annimal”.

Għaldaqstant, l-istudju jindika li r-riżultati juru li ma kien hemm l-ebda differenzi sinifikanti la fil-juiciness, la fil-luminożità (L*) u lanqas fl-ebusija tal-laħam, bejn lott ta’ annimali li jinqatlu fl-età ta’ 70 ġurnata u lott ieħor maqtul meta kellu 100 jum.

Barra minn hekk, it-tekniċi minn korp ta’ kontroll issorveljaw it-total tal-karkassi użati fl-istudju billi ċċekkjaw li f’kull lott, il-karkassi fil-kampjun kienu jiżnu aktar minn 8 kg bħala karkassa kiesħa u kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-istruttura u fil-kopertura ta’ xaħam li titlob l-Ispeċifikazzjoni. Fi ftit kliem, iċċekkjaw li l-karkassi setgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-kwalità tal-laħam u tal-karkassi sabiex ikunu karkassi koperti mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

Bis-sistema ta’ produzzjoni abitwalment użata għall-IĠP, jinkisbu karkassi ta’ bejn 8 kg u 12,5 kg bi struttura eċċellenti, laħam ta’ kulur roża pallidu, u livell ottimu ta’ infiltrazzjoni u kisi ta’ xaħam. Il-piż tal-karkassa huwa parametru importanti ħafna li flimkien mal-età żgħira ta’ dawn l-annimali, għandu rabta mal-kopertura tax-xaħam, il-kulur u l-istruttura tal-laħam, li kollha jaffettwaw direttament il-kwalità tal-karkassa. Fil-paragrafu F) Rabta maż-żona tal-madwar, l-intestatura 3. Is-“Sistemi tal-Produzzjoni”, jagħtu din id-deskrizzjoni litterali “(…), iżda l-aktar ħaġa importanti dwar dawn ir-razez hija l-prekoċità tagħhom, fattur li għandu influwenza kbira fuq il-kwalità tat-ternasco, billi ċ-ċelloli tax-xaħam jinbnew qabel. (…) dan il-fatt ippruvat ta’ tkabbir prekoċi huwa fattur differenzjali ġenwin meta mqabbel ma’ razez oħra.

Barra dak li diġa ntqal, ta’ min jinnota li l-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-IĠP tal-karkassi jimplika reviżjoni tal-karkassi waħda waħda. Jekk il-karkassa tkun barra mill-firxa ta’ piżijiet speċifikati fl-Ispeċifikazzjoni, din tiġi miċħuda awtomatikament. Il-karkassi li jiżnu bejn 8 kg u 12,5 kg jiġu osservati għad-dehra ġenerali tagħhom, u jekk din tkun aċċettabbli, jiġi vvalutat il-grad ta’ kopertura tax-xaħam. Il-prekoċità tal-annimali tar-razez imsemmija tippermetti li x-xaħam żejjed jiddetermina l-età u l-piż tal-qatla, partikolarment fil-każ tan-nisa. Fil-każ tal-irġiel huwa l-piż li jippredomina fuq il-kopertura tax-xaħam.

Annimali li ma jkunux żviluppaw kif suppost jistgħu jaqgħu fil-firxa tal-piż iżda barra minn dik tal-età, għalkemm sitwazzjoni bħal din tkun tidher mill-aspett tal-karkassa. Dawn l-annimali normalment jaqgħu barra miċ-ċertifikazzjoni minħabba fatturi oħra: nuqqas ta’ xaħam, defiċjenza fl-istruttura tal-laħam, il-kulur tal-laħam (aħmar qawwi jew safrani), il-konsistenza tal-laħam (għaliex ma jkunx inkiseb il-valur tal-pH xieraq matul il-perjodu ta’ maturazzjoni), daqs eċċessiv tat-testikoli fl-annimali maskili jew ħxuna tal-ħajt addominali fil-linja medjana fin-nisa.

Biex jiċċekkja sa liema punt il-kontroll tal-kwalità tal-karkassa jiggarantixxi l-karatteristiċi tal-prodott, il-grupp tekniku tal-kontroll u ċertifikazzjoni tal-IĠP wettaq analiżi bid-dejta tas-sena 2015.

Il-grupp ħadem bid-dejta individwali sħiħa tat-traċċabilità (mis-sors sal-klassifikazzjoni) ta’ 4 937 ħaruf li nqatlu f’Mercazaragoza, meħuda minn 386 farm tal-annimali (45,89 % tal-farms tal-annimali koperti minn IĠP).

Minn dawn it-386 farm intgħażlu 33 li ntalbu kontrolli tat-twelid. Id-dati tat-twelid ġew kontroverifikati mad-dejta tal-klassifikazzjoni u tal-piż.

Analizzaw id-dejta kompluta dwar it-897 ħaruf u ħarġu dawn ir-riżultati: 893 karkassa (99,55 %) kienu fil-firxa tal-età tal-bhejjem fil-mument tal-qatla u tal-piż tal-karkassi; 2 karkassi (0,22 %) kellhom piż u karatteristiċi xierqa, iżda l-annimali li nqatlu kellhom aktar minn 100 jum; u ż-żewġ (2) annimali li baqa’ (0,22 %) qabżu l-limitu ta’ 12,5 kg u l-annimali nqatlu f’età aktar minn 100 jum.

Għaldaqstant, jista’ jiġi konkluż li l-ħrief li l-karkassi tagħhom jaqgħu fil-firxa ta’ piżijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni jissodisfaw il-parametri tal-kwalità tal-IĠP, irrispettivament mill-età tal-annimali fil-mument tal-qatla.

Din l-emenda ma teħtieġx bidla fis-sistema ta’ produzzjoni li tindirizza l-kopertura tax-xaħam, u lanqas ma taffettwa l-metodu tal-produzzjoni (il-qatla, id-dendil u l-konservazzjoni). Għadaqstant, ma taffettwax il-produzzjoni tal-karkassa skont it-termini fid-deskrizzjoni tar-rabta: “[…] Kompożizzjoni ideali tat-tessut, b’mod li t-tessut tal-għadam mhuwiex esaġerat, u jkun hemm żvilupp xieraq tax-xaħam ta’ taħt il-ġilda u dak intermuskolari, inkluż ix-xaħam intramuskulari”. Bis-saħħa tal-kontroll tal-piż tal-karkassa, tal-istruttura, tal-kulur u tal-istat ta’ kopertura ta’ xaħam, tkun tista’ tiġi ggarantita l-kwalità tal-karkassi tal-IĠP “Ternasco de Aragón” u għalhekk huwa possibbli li l-kontrolli bbażati fuq il-kampjuni tal-età tal-annimali fil-mument tal-qatla jinbidlu għal klassifikazzjoni individwalizzata tal-karkassi b’mod li jitqiesu l-piż u karatteristiċi oħrajn.

Perjodu tal-irdigħ

Huwa propost li titnaqqas l-età minima tal-ftim għal 40 jum billi ma ġewx innotati differenzi sinifikanti, b’rabta mal-parametri tal-kwalità tal-laħam imsemmija fl-Ispeċifikazzjonijiet bejn annimali miftuma ta’ 40 jum jew 70 jum, u ż-żewġ tipi ta’ annimali jikkonformaw mal-karatteristiċi tal-kwalità stabbiliti f’dik l-Ispeċifikazzjoni

Fis-sistema tal-produzzjoni normali f’Aragón, bl-użu ta’ razez indiġeni, il-ħrief jibqgħu f’kuntatt dirett mal-omm sal-bidu taċ-ċiklu riproduttiv tagħha li jmiss. Il-ħrief fuq il-farms tal-annimali jibqgħu jieħdu l-ħalib tal-omm, li huwa esklussivament użat bħala għalf għall-frieħ tagħha, issupplimentati b’dieta fejn jidħol il-konsum ta’ għalf ta’ kwalità għolja matul il-jum. Il-ħrief normalment jitpoġġew f’lottijiet ta’ annimali li jkunu fuq il-ħalib fejn l-età tagħhom tkun tvarja bi ftit jiem, ħaġa li tiffaċilita l-ġestjoni tal-annimali u tal-farm b’mod ġenerali, u tiggarantixxi l-kontroll xieraq ta’ dan il-parametru. Il-prodott miksub u kopert mill-IĠP ikompli jkun ikkaratterizzat mill-konsum esklussiv tal-ħalib tal-omm sakemm il-ħrief jinfatmu.

Bl-istess mod, sar studju reċenti mill-Fakultà tal-Mediċina Veterinarja tal-Università ta’ Zaragoza, dwar kif il-perjodu tal-irdigħ jaffettwa l-karatteristiċi meħtieġa mill-IĠP fir-rigward tal-kulur, il-juiciness u s-sawra tal-laħam. Il-karkassi kollha ta’ dan l-istudju ġew immonitorjati mit-tekniċi tal-korp ta’ kontroll, li vverifikaw fuq il-post, li barra mill-parametri li kienu s-suġġett tal-istudju, dawk li kienu jaqbżu t-8 kg ta’ karkassa kiesħa ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-IĠP f’termini tal-istruttura tagħhom u l-grad ta’ kopertura tax-xaħam, kemm internament kif ukoll esternament.

L-istudju jindika dan li ġej: “Il-pH ma kienx differenti fost it-trattamenti (P = 0,206) b’valuri ta’ 5,70 ± 0,11 għal annimali mhux miftuma u 5,75 ± 0,14 għal dawk miftuma, valuri normali li ma jinfluwenzawx il-kulur, il-juiciness jew is-sawra, aspetti li jistgħu jkunu affettwati b’mod mhux normali jekk il-pH ikun għoli.”

Għalhekk l-istudju jikkonferma dan li ġej: “Ma kien hemm l-ebda differenza bejn il-ftim ta’ 40 jum (qabel il-limitu attwali inkluż fl-Ispeċifikazzjoni) u annimali li ma jinfatmux, f’dak li jirrigwarda l-ammont ta’ meraq tal-laħam (juiciness), il-luminożità (L*), il-kulur aħmar (a*) jew l-ebusija tiegħu.”

5.2.   Deskrizzjoni tal-prodott

Ir-razez (Paragrafu B, il-punt 1):

Il-formolazzjoni tal-kliem fl-Ispeċifikazzjoni attwali:

“1.

L-annimal ovin użat fil-produzzjoni tat-‘Ternasco de Aragón’ ġej minn dawn ir-razez:

‘Rasa Aragonesa’

‘Ojinegra de Teruel’

‘Roya Bilbilitana’”

Tiġi emendata biex taqra:

“1.

L-annimal ovin użat fil-produzzjoni tat-‘Ternasco de Aragón’ ġej minn dawn ir-razez:

‘Rasa Aragonesa’

‘Ojinegra de Teruel’

‘Roya Bilbilitana’

‘Maellana’

‘Ansotana’.”

Raġunijiet għall-emendi indikati:

L-Ispeċifikazzjoni attwali tippermetti tliet razez differenti: Rasa Aragonesa, Roya Bilbilitana u Ojinegra de Teruel. L-applikazzjoni titlob l-inklużjoni tar-razez “Ansotana” u “Maellana”, billi r-rikonoxximent uffiċjali tagħhom bħala razez indipendenti fil-Katalogu Uffiċjali tar-Razez tal-Bhejjem fi Spanja permezz tad-Digriet Irjali 1682/1997 wara l-ħolqien tal-ewwel Speċifikazzjoni għat-“Ternasco de Aragón” ġie rikonoxxut fil-Komunitajiet Awtonomi bħala Denominazzjoni Speċifika fl-10 ta’ Lulju 1989, b’mod nazzjonali f’Ottubru 1992 u fl-Ewropa fil-21 ta’ Ġunju 1996.

Il-popolazzjoni ta’ dawn iż-żewġ razez bħalissa naqset ħafna, madwar 10 000 nagħġa riproduċenti. Ħafna mill-bhejjem, li adattaw perfettament għall-ambjent naturali u li jissodisfaw il-parametri tal-kwalità tal-karkassa, ġew inklużi fl-IĠP qabel il-pubblikazzjoni tad-Digriet Irjali 1682/1997, billi f’dak iż-żmien kienu kkunsidrati bħala ekotipi tar-razza “Rasa Aragonesa”. B’riżultat tal-pubblikazzjoni tad-Digriet Irjali, dawk li jrabbu dawn ir-razez indikati tneħħew mil-lista. Is-sistema ta’ produzzjoni hija l-istess bħal dik tar-razez inklużi fl-Ispeċifikazzjoni. Issa dawn huma interessati li jiġu inklużi fl-IĠP.

Għaldaqstant, qed issir applikazzjoni biex l-Ispeċifikazzjoni tar-Regolamenti fis-seħħ tiġi adattata sabiex tinkludi għal darba oħra lill-produtturi tal-annimali ovini tar-razez “Ansotana” u “Maellana”, li huma tradizzjonalment meqjusa bħala ekotipi tar-razza “Rasa Aragonesa”

5.3.   Evidenza li tagħti prova li dak il-prodott joriġina miż-żona ġeografika (Paragrafu D, il-punt 2):

Il-formolazzjoni tal-kliem fl-Ispeċifikazzjoni attwali:

“2.

Kontrolli u ċertifikazzjoni:

Dawn huma r-rekwiżiti fundamentali li jiggarantixxu l-oriġini tal-prodott.

(a)

Il-laħam għandu jiġi esklużivament mir-razez ‘Rasa Aragonesa’, ‘Ojinegra de Teruel’ u ‘Roya Bilbilitana’ tal-bhejjem inklużi fir-Reġistri li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni.”

Tiġi emendata biex taqra:

“2.

Kontrolli u ċertifikazzjoni:

Dawn huma r-rekwiżiti fundamentali li jiggarantixxu l-oriġini tal-prodott.

(a)

Il-laħam għandu jiġi esklużivament mir-razez ‘Rasa Aragonesa’, ‘Ojinegra de Teruel’, ‘Roya Bilbilitana’, ‘Ansotana’ u ‘Maellana’ tal-bhejjem inklużi fir-Reġistri li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni.”

Raġunijiet għall-emendi indikati:

L-istess bħal fil-punt 5.2.

5.4.   Rabta maż-żona tal-madwar (Paragrafu F, il-punt 3. Sistemi integrati ta’ produzzjoni u pproċessar, (a) Produzzjoni)

Il-formolazzjoni tal-kliem fl-Ispeċifikazzjoni attwali:

“(a)

Produzzjoni

Il-karatteristiċi agroklimatiċi tat-territorju Aragoniż iffavorixxew l-iżvilupp ta’ subsettur tal-ħaruf, importanti bħala l-unika speċje kapaċi tadatta ruħha għat-tkabbir skars u staġjunali tal-ħaxix.

Dan it-tip ta’ ħaruf għandu serje ta’ karatteristiċi partikolari f’termini ta’ piż u età tal-qatla li jiddistingwuh b’mod ċar minn tipi oħra ta’ ħrief li huma komunement maqtula fi Spanja.

It-tliet razez involuti f’din l-indikazzjoni huma:

Ir-razza ovina ‘Rasa Aragonesa’ tinsab prinċipalment fit-tliet provinċji Aragoniżi, l-abitat tagħha, li huwa kruċjali, huma l-mergħat baxxi, il-pjanuri u żoni muntanjużi. Il-karatteristiċi li jiddistingwu din ir-razza huma t-torso proporzjonat, l-għonq irqiq mingħajr laħam żejjed, spiss ikollhom il-beżżul, estremitajiet twal, b’saħħithom u dwiefer żgħar u iebsa.

Is-suf huwa abjad ukoll, u jgħatti l-ġisem kollu filwaqt li jħalli r-ras, min-nofs ‘l isfel tal-erba’ estremitajiet u, xi drabi, iż-żaqq totalment mikxufin. Il-fibra tas-suf hija bejn 5–10 cm twila u tikwalifika bħala ta’ finezza medja. Il-piż mat-twelid huwa ta’ 3,5 kg, u bejn 0 għal 30 ġurnata (ftim) jikber b’200 gramma kuljum, li jwassal għal 9,5 kg għal kull xahar ta’ ħajja. Bejn it-30 u d-90 jum ta’ ħajja iż-żieda fil-piż tvarja bejn 230 g għan-nisa u 250 g għall-irġiel, biex sa tliet xhur jilħqu piż ta’ 23 kg sa 25 kg, b’rendiment fuq it-tbiċċir ta’ kważi 48 % u b’piż tal-karkassa tat-‘Ternasco de Aragón’ bejn 10 u 12 kg.

Ir-razez l-oħra li huma meqjusa adattati għat-‘Ternasco de Aragón’ huma l-‘Ojinegra de Teruel’ u r-‘Roya Bilbilitana’. It-tnejn li huma jiddistingwu ruħhom bħala razez esklussivament għall-produzzjoni tal-laħam, iżda l-aktar ħaġa importanti dwar dawn ir-razez hija l-prekoċità tagħhom, fattur li għandu influwenza kbira fuq il-kwalità ta’ laħamhom, billi ċ-ċelloli tax-xaħam jinbnew qabel. Għalhekk, karkassi kemm ta’ ħrief kif ukoll ta’ nagħaġ żgħir, b’piż bejn 10 kg u12 kg u madwar 80 sa100 jum, ikunu perfetti għat-tip ta’ ternasco, b’kompożizzjoni tat-tessut xierqa, b’mod li l-għadam ma jkunx esaġerat u jkun hemm żvilupp xieraq ta’ xaħam ta’ taħt il-ġilda u fit-tessut intermuskolari kif ukoll intramuskolari, li jippermetti ‘bouquet’ ta’ livell għoli.

Ir-‘Rasa Aragonesa’ toffri ‘Ternascos’ (ħrief) perfettament żviluppati fir-rigward tal-kompożizzjoni tat-tessut tal-karkassa, li tilħaq 25 % xaħam fi ħrief irġiel u nisa, għal piż tal-karkassa ta’ 10,74 kg. Dan it-tkabbir prekoċi huwa tipiku wkoll ta’ razza Aragoniża awtentika oħra, ir-‘Roya Bilbilitana’, li tipproduċi wkoll ħrief bi tkabbir prekoċi simili, b’26,6 % xaħam fiż-żewġ sessi għal piż tal-karkassa ta’ 10,6 kg. Fir-rigward tar-razza ‘Ojinegra de Teruel’, ġie kkonfermat li jkollhom perċentwali ta’ tessut xaħmi simili għal taż-żewġ razez imsemmija.

Dan it-tkabbir prekoċi ġie vverifikat, u jimplika fattur tabilħaqq distintiv meta imqabbel ma’ razez oħra. Għaldaqstant, il-kwalità tat-‘Ternasco de Aragón’ prodott minn dawn it-tliet razez tispikka fuq dik ta’ razez oħra.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel, in-nagħaġ jieklu kemm mir-raba’ qasbija kif ukoll mill-mergħat naturali ta’ Aragón, fejn hemm kwantitajiet kbar ta’ speċijiet ta’ pjanti aromatiċi (klin, sagħtar, eċċ.).

Il-ħrief jibqgħu fl-istalel tal-farm biex jieħdu l-ħalib tal-omm matul il-lejl u jikkunsmaw l-għalf ikkonċentrat u ta’ kwalità għolja matul il-jum.

L-għalf tal-ħrief, flimkien mal-ħalib tal-omm, jippermettu t-tħejjija sħiħa tal-karkassa fil-kategorija tat-‘Ternasco’ (il-kompożizzjoni tat-tessut, it-tqassim, il-lewn, il-konsistenza tax-xaħam, l-irtubija, il-kulur u r-riħa tal-laħam) fil-piżijiet u fl-etajiet indikati (10-12 kg u 80-100 jum) abbazi tar-razez Aragoniżi msemmija aktar ’il fuq.”

Tiġi emendata biex taqra:

“(a)

Produzzjoni

Il-karatteristiċi agroklimatiċi tat-territorju Aragoniż iffavorixxew l-iżvilupp ta’ subsettur tal-annimali ovini, importanti bħala l-unika speċje kapaċi tadatta ruħha għat-tkabbir skars u staġjunali tal-ħaxix.

Dan it-tip ta’ annimal ovin għandu serje ta’ karatteristiċi partikolari li jiddistingwuh b’mod ċar minn tipi oħra ta’ ħrief li huma komunement maqtula fi Spanja.

Il-ħames razez involuti f’din l-indikazzjoni huma:

Ir-razza ovina ‘Rasa Aragonesa’ tinsab prinċipalment fit-tliet provinċji Aragoniżi, l-abitat tagħha, li huwa kruċjali, huma l-mergħat baxxi, il-pjanuri u ż-żoni muntanjużi (somontanos). Il-karatteristiċi li jiddistingwu din ir-razza huma t-torso proporzjonat, l-għonq irqiq mingħajr laħam żejjed, spiss ikollhom il-beżżul, estremitajiet twal, b’saħħithom u dwiefer żgħar u iebsa. Is-suf huwa abjad ukoll, u jgħatti l-ġisem kollu filwaqt li jħalli r-ras, min-nofs ‘l isfel tal-erba’ estremitajiet u, xi drabi, iż-żaqq totalment mikxufin. Il-fibra tas-suf hija bejn 5–10 cm twila u tikwalifika bħala ta’ finezza medja. Il-piż mat-twelid huwa ta’ 3,5 kg, u bejn 0 għal 30 ġurnata (ftim) jikber b’200 gramma kuljum, li jwassal għal 9,5 kg għal kull xahar ta’ ħajja. Bejn it-30 u d-90 jum ta’ ħajja iż-żieda fil-piż tvarja bejn 230 g għan-nisa u 250 g għall-irġiel, biex sa tliet xhur jilħqu piż ta’ 23 kg sa 25 kg, b’rendiment fuq it-tbiċċir ta’ kważi 48 % u b’piż tal-karkassa tat-Ternasco bejn 10 u 12 kg.

Ir-razez l-oħra li huma meqjusa adattati għat-‘Ternasco de Aragón’ huma l-‘Ojinegra de Teruel’, ir-‘Roya Bilbilitana’, l-‘Ansotana’ u l-‘Maellana’. L-ewwel tnejn jiddistingwu ruħhom bħala razez esklussivament għall-produzzjoni tal-laħam, iżda l-aktar ħaġa importanti dwar dawn ir-razez hija l-prekoċità tagħhom, fattur li għandu influwenza kbira fuq il-kwalità tat-Ternesco, billi ċ-ċelloli tax-xaħam jinbnew qabel. Għalhekk, karkassi kemm ta’ ħrief kif ukoll ta’ nagħaġ żgħir, b’piż bejn 10 kg u12 kg u madwar 80 sa100 jum, ikunu perfetti għat-tip ta’ ternasco, b’kompożizzjoni tat-tessut xierqa, b’mod li l-għadam ma jkunx esaġerat u jkun hemm żvilupp xieraq ta’ xaħam ta’ taħt il-ġilda u fit-tessut intermuskolari kif ukoll intramuskolari, li jippermetti ‘bouquet’ ta’ livell għoli.

Ir-razza ‘Maellana’ tiġbor annimali ovini li huma bojod bl-estremitajiet twal, bi profil konvess jew ultrakonvess, mesomorf u ta’ piż medju. L-għonq huwa twil. Għandhom suf eċċezzjonalment qasir u fin ħafna, u din hija karatteristika li tiddefinixxi bl-aħjar mod ir-razza ‘Maellana’. L-għan ewlieni, u prattikament l-uniku wieħed, huwa l-produzzjoni tal-laħam. Il-piż mat-twelid ta’ dawn il-ħrief ivarja bejn 3,0 u 4,5 kg, u fl-età ta’ 30 jum ikollhom piż bejn 9,30 u 10,30 kg. Ta’ 90 jum, il-piż jitla’ bejn 24,0 u 26,0.

Ir-razza ‘Ansotana’ tiġbor annimali ta’ kulur abjad, bi profil subkonvess, mesomorf u eumetriku, inklużi fil-grupp ‘Entrefinos del Pirineo’. Huma miksijin b’suf irqiq ħafna semifolt, b’karatteristiċi partikolari minħabba l-klima fiż-żona fejn jgħixu, b’differenzi mir-razza ‘Rasa Aragonesa’ li tradizzjonalment kienu marbuta magħha. Il-preżenza ta’ qrun hija aċċettata fiż-żewġ sessi, aktar spiss fl-irġiel, fejn ġeneralment ikunu żviluppati sew u b’għamla spirali. Fil-passat, ġiet ikkatalogata bħala razza b’dispożizzjoni tripla (laħam, suf u ħalib). Illum tintuża biss għall-produzzjoni tal-laħam.

Ir-‘Rasa Aragonesa’, li tradizzjonalment kienet tinkludi bħala ekotipi r-razez tal-lum ‘Maellana’ u ‘Ansotana’, tagħti ternascos perfetti fir-rigward tal-kompożizzjoni tat-tessut tal-karkassa b’25 % xaħam bħala medja għall-irġiel u għan-nisa, b’piż tal-karkassa ta’ 10,74 kg, bħad-dixxendenti tar-razez “Ansotana” u “Maellana” li jkunu ġejjin mill-istess nisel etniku. Dan it-tkabbir prekoċi huwa tipiku wkoll ta’ razza Aragoniża awtentika oħra, ir-‘Roya Bilbilitana’, li tipproduċi wkoll ħrief bi tkabbir prekoċi simili, b’26,6 % xaħam fiż-żewġ sessi għal piż tal-karkassa ta’ 10,6 kg. Fir-rigward tar-razza ‘Ojinegra de Teruel’, ġie ppruvat li għandha perċentwal ta’ tessut xaħmi simili għaż-żewġ razez imsemmija qabel. Dan il-fatt huwa ppruvat mit-tkabbir prekoċi, u jimplika fattur tabilħaqq distintiv meta mqabbel ma’ razez oħra. Għaldaqstant, il-kwalità tat-‘Ternasco de Aragón’ abbażi ta’ dawn il-ġenotipi tispikka fuq dik ta’ razez oħra.

Il-fatt ippruvat mit-tkabbir prekoċi jimplika fattur tabilħaqq distintiv meta mqabbel ma’ razez oħra. Għaldaqstant, il-kwalità tat-‘Ternasco de Aragón’ abbażi ta’ dawn il-ġenotipi tispikka fuq dik ta’ razez oħra.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel, in-nagħaġ jieklu kemm mir-raba’ qasbija kif ukoll mill-mergħat naturali ta’ Aragón, fejn hemm kwantitajiet kbar ta’ speċijiet ta’ pjanti aromatiċi (klin, sagħtar, eċċ.).

Il-ħrief jibqgħu fl-istalel tal-farm biex jieħdu l-ħalib tal-omm matul il-lejl u jikkunsmaw l-għalf ikkonċentrat u ta’ kwalità għolja matul il-jum.

Il-konsum tal-għalf ikkonċentrat mingħajr limitu flimkien mal-ħalib tal-omm, jippermettu t-tħejjija sħiħa tal-karkassa fil-kategorija tat-‘Ternasco’ (il-kompożizzjoni tat-tessut, it-tqassim, il-lewn, il-konsistenza tax-xaħam, l-irtubija, il-kulur u l-‘bouquet’ tal-laħam) fil-piżijiet u fl-etajiet indikati abbazi tar-razez Aragoniżi msemmija aktar ’il fuq.”

Raġunijiet għall-emendi indikati:

Ġew miżjuda żewġ paragrafi b’deskrizzjonijiet taż-żewġ razez li għandhom jiġu inkorporati, kif spjegat fil-punt 5.2.

Minħabba t-tneħħija tal-limitu tal-età tal-qatla ġustifikata fil-punt 5.1, tħassru wkoll ir-referenzi għall-età tal-annimali, kemm fit-tieni paragrafu kif ukoll fl-aħħar wieħed, mingħajr ma jinbidel il-kumplament tat-test.

DOKUMENT UNIKU

“TERNASCO DE ARAGÓN”

Nru tal-UE: PGI-ES-02149 — 29.6.2016

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Ternasco de Aragón”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Laħam tal-ħaruf mir-razez li ġejjin: Rasa Aragonesa, Ojinegra de Teruel, Roya Bilbilitana, Maellana u Ansotana. It-“Ternasco de Aragón” għandu jkun ġej minn ħrief mingħajr distinzjoni bejn il-ġeneri. In-nutriment tal-ħrief għandu jsir fl-istalel, b’ħalib tal-omm ikkumplimentat “ad libitum” (mingħajr limitu) b’tiben abjad u b’konċentrati awtorizzati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-perjodu minimu ta’ rdigħ għandu jkun ta’ 40 jum.

Il-piż tal-karkassa jvarja bejn 8,0 u 12,5 kg. Il-profil ikun linja għad-dritt, b’xejra subkonvessa u bil-kontorni ttondjati. Ix-xaħam ta’ barra jkun abjad, u l-konsistenza tkun soda. Ix-xaħam ta’ ġot-toqob ikun abjad, u jkopri mill-inqas nofs il-kilwa, iżda qatt il-kilwa kollha. Il-laħam huwa tari, juicy, artab, bi ftit traċċi ta’ xaħam intramuskolari u kulur roża pallidu.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-“Ternasco de Aragón” għandu karatteristiċi organolettiċi li jorbtuh mal-ambjent naturali u mas-sistema ta’ produzzjoni tiegħu, fis-sens li l-istadji tal-produzzjoni u tat-trawwim tal-ħrief isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fit-tikketti għandu jidher il-logo tal-IĠP, li jinkludi l-kliem “Ternasco de Aragón”.

Il-prodott maħsub għall-konsum għandu jkollu tikketti u siġilli, innumerati, li jitqiegħdu mill-impriżi rreġistrati, u dejjem mingħajr ma jkun permess l-użu mill-ġdid tagħhom.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-ħaruf tinsab fil-Comunidad Autónoma de Aragón.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-klima ta’ Aragón hija Mediterranja kontinentali: bejn moderata u niexfa, b’ħafna riħ fid-depressjoni ċentrali, u iktar ksieħ u umdità hekk kif wieħed jitla’ lejn il-Pirinej u l-Cordillera Ibérica. It-temperaturi medji annwali fiċ-ċentru tad-depressjoni jvarjaw bejn 14 u 15-il grad °C. ’L isfel lejn is-somontanos (l-għoljiet ta’ taħt il-muntanji, ogħla minn 500 m), it-temperatura tinżel b’xi żewġ gradi.

Il-karatteristiċi agroklimatiċi tat-territorju Aragoniż iffavorixxew l-iżvilupp ta’ subsettur ovin, importanti bħala l-unika speċje kapaċi tadatta ruħha għat-tkabbir skars u staġjunali tal-ħaxix.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Ir-“Rasa Aragonesa” toffri “Ternascos” perfettament żviluppati fir-rigward tal-kompożizzjoni tat-tessut tal-karkassa, li tilħaq 25 % xaħam fi ħrief irġiel u nisa, għal piż tal-karkassa ta’ 10,74 kg. Dan it-tkabbir prekoċi huwa tipiku wkoll ta’ razza Aragoniża awtentika oħra, ir-“Roya Bilbilitana”, li tipproduċi wkoll ħrief bi tkabbir prekoċi simili, b’26,6 % xaħam fiż-żewġ sessi għal piż tal-karkassa ta’ 10,6 kg. Fir-rigward tar-razza “Ojinegra de Teruel”, ġie ppruvat li għandha perċentwali ta’ tessut xaħmi fil-karkassa simili għaż-żewġ razez imsemmija aktar ’il fuq, l-istess bħal fir-razez “Maellana” u “Ansotana”, li kienu ekotipi tar-razza “Rasa Aragonesa”.

Dan il-fatt huwa ppruvat mit-tkabbir prekoċi, u jimplika fattur tabilħaqq distintiv meta mqabbel ma’ razez oħra. Għaldaqstant, il-kwalità tat-“Ternasco de Aragón” prodott minn dawn it-tliet razez tispikka fuq dik ta’ razez oħra.

L-għalf tal-ħrief, flimkien mal-ħalib tal-omm, jippermettu t-tħejjija sħiħa tal-karkassa fil-kategorija tat-“Ternasco” (il-kompożizzjoni tat-tessut, it-tqassim, il-lewn, il-konsistenza tax-xaħam, l-irtubija, il-kulur u l-“bouquet” tal-laħam) fil-piżijiet u fl-etajiet indikati abbazi tar-razez Aragoniżi msemmija aktar ’il fuq.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP).

L-isem “Ternasco” ilu magħruf u ilu jissemma minn żminijiet qodma, b’referenza għall-iktar ħaruf tipiku għal-laħam fir-reġjun. B’mod simili, lil hinn minn dan ir-reġjun, it-“Ternasco” kien magħruf mhux biss għall-oriġini tiegħu, iżda wkoll għall-kwalità għolja tiegħu, li hija konsegwenza ċara tar-razez tan-nagħaġ li jipproduċuh, tal-ħaxix li jieklu, u tal-piż u l-età li fihom issir il-qatla tal-ħrief imrobbija.

Dan is-sens ta’ kwalità għolja wassal biex l-isem “Ternasco”, u b’estensjoni, “Ternasca”, baqgħu fil-vokabularju Aragoniż b’referenza għall-karatteristiċi tal-irtubija u tal-età żgħira. Dan jista’ jidher barra minn loku, iżda huwa sempliċi konferma tal-kwalità innegabbli tal-prodott aħħari.

Il-klima kontinentali ta’ din iż-żona ta’ veġetazzjoni skarsa (ftit xita, irjieħ qawwija u varjazzjonijiet kbar fit-temperaturi) jiffavorixxu l-iżvilupp tal-ħames razez nattivi, bil-karatteristika ewlenija tagħhom tkun il-prekoċità. Dawn ir-razez jilħqu grad ottimu ta’ tismin f’età prekoċi, u jipproduċu laħam imfittex ħafna għall-kwalità tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

www.aragon.es/calidadagroalimentaria/pliegos


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


1.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/33


Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 250/08)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament  (2) Ewropew u tal-Kunsill

“WEST COUNTRY BEEF”

Nru tal-UE: PGI-GB-02150 — 7.7.2016

DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

L-isem:

Meat South West

Indirizz:

The Baron Suite

Creech Castle

Taunton

TA1 2DX

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 8706086610

Email:

info@westcountrybeefandlamb.org.uk

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [għandhom jiġu speċifikati]

4.   Tip ta’ emenda(i)

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP jew l-IĠP biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP jew l-IĠP biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-dokument uniku ppubblikat

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP jew l-IĠP biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha dokument uniku (jew l-ekwivalenti) ma ġiex ippubblikat.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda(i)

Emenda 1:

Deskrizzjoni

Din l-emenda twessa’ l-ispeċifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-karkassi b’punt ta’ grad wieħed biex jiġu inklużi bovini ikklassifikati bħala –O.

Meat South West qed tfittex li tespandi l-għażla tal-klassifikazzjoni attwali b’unità waħda biex jiġu inklużi bovini li għandhom grad ta’ –O.

Meat South West tikkunsidra din l-emenda bħala waħda minuri peress li din:

1.

mhijiex relatata mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott;

2.

ma tibdilx ir-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

3.

ma tinkludix bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem tal-prodott

4.

ma taffettwax iż-żona ġeografika definita; jew

5.

ma tirrappreżentax żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott

Raġuni għall-emenda:

Ir-reġjun tal-West Country għandu persentaġġ ogħla mill-medja nazzjonali tal-bovini li jiksbu grad ta’ -O. Bħalissa dawn l-annimali, għalkemm eliġibbli b’mod ieħor, mhumiex inklużi minħabba l-limitu tal-grad arbitrarju. Din l-inklużjoni se żżid l-abilità li dawn il-bovini jintużaw fi ħdan l-iskema tal-IĠP ta’ West Country, filwaqt li ma jiġux affettwati l-karatteristiċi uniċi tal-prodott.

Il-formolazzjoni tal-kliem fl-ispeċifikazzjoni attwali:

L-ispeċifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-karkassi (abbażi tas-sistema EUROP), li tiżgura l-aħjar kwalità għall-ikel, hija:

Karkassi kklassifikati b’konformazzjoni O+ jew aħjar, b’xaħam ta’ 2 sa 4H.

 

Żieda fix-xaħam =>

Titjib fil-konformazzjoni = >

 

1

2

3

4L

4H

5L

5H

E

 

 

 

 

 

 

 

U+

 

 

 

 

 

 

 

-U

 

 

 

 

 

 

 

R

 

 

 

 

 

 

 

O+

 

 

 

 

 

 

 

-O

 

 

 

 

 

 

 

P+

 

 

 

 

 

 

 

-P

 

 

 

 

 

 

 

Emenda Proposta:

L-ispeċifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-karkassi (abbażi tas-sistema EUROP), li tiżgura l-aħjar kwalità għall-ikel, hija:

Karkassi kklassifikati b’konformazzjoni -O jew aħjar, b’xaħam ta’ 2 sa 4H.

 

Żieda fix-xaħam =>

Titjib fil-konformazzjoni = >

 

1

2

3

4L

4H

5L

5H

E

 

 

 

 

 

 

 

U+

 

 

 

 

 

 

 

-U

 

 

 

 

 

 

 

R

 

 

 

 

 

 

 

O+

 

 

 

 

 

 

 

-O

 

 

 

 

 

 

 

P+

 

 

 

 

 

 

 

-P

 

 

 

 

 

 

 

6.   Speċifikazzjoni aġġornata tal-prodott (għad-DOP u għall-IĠP biss)

https://www.gov.uk/government/publications/protected-food-name-west-country-beef-pgi

DOKUMENT UNIKU

“WEST COUNTRY BEEF”

Nru tal-UE: PGI-UK-02150 — 7.7.2016

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“West Country Beef”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1 Laħam frisk (u ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-West Country Beef huwa l-isem li japplika għal karkassi, ġnub jew qatgħat tal-laħam taċ-ċanga li jkunu ġejjin minn bovini imwielda u mrobbija fir-reġjun tal-West Country tal-Ingilterra u maqtula skont l-istandards tal-Meat South West (MSW) jew standards ekwivalenti, f’biċċeriji approvati fi ħdan il-West Country, jew barra din iż-żona. Dawn l-impjanti approvati se jkunu ġew spezzjonati minn spettur indipendenti biex ikun żgurat li jkun hemm traċċabbiltà sħiħa u awtentiċità tal-prodott. L-impjanti se jiġu liċenzjati minn Meat South West bħala approvati biex jipproċessaw il-West Country Beef.

Il-bhejjem kollha jitrabbew f’konformità ma’ standards għoljin, li jkun sar qbil fuqhom, dwar it-trobbija u l-benesseri, li jagħtu garanzija tas-sikurezza.

Il-produzzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

ikunu twieldu, trabbew u msemmna fir-reġjun tal-West Country

ikunu mitmugħa dieta bbażata fuq il-foraġġ

tkun konformi ma’ kull leġiżlazzjoni attwali

jkollha u tkun konxja tal-Kodiċi ta’ Prattika rilevanti kollha

tiżgura s-saħħa u l-benesseri tal-bhejjem abbażi tal-Ħames Libertajiet

tiżgura li jkun hemm sistemi ta’ traċċabbiltà sħiħa fis-seħħ

tiżgura li l-bhejjem ikunu mmaniġġjati minn bdiewa kompetenti u persunal imħarreġ

tiżgura s-sikurezza u l-benessri tal-annimali matul it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u qabel il-qatla

il-qatla sseħħ f’faċilità liċenzjata u approvata bi traċċabbiltà sħiħa sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-prodott

L-irziezet u l-impjanti tal-ipproċessar huma spezzjonati minn spetturi indipendenti bi protokoll ta’ spezzjoni definit.

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iskema tal-West Country Beef, matul l-ispezzjonijiet, il-produtturi huma meħtieġa juru li l-bovini huma mwielda, mrobbija u msemmna fir-reġjun tal-West Country. Huwa meħtieġ ġurnal tal-għalf u għandhom jingħataw provi li l-bovini ġew mitmugħa dieta li tinkludi tal-anqas 70 % foraġġ. L-iskema teħtieġ sistema estensiva b’minimu ta’ sitt xhur fil-mergħat.

Id-dieta speċifika, ibbażata fuq il-ħaxix, ittejjeb il-kompożizzjoni kimika tal-muskolu taċ-ċanga (ara t-Tabella 1 hawn taħt) u ttejjeb ukoll il-kwalitajiet organolettiċi tal-laħam, meta mqabbla ma’ bovini li jiġu mitmugħa l-konċentrati.

Tabella

Il-kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi (mg/100 g ta’ muskolu) u kontenut ta’ vitamina E (mg/kg) fil-muskolu tal-lojn taċ-ċanga

 

Konċentrati

Foraġġ insilat

Ħaxix

18:2 (3)

210

87

76

18:3 (4)

8,1

48,7

35,6

EPA (5)

2,6

19,7

19,2

DHA (6)

0,5

5,1

2,8

18:2/18:3

27,2

1,8

2,1

Vitamina E

1,4

3,3

4,2

Dan jirriżulta f’laħam b’togħma konsistentament bnina, li jwassal għal esperjenza ta’ ikla eċċellenti. Il-kontenut naturali ta’ tessut intramuskulari xaħmi fil-laħam iżid it-togħma u s-sukkulenza. Il-lewn tax-xaħam jista’ jkun bejn abjad u isfar, iżda d-dieta speċifika tinkoraġġixxi kulur lewn il-krema. Il-kulur tal-laħam ivarja bejn roża u aħmar skur, bil-maturazzjoni tal-laħam tidher fil-lewn aħmar aktar skur.

L-annimali bovini jiġu msemmna għal minimu ta’ 60 jum. Il-maġġoranza tal-annimali jissemmnu b’mod naturali waħedhom — l-età u l-piż ivarjaw peress li hemm differenzi bejn ir-razez (huwa ideali piż bejn 200 u 500 kg ta’ piż mejjet meta jkunu lesti għall-qatla).

Il-laħam jiġi kkundizzjonat għal mill-anqas għaxart ijiem f’temperaturi ta’ refriġerazzjoni, proċess li jibda dakinhar tal-qatla u magħruf bħala maturazzjoni. Matul il-maturazzjoni l-enżimi naturali fil-laħam ikissru t-tessuti konnettivi u b’hekk iżidu t-tenerezza u l-kwalità tal-laħam tal-ikel. Għal qatgħat li tradizzjonalment jissajru bil-mod bħal-laħam tas-sidra u tal-ġarretta ma hemmx żmien minimu ta’ maturità. Dawn il-perjodi jistgħu jitnaqqsu bl-applikazzjoni ta’ stimulazzjoni elettrika b’vultaġġ għoli peress li din tnaqqas ir-riskju li l-karkassa tibbies, jew inkella d-dendil mill-għadma tal-ġenb li jżid it-tenerezza tal-laħam. Jinżammu reġistri li juru t-temperaturi, il-proċessi u l-ħinijiet biex jiżguraw li l-karkassi jiġu mkessħa u mmaturati b’mod korrett.

L-ispeċifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-karkassi (abbażi tas-sistema EUROP), li tiżgura l-aħjar kwalità għall-ikel, hija:

Karkassi kklassifikati b’konformazzjoni -O jew aħjar, b’xaħam ta’ 2 sa 4H.

 

Żieda fix-xaħam =>

Titjib fil-konformazzjoni = >

 

1

2

3

4L

4H

5L

5H

E

 

 

 

 

 

 

 

U+

 

 

 

 

 

 

 

-U

 

 

 

 

 

 

 

R

 

 

 

 

 

 

 

O+

 

 

 

 

 

 

 

-O

 

 

 

 

 

 

 

P+

 

 

 

 

 

 

 

-P

 

 

 

 

 

 

 

Wara l-qatla, il-“West Country Beef” jiġi kkummerċjalizzat f’għadd ta’ forom kif ġej:

Karkassa sħiħa, minbarra biċċiet mhux tajbin għall-ikel, bħall-ġewwieni, ġlud, irjus u saqajn;

Naħa sħiħa: nofs karkassa, maqsuma għat-tul;

Il-kwart ta’ wara/il-kwart ta’ quddiem: in-naħa kollha maqsuma bejn l-għaxar u l-ħdax-il kustilja mill-parti ta’ quddiem (jew inkella b’mod simili skont arranġamenti);

Qatgħat ewlenin: prodotti billi jinqasmu karkassi/nofs karkassi f’partijiet iżgħar li huma magħrufin (biex jissodisfaw il-preferenzi tal-konsumaturi). Dawn il-qatgħat jistgħu jiġu ppreżentati bl-għadam jew mingħajr għadam u f’ippakkjar protettiv.

Il-“West Country Beef” jista’ jinbiegħ frisk (imkessaħ) jew iffriżat.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-bhejjem jistgħu jingħataw supplimenti fil-fażi tal-ftim u f’dik finali. F’dak il-każ, id-dettalji tal-ingredjenti u x-xiri jiġu rreġistrati mill-bidwi u kkontrollati minn spetturi tal-assigurazzjoni. Iż-żmien meta l-annimal jingħata s-supplimenti ikun determinat billi jitqiesu fatturi bħall-benesseri tal-annimali u l-kummerċjalizzazzjoni.

L-ammont massimu ta’ għalf supplimentari huwa ta’ 30 %, b’70 % foraġġ. L-għalf supplimentari jingħata meta jkun meħtieġ, bħal pereżempju matul ix-xhur tax-xitwa jew waqt il-perjodi tal-ftim u tat-tlestija.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-bhejjem kollha jitrabbew f’konformità ma’ standards għoljin, li jkun sar qbil fuqhom, dwar it-trobbija u l-benesseri, li jagħtu garanzija tas-sikurezza.

Il-produzzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

ikunu twieldu, trabbew u msemmna fir-reġjun tal-West Country

ikunu mitmugħa dieta bbażata fuq il-foraġġ

tkun konformi ma’ kull leġiżlazzjoni attwali

jkollha u tkun konxja tal-Kodiċi ta’ Prattika rilevanti kollha

tiżgura s-saħħa u l-benesseri tal-bhejjem abbażi tal-Ħames Libertajiet

tiżgura li jkun hemm sistemi ta’ traċċabbiltà sħiħa fis-seħħ

tiżgura li l-bhejjem ikunu mmaniġġjati minn bdiewa kompetenti u persunal imħarreġ

tiżgura s-sikurezza u l-benessri tal-annimali matul it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u qabel il-qatla

il-qatla sseħħ f’faċilità liċenzjata u approvata bi traċċabbiltà sħiħa sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-prodott

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih qed tirreferi d-denominazzjoni

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tikkonsisti fis-sitt kontei ta’ Cornwall, Devon, Dorset, Gloucestershire, Somerset u Wiltshire, li flimkien jiffurmaw ir-reġjun tal-West Country tal-Ingilterra.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-West Country tal-Ingilterra jista’ jiġi deskritt sewwa sew bħala peniżola tal-mergħat. Id-distinzjoni bejn mergħa u art li tinħadem żviluppat parzjalment bħala riżultat tat-tipi differenti ta’ ħamrija. Il-West Country għandu proporzjon għoli ta’ ħamrija taflija u kannella li fiha jikber il-ħaxix iżda li mhijiex ideali għall-kultivazzjoni tar-raba’. Iż-żoni ta’ raba’ li tinħadem għandhom proporzjon akbar ta’ ħamrija taflija u ramlija, fejn l-ilma jiskula faċilment. Barra minn hekk, il-West Country għandu l-ogħla temperatura medja u l-ogħla temperaturi minimi u massimi fir-Renju Unit.

Il-West Country huwa l-akbar u l-aktar reġjun agrikolu fl-Ingilterra. L-ambjent tiegħu huwa wieħed mill-ogħna fir-Renju Unit. L-irziezet f’dan ir-reġjun jipproduċu ammont stmat ta’ 24 % taċ-ċanga fl-Ingilterra u huwa dan, flimkien mas-sehem tiegħu ta’ 21 % tal-produzzjoni tan-ngħaġ, li għen fil-formazzjoni u l-manteniment tal-pajsaġġ u tal-patrimonju tar-reġjun. Id-densità għolja ta’ bhejjem ħeġġet l-iżvilupp ta’ settur kbir tal-ipproċessar tal-laħam li joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi tant meħtieġa fir-reġjun.

It-taħlita fil-West Country ta’ temperaturi sħan u temperaturi moderati, xita mqassma sew matul is-sena, u ħamrija fonda li żżomm it-tira tfisser li l-ħaxix u l-għelejjel għall-foraġġ jistgħu jitkabbru u jsir ir-ragħa għalihom kważi tul is-sena kollha. Il-ħaxix jikber f’parti kbira tar-reġjun għal aktar minn 300 jum tas-sena. Dan it-tkabbir tul is-sena kollha huwa n-norma fil-West Country u jindika għaliex it-trobbija tal-bhejjem tippredomina. Barra minn hekk, aktar minn 25 % tal-mergħat fil-West Country jinsabu jew f’Parks Nazzjonali jew f’Żoni ta’ Ġmiel Naturali (AONBs — Areas of Natural Beauty) u r-reġjun għandu aktar minn 57 % ta’ mergħat li fihom ħafna fjuri fir-Renju Unit. Riċerka mwettqa minn Bristol University turi li t-togħma taċ-ċanga hija aktar qawwija u tintogħġob aktar meta l-bovini jkunu ġew magħlufa l-ħaxix milli l-konċentrati.

Speċifiċità tal-prodott

Hemm dipendenza kbira fuq il-ħaxix frisk u l-ħaxix ikkonservat fil-West Country. Dan jipproduċi effett karatteristiku fuq il-kwalità tal-laħam u l-valur nutrittiv taċ-ċanga f’termini ta’ kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi, kontenut ta’ vitamina E u kwalità sensorjali. Esperimenti xjentifiċi wrew biċ-ċar dawn l-effetti. Dawn urew differenza fil-kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi bejn għoġġiela mrobbija fuq dieta bbażata fuq il-qmuħ (konċentrati) u dawk fuq dieta msejsa fuq il-ħaxix (Tabella). Dawk mitmugħa l-ħaxix kellhom profil ta’ aċidu xaħmi li kien pjuttost differenti minn dawk magħlufa l-konċentrati. L-aċidu linolejku u l-prodott tiegħu (aċidu arakidoniku), it-tnejn xaħmijiet aċidużi n-6 (omega-6), kienu ogħla fil-muskoli tal-għoġġiela magħlufa l-konċentrati; u l-aċidu linoleniku u l-prodotti tiegħu l-aċidu ejkosapentenojku EPA u l-aċidu dokosaessenojku DHA, kollha aċidi xaħmin n-3 (omega-3), kienu ogћla fil-muskoli ta’ għoġġiela magħlufa silaġġ tal-ħaxix jew ħaxix frisk. Il-proporzjon ta’ aċidi xaħmin n-6 ma’ aċidi xaħmin n-3 kien ferm ogħla fl-annimali magħlufa l-konċentrati. Il-proporzjon rakkomandat għad-dieta tal-bniedem huwa 4 jew inqas, li kien milħuq faċilment fiċ-ċanga ta’ għoġġiela magħlufa l-ħaxix iżda mhux f’dawk magħlufa l-konċentrati. Proporzjon sempliċi li jiddistingwixxi l-għoġġiela magħlufa l-ħaxix minn dawk magħlufa l-konċentrati huwa 18:2/18:3, billi dan huwa madwar 2 u 27 fit-Tabella għaċ-ċanga minn għoġġiela magħlufa l-ħaxix u dawk magħlufa l-konċentrati rispettivament.

Il-ħaxix, kemm jekk frisk jew inkella kkonservat, huwa sors ta’ aċidu α-linoleniku, li jista’ jkun ikkonvertit fl-annimal f’aċidi xaħmin poliinsaturati (PUFA — polyunsaturated fatty acids) n-3 (omega-3) ta’ katina twila, li huma nutrijenti ta’ valur fid-dieta tal-bniedem. Il-ħaxix fih ukoll il-vitamina E u kemm l-aċidi xaħmin n-3 u l-vitamina E huma f’konċentrazzjonijiet ogħla f’ċanga ta’ għoġġiela magħlufa l-ħaxix. Dawn in-nutrijenti jaffettwaw ukoll it-togħma tal-laħam.

Għaldaqstant, id-dieti tal-ħaxix u tal-foraġġ jipproduċu profil distintiv ta’ aċidu xaħmi fil-muskoli li jiddistingwihom minn dieti tal-konċentrati. Valuri ta’ madwar 1,0 % aċidu linoleniku, 0,5 % EPA u 0,1 % DHA huma deskrittivi taċ-ċanga imrobbija fuq il-ħaxix. Dawn huma l-perċentwali tal-aċidi xaħmin preżenti; dan huwa l-mod kif il-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi ta’ spiss jiġi deskritt. Dan l-effett huwa ta’ benefiċċju għall-“West Country Beef”. Il-vitamina E li tinstab b’mod naturali fil-ħaxix hija inkorporata fit-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam tal-bovini. Għoġġiela mitmugħa silaġġ tal-ħaxix kellhom mill-inqas id-doppju tal-konċentrazzjoni ta’ vitamina E fil-muskoli minn dawk mitmugħa l-konċentrati (Tabella). Dan iwassal biex il-laħam iżomm il-lewn aħmar jgħajjat tiegħu għal jumejn aktar waqt il-wiri għall-bejgħ.

Studji Brittaniċi kkonkludew li t-togħma tal-laħam taċ-ċanga hija aħjar f’bovini msemmna bil-ħaxix milli dawk mitmugħa ż-żrieragħ. Il-punteġġi għat-togħma taċ-ċanga kienu aħjar għall-għoġġiela li jintagħlfu l-ħaxix milli l-konċentrati. Il-punteġġi għat-togħma mhux normali kienu l-aktar għal dawk magħlufa l-konċentrati.

Rapport indipendenti kkummissjonat minn Meat South West li minnu ħarġu l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq juri li l-karatteristiċi speċjali huma li jkun hemm proporzjon baxx ta’ aċidi xaħmin n-6 għal n-3 u konċentrazzjoni għolja ta’ vitamina E.

18:2/18:3 proporzjon inqas minn 4

Vitamina E > 3,0 mg/kg muskolu tal-lojn

Il-West Country tal-Ingilterra, bħala riżultat tal-klima, it-topografija, il-ġeoloġija u l-ħdura konsegwenti tiegħu, jagħti kwalitajiet partikolari lill-bovini mrobbija fir-reġjun, u b’hekk lil-laħam minn dawk l-annimali. Proporzjon għoli taż-żona ta’ raba’ maħdum f’dan ir-reġjun huwa ħaxix, li huwa ideali għall-produzzjoni tal-bovini filwaqt li jista’ jintuża wkoll fl-għalf supplimentari.

Jeżisti każ xjentifiku qawwi u oġġettiv li ċ-ċanga ta’ bovini mrobbija u pproċessata fil-West Country tal-Ingilterra għandha kwalitajiet li huma intrinsikament marbuta ma’ dik iż-żona ġeografika, minħabba d-disponibbiltà akbar tal-ħaxix fid-dieta u d-dipendenza fuqu, li jwassal għal konċentrazzjonijiet ogħla ta’ n-3 PUFA u vitamina E fil-laħam.

It-tkabbir tal-ħaxix huwa affettwat mit-tip ta’ ħamrija, it-temperatura, ix-xita u x-xemx. Fattur ieħor importanti huwa t-topografija, bit-tkabbir tal-ħaxix jonqos mal-altitudni. Il-klima aktar favorevoli fil-West Country iżżid l-għadd ta’ jiem li fihom jikber il-ħaxix fil-West Country meta mqabbel ma’ reġjuni oħra. Il-ħaxix jikber għal aktar minn 220 jum tas-sena fil-partijiet kollha tal-West Country, li mhuwiex il-każ ta’ kwalunkwe parti oħra tal-Brittanja, b’partijiet li jaqbżu t-300 jum ta’ tkabbir tal-ħaxix. Bħala riżultat, il-bovini tal-West Country għandhom aktar aċċess għall-ħaxix u l-prodotti tal-ħaxix minn dawk f’ħafna mill-partijiet l-oħrajn tal-Brittanja jew x’imkien ieħor fl-UE.

Dawn il-valuri jinkisbu miċ-ċanga li ġejja minn bovini mwielda, imrobbija u msemmna fil-West Country tal-Ingilterra fejn l-annimali għandhom aċċess għal ħaxix frisk għal aktar żmien milli dawk f’reġjuni oħra minħabba l-klima umda u sħuna u fejn is-sistemi ta’ produzzjoni huma bbażati fuq produzzjoni estensiva mill-ħaxix. It-tibdil klimatiku fil-futur x’aktarx li se jiffavorixxi t-tkabbir tal-ħaxix fil-West Country aktar milli fil-preżent.

Il-Meat South West tikkalkula li l-kontribuzzjoni totali tas-settur tal-laħam aħmar lejn l-ekonomija tal-West Country hija ta’ £3 biljun fis-sena u 28 000 impjieg. Il-kontinwazzjoni tal-produzzjoni tal-bhejjem hija essenzjali biex l-ambjent u l-patrimonju tar-reġjun jiġu protetti. Tabilħaqq huwa dak l-ambjent speċjali li huwa l-bażi tal-karatteristiċi li huma minnhom infushom żviluppati fil-“West Country Beef” bħala konsegwenza tal-annimali sors li jitrabbew fir-reġjun.

Storikament ir-razez tal-bovini l-aktar komuni fir-reġjun ġew min-Nofsinhar ta’ Devon u Ruby Red. Madankollu bosta razez nattivi u kontinentali huma wkoll adatti tajjeb għall-pajsaġġ tar-reġjun u għandhom prestazzjoni tajba fuq il-ħaxix tar-reġjun. Il-“West Country Beef” jista’ għalhekk jiġi prodott minn kwalunkwe razza ta’ bovini. Id-diversità tal-pajsaġġi tippermetti li teżisti industrija tal-bhejjem stratifikata ġewwa l-konfini tar-reġjun. Iż-żoni muntanjużi ta’ Exmoor, Dartmoor u Bodmin Moor jipprovdu postijiet tat-tnissil u mergħat tas-sajf għal merħliet tradizzjonali tal-laħam taċ-ċanga, filwaqt li l-pjanura ta’ mergħat tal-ħaxix u r-reġjuni kostali, fejn il-ħaxix ikompli jikber għal biċċa l-kbira tas-sena, jipprovdu ambjent għal tismin ideali.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.gov.uk/government/publications/protected-food-name-west-country-beef-pgi


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(3)  linoleiku

(4)  linoleniku

(5)  ejkosapentanojku

(6)  dokosaeżaenojku


1.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/41


Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 250/09)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

“WEST COUNTRY LAMB”

Nru tal-UE: PGI-GB-02151 — 7.7.2016

DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

L-isem

:

Meat South West

Indirizz

:

The Baron Suite

Creech Castle

Taunton

TA1 2DX

UNITED KINGDOM

Tel

:

+44 8706086610

Email

:

info@westcountrybeefandlamb.org.uk

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Ir-Renju Unit

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [għandhom jiġu speċifikati]

4.   Tip ta’ emenda(i)

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP jew l-IĠP biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP jew l-IĠP biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-dokument uniku ppubblikat

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP jew l-IĠP biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha dokument uniku (jew l-ekwivalenti) ma ġiex ippubblikat.

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda(i)

Emenda 1:

Deskrizzjoni

Din l-emenda tneħħi r-restrizzjonijiet tal-faxex tal-piż (9-15 kg) minn dawk il-karkassi eliġibbli kklassifikati bħala grad O.

Meat South West qed tfittex li tespandi l-għażla tal-klassifikazzjoni attwali billi tneħħi r-restrizzjoni tal-piż għal dawk il-karkassi li jiksbu l-klassifikazzjoni O.

Meat South West tikkunsidra din l-emenda bħala waħda minuri peress li din:

1.

mhijiex relatata mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott;

2.

ma tibdilx ir-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-UE Nru 1151/2012;

3.

ma tinkludix bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem tal-prodott;

4.

ma taffettwax iż-żona ġeografika definita; jew

5.

ma tirrappreżentax żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu.

Raġuni għall-emenda

Meat South West qed tfittex li ssir emenda għall-għażla tal-klassifikazzjoni attwali biex titneħħa r-restrizzjoni tal-piż fuq ħrief ta’ grad O li bħalissa hija ta’ 9 – 15-il kg. Din ir-restrizzjoni tal-piż ġiet oriġinarjament implimentata biex tipprovdi lis-swieq storiċi tax-Xlokk ta’ Spanja u l-Italja bi ħrief aktar ħfief. Madankollu, minn dak iż-żmien, dan il-kummerċ inbidel u r-restrizzjoni tal-piż qed ixxekkel l-inklużjoni tal-istokk li inkella kienet tkun eliġibbli. Dan b’mod partikolari huwa applikabbli għal ħrief organiċi, meqjusin bħala prodott ta’ livell għoli, li bħalissa qed ifallu mill-eliġibilità bbażata biss fuq ir-restrizzjonijiet tal-piż. Iż-żona ġeografika mhux se tinbidel u l-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mhux se jinbidlu peress li aħna xorta sejrin napplikaw l-element tal-għalf tal-foraġġ biex jiġi żgurat li ma jsirx impatt fuq il-kostitwenti kimiċi. Il-bidla proposta ma timminax il-kwalità tal-prodott, m’għandhiex intenzjoni li tbiddel l-isem jew li tirrestrinġi l-kummerċ.

Il-formolazzjoni tal-kliem fl-ispeċifikazzjoni attwali

“Karkassi kklassifikati bħala konformazzjoni R jew aħjar, b’simna ta’ 2 sa 3H; – Karkassi li jiżnu anqas minn 15-il kg jista’ jkollhom konformazzjoni O.

Id-daqs tal-karkassi jista’ jvarja, dan jirrifletti l-preferenzi tas-suq u t-tip ta’ nagħġa.

 

Żieda fis-simna = >

Titjib fil-konformazzjoni = >

 

1

2

3L

3H

4L

4HL

5

E

 

 

 

 

 

 

 

U

 

 

 

 

 

 

 

R

 

 

 

 

 

 

 

O

 

9-15 kg

9-15 kg

9-15 kg

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

 

Emenda Proposta

“Karkassi kklassifikati b’konformazzjoni O jew aħjar, b’xaħam ta’ 2 sa 3H;

Id-daqs tal-karkassi jista’ jvarja, dan jirrifletti l-preferenzi tas-suq u t-tip ta’ nagħġa.

 

Żieda fis-simna = >

Titjib fil-konformazzjoni = >

 

1

2

3L

3H

4L

4HL

5

E

 

 

 

 

 

 

 

U

 

 

 

 

 

 

 

R

 

 

 

 

 

 

 

O

 

 

 

 

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

 

”.

6.   Speċifikazzjoni aġġornata tal-prodott (għad-dop u għall-IĠP biss)

https://www.gov.uk/government/publications/protected-food-name-west-country-lamb-pgi

DOKUMENT UNIKU

“WEST COUNTRY LAMB”

Nru tal-UE: PGI-GB-02151 — 7.7.2016

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem(ijiet)

“West Country Lamb”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1 Laħam frisk (u ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“West Country Lamb” huwa l-isem applikat għal karkassi, nofs karkassi jew qatgħat tal-ħaruf li ġejjin min-nagħaġ imwielda u mrobbija fir-reġjun tal-West Country tal-Ingilterra u maqtula skont l-istandards tal-organizzazzoni Meat South West (MSW) jew standards ekwivalenti.

In-nagħaġ ma għandux ikollhom aktar minn 12-il xahar meta jaslu għall-qatla. Il-laħam minn annimali li huma (i) mwielda qabel l-1 ta’ Ottubru fi kwalunkwe sena u (ii) maqtula bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ April tas-sena ta’ wara, irid ikun soġġett għal maturazzjoni. Dan jista’ jinkludi minimu ta’ ħamest ijiem ta’ kondizzjonament fil-kesħa bejn il-qatla u l-bejgħ lill-konsumatur finali, jew wieħed mill-proċessi ta’ maturazzjoni speċifikati fil-Meat & Livestock Commission (MLC) Lamb Blueprint tal-1994 (dawn jinkludu l-istimulazzjoni elettrika u d-dendil mill-għadma tal-ġenb). Il-piż tal-laħam lest għandu jkun bejn 9 kg u 26 kg ta’ piż mejjet.

Id-dieta speċifika, ibbażata fuq il-ħaxix, ittejjeb il-kompożizzjoni kimika tal-muskolu tal-ħaruf (ara t-Tabella hawn taħt) u ttejjeb ukoll il-kwalitajiet organolettiċi tal-laħam meta mqabbla ma’ nagħaġ li jitrabba fuq il-konċentrati.

Tabella

Kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi (mg/100 g) u kontenut ta’ vitamina E (mg/kg) tal-muskolu tal-lojn tal-ħaruf

 

Ħaxix

Konċentrati

18:2 (3)

98

143

18:3 (4)

52

29

EPA (5)

23

15

DHA (6)

6,5

4,9

Vitamina E

4,6

1,9

18:2/18:3

1,9

5,0

Dan jirriżulta f’laħam b’togħma iktar bnina, li jwassal għal esperjenza ta’ ikel eċċellenti. Il-kulur tax-xaħam jista’ jkun minn abjad għal lewn il-krema, iżda d-dieta speċifika tinkoraġġixxi lewn il-krema. Il-kulur tal-laħam ivarja minn roża sa aħmar skur, bil-maturazzjoni tirriżulta f’laħam ta’ lewn aħmar iktar skur. L-ispeċifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-karkassa (ibbażata fuq is-sistema EUROP), biex tiżgura kwalità tal-ikel mill-aqwa, hija:

Karkassi kklassifikati b’konformazzjoni O jew aħjar, b’xaħam ta’ 2 sa 3H; Id-daqs tal-karkassi jista’ jvarja, dan jirrifletti l-preferenzi tas-suq u t-tip ta’ nagħġa.

 

Żieda fis-simna = >

Titjib fil-konformazzjoni = >

 

1

2

3L

3H

4L

4HL

5

E

 

 

 

 

 

 

 

U

 

 

 

 

 

 

 

R

 

 

 

 

 

 

 

O

 

 

 

 

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

 

Wara l-qatla, il-“West Country Lamb” jiġi kkummerċjalizzat f’għadd ta’ forom, kif ġej:

Karkassi sħaħ għajr għall-ġewwieni li ma jittikilx, il-ġilda, ir-ras u s-saqajn. Il-kliewi u xaħam assoċjat jistgħu jitħallew fil-post.

Naħa sħiħa: nofs il-karkassa maqsuma għat-tul.

Qatgħat ewlenin: prodotti billi karkassi/nofs karkassi jinqasmu f’partijiet iżgħar, li jintgħarfu (biex jissodisfaw il-preferenzi tal-konsumaturi). Dawn il-qatgħat jistgħu jiġu ppreżentati bl-għadam jew mingħajr għadam u f’ippakkjar protettiv.

Il-“West Country Lamb” jista’ jinbiegħ frisk (imkessaħ) jew iffriżat.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ħrief jistgħu jintgħalfu s-suppliment waqt il-fatma u fl-aħħar fażi tas-simna, f’liema każ, id-dettalji tal-ingredjenti u x-xiri huma rreġistrati mill-bidwi fir-reġistru tal-għalf u vverifikati mill-ispetturi tal-aċċertament biex jiġi żgurat teħid minimu ta’ forġġ ta’ 70 %. L-iskema teħtieġ sistema estensiva b’perjodu xieraq ta’ ragħa, tipikament xahrejn, qabel il-qatla.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Il-ħrief għandhom ikunu mwielda, mrobbija u msemmna sal-qatla fir-reġjun tal-West Country.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih qed jirreferi l-isem reġistrat

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tikkonsisti fis-sitt kontei ta’ Cornwall, Devon, Dorset, Gloucestershire, Somerset u Wiltshire, li flimkien jiffurmaw ir-reġjun tal-West Country tal-Ingilterra.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-West Country tal-Ingilterra huwa deskritt bħala peniżola tal-mergħat. Id-distinzjoni bejn mergħa u art li tinħadem żviluppat parzjalment bħala riżultat tat-tipi differenti ta’ ħamrija. Il-West Country għandu proporzjon għoli ta’ ħamrija taflija u kannella li fiha jikber il-ħaxix iżda li mhijiex ideali għall-kultivazzjoni tar-raba’. Żoni ta’ raba’ maħduma għandhom proporzjon ikbar ta’ ħamrija taflija u ħamrija ramlija, li minnhom, l-ilma jiskula iktar faċilment. Barra minn hekk, il-West Country tal-Ingilterra għandu l-ogħla temperatura medja u l-ogħla temperaturi minimi u massimi fir-Renju Unit.

Il-West Country huwa l-akbar u l-aktar reġjun agrikolu fl-Ingilterra. L-ambjent tiegħu huwa wieħed mill-ogħna fir-Renju Unit. L-irziezet f’dan ir-reġjun jipproduċu ammont stmat ta’ 21 % tan-nagħaġ fl-Ingilterra u huwa dan, flimkien mas-sehem tiegħu ta’ 24 % tal-produzzjoni taċ-ċanga, li għen biex jifforma u jmantni l-pajsaġġ u l-patrimonju tar-reġjun. Id-densità għolja ta’ bhejjem ħeġġet l-iżvilupp ta’ settur kbir tal-ipproċessar tal-laħam li joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi tant meħtieġa fir-reġjun.

It-taħlita fil-West Country ta’ temperaturi sħan u temperaturi moderati, xita mqassma sew matul is-sena, u ħamrija fonda li żżomm it-tira tfisser li l-ħaxix u l-għelejjel għall-foraġġ jistgħu jitkabbru u jsir ir-ragħa għalihom kważi tul is-sena kollha. Il-ħaxix jikber f’parti kbira tar-reġjun għal aktar minn 300 jum tas-sena. Dan it-tkabbir tul is-sena kollha huwa n-norma fil-West Country u jindika għaliex it-trobbija tal-bhejjem tippredomina. Barra minn hekk, aktar minn 25 % tal-mergħa fil-West Country tinsab jew f’Parks Nazzjonali jew f’Żoni ta’ Ġmiel Naturali Eċċezzjonali (AONBs – Areas of Outstanding Natural Beauty) u r-reġjun għandu aktar minn 57 % ta’ mergħat li fihom ħafna fjuri fir-Renju Unit. Riċerka mwettqa minn Bristol University turi li t-togħma tal-ħaruf hija iktar qawwija u tintogħġob iktar meta dan ikun ġie magħluf il-ħaxix milli l-konċentrati.

Barra minn dan, minħabba l-klima moderata unika u t-tkabbir tal-ħaxix tul is-sena kollha, il-ħrief huma mrobbija tul is-sena kollha fir-reġjun.

Speċifiċità tal-prodott

Hemm dipendenza kbira fuq il-ħaxix frisk u l-ħaxix ikkonservat fil-West Country. Dan jipproduċi effett karatteristiku fuq il-kwalità tal-laħam u l-valur nutrittiv tal-ħaruf f’termini ta’ kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi, kontenut ta’ vitamina E u kwalità sensorjali. Esperimenti xjentifiċi wrew biċ-ċar dawn l-effetti. Dawn urew differenza fil-kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi bejn ħrief imrobbija fuq dieta msejsa fuq il-qmuħ (konċentrati) u fuq dieta msejsa fuq il-ħaxix (Tabella). Dawk mitmugħa l-ħaxix kellhom profil ta’ aċidu xaħmi li kien pjuttost differenti minn dawk magħlufa l-konċentrati. L-aċidu linolejku u l-prodott tiegħu (aċidu arakidoniku), it-tnejn xaħmijiet aċidużi n-6 (omega-6), kienu ogħla fil-muskoli tal-ħrief magħlufa l-konċentrati; u l-aċidu linoleniku u l-prodotti tiegħu l-aċidu ejkosapentenojku u l-aċidu dokosaessenojku, kollha aċidi xaħmin n-3 (omega-3), kienu ogћla fil-muskoli ta’ ħrief magħlufa l-ħaxix. Il-proporzjon ta’ aċidi xaħmin n-6 ma’ aċidi xaħmin n-3 kien ferm ogħla fl-annimali magħlufa l-konċentrati. Il-proporzjon rakkomandat għad-dieta tal-bniedem huwa 4 jew inqas, li kien milħuq faċilment fil-ħrief magħlufa l-ħaxix iżda mhux fil-ħrief magħlufa l-konċentrati. Proporzjon sempliċi li jiddistingwi l-ħrief magħlufa l-ħaxix minn dawk magħlufa l-konċentrati huwa 18:2/18:3, billi dan huwa 1,9 u 5,0 fit-Tabella għall-ħrief magħlufa l-ħaxix u dawk magħlufa l-konċentrati rispettivament.

Il-ħaxix, kemm jekk frisk jew inkella kkonservat, huwa sors ta’ aċidu α-linoleniku, li jista’ jkun ikkonvertit fl-annimal f’aċidi xaħmin poliinsaturati (PUFA - polyunsaturated fatty acids) n-3 (omega-3) ta’ katina twila, li huma nutrijenti ta’ valur fid-dieta tal-bniedem. Il-ħaxix fih ukoll il-vitamina E u kemm l-aċidi xaħmin n-3 kif ukoll il-vitamina E huma f’konċentrazzjonijiet ogħla f’nagħaġ magħlufa l-ħaxix. Dawn in-nutrijenti jaffettwaw ukoll it-togħma tal-laħam.

Għaldaqstant, id-dieti tal-ħaxix u tal-foraġġ jipproduċu profil distintiv ta’ aċidu xaħmi fil-muskoli li jiddistingwihom minn dieti fuq il-konċentrati. Valuri ta’ madwar 1,5 % aċidu linoleniku, 0,7 % aċidu ejkosapentenojku u > 0,2 % aċidu dokosaessenojku huma deskrittivi tal-ħaruf imrobbi fuq il-ħaxix. Dawn huma perċentwali tal-aċidi xaħmin preżenti, li huwa l-mod kif il-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi ta’ spiss tiġi deskritta. Dan l-effett huwa ta’ benefiċċju għall-“West Country Lamb”. Il-vitamina E li tinstab b’mod naturali fil-ħaxix hija inkorporata fit-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam fin-nagħaġ. Dawk mitmugħa silaġġ tal-ħaxix kellhom mill-inqas id-doppju tal-konċentrazzjoni ta’ vitamina E fil-muskoli, minn dawk mitmugħa l-konċentrati. Dan iwassal biex il-laħam iżomm il-lewn aħmar jgħajjat tiegħu għal żmien itwal waqt il-wiri fil-ħwienet.

Studji Brittaniċi jikkonkludu li t-togħma tal-ħaruf hija aħjar f’nagħaġ li jintagħlfu l-ħaxix lejn tmiem is-simna minn f’dawk li jintagħlfu l-ġwież lejn l-aħħar tas-simna. Il-punteġġ għat-togħma tal-ħaruf huwa ferm ogħla bil-ħaxix meta mqabbel mal-konċentrati. Il-punteġġ għat-togħma mhux normali huwa ferm iktar baxx bl-għalf tal-ħaxix.

Rapport indipendenti juri li l-karatteristiċi speċjali huma li jkun hemm proporzjon baxx ta’ aċidi xaħmin n-6 għal n-3 u konċentrazzjoni għolja ta’ vitamina E.

18:2/18:3 proporzjon inqas minn 4

Vitamina E > 3,0 mg/kg muskolu tal-lojn

Ir-razez tan-nagħaġ Polled Dorset and Dorset Horn huma biss żewġ eżempji ta’ razez reġjonali li żviluppaw biex jieħdu vantaġġ mill-fatt li l-ħaxix jikber kważi s-sena kollha fir-reġjun. Dawn ir-razez jintużaw minn ħafna bdiewa minħabba l-karatteristiċi naturali ta’ tgħammir ta’ spiss tagħhom, li jfisser li kapaċi jwelldu fil-ħarifa. Dan jippermetti lill-produtturi jkollhom ħrief lesti għas-suq mill-aħħar ta’ Jannar ’il quddiem. Merħliet oħra li jikbru fil-pjanura jwelldu f’Jannar u Frar, filwaqt li t-twelid fl-irziezet li jinsabu fiż-żoni b’iktar għoljiet – Bodomin Moor, Dartmoor u Exmoor – ġeneralment isir f’April u f’Mejju, u b’hekk ikun hemm produzzjoni u provvista naturali ta’ ħrief tul is-sena kollha.

Il-West Country tal-Ingilterra, bħala riżultat tal-klima, it-topografija, il-ġeoloġija u l-ħdura konsegwenti tiegħu, jagħti kwalitajiet partikolari lill-bovini mrobbija fir-reġjun, u b’hekk lil-laħam minn dawk l-annimali. Proporzjon għoli taż-żona ta’ raba’ maħduma ta’ dan ir-reġjun tagħha huwa ħaxix, li huwa ideali għall-produzzjoni tan-nagħaġ u li jista’ jintuża wkoll fl-għalf supplimentari.

Jeżisti każ xjentifiku qawwi u oġġettiv li l-ħaruf imrobbi u pproċessat fil-West Country tal-Ingilterra għandu kwalitajiet li huma intrinsikament marbuta ma’ dik iż-żona ġeografika, minħabba d-disponibbiltà akbar ta’ u d-dipendenza fuq il-ħaxix fid-dieta, li jwassal għal konċentrazzjonijiet ogħla ta’ n-3 PUFA u vitamina E fil-laħam.

It-tkabbir tal-ħaxix huwa affettwat mit-tip ta’ ħamrija, it-temperatura, ix-xita u x-xemx. Fattur ieħor importanti huwa t-topografija, jiġifieri l-altitudni, bit-tkabbir tal-ħaxix jonqos hekk kif tiżdied l-altitudni. Il-klima aktar favorevoli fil-West Country iżżid l-għadd ta’ jiem li fihom jikber il-ħaxix fil-West Country meta mqabbel ma’ reġjuni oħrajn. Il-ħaxix jikber għal aktar minn 220 jum tas-sena fil-partijiet kollha tal-West Country, li mhuwiex il-każ ta’ kwalunkwe parti oħra tal-Brittanja, b’partijiet li jaqbżu t-300 jum ta’ tkabbir tal-ħaxix.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.gov.uk/government/publications/protected-food-name-west-country-lamb-pgi


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(3)  linoleiku

(4)  linoleniku

(5)  ejkosapentanojku

(6)  dokosaeżaenojku