|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2017/C 224 A/01 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
13.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 224/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA
EPSO/AD/343/17 — Tradutturi (AD 5) tal-lingwa Ġermaniża (DE)
EPSO/AD/344/17 — Tradutturi (AD 5) tal-lingwa Franċiża (FR)
EPSO/AD/345/17 — Tradutturi (AD 5) tal-lingwa Taljana (IT)
EPSO/AD/346/17 — Tradutturi (AD 5) tal-lingwa Olandiża (NL)
(2017/C 224 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: Il-5 ta’ Settembru 2017 f’12:00 (nofsinhar), CET
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa, ibbażati fuq testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva u li minnhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod prinċipali l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “tradutturi” (grupp ta’ funzjoni AD).
Dan l-avviż ta’ kompetizzjonijiet u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri tal-għażla.
Ara l-ANNESS I biex taqra r-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.
Għadd ta’ kandidati ammessi mixtieqa għal kull kompetizzjoni u għażla:
|
|
Għażla 1 |
Għażla 2 |
|
EPSO/AD/343/17 — DE |
9 |
5 |
|
EPSO/AD/344/17 — FR |
6 |
7 |
|
EPSO/AD/345/17 — IT |
10 |
4 |
|
EPSO/AD/346/17 — NL |
8 |
7 |
Innota li l-postijiet li jistgħu jiġu offruti lill-kandidati magħżula fil-prinċipju jkunu bbażati jew fi Brussell jew fil-Lussemburgu.
Dan l-avviż fih bosta kompetizzjonijiet, kull waħda b’żewġ għażliet. Int tista’ tapplika biss għal kompetizzjoni u għażla waħda. Din l-għażla trid tagħmilha waqt l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni elettronika tiegħek.
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?
Il-grad AD 5 huwa l-grad li bih wieħed jista’ jibda l-karriera tiegħu ta’ amministratur — fil-qasam lingwistiku jew f’oqsma oħra — fl-Istituzzjonijiet Ewropej.
Ir-rwol ewlieni ta’ amministratur lingwistiku (traduttur) huwa li jikkontribwixxi għat-twettiq tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-korp fejn ikun impjegat billi jipprovdi traduzzjoni ta’ kwalità għolja ta’ dokumenti fil-limiti ta’ żmien mitluba u billi jagħti pariri lingwistiċi.
Il-kompiti ta’ amministratur lingwistiku (traduttur) jinkludu t-traduzzjoni u r-reviżjoni minn mill-inqas żewġ lingwi sors għal-lingwa ewlenija tiegħu kif ukoll ir-riċerka terminoloġika, assistenza fuq miżuri ta’ taħriġ u l-iżvilupp tal-għodod tal-informatika. Is-suġġetti li ħafna drabi huma kumplessi, ġeneralment ikunu ta’ natura politika, ġuridika, ekonomika, finanzjarja, xjentifika u teknika u jkopru s-setturi kollha ta’ attività tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-kompiti jeħtieġu użu intensiv tal-għodda tal-informatika u tal-uffiċċju speċifiċi għal dan ix-xogħol.
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:
|
1) |
Kundizzjonijiet ġenerali
|
|
2) |
Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi: Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas tliet (3) lingwi uffiċjali tal-UE . F’dan l-avviż ta’ kompetizzjonijiet nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:
L-għażliet possibbli huma kif ġej: GĦAŻLA 1
Il-livelli minimi meħtieġa hawn fuq għandhom japplikaw għal kull abilità lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola ta’ applikazzjoni. Dawn l-abbiltajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr Il-Lingwa 2 trid tkun il-Franċiż, l-Ingliż jew il-Ġermaniż.Fid-dawl tal-volum kbir ta’ traduzzjonijiet u dokumenti li jaslu bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż, il-kandidati jridu joffru mill-inqas waħda minn dawn bħala l-lingwa prinċipali tagħhom. Għal dawn l-istess raġunijiet, il-kandidati li japplikaw għall-kompetizzjoni tal-lingwa Franċiża jew Ġermaniża jridu jkunu kapaċi jaħdmu b’mill-inqas lingwa oħra minn dawn it-tliet lingwi bħala l-lingwa sors. |
|
3) |
Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza tax-xogħol:
|
KIF NINTGĦAŻEL?
1) Il-proċess ta’ applikazzjoni
Il-formola ta’ applikazzjoni onlajn tiegħek trid timliha bil-lingwa li tkun għażilt bħala lingwa 2 tiegħek (ara t-taqsima “Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi”).
Biex timla l-applikazzjoni tiegħek, tintalab tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għall-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi). Ikollok tagħżel ukoll il-lingwi 1, 2 u 3 tiegħek.
Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tivvalida l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel bidliet oħra. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza .
2) Testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) fuq il-kompjuter
Jekk inti tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek fi żmien id-data tal-għeluq inti tiġi mistieden sabiex tagħmel serje ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati.
It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:
|
It-testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta’ ħin |
Marka |
Marka minima meħtieġa |
|
Raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 minuta |
Sa 20 punt |
Verbali + Astratt flimkien: 15/30 |
|
Raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 minuta |
Sa 10 punti |
4/10 |
|
Raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 minuti |
Sa 10 punti |
Verbali + Astratt flimkien: 15/30 |
|
Fehim Lingwistiku |
Lingwa 2 |
12-il mistoqsija |
25 min |
Sa 12-il punt |
6/12 |
|
Il-Fehim Lingwistiku |
Lingwa 3 |
12-il mistoqsija |
25 min |
Sa 12-il punt |
6/12 |
|
Ħiliet lingwistiċi ewlenin |
Lingwa 1 |
25 mistoqsija |
25 min |
m/a |
m/a |
It-test tal-ħiliet tal-lingwa ewlenija huwa test pilota. Mhuwiex eliminatorju u l-marki miġjuba mill-kandidati ma jiġux ikkunsidrati fil-kuntest ta’ din il-kompetizzjoni. Ir-riżultati jiġu proċessati fuq bażi anonima biss għal skopijiet analitiċi, bil-ħsieb tal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet futuri.
Ir-riżultati tat-test tar-raġunament numeriku ma jitqisux fil-kalkolu tal-marka MCQ globali tiegħek tul din il-kompetizzjoni; madankollu, int trid iġġib il-marki minimi meħtieġa fit-testijiet immarkati kollha sabiex tkun tista’ tikkwalifika għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.
3) Kontrolli tal-eliġibbiltà
Il-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet onlajn tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-Bord ta’ Selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà.
L-applikazzjonijiet tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni li jiċkien tal-marki totali miksuba fit-testijiet MCQ sakemm l-għadd ta’ kandidati eliġibbli għal kull kompetizzjoni u għażla jilħaq l-għadd ta’ kandidati li għandhom jiġu mistiedna biex jagħmlu t-testijiet tat-traduzzjoni. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati. Bejn wieħed u ieħor erba’ (4) darbiet, iżda mhux aktar minn ħames (5) darbiet , in-numru ta’ kandidati ta’ suċċess meħtieġa għal kull kompetizzjoni u għażla jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet tat-traduzzjoni.
4) Testijiet tat-traduzzjoni
Jekk int tissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà skont id-dejta fl-applikazzjoni onlajn tiegħek, u jekk inti ġibt waħda mill- ogħla marki totali għat-testijiet MCQ bil-kompjuter, int tiġi mistieden għal żewġ testijiet tat-traduzzjoni f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.
|
It-testijiet |
Lingwa |
Tul ta’ ħin |
Marka |
Marka minima meħtieġa |
||
|
Mil-lingwa 2 għal-lingwa 1 |
60 min |
Sa 80 punt |
40/80 |
||
|
Mil-lingwa 3 għal-lingwa 1 |
60 min |
Sa 80 punt |
40/80 |
Jekk il-kandidat ma jġibx il-minimu meħtieġ fit-test (a), it-test (b) ma jiġix ikkoreġut.
Inti trid tikseb waħda mill- ogħla marki totali f’dawn it-testijiet sabiex tikkwalifika għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.
5) Ċentru ta’ valutazzjoni
Bejn wieħed u ieħor darbtejn (2), iżda mhux aktar minn tnejn punt ħames (2,5) darbiet , in-numru ta’ kandidati ta’ suċċess meħtieġa għal kull kompetizzjoni u għażla jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk ġibt wieħed mill- ogħla totali tal-marki fit-testijiet tat-traduzzjoni, inti tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata (1) fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , biex tagħmel testijiet fil- lingwa 2 tiegħek.
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid iġġib miegħek id-dokumenti ta’ sostenn (oriġinali jew kopji ċċertifikati) għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO jiskenjahom matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtihomlok lura fl-istess ġurnata.
Tmien kompetenzi ġenerali, kull waħda bil-massimu ta’ 10 marki, jiġu ttestjati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni permezz ta’ tliet (3) testijiet (il-preżentazzjoni orali, l-intervista ibbażata fuq il-kompetenza ġenerali u l-eżerċizzju fi grupp) kif deskritt fil-matriċi li ġejja:
Il-marki għal dawn it-testijiet jingħaddu flimkien mal-marki li diġà ngħataw għat-testijiet tat-traduzzjoni biex il-kandidati jingħataw il-punteġġ kumplessiv tagħhom:
|
Kompetenza |
It-testijiet |
|||
|
Preżentazzjoni orali |
Eżerċizzju fi grupp |
||
|
Preżentazzjoni orali |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Preżentazzjoni orali |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Preżentazzjoni orali |
Eżerċizzju fi grupp |
||
|
Preżentazzjoni orali |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Marka minima meħtieġa |
40/80 |
6) Lista ta’ riżerva
Wara li jiċċekkja l-eliġibilità tal-kandidati mad-dokumenti ta’ sostenn tagħhom, il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull kompetizzjoni u għażla — sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew — minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha fit-testijiet immarkati kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.
Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.
FEJN U META NISTA’ NAPPLIKA?
Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:
Il-5 ta’ Settembru 2017 f’12:00 (nofsinhar), CET
ANNESS I
REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.
Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.
Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .
|
a) |
Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, jinħtieġ li jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
|
b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:
|
1.2. Dokumenti ġustifikattivi
Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta‘:
|
— |
dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
|
— |
il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
|
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
|
— |
(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi. |
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.
Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.
1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil EPSO-accessibility team permezz ta‘:
|
— |
posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); |
|
— |
faks (+32 22998081); jew |
|
— |
posta:
|
2. MINN MIN NIĠI VVALUTAT?
Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).
L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.
3. KOMUNIKAZZJONI
3.1 Komunikazzjoni mal-EPSO
Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, għandek tinnotifika lill-EPSO immedjatament.
|
— |
preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu); jew |
|
— |
bit-telefown lil Europe Direct (00 800 67 89 10 11); jew |
|
— |
bil-posta:
|
L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).
3.2. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.
3.2.1. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:
|
— |
It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament; |
|
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati; |
|
— |
Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
|
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
|
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss; |
|
— |
fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
|
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
|
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
|
— |
it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
3.2.2. Informazzjoni fuq talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
4. ILMENTI U KWISTJONIJIET
4.1. Kwistjonijiet tekniċi
Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament:
|
— |
preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu); jew |
|
— |
bil-posta:
|
F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju dwar il-proċess ta’ applikazzjoni jew tal-ibbukkjar), ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.
Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:
|
— |
informa lill-inviġilaturi u itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
|
— |
ikkuntattja lill-EPSO permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
4.2. Proċeduri ta’ reviżjoni interna
4.2.1. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.
L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) biss permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn; |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.
B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.
4.2.2. Talbiet għal rieżami
Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:
|
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew |
|
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 3.1); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.
4.3. Forom oħra ta’ kontestazzjoni
4.3.1. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 3.1); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
4.3.2. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tippreżenta appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali.
Jekk tixtieq tappella kontra deċiżjoni meħuda mill-EPSO, l-ewwel trid tagħmel ilment amministrattiv (ara t-Taqsima 4.3.1).
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/). |
4.3.3. Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għall-preżentazzjoni ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
|
— |
proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/). |
4.4. Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni
Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:
|
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
|
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli; |
|
— |
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità; |
|
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa; |
|
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek; |
|
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
|
— |
ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwa, jew waħda mil-lingwi, meħtieġa bħala Lingwa 2 jew ma ddikjarajtx il-livell minimu meħtieġ għal-Lingwa 2; |
|
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
|
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
|
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew |
|
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET
Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji
|
|
AST-SC 1 sa AST-SC 6 AST 1 sa AST 7 |
AST 3 sa AST 11 |
AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
PAJJIŻ |
Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja) |
Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin) |
Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar) |
||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/ Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d’enseignement professionnel Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature — Kandidaat Graduat — Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d’études approfondies (DEA) Diplôme d’études spécialisées (DES) Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česká republika |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA or BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/ Fachhochschulabschluss/ Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, i 5 ábhar Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT) Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.) National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS) Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS) Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile University degree Céim mháistir (60-120 ECTS) Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/ Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d’études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d’ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore/ Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea – L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Lussemburgu |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d’ingénieur technicien |
Master Diplôme d’ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi — képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma’s) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of “Ingenieur” |
HBO/WO Master’s degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/ Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom/ Fachhochschuldiplom/ Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário/ Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
Repubblika Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (Colegiu universitar) învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma/magisterij/specializacija/doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning (Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet) Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/ Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali