ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 221

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
10 ta' Lulju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 221/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 221/02

Kawża C-117/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fis-6 ta’ Marzu 2017 – Comune di Castelbellino vs Regione Marche et

2

2017/C 221/03

Kawża C-118/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fis-7 ta’ Marzu 2017 – Dunai Zsuzsanna vs ERSTE Bank Hungary Zrt.

2

2017/C 221/04

Kawża C-126/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Orsolya Czakó vs ERSTE Bank Hungary Zrt.

3

2017/C 221/05

Kawża C-135/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Marzu 2017 – X-GmbH vs Finanzamt Stuttgart – Körperschaften

4

2017/C 221/06

Kawża C-159/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Marzu 2017 – Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius vs Ministerul Finanțelor Publice – Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Serviciul Soluționare Contestații, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Constanța – Serviciul Inspecție Fiscală Persoane Fizice

5

2017/C 221/07

Kawża C-168/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ April 2017 – SH vs TG

5

2017/C 221/08

Kawża C-182/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-11 ta’ April 2017 – Ntp. Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

6

2017/C 221/09

Kawża C-183/17 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2017 minn International Management Group mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-29/15, International Management Group vs Il-Kummissjoni Ewropea

7

2017/C 221/10

Kawża C-186/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-12 ta’ April 2017 – flightright GmbH vs Iberia Express SA

8

2017/C 221/11

Kawża C-190/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fit-12 ta’ April 2017 – Lu Zheng vs Ministerio de Economía y Competitividad

8

2017/C 221/12

Kawża C-195/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Helga Krüsemann et vs TUIfly GmbH

9

2017/C 221/13

Kawża C-199/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Rita Hoffmeyer u Rudolf Meyer vs TUIfly GmbH

10

2017/C 221/14

Kawża C-203/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Eberhard Schmeer vs TUIfly GmbH

10

2017/C 221/15

Kawża C-223/17 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2017 minn Lubrizol France SAS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-191/14, Lubrizol France SAS vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

11

2017/C 221/16

Kawża C-233/17 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2017 minn GX mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-556/16, GX vs Il-Kummissjoni Ewropea

12

2017/C 221/17

Kawża C-239/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Gert Teglgaard, Fløjstrupgård I/S vs Fødevareministeriets Klagecenter

13

2017/C 221/18

Kawża C-241/17 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2017 minn Holistic Innovation Institute, S.L.U. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-706/14, Holistic Innovation Institute vs REA

14

2017/C 221/19

Kawża C-249/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-12 ta’ Mejju 2017 – Ryanair Ltd vs The Revenue Commissioners

15

2017/C 221/20

Kawża C-251/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

16

2017/C 221/21

Kawża C-254/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Mejju 2017 – Regina Lorenz u Prisca Sprecher vs TUIfly GmbH

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 221/22

Kawża T-85/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – AW vs EUIPO – Pharma Mar (YLOELIS) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea YLOELIS — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti YONDELIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

18

2017/C 221/23

Kawża T-223/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2017 – Morton’s of Chicago vs EUIPO – Mortons the Restaurant (MORTON’S) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MORTON’S — Trade marks preċedenti nazzjonali mhux irreġistrati MORTON’S, MORTONS, MORTON’S CLUB, MORTONS CLUB, MORTON’S THE RESTAURANT, MORTONS RESTAURANT u M MORTON’S — Raġuni relattiva għal rifjut — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

18

2017/C 221/24

Kawża T-480/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Agria Polska et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordju — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq tad-distribuzzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Allegat aġir antikompetittiv ta’ produtturi u ta’ distributuri — Azzjoni miftiehma jew ikkoordinata ta’ tressiq, minn produtturi u distributuri, ta’ lmenti quddiem awtoritajiet amministrattivi u kriminali — Denunzja ta’ allegat ksur tal-leġiżlazzjoni applikabbli minn importaturi paralleli — Kontrolli amministrattivi sussegwentement ikkummissjonati mill-awtoritajiet amministrattivi — Impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u kriminali mill-awtoritajiet nazzjonali fuq l-importaturi paralleli — Assimilazzjoni tat-tressiq ta’ lmenti mill-produtturi u distributuri ma’ azzjonijiet vessatorji jew ma’ abbużi minn proċeduri amministrattivi — Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

19

2017/C 221/25

Kawża T-107/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Airhole Facemasks vs EUIPO – sindustrysurf (AIR HOLE FACE MASKS YOU IDIOT) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AIR HOLE FACE MASKS YOU IDIOT — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Setgħa ta’ bidla)

20

2017/C 221/26

Kawża T-163/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Mejju 2017 – Reisswolf vs EUIPO (secret.service.) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea secret.service. — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

20

2017/C 221/27

Kawża T-166/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Panzeri vs Il-Parlament (Regolamenti dwar l – ispejjeż u l – allowances tal – Membri tal – Parlament Ewropew — Allowances għall – assistenza parlamentari — Irkupru tas – somom imħallsa indebitament)

21

2017/C 221/28

Kawża T-218/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Mühlbauer Technology vs EUIPO (Magicrown) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Magicrown — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009)

21

2017/C 221/29

Kawża T-355/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – adp Gauselmann vs EUIPO (MULTI FRUITS) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MULTI FRUITS — Rapunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

22

2017/C 221/30

Kawża T-372/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Bammer vs EUIPO – mydays (MÄNNERSPIELPLATZ) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MÄNNERSPIELPLATZ — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2017/C 221/31

Kawża T-375/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Mejju 2017 – Sabre GLBL vs EUIPO (INSTASITE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INSTASITE — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

23

2017/C 221/32

Kawża T-410/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Makhlouf vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurta komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-unur — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Proporzjonalità)

23

2017/C 221/33

Kawża T-472/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Marsh vs EUIPO (LegalPro) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LegalPro — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

24

2017/C 221/34

Kawża T-583/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – PG vs Frontex (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Proċedura ta’ tiġdid — Artikolu 266 TFUE — Dmir ta’ premura — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

25

2017/C 221/35

Kawża T-742/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – CW vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Fastidju psikoloġiku — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ assistenza — Regoli interni dwar il-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Ċaħda — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment — Kontenut awtonomu — Natura prematura tal-ilment — Assenza — Rwol u prerogattivi tal-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol — Possibbiltà għall-uffiċjal li jagħmel riferiment lil dan il-kumitat — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

25

2017/C 221/36

Kawża T-55/16 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2009 — Żbalji ta’ liġi — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

26

2017/C 221/37

Kawża T-59/16 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2012 — Żbalji ta’ liġi — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

27

2017/C 221/38

Kawża T-60/16 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2011 — Żbalji ta’ liġi — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

27

2017/C 221/39

Kawża T-70/16 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Fastidju psikoloġiku — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Żbalji ta’ liġi — Appell manifestament infondat)

28

2017/C 221/40

Kawża T-341/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta Mejju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Talba għal aċċess abbażi tal-kooperazzjoni interistituzzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 230 TFUE — Dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma tal-grupp Kodiċi ta’ kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi) stabbilit mill-Kunsill — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà]

28

2017/C 221/41

Kawża T-59/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2017 – L vs Il-Parlament

29

2017/C 221/42

Kawża T-227/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Falmouth University vs Il-Kummissjoni

29

2017/C 221/43

Kawża T-236/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2017 – Balti Gaas vs Il-Kummissjoni u INEA

30

2017/C 221/44

Kawża T-243/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – Ecolab Deutschland U Lysoform Dr. Hans Rosemann vs ECHA

31

2017/C 221/45

Kawża T-249/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Casino, Guichard-Perrachon u EMC Distribution vs Il-Kummissjoni

32

2017/C 221/46

Kawża T-257/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – RE vs Il-Kummissjoni

33

2017/C 221/47

Kawża T-260/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN PULSE)

34

2017/C 221/48

Kawża T-261/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – Bayer vs EUIPO – UNI – Pharma (SALOSPIR)

34

2017/C 221/49

Kawża T-264/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2017 – Uponor Innovation vs EUIPO – Swep International (SMATRIX)

35

2017/C 221/50

Kawża T-273/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Quadri di Cardano vs Il-Kummissjoni

35

2017/C 221/51

Kawża T-274/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Monster Energy vs EUIPO – Bösel (MONSTER DIP)

36

2017/C 221/52

Kawża T-96/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – King.com vs EUIPO – TeamLava (Icônes animées)

37


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 221/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 213, 3.7.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 202, 26.6.2017

ĠU C 195, 19.6.2017

ĠU C 178, 6.6.2017

ĠU C 168, 29.5.2017

ĠU C 161, 22.5.2017

ĠU C 151, 15.5.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fis-6 ta’ Marzu 2017 – Comune di Castelbellino vs Regione Marche et

(Kawża C-117/17)

(2017/C 221/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comune di Castelbellino

Konvenuti: Regione Marche, Ministero per i beni e le attività culturali, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Regione Marche Servizio Infrastrutture Trasporti Energia – P.F. Rete Elettrica Regionale, Provincia di Ancona

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Komunitarju (b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE (1), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-datata tal-adozzjoni tal-miżuri kontenzjużi) jipprekludi, bħala prinċipju, liġi nazzjonali jew prassi amministrattiva nazzjonali li tippermetti li jiġu sottoposti għal verifika tas-suġġettibbiltà għal SIA, jew li jiġu ssuġġettati għal SIA, proġetti marbuta ma’ impjanti li jkunu diġà tlestew fil-mument li titwettaq il-verifika, jew, għall-kuntrarju, id-dritt komunitarju jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw li ssir deroga mill-prinċipju ġenerali li s-SIA hija, min-natura tagħha, evalwazzjoni preventiva?

2)

B’mod iktar partikolari, tali deroga tkun iġġustifikata f’każ li liġi ġdida tkun teżonora minn SIA, proġett partikolari li kellu jiġi ssuġġettat għal screening skont deċiżjoni tal-qorti nazzjonali li ddikjarat antikostituzzjonali u/jew inapplikabbli regola li kienet fis-seħħ qabel u li kienet tipprovdi għall-eżenzjoni?


(1)  Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, p. 1).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fis-7 ta’ Marzu 2017 – Dunai Zsuzsanna vs ERSTE Bank Hungary Zrt.

(Kawża C-118/17)

(2017/C 221/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budai Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dunai Zsuzsanna

Konvenut: ERSTE Bank Hungary Zrt.

Domandi preliminari

1)

Il-punt 3 [tad-dispożittiv] tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-26/13 għandu jinftiehem fis-sens li l-qorti nazzjonali tista’ tirrimedja l-assenza ta’ validità ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn professjonist u konsumatur meta ż-żamma tal-kuntratt imur kontra l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur?

2)

Huwa konformi mal-kompetenza mogħtija lill-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll mal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv u ta’ smigħ xieraq li l-parlament ta’ Stat Membru jemenda permezz ta’ liġi kuntratti rregolati mid-dritt privat li jaqgħu taħt kategoriji analogi u konklużi bejn professjonist u konsumatur?

2/a.

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, huwa konformi mal-kompetenza mogħtija lill-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll mal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv u ta’ smigħ xieraq li l-parlament ta’ Stat Membru jemenda permezz ta’ liġi partijiet ta’ kuntratti ta’ self b’munita barranija għall-finijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, iżda b’hekk jikkawża effett li jmur kontra l-interessi leġittimi tal-protezzjoni tal-konsumaturi sa fejn il-kuntratt ta’ self jibqa’ validu wara l-emendi u l-konsumatur għandu jkompli jsostni l-ispejjeż li jirriżultaw mir-riskju tal-kambju?

3)

Fil-każ ta’ kontenut li jirrigwarda l-kuntratti konklużi bejn professjonist u konsumatur, huwa konformi mal-kompetenza mogħtija lill-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll mal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv u ta’ smigħ xieraq għal kull kwistjoni ta’ dritt ċivili li l-kunsill responsabbli għall-uniformità tal-istanza ġudizzjarja l-iktar għolja ta’ Stat Membru tiggwida l-ġurisprudenza tal-qorti adita permezz ta’ “deċiżjonijiet mogħtija fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt”?

3/a.

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, huwa konformi mal-kompetenza mogħtija lill-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll mal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv u ta’ smigħ xieraq għal kull kwistjoni ta’ dritt ċivili li l-kunsill responsabbli għall-uniformità tal-istanza ġudizzjarja l-iktar għolja ta’ Stat Membru tiggwida l-ġurisprudenza tal-qorti adita permezz ta’ “deċiżjonijiet mogħtija fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt”, meta l-ħatra tal-mħallfin li huma membri tal-kunsill responsabbli għall-uniformità ma tkunx twettqet b’mod trasparenti, skont regoli predeterminati, meta l-proċedura quddiem l-imsemmi kunsill ma tkunx pubblika, u meta ma jkunx possibbli li wieħed ikun jaf a posteriori l-proċedura segwita, jiġifieri l-perizja u x-xogħlijiet akkademiċi użati jew il-vot tad-diversi membri (opinjoni favorevoli jew kuntrarja)?


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Orsolya Czakó vs ERSTE Bank Hungary Zrt.

(Kawża C-126/17)

(2017/C 221/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orsolya Czakó

Konvenut: ERSTE Bank Hungary Zrt.

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont ta’ kuntratt ta’ self, formulazzjoni bħal dik fil-punti I/1. u II/1. tal-kuntratt kontenzjuż li tindika l-ammont ta’ CHF 64 731 bħala wieħed li huwa ta’ natura indikattiva filwaqt li turi l-ammont massimu ta’ HUF 8 280 000 bħala talba għal finanzjament u li torbot id-determinazzjoni tal-ammont tas-self ma’ dikjarazzjoni ġuridika tal-parti li tikkonkludi l-kuntratt mal-konsumatur kif ukoll mat-tagħrif irreġistrat fil-kotba tagħha, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ redazzjoni sempliċi u ċara msemmija fl-Artikoli 4(2) u 5 tad-Direttiva 93/13/KEE (1)?

2)

Fil-każ li d-determinazzjoni magħmula fil-punti I/1. u II/1. tal-kuntratt ma tikkostitwixxix redazzjoni sempliċi u ċara, b’mod li jkun possibbli li tiġi evalwata n-natura inġusta ta’ dawn il-klawżoli – fil-każ li n-natura inġusta tagħhom kellha għalhekk tiġi kkonstatata, tista’ tiġi ddikjarata l-invalidità tal-kuntratt kollu, ġaladarba li fid-dritt nazzjonali, l-assenza ta’ determinazzjoni tal-oġġett tal-kuntratt hija ssanzjonata bl-invalidità tal-kuntratt kollu kemm hu?

3)

Fil-każ li l-validità tal-kuntratt tkun tista’ tiġi ddikjarata, l-ammont jista’ jiġi ddeterminat bl-iktar mod favorevoli għall-konsumatur?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Marzu 2017 – X-GmbH vs Finanzamt Stuttgart – Körperschaften

(Kawża C-135/17)

(2017/C 221/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X-GmbH

Konvenut: Finanzamt Stuttgart – Körperschaften

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 57(1) KE [li sar l-Artikolu 64(1) TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li restrizzjoni fi Stat Membru, fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1993, fir-rigward ta’ moviment ta’ kapital minn u lejn pajjiżi terzi, li tinvolvi investimenti diretti, ma hijiex prekluża mill-Artikolu 56 KE (issa l-Artikolu 63 TFUE) lanqas fil-każ fejn dispożizzjoni nazzjonali, fis-seħħ fid-data ta’ riferiment, li kienet tirrestrinġi l-moviment tal-kapital lejn u minn pajjiżi terzi, kienet essenzjalment tapplika biss għal investimenti diretti, iżda sussegwentement ġiet estiża sabiex tkopri wkoll parteċipazzjonijiet ta’ portafoll f’kumpanniji barranin inqas mil-limitu ta’ 10 %?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 57(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies bħala applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1993, li tirrestrinġi l-moviment tal-kapital lejn u minn pajjiżi terzi, li tinvolvi investimenti diretti, u li kienet essenzjalment tapplika biss għal investimenti diretti, il-fatt li tapplika dispożizzjoni sussegwenti, li essenzjalment tikkorrispondi għar-restrizzjoni eżistenti fid-data ta’ riferiment, iżda li r-restrizzjoni eżistenti fid-data ta’ riferiment tkun ġiet suġġetta, wara din id-data u matul perijodu qasir, għal modifika sostanzjali minn liġi li, minkejja li daħet fis-seħħ legalment, qatt ma tkun ġiet applikata fil-prattika peress li ġiet issostitwita, qabel ma setgħet tapplika għall-ewwel darba għal każ speċifiku, b’dispożizzjoni li hija applikabbli preżentement?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal waħda miż-żewġ domandi: l-Artikolu 56 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-ammont taxxabbli ta’ persuna taxxabbli stabbilita f’dan l-Istat Membru, u li għandha parteċipazzjoni ta’ mill-inqas ta’ 1 % f’kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor (f’dan il-każ l-Isvizzera), tinkludi, f’perċentwali pro rata tal-parteċipazzjoni miżmuma, id-dħul pożittiv miksub minn din il-kumpannija li joriġina minn investimenti tal-kapital, meta tali dħul ikun intaxxat b’rata iktar baxxa minn dik fl-Istat Membru msemmi l-ewwel?


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Marzu 2017 – Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius vs Ministerul Finanțelor Publice – Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Serviciul Soluționare Contestații, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Constanța – Serviciul Inspecție Fiscală Persoane Fizice

(Kawża C-159/17)

(2017/C 221/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanța

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius

Konvenuti: Ministerul Finanțelor Publice – Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Serviciul Soluționare Contestații, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Constanța – Serviciul Inspecție Fiscală Persoane Fizice

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 167, 168, 169, 179, 213(1), 214(1)(a) u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, timponi fuq il-persuna taxxabbli, li r-reġistrazzjoni tagħha għall-finijiet tal-VAT ġiet annullata, l-obbligu li tħallas lill-Istat il-VAT miġbura matul il-perijodu li fih in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT kien annullat, mingħajr madankollu ma jiġi rrikonoxxut id-dritt tiegħu li jnaqqas il-VAT relatata mal-akkwisti magħmula matul dak il-perijodu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (GU 2006, L 347, p. 1).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ April 2017 – SH vs TG

(Kawża C-168/17)

(2017/C 221/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SH

Konvenut: TG

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: UF

Domandi preliminari

1)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 204/2011/UE (1) u tar-Regolament (UE) Nru 2016/44 (2) jestendi għall-obbligi sussegwenti ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-garanzija abbażi ta’ kuntratti ta’ kontrogaranzija f’sensiela ta’ kuntratti konklużi bil-għan li tinħareġ garanzija bankarja favur il-Bord Libjan tal-Akkomodazzjoni u tal-Infrastruttura (Libyan Housing and Infrastructure Board, iktar ’il quddiem l-“HIB”):

1.1.

meta, bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ kontrogaranzija, bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea huwa obbligat iħallas l-ispejjeż lil bank Libjan li jinsab fuq il-lista s-sewda tal-Anness III tar-Regolament Nru 204/2011/UE;

1.2.

meta, bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ kontrogaranzija, bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea huwa obbligat iħallas l-ispejjeż lil bank Libjan li ma jinsabx fuq il-lista s-sewda tal-Anness III tar-Regolament Nru 204/2011/UE, iżda l-garanzija bankarja tkun inħarġet favur l-HIB, li jinsab fuq il-lista s-sewda;

1.3.

meta, fil-perijodu sussegwenti għall-emenda tar-Regolament Nru 204/2011/UE permezz tar-Regolament Nru 45/2014/UE, ir-Regolament Nru 204/2011/UE jipprojbixxi l-ħlasijiet diretti jew indiretti lil kull entità Libjana;

1.4.

meta l-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-garanzija jirriżulta minn kuntratt ta’ kontrogaranzija konkluż fil-kuntest ta’ sensiela ta’ kuntratti konklużi bil-għan tal-ħruġ ta’ garanzija bankarja favur l-HIB u fil-kuntest tar-relazzjoni bejn żewġ banek stabbiliti fl-Unjoni Ewropea;

1.5.

meta l-kalkolu relatat mal-ispejjeż tal-garanzija jsir wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ garanzija, fil-kuntest ta’ proċedura kontenzjuża, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 2016/44?

2)

Jekk l-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-garanzija indikat fil-punti 1.1 u 1.2 hawn fuq jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament, l-ispjjeż tal-garanzija mħallsa lil bank Libjan – li f’ċertu żmien kien ukoll inkluż fuq il-lista s-sewda tal-Anness III – bil-għan tal-ħruġ ta’ garanzija ta’ rimbors tal-ħlas antiċipat u ta’ garanzija ta’ eżekuzzjoni korretta favur l-HIB, għandhom ukoll jitqiesu bħala fondi użati direttament jew indirettament favur persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jinsabu fl-Anness III tar-Regolament Nru 204/2011?

3)

Fil-perijodu sussegwenti għall-emenda tar-Regolament Nru 204/2011/UE permezz tar-Regolament Nru 45/2014/UE (punt 1.3), l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Nru 204/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jitqies li l-ispejjeż u l-infiq mitluba minn bank Libjan u mħallsa minn bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea abbażi ta’ kuntratt ta’ kontrogaranzija jikkostitwixxu direttament jew indirettament talba abbażi ta’ garanzija?

4)

Bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea li għandu l-obbligu jħallas l-ispejjeż tal-garanzija lil entità Libjana abbażi ta’ kuntratt ta’ kontrogranzija konkluż fil-kuntest ta’ sensiela ta’ kuntratti konklużi bil-għan tal-ħruġ ta’ garanzija bankarja favur l-HIB (punt 1.4) għandu jitqies bħala persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament Nru 204/2011 emendat permezz tar-Regolament Nru 45/2014 – persuna jew entità li taġixxi permezz ta’ jew f’isem jew favur waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 12(1) iċċitat iktar ’il fuq? Jista’ jitqies li jikkostitwixxu direttament jew indirettament talba abbażi ta’ garanzija l-ispejjeż tal-garanzija mitluba minn dan il-bank lil bank ieħor stabbilit fl-Unjoni Ewropea?

5)

Kull tip ta’ ħlas huwa marbut mar-regola ta’ esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 204/2011?

6)

Sa fejn il-kalkolu relatat mal-ispejjeż tal-garanzija jsir wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/44, li ħassar ir-Regolament Nru 204/2011/UE, iżda li jinkludi regoli essenzjalment identiċi għar-regolament preċedenti (punt 1.5), dan ir-Regolament (UE) Nru 2016/44 huwa applikabbli fir-rigward ta’ teħid ta’ deċiżjoni dwar it-tilwima bejn il-partijiet u l-Artikolu 17(1)(b) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż u l-infiq mitluba minn bank Libjan u mħallsa minn bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea abbażi ta’ kuntratt ta’ kontrogaranzija jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu direttament jew indirettament talba abbażi ta’ garanzija? Bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea li għandu l-obbligu jħallas l-ispejjeż tal-garanzija lil entità Libjana abbażi ta’ kuntratt ta’ kontrogaranzija konkluż fil-kuntest ta’ sensiela ta’ kuntratti konklużi bil-għan tal-ħruġ ta’ garanzija bankarja favur l-HIB għandu jitqies bħala persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) ta’ dan ir-regolament – persuna jew entità li taġixxi permezz ta’ jew f’isem jew favur waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 17(1) tal-istess regolament? Jista’ jitqies li jikkostitwixxu direttament jew indirettament talba abbażi ta’ garanzija l-ispejeż tal-garanzija mitluba minn dan il-bank lil bank ieħor stabbilit fl-Unjoni Ewropea?


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, tat-18 ta’ Jannar 2016, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 12, p. 1).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-11 ta’ April 2017 – Ntp. Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-182/17)

(2017/C 221/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ntp. Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Domandi preliminari

1)

Kumpannija kummerċjali li hija miżmuma 100 % minn muniċipalità hija inkluża fil-kunċett ta’ “korp irregolat mid-dritt pubbliku” fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, jista’ jitqies li l-kumpannija kummerċjali tkun qiegħda taġixxi bħala awtorità pubblika meta twettaq kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-muniċipalità li iżda din tal-aħħar tkun iddelegat lil din il-kumpannija?

3)

Fil-każ li r-risposta għal kull waħda miż-żewġ domandi preċedenti tkun fin-negattiv, jista’ jitqies li l-ammont imħallas mill-muniċipalità lill-kumpannija kummerċjali għat-twettiq tal-kompiti inkwistjoni jikkostitwixxi korrispettiv?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/7


Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2017 minn International Management Group mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-29/15, International Management Group vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-183/17 P)

(2017/C 221/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: International Management Group (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

konsegwentement,

tannulla l-anness emendat tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni tas-7.11.2013 dwar il-programm ta’ azzjoni annwali favur il-Myanmar/Burma li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (1), adottat fis-16 ta’ Diċembru 2014; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha, kemm dawk tal-appell kif ukoll dawk tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

1)

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali – Żnaturament tal-proċess

2)

Ksur tar-Regolament Finanzjarju tal-2002 (2) u tar-Regolament Finanzjarju tal-2012 (3) – Ksur tar-Regolament tal-Kummissjoni (4) u tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (5) – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali – Żnaturament tal-proċess

3)

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali – Ksur tar-Regolament Finanzjarju tal-2012 (Artikoli 61(1) u 60(2))

4)

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ksur tad-dritt għal smigħ

L-appellanti tikkontesta wkoll id-deċiżjoni li tiċħad it-talba tagħha għall-produzzjoni tar-rapport tal-OLAF.


(1)  C(2013) 7682 finali.

(2)  Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 4, p. 74)

(3)  Regolament Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 (ĠU 2012, l298, p. 1)

(4)  Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145)

(5)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362, p. 1)


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-12 ta’ April 2017 – flightright GmbH vs Iberia Express SA

(Kawża C-186/17)

(2017/C 221/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: flightright GmbH

Konvenuta: Iberia Express SA

Domandi preliminari

Jeżisti wkoll dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) meta passiġġier ma setax jaqbad titjira ta’ korrispondenza diretta, minħabba dewmien fil-wasla relattivament minimu, u meta dan kellu bħala konsegwenza dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar lejn id-destinazzjoni finali, iżda meta ż-żewġ titjiriet kienu operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u meta r-riżervazzjoni saret permezz ta’ organizzatur ta’ vjaġġi li wettaq ir-riżervazzjoni tat-titjira sħiħa ma’ kumpannija tal-ajru oħra?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fit-12 ta’ April 2017 – Lu Zheng vs Ministerio de Economía y Competitividad

(Kawża C-190/17)

(2017/C 221/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lu Zheng

Konvenut: Ministerio de Economía y Competitividad

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bħala sanzjoni għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-istess regolament tippermetti l-impożizzjoni ta’ ammont li jista’ jkun sad-doppju tal-valur tal-mezzi ta’ ħlas użati?

2)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, bħala ċirkustanzi aggravanti għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni tipprevedi n-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni tal-oriġini legali tal-mezzi ta’ ħlas u n-nuqqas ta’ koerenza mal-attività mwettqa mill-persuna kkonċernata?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għaż-żewġ domandi preċedenti, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ sanzjoni ekonomika li, indipendentement mill-ammont tal-moviment, tista’ tammonta għal 25 % tal-flus kontanti mhux iddikjarati, tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità?


(1)  ĠU 2005, L 309, p. 9


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Helga Krüsemann et vs TUIfly GmbH

(Kawża C-195/17)

(2017/C 221/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Helga Krüsemann, Gabriele Heidenreich, Doris Manneck, Rita Juretschke

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Rita Hoffmeyer u Rudolf Meyer vs TUIfly GmbH

(Kawża C-199/17)

(2017/C 221/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rita Hoffmeyer, Rudolf Meyer

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Eberhard Schmeer vs TUIfly GmbH

(Kawża C-203/17)

(2017/C 221/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eberhard Schmeer

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/11


Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2017 minn Lubrizol France SAS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-191/14, Lubrizol France SAS vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-223/17 P)

(2017/C 221/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lubrizol France SAS (rappreżentanti: R. MacLean, Solicitor, A. Bochon, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-191/14, Lubrizol France vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, billi tiċħad iż-żewġ motivi tar-rikors li ir-rikorrenti ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali:

tiddikjara dawn iż-żewġ motivi infondati;

teżerċita s-setgħat tagħha sabiex tiddeċiedi fuq iż-żewġ motivi inkwistjoni u tagħti deċiżjoni b’mod definittiv;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem l-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi fuq iż-żewġ motivi li r-rikorrenti ddeduċiet bi ksur tar-regoli tal-proċedura; u

tikkundanna lill-Kunsill u lill-intervenjenti kollha għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedura tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti invokat tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.

1.

L-ewwel aggravju: ir-rikorrenti tilmenta li l-Qorti Ġenerali li ma vverifikax li l-Kunsill kien applika l-kontrolli adegwata skont ir-regoli legali applikabbli.

Ir-rikorrenti ssostni li billi ma applikatx il-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2011/C 363/02 (1) rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi meta hija eżaminat il-punt ta’ jekk is-sospensjoni awtonoma tad-dazji għal BPA għandha, il-Qorti Ġenerali ma applikatx l-eżami legali adegwat għall-argumenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u li ma eżaminathomx b’konformità mar-regoli legali korretti li japplikaw f’din is-sitwazzjoni.

2.

It-tieni aggravju: ir-rikorrenti tilmenta li l-Qorti Ġenerali, b’disprezz tal-liġi, issostitwiet ir-raġunament tagħha għal dak tal-Kunsill u li manifestament biddlet il-provi.

Ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali aġixxiet b’mod illegali billi ssostitwiet ir-raġunament tal-Kunsill u tal-Kummissjoni bir-raġunament tagħha u billi aġixxiet b’dan il-mod, hija, b’disprezz tal-liġi, ipprovdiet raġuni tagħha stess sabiex turi li l-merkanzija proposta mill-parti li toġġezzjona setgħet tiġi kkunsidrata prodott identiku jew ekwivalenti għal BPA jew bħala prodott ta’ sostituzzjoni.

Hija ssostni, fit-tieni lok, li meta eżaminat il-provi li jirrigwardaw il-kapaċità tal-parti li toġġezzjoni li tipprovdi volumi disponibbli suffiċjenti tal-merkanzija allegatament komprabbli mal-BPA, il-Qorti Ġenerali għamlet dan b’mod manifestament inkorrett billi żnaturat is-sens ċar tal-provi u l-applikazjzoni tiegħu għall-evalwazzjoni tal-kawża fl-ewwel istanza.

3.

It-tielet aggravju: ir-rikorrenti tiddikjara li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji manifesti fl-applikazzjoni tal-proċeduri relevanti u adottat raġunament kontradittorju.

Ir-rikorrenti ssostni li billi ddeċidiet li s-setgħa li l-Kummissjoni għandha li tiċħad oġġezzjoni minħabba l-fatt li r-risposta kienet ipprovduta f’terminu li jeċċedi b’mod sinjifikattiv il-ħmistax-il jum ta’ xogħol previsti fil-komunikazzjoni tagħha relatata biss mal-ewwel kuntatt bejn il-parti li toġġezzjona u l-kumpanniji rikorrenti bl-esklużjoni ta’ komunikazzjonijiet sussegwenti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta liġi, li ppermettielha li tikkunsidra li din it-tardività kienet irrelevanti. B’dan ir-raġunament, il-Qorti Ġenerali ikkontradiċiet ruħha f’dak li jirrigwarda n-natura, il-funzjonament u r-rwoli tal-partijiet differenti fil-proċedura prevista fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2011, C 363, p. 6.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/12


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2017 minn GX mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-556/16, GX vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-233/17 P)

(2017/C 221/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: GX (rappreżentant: G.-M. Enache, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla se-sentenza kkontestata u konsegwentement tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Awtorità tal-Ħatra;

tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-danni materjali u morali subiti minħabba d-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tiegħu, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-556/16, GX vs Il-Kummissjoni li biha ġie miċħud ir-rikors tiegħu kontra deċiżjoni tal-bord tal-għażla fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13 li ismu ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kandidati magħżula f’din il-kompetizzjoni.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ aggravji.

1.

Illegalità tal-avviż tal-kompetizzjoni, tal-corrigendum u tal-prinċipji fundamentali taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrent jikkunsidra li l-avviż tal-kompetizzjoni huwa illegali sa fejn ma jipprovdix ġustifikazzjoni oġġettiva jew dwar il-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa (Ġermaniż, Ingliż jew Franċiż) fid-dawl tal-interess tas-servizz jew tan-natura proporzjonali ta’ din il-limitazzjoni fid-dawl tal-ħtiġijiet reali tas-servizz.

Fit-tieni lok, ir-rikorrent jinvoka l-illegalità, l-assenza ta’ validità u ta’ bażi xjentifika tal-prinċipji fundamentali taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO sa fejn ma teżisti l-ebda bażi, l-ebda prova jew verifika għall-prattiki fundamentali użati mill-EPSO u bbażati fuq is-segwenti prinċipji: (i) “l-aġir preċedenti huwa l-aqwa indikatur ta’ prestazzjonijiet futuri”, (ii) “iċ-ċentri ta’ evalwazzjoni, li jissimulaw sitwazzjonijiet tal-ħajja reali fix-xgħol huma l-aqwa indikatur tal-prestazzjonijiet fil-ħajja reali”.

Fit-tielet lok, ir-rikorrent jinvoka l-illegalità tal-corrigendum ppubblika fil-kuntest tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13.

2.

Irregolaritajiet proċedurali fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrent jinvoka ċertu numru ta’ irregolaritajiet proċedurali fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/248/13.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Gert Teglgaard, Fløjstrupgård I/S vs Fødevareministeriets Klagecenter

(Kawża C-239/17)

(2017/C 221/17)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gert Teglgaard, Fløjstrupgård I/S

Konvenut: Fødevareministeriets Klagecenter

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni fejn bidwi ma josservax ir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni u l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin f’sena kalendarja, u għalhekk hemm lok li jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti tal-bidwi: ara l-Artikolu 6(1) tal-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 66(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004 (2), it-tnaqqis tal-għajnuna għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ħlasijiet diretti tal-bidwi:

a)

fis-sena kalendarja li fiha sseħħ in-nuqqas ta’ osservanza, jew

b)

fis-sena kalendarja (sussegwenti) tad-determinazzjoni/konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ osservanza?

2)

Ir-riżultat huwa l-istess taħt ir-regoli sussegwenti stabbiliti fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009 (3), moqri flimkien mal-Artikoli 70(4) u 8(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009 (4)?

3)

F’sitwazzjoni fejn bidwi ma josservax ir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni u l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin fl-2007 u l-2008, iżda n-nuqqas ta’ osservanza huwa ddeterminat/kkonstatat l-ewwel darba fl-2011, huwa r-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, moqri flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, li japplika fil-kalkolu tat-tnaqqis tal-għajnuna, jew huwa r-Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, moqri flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009, li japplika?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 2009, p. 16).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, ta’ 30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, 2009, p. 65).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/14


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2017 minn Holistic Innovation Institute, S.L.U. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-706/14, Holistic Innovation Institute vs REA

(Kawża C-241/17 P)

(2017/C 221/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Holistic Innovation Institute, S.L.U. (rappreżentant: J.J. Marín López, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017, Holistic Innovation Institute vs REA, T-706/14, EU:T:2017:89.

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka tal-24 ta’ Lulju 2014 [ARES(2014) 2461172], li biha ntemmu n-negozjati ma’ Holistic Innovation Institute S.L.U. u ġiet miċħuda l-parteċipazzjoni tagħha fil-proġetti Ewropej Inachus u ZONeSEC.

tordna li jingħata kumpens lil Holistic Innovation Institute S.L.U. skont it-termini spjegati fil-punt 177 tal-att ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Żball ta’ liġi li jikkonsisti f’li s-sentenza appellata ssostni li r-REA kellha kompetenza, u ma qabżitx il-limiti tal-kompiti li kienu assenjati lilha fir-rigward tal-ġestjoni tas-Seba’ Programm Qafas, sabiex tevalwa l-kapaċità ta’ Holistic Innovation Institute u teskludiha min-negozjati fil-kuntest tal-proġetti Inachus u ZONeSEC (punt 39 tas-sentenza appellata).

2.

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tat-Taqsima 2.2.2, tal-Anness tad-Deċiżjoni 2012/838 fis-sens li tippermetti lir-REA tiċħad lil Holistic Innovation Institute milli tipparteċipa fin-negozjati fil-kuntest tal-proġetti Inachus u ZONeSEC (punt 126 tas-sentenza appellata).

3.

Żball ta’ liġi li jikkonsisti f’li s-sentenza appellata kkunsidrat li d-deċiżjoni kkontestata hija motivata (punt 67 tas-sentenza appellata) għalkemm id-deċiżjoni kkontestata tirreferi bħala parti integrali mill-motivazzjoni tagħha, minn naħa, għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2014 [ARES (2014) 710158], li permezz tagħha teskludi l-parteċipazzjoni tal-appellanti mill-proġett eDIGIREGION (punti 57 u 60 sa 62 tas-sentenza appellata) u, min-naħa l-oħra, għar-rapporti finali tal-verifiki 11-INFS-025 u 11-BA119-016 (punti 63 u 64 tas-sentenza appellata), kif ukoll għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2014 [ARES (2014) 710158], iktar 'il fuq, peress li r-rapporti finali tal-verifiki 1-INFS-025 u 11-BA119-016 kienu suġġetti għal rikors ta’ annullament.

4.

Żball ta’ liġi li jikkonsisti f’li s-sentenza appellata żnaturat l-evalwazzjoni tal-provi prodotti billi ddikjarat li r-REA talbet lir-rikorrenti “f’diversi okkażjonijiet” informazzjoni speċifika (punt 75 tas-sentenza appellata) li “tenniet it-talba tagħha” permezz tal-ittra tal-14 ta’ Mejju 2014 (punt 78 tas-sentenza appellata) u li ġew “skambjati diversi ittri bejn ir-REA u r-rikorrenti” (punt 118 tas-sentenza appellata).

5.

Żball ta’ liġi li jikkonsisti f’li s-sentenza appellata żnaturat l-evalwazzjoni tal-provi prodotti, meta rreferiet, fil-punti 8, 77 u 78, għal dokument ineżistenti li ma jinsabx fil-proċess.

6.

Żball ta’ liġi li jikkonsisti f’li s-sentenza appellata qieset fondata d-deċiżjoni kkontestata (punti 80, 84, 94, 108 u 127 tas-sentenza appellata) li d-deċiżjoni kkontestata tikser it-Taqsima 2.2.2 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/838 meta ma mxietx mal-evalwazzjoni pożittiva tal-evalwaturi esterni indipendenti dwar il-kapaċità operattiva tal-appellanti mingħajr “argumenti solidi u fondati”.

7.

Żball ta’ liġi li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata meta ddikjarat li “r-rikorrenti ma pprovdiet ebda informazzjoni li tinvalida r-raġunament tagħha [REA]” (punt 58 tas-sentenza appellata) u li l-ittra tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2014, prodotta bħala Anness A26 tat-talba, “kienet tirriproduċi parti mill-informazzjoni li kienet tinsab fid-dokument ta’ spjegazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 iktar 'il fuq, mingħajr madankollu ma tipprovdi l-informazzjoni speċifika mitluba mir-REA, imsemmija fil-paragrafi 7, 9 u 10 iktar 'il fuq” (punt 78 tas-sentenza appellata).

8.

Żball ta’ liġi li jikkonsisti f’li s-sentenza appellata tikkunsidra li l-kalendarju previst fil-mandati tan-negozjati kien jikkontempla t-tlestija tan-negozjati “b’mod indikattiv” (punt 130 tas-sentenza appellata).

9.

Żball ta’ liġi li jikkonsisti f’li s-sentenza appellata tqis b’mod inkorrett li ma għandu jingħata la l-kumpens għad-dannu materjali u lanqas dak morali kkawżat mill-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata (punti 147, 148 u 150 tas-sentenza appellata).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-12 ta’ Mejju 2017 – Ryanair Ltd vs The Revenue Commissioners

(Kawża C-249/17)

(2017/C 221/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ryanair Ltd

Konvenuti: The Revenue Commissioners

Domandi preliminari

1)

L-intenzjoni futura li jipprovdi servizzi ta’ ġestjoni lil kumpannija fil-mira ta’ akkwist, f’każ li l-akkwist iseħħ, hija suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-akkwirent potenzjali jiġġestixxi attività ekonomika għall-finijiet tal-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1) biex b’hekk il-VAT imposta fuq l-akkwirent potenzjali fuq oġġetti jew servizzi pprovduti bil-għan li javvanza l-akkwist rilevanti tkun tista’ potenzjalment tiġi kkunsidrata bħala VAT tal-input fuq l-attività ekonomika intenzjonata għall-provvista ta’ tali servizzi ta’ ġestjoni; u

2)

Jista’ jkun hemm “rabta diretta u immedjata” suffiċjenti, kif identifikata bħala rekwiżit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Cibo (2), bejn is-servizzi professjonali pprovduti fil-kuntest ta’ tali akkwist potenzjali u output, li jikkonsisti fil-provvista potenzjali ta’ ġestjoni tal-mira ta’ akkwist fil-każ li l-akkwist iseħħ, biex b’hekk ikun permess tnaqqis fir-rigward tal-VAT dovuta fuq dawk is-servizzi professjonali?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Sentenza tas-27 ta’ Settembru 2001, Cibo Participations SA vs Directeur régional des impôts du Nord-Pas-de-Calais, C-16/00, EU:C:2001:495.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/16


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-251/17)

(2017/C 221/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u L. Cimaglia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Taljana, meta ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-19 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża C-565/10; Il-Kummissjoni vs L-Italia, ma ssodisfatx l-obbligi li kienu imposti fuqha skont l-Artikolu 260(1) TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ħlas ta’ penali ta’ EUR 346 699,21, eventwalment imnaqqsa permezz tal-applikazzjoni tal-formula ta’ degressività proposta, għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-565/10, mid-data li fiha tiġi deċiża din il-kawża u sad-data ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-565/10;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ħlas ta’ somma f’daqqa kuljum ta’ EUR 39 113,80, ta’ ammont totali minimu ta’ EUR 62 699 421,40, mid-data meta ġiet adottata s-sentenza fil-Kawża C-565/10 u sad-data li fiha tiġi deċiża din il-kawża jew sad-data ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-565/10;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tilmenta [li r-Repubblika Taljana] ma eżegwietx is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-19 ta’ Lulju 2012 f’dak li jikkonċerna 80 agglomerazzjoni Taljana fost dawk li kienu s-suġġett ta’ din is-sentenza.

F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Taljana tirrikonoxxi li hija ma ssodisfatx l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tat-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1), f’dak li jikkonċerna 35 agglomerazzjoni. Barra minn hekk, din tirrikonoxxi li hija ma ssodisfatx l-obbligi li kienu imposti fuqha skont l-Artikolu 4 u 10 ta’ din id-direttiva f’dak li jikkonċerna 70 agglomerazzjoni.

Minn dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Repubblika Taljana ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji bil-għan li teżegwixxi b’mod sħiħ is-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012.


(1)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Mejju 2017 – Regina Lorenz u Prisca Sprecher vs TUIfly GmbH

(Kawża C-254/17)

(2017/C 221/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Regina Lorenz, Prisca Sprecher

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


Il-Qorti Ġenerali

10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – AW vs EUIPO – Pharma Mar (YLOELIS)

(Kawża T-85/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea YLOELIS - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti YONDELIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 221/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alfa Wassermann SpA (AW) (Alanno, l-Italja), ġiet awtorizzata tissostitwixxi lil Alfa Wassermann Hungary Kft (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pharma Mar, SA (Colmenar Viejo, Spanja) (rappreżentant: N. González Alberto Rodríguez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1100/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pharma Mar u Alfa Wassermann Hungary.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alfa Wassermann SpA (AW) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2017 – Morton’s of Chicago vs EUIPO – Mortons the Restaurant (MORTON’S)

(Kawża T-223/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MORTON’S - Trade marks preċedenti nazzjonali mhux irreġistrati MORTON’S, MORTONS, MORTON’S CLUB, MORTONS CLUB, MORTON’S THE RESTAURANT, MORTONS RESTAURANT u M MORTON’S - Raġuni relattiva għal rifjut - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 221/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morton’s of Chicago (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Moss, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mortons the Restaurant Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Barry, solicitor u P. Nagpal, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2015 (Każ R 46/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mortons The Restaurant u Morton’s of Chicago.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Morton’s of Chicago, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 228, 13.7.2015.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Agria Polska et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/15) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordju - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tad-distribuzzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Allegat aġir antikompetittiv ta’ produtturi u ta’ distributuri - Azzjoni miftiehma jew ikkoordinata ta’ tressiq, minn produtturi u distributuri, ta’ lmenti quddiem awtoritajiet amministrattivi u kriminali - Denunzja ta’ allegat ksur tal-leġiżlazzjoni applikabbli minn importaturi paralleli - Kontrolli amministrattivi sussegwentement ikkummissjonati mill-awtoritajiet amministrattivi - Impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u kriminali mill-awtoritajiet nazzjonali fuq l-importaturi paralleli - Assimilazzjoni tat-tressiq ta’ lmenti mill-produtturi u distributuri ma’ azzjonijiet vessatorji jew ma’ abbużi minn proċeduri amministrattivi - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”))

(2017/C 221/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agria Polska sp. z o.o. (Sosnowiec, il-Polonja), Agria Chemicals Poland sp. z o.o. (Sosnowiec), Star Agro Analyse und Handels GmbH (Allerheiligen bei Wildon, l-Awtrija) u Agria Beteiligungsgesellschaft mbH (Allerheiligen bei Wildon) (rappreżentanti: S. Dudzik u J. Budzik, sussegwentement P. Graczyk u W. Rocławski, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Szczodrowski, A. Dawes u J. Norris-Usher, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2015) 4284 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2015 [Każ AT.39864 – BASF (li kien AGRIA et vs BASF et)], li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti rigward ksur tal-Artikolu 101 u/jew tal-Artikolu 102 TFUE allegatament imwettaq minn, essenzjalment, tlettax-il impriża produtturiċi u distributriċi ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bl-għajnuna jew bl-intervent ta’ erba’ organizzazzjonijiet professjonali u uffiċċju tal-avukati

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Agria Polska sp. z o.o., Agria Chemicals Poland sp. z o.o., Star Agro Analyse und Handels GmbH u Agria Beteiligungsgesellschaft mbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Airhole Facemasks vs EUIPO – sindustrysurf (AIR HOLE FACE MASKS YOU IDIOT)

(Kawża T-107/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AIR HOLE FACE MASKS YOU IDIOT - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Setgħa ta’ bidla”))

(2017/C 221/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Airhole Facemasks, Inc. (Vancouver, il-Kanada) (rappreżentanti: S. Barker, solicitor, u A. Michaels, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: sindustrysurf, SL (Trapagaran, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2547/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Airhole Facemasks u sindustrysurf

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2547/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Airhole Facemasks, Inc. u sindustrysurf, SL, għandha tiġi annullata u mibdula fis-sens li r-rikors ippreżentat quddiem l-EUIPO minn sindustrysurf kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-30 ta’ Lulju 2014 huwa miċħud.

2)

Airhole Facemasks u l-EUIPO għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Sindustrysurf hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Airhole Facemasks quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Mejju 2017 – Reisswolf vs EUIPO (secret.service.)

(Kawża T-163/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea secret.service. - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 221/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Reisswolf Akten- u Datenvernichtung GmbH & Co. KG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ebert-Weidenfeller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 Frar 2016 (Każ R 1820/2015-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali secret.service. bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Reisswolf Akten- und Datenvernichtung GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Panzeri vs Il-Parlament

(Kawża T-166/16) (1)

((“Regolamenti dwar l – ispejjeż u l – allowances tal – Membri tal – Parlament Ewropew - Allowances għall – assistenza parlamentari - Irkupru tas – somom imħallsa indebitament”))

(2017/C 221/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pier Antonio Panzeri (Calusco d’Adda, l-Italja) (rappreżentant: C. Cerami, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, A. Caiola, G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-11 ta’ Frar 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 83 764,34 u tan-nota ta’ debitu relatata tal-istess jum.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pier Antonio Panzeri huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Mühlbauer Technology vs EUIPO (Magicrown)

(Kawża T-218/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Magicrown - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”))

(2017/C 221/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mühlbauer Technology GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1213/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Magicrown bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mühlbauer Technology GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – adp Gauselmann vs EUIPO (MULTI FRUITS)

(Kawża T-355/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MULTI FRUITS - Rapunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 221/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2016 (Każ R 1043/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MULTI FRUITS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

adp Gauselmann GmbH hija kundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Bammer vs EUIPO – mydays (MÄNNERSPIELPLATZ)

(Kawża T-372/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MÄNNERSPIELPLATZ - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 221/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Bammer (Sindelfingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: mydays GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Pfefferkorn, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ April 2016 (Każ R 1796/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn mydays u A. Bammer.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alexander Bammer huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Mejju 2017 – Sabre GLBL vs EUIPO (INSTASITE)

(Kawża T-375/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INSTASITE - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 221/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sabre GLBL (Southlake, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Zecher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u S. Crabbe, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ April 2016 (Każ R 1742/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INSTASITE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sabre GLBL, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-410/16) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurta komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-unur - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Proporzjonalità))

(2017/C 221/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou, G. Étienne u A. Vitro, sussegwentement S. Kyriakopoulou u A. Vitro, sussegwentement S. Kyriakopoulou u J. Bauerschmidt, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, L. Havas u R. Tricot, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill PESK/2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rami Makhlouf huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Marsh vs EUIPO (LegalPro)

(Kawża T-472/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LegalPro - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 221/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Marsh GmbH (Francfort-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 146/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas0sinjal verbali LegalPro bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marsch GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – PG vs Frontex

(Kawża T-583/16)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Proċedura ta’ tiġdid - Artikolu 266 TFUE - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2017/C 221/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PG (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u S. Drew, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli għall-konklużjoni tal-kuntratti ta’ impjieg ta’ Frontex, tad-9 ta’ Ġunju 2015, li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sostna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PG huwa kkunannat għall-ispejjeż.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – CW vs Il-Parlament

(Kawża T-742/16 RENV) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ assistenza - Regoli interni dwar il-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Ċaħda - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment - Kontenut awtonomu - Natura prematura tal-ilment - Assenza - Rwol u prerogattivi tal-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol - Possibbiltà għall-uffiċjal li jagħmel riferiment lil dan il-kumitat - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2017/C 221/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CW (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Dean, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-8 ta’ April 2013 li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti marbuta mal-allegat fastidju psikoloġiku min-naħa tas-superjuri diretti tagħha li hija qieset li kienet vittma tiegħu kif ukoll għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-23 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-ilment tagħha tad-9 ta’ Lulju 2013 u, min-naħa l-oħra, sabiex tikseb kumpens għad-dannu li hija allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Ottubru 2013 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, li tiċħad l-ilment ta’ CW tad-9 ta’ Lulju 2013 hija annullata.

2)

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-8 ta’ April 2013 li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa minn CW hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lil CW, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab, ammont ta’ EUR 2 000 flimkien mal-interessi moratorji, mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament.

4)

Il-bqija tat-talba għad-danni hija miċħuda.

5)

Il-Parlament huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn CW fil-kuntest tal-proċedura inizjali quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-rikors fil-Kawża F-124/13, fil-kuntest tal-proċedura tal-appell fir-rigward tal-Kawża T-309/15 P u fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ rinviju fir-rigward tal-Kawża T-742/16 RENV.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribual għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-124/13).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-55/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2009 - Żbalji ta’ liġi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

(2017/C 221/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assisstiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef Uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-45/11, EU:F:2015:167), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-59/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2012 - Żbalji ta’ liġi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

(2017/C 221/37)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment G. Nuvoli u F. Martin, sussegwentement G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef Uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-9/14, EU:F:2015:163), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-60/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2011 - Żbalji ta’ liġi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

(2017/C 221/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment G. Nuvoli u F. Martin, sussegwentement G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. DaI Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef Uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-55/13, EU:F:2015:165), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-70/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Żbalji ta’ liġi - Appell manifestament infondat”))

(2017/C 221/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-104/13, EU:F:2015:164), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

C. De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta Mejju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/16) (1)

([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Talba għal aċċess abbażi tal-kooperazzjoni interistituzzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 230 TFUE - Dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma tal-grupp ‘Kodiċi ta’ kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi)’ stabbilit mill-Kunsill - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

(2017/C 221/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Fischer Lescano, professur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li hija inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Ġunju 2016, li tirrispondi għat-talba tal-president tal-kumitat speċjali tal-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta’ natura jew effett simili (TAXE2) għal aċċess sħiħ għad-dokumenti tal-grupp “Kodiċi ta’ kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi)”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Fabio De Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 287, 8.8.2016.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/29


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2017 – L vs Il-Parlament

(Kawża T-59/17)

(2017/C 221/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: L (rappreżentant: I. Coutant Peyre, lawyer)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament li permezz tagħha tkeċċa r-rikorrent, li għandha d-data tal-24 ta’ Ġunju 2016 u li r-rikorrent irċieva fil-25 ta’ Lulju 2016;

tordna lill-Parlament iħallas danni mhux pekunjarji ta’ EUR 100 000; u

tordna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż legali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ informatur kif iddefiniti fl-Artikolu 22(a) u (b) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament intern.

2.

It-tieni motiv: assenza ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv: ksur tad-dmir ta’ premura.

6.

Is-sitt motiv: assenza ta’ tweġiba mill-Parlament għat-talba tar-rikorrent għal assistenza, ksur tad-drittijiet tad-difiża, ksur tad-dritt għal konċiljazzjoni.

7.

Is-seba’ motiv: ksur tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti.

8.

It-tmien motiv: użu ħażin ta’ poter.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/29


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Falmouth University vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/17)

(2017/C 221/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Falmouth University (Falmouth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: V. Sloane, Barrister, F. Harmel, avukat u T. Kotsonis, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonstata li rigward il-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 tal-FEŻR, kienu seħħu irregolaritajiet fl-operazzjoni “Enhancing the Creative Knowledge Base of Cornwall” u li korrezzjoni b’rata fissa finanzjarja ta’ 25 % kienet meħtieġa;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kkonstatat b’mod żbaljat li l-kriterji tal-għażla jiksru l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2004/18/KE (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni ma kellhiex id-dritt li tibbaża fuq it-tliet irregolaritajiet supplimentari allegati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kkonstatat b’mod żbaljat li kien hemm tliet irregolaritajiet supplimentari allegati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni aġixxiet b’mod manifestament irrazzjonali u sproporzjonat meta ddeċidiet li l-ammont tal-korrezzjoni finanzjarja kien ta’ 25 %


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/30


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2017 – Balti Gaas vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawża T-236/17)

(2017/C 221/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Balti Gaas OÜ (Talinn, l-Estonja) (rappreżentanti: E. Tamm u L. Naaber-Kivisoo, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuti tas-17 ta’ Frar 2017 Ref Ares(2017)890302 (1);

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti ma żgurawx li l-proċeduri li ġew segwiti fl-għoti ta’ sussidji kienu konformi mal-prinċipji ta’ legalità, ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba u tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ eżattezza materjali tal-motivazzjoni.


(1)  Deċiżjoni meħuda fir-rigward tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)1587 final, tas-17 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)2080 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/31


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – Ecolab Deutschland U Lysoform Dr. Hans Rosemann vs ECHA

(Kawża T-243/17)

(2017/C 221/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ecolab Deutschland GmbH (Monheim, il-Ġermanja) u Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard u P. Sellar, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (iktar ’il quddiem “ECHA”) li tikkonċerna l-inklużjoni tal-kumpannija Sasol Chemie GmbH & Co. KG, bħala fornitur attiv għas-sustanza 1-Propanol fil-lista pprovduta permezz tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 (1) (iktar ’il quddiem l-“Lista fl-Artikolu 95”) għall-prodotti tat-tipi 1, 2 u 4;

tikkundanna lil ECHA għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012

Ir-rikorrenti jsostnu li ECHA naqset milli ssegwi r-rekwiżiti legali għall-inklużjoni ta’ kumpannija bħal Sasol fil-Lista fl-Artikolu 95 kif ipprovdut fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, peress li ma kienx possibbli għal Sasol li tissottometti lil ECHA fajl sħiħ. Skont ir-rikorrenti, il-fajl tagħha ma setax jinkludi kopja tat-test Comet Assay jew ittra li tagħti drittijiet ta’ aċċess għal dak l-eżami.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni

Ir-rikorrenti jsostnu li ECHA, meta aċċettat il-fajl ippreżentat minn Sasol għall-iskop tal-Lista fl-Artikolu 95 bħala komplut, ittrattat lill-kumpanniji f’sitwazzjoni simili b’mod differenti mingħajr l-ebda ġustifikazzjoni oġġettiva u bi ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-kundizzjonijiet indaqs stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 528/2012 kif ukoll il-ħolqien ta’ kompetizzjoni żleali

Ir-rikorrenti jsostnu li bl-inklużjoni ta’ Sasol fil-Lista fl-Artikolu 95, ECHA naqset milli tapplika r-regoli taħt l-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 li huma intiżi sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs bejn dawk il-kumpanniji, bħar-rikorrenti, li jkunu ħadu sehem fl-eżami tal-1 Propanol u dawk, bħal Sasol, li ma jkunux.


(1)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/32


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Casino, Guichard-Perrachon u EMC Distribution vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-249/17)

(2017/C 221/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Casino, Guichard-Perrachon (Saint-Étienne, Franza) u EMC Distribution (Vitry-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: D. Théophile, I. Simic, O. de Juvigny u T. Reymond, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

qabel ma tiddeċiedi, tordna lill-Kummissjoni, abbażi tal-Artikoli 89 u 90 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tipproduċi d-dokumenti, atti u informazzjoni oħra kollha li fuq il-bażi tagħhom, fid-data tad-Deċiżjoni C(2017) 1054, hija qieset li kellha indizji suffiċjentement serji sabiex jiġġustifikaw it-twettiq ta’ spezzjoni fil-bini tar-rikorrenti;

tiddikjara inapplikabbli f’dan il-każ, abbażi tal-Artikolu 277 tat-TFUE, l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 u, konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1054 tad-9 ta’ Frar 2017;

tannulla, abbażi tal-Artikolu 263 tat-TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 1054 tad-9 ta’ Frar 2017;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-9 ta’ Frar 2017 li tordna lir-rikorrenti jissottomettu ruħhom għal spezzjoni taħt l-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), deċiżjoni li hija kkontestata f’dan il-każ (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). Ir-rikorrenti jsostnu, f’dan ir-rigward, li:

id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq dispożizzjoni li hija stess hija illegali u għalhekk inapplikabbli f’dan il-każ, konformement mal-Artikolu 277 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE”);

l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 jikser id-dritt funamentali għal rimedju effettiv, previst fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), sa fejn ma jippermettix lill-impriżi destinatarji ta’ deċiżjoni ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni jeżerċitaw rimedju effettiv kontra t-twettiq tal-ispezzjoni;

din id-dispożizzjoni tikser ukoll il-prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża, iggarantiti mill-Artikoli 47 u 48 tal-Karta u mill-Artikolu 4 tal-KEDB, sa fejn ma tippermettix lill-partijiet ikollhom aċċess għall-atti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titwettaq spezzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju, previst fl-Artikolu 7 tal-Karta u fl-Artikolu 8 tal-KEDB, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata għandha perijodu ta’ validità illimitat u kamp ta’ applikazzjoni li huwa fl-istess waqt impreċiż u sproporzjonat, sa fejn:

id-deċiżjoni kkontestata tippreċiża biss id-data li fiha l-ispezzjoni tista’ tibda iżda ma tipprevedi la data ta’ tmiem u lanqas perijodu massimu tal-ispezzjoni;

hija tirreferi għall-kumpanniji kollha tal-grupp Casino, irrispettivament mill-attività tagħhom u mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, mingħajr ma tidentifika l-ebda waħda minnhom individwalment, bl-eċċezzjoni tal-kumpannija omm tiegħu;

hija tawtorizza l-ispezzjoni fi kwalunkwe bini tal-grupp.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni impost fuq il-Kummissjoni, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma tispeċifika la t-tip, la n-natura, la l-oriġini u lanqas il-kontenut tal-informazzjoni li fid-dawl tagħhom il-Kummissjoni ddeċidiet li tordna spezzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur imwettaq mid-deċiżjoni kkontestata għad-dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju, previst fl-Artikolu 7 tal-Karta u fl-Artikolu 8 tal-KEDB, sa fejn din ġiet adottata mingħajr ma l-Kummissjoni kellha indizji suffiċjentement serji sabiex jiġġustifikaw it-twettiq ta’ spezzjoni fil-bini tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li twettaq bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tal-aħħar pprevediet il-bidu tal-ispezzjoni f’data li hija ta’ ħsara kbira għall-attività tar-rikorrenti minkejja li setgħet tingħażel data oħra, ta’ ħafna inqas ħsara għalihom, mingħajr ebda inkonvenjent għall-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li, għalkemm din issemmi speċifikament il-bini tal-entità tal-grupp Casino responsabbli għan-negozjati mal-fornituri, id-deċiżjoni kkontestata tipprevedi l-bidu tal-ispezzjoni fl-20 ta’ Frar 2017 jew ftit wara, jiġifieri matul l-aħħar ġimgħa tan-negozjati tal-ftehimiet annwali mal-fornituri li l-Artikolu L. 441-7 tal-Kodiċi tal-Kummerċ Franċiż jimponi l-konklużjoni tagħhom qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena kurrenti, fatt li huwa perfettament magħruf mill-Kummissjoni.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/33


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – RE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/17)

(2017/C 221/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RE (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni impliċita tad-direttorat tas-sigurtà li b’mod taċitu tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent fl-20 ta’ Jannar 2017;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent kumpens ġust u ekwu għad-dannu morali mġarrab minħabba r-rifjut illegali li tiġi ttrattata t-talba tiegħu għal aċċess għal dokumenti bi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001 (1); u,

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrent f’dawn il-proċeduri

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita kkontestata msemmija hawn fuq għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett, għaliex id-deċiżjoni kkontestata ma fiha ebda motivazzjoni dwar in-nuqqas ta’ żvelar tal-15-il dokument mitlub mir-rikorrent, li ma ssemmewx fid-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2016 li ċaħdet it-talba inizjali tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti; it-tieni nett, minħabba n-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni, jew f’kull każ, il-ġustifikazzjoni żbaljata fir-rigward tan-nuqqas ta’ żvelar tad-dokumenti l-oħra, jekk kellu jitqies li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni tad-22 ta’ Diċembru 2016 li tiċħad it-talba inizjali tar-rikorrent għal aċċess hija inkorporata fid-deċiżjoni impliċita kkontestata.

Fl-aħħar, ir-rikorrent jitlob li jingħata kumpens xieraq għad-dannu morali li huwa ġarrab li rriżulta mid-dewmien persistenti tal-amministrazzjoni u mir-rifjut illegali li huwa jingħata aċċess għad-dokumenti inkwistjoni, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/34


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN PULSE)

(Kawża T-260/17)

(2017/C 221/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: The Bank of New York Mellon Corp. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u K. Schlüter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nixen Partners (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “NEXEN PULSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 374 194

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 1571/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, inklużi l-ispejjeż neċessarji kollha tar-rikorrent f’dawn il-proċedimenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/34


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – Bayer vs EUIPO – UNI – Pharma (SALOSPIR)

(Kawża T-261/17)

(2017/C 221/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer AG (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: UNI – Pharma Kleon Tsetis Pharmaceutical Laboratories Industrial and Commercial SA (Kifisia, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “SALOSPIR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 351 458

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 2444/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Uni-Pharma, jekk din tal-aħħar tuża d-dritt tagħha li tintervjeni fil-proċedura, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/35


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2017 – Uponor Innovation vs EUIPO – Swep International (SMATRIX)

(Kawża T-264/17)

(2017/C 221/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Uponor Innovation AB (Borås, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Kylhammar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Swep International AB (Landskrona, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SMATRIX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 540 431

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 236/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lil SWEP International għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/35


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Quadri di Cardano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/17)

(2017/C 221/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Quadri di Cardano (Schaerbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: N. De Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi li d-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2016 tal-PMO li tiffissa d-drittijiet individwali tiegħu meta daħal jaħdem fis-servizz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA), inkwantu hija tirrifjuta fil-konfront tiegħu l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni ta’ 16 % bis-saħħa tal-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, konsegwentement, timplika l-assenza ta’ għoti tad-drittijiet relatati magħha, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-ivvjaġġar hija annullata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tad-diskussjonijiet u tan-negozjati marbuta mal-perijodu li jippreċedi r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u, b’mod partikolari, fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali tar-rikorrent kif ukoll tad-drittijiet kweżiti minn dan tal-aħħar, minħabba l-analiżi f’daqqa waħda differenti tal-fajl tiegħu ta’ drittijiet individwali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-kuntratt għal żmien determinat irregolat mil-liġi Belġjana invokat mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika l-istabbiliment tar-residenza tar-rikorrent fil-Belġju waqt impjieg tiegħu ma’ persuna privata li timpjega. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet.

l-ewwel parti, ibbażata fuq l-użu ħażin ta’ poter u l-abbuż ta’ poter li l-Kummissjoni allegatament wettqet billi eskludiet kull rabta ta’ subordinazzjoni li hija kellha fil-konfront tar-rikorrent matul il-perijodu ta’ impjieg bħala impjegat għal żmien determinat sabiex tiġġustifika lilha nnifisha fir-rigward tal-eżistenza ta’ impjieg favur organizzazzjoni internazzjonali li bħala prinċipju għandha tirrinvija l-analiżi tal-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

it-tieni parti, ibbażata fuq l-iżball ta’ liġi, il-ksur tad-dispożizzjonijiet legali Belġjani fil-qasam ta’ kuntratti għal żmien determinat kif ukoll fuq użu ħażin tal-liġi, allegatament imwettqa mill-Kummissjoni;

it-tielet parti, ibbażata fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/36


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Monster Energy vs EUIPO – Bösel (MONSTER DIP)

(Kawża T-274/17)

(2017/C 221/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marco Bösel (Bad Fallingbostel, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “MONSTER DIP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 118 211

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar fil-Każ R 1062/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-19 ta’ April 2016 fl-oppożizzjoni B 2433681;

tiċħad it-trade mark opposta għall-prodotti u għas-servizzi kollha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – King.com vs EUIPO – TeamLava (Icônes animées)

(Kawża T-96/17) (1)

(2017/C 221/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.