ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 218

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
7 ta' Lulju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 218/01

Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi ħfief ġodda

1

2017/C 218/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) No 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) ( 1 )

11

2017/C 218/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8504 — EDF Energy Services/ESSCI) ( 1 )

15

2017/C 218/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8485 — Hitachi Group/Honda/JV) ( 1 )

15

2017/C 218/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8429 — BNP Paribas/Caisse des Dépôts et Consignations/Société Générale/Euronext/Euroclear/S2IEM/CACEIS/JV) ( 1 )

16

2017/C 218/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8467 — BNP Paribas/Commerz Finanz) ( 1 )

16

2017/C 218/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8439 — Wärtsilä/CSSC/JV) ( 1 )

17

2017/C 218/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8490 — Blackstone/CPPIB/Ascend Learning) ( 1 )

17


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 218/09

Rata tal-kambju tal-euro

18

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 218/10

Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet fl-Artikolu 16(2) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

19


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 218/11

Avviż ta’ bidu — Il-proċedura ta’ eżami tal-Unjoni dwar ostakli għall-kummerċ fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) 2015/1843 applikat mir-Repubblika tat-Turkija li jikkonsisti f’miżuri li jaffettwaw l-importazzjoni ta’ karta ħielsa mill-injam mhux miksija

20

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 218/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8537 — Moody’s/Bureau van Dijk Electronic Publishing) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

22

2017/C 218/13

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8498 — Toray/Mitsui/Soda) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

23


 

Rettifika

2017/C 218/14

Rettifika tal-informazzjoni dwar is-sessjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li adottat id-dokumenti ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali C 209 tat-30 ta’ Ġunju 2017 ( ĠU C 209, 30.6.2017 )

24


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi ħfief ġodda

(2017/C 218/01)

DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ

Din il-gwida hija maħsuba biex tiffaċilita l-ġbir, it-tressiq u l-valutazzjoni tad-data dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-CO2 għal vetturi ħfief billi tindika l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Filwaqt li din in-nota għandha l-għan li tassisti lill-awtoritajiet u lill-operaturi, hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li hija kompetenti sabiex tinterpreta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

1.   INTRODUZZJONI

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn vetturi ħfief, kull sena l-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jittrażmettu lill-Kummissjoni ċertu data dwar karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Dik id-data se tkun il-bażi biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u se sservi wkoll għall-valutazzjoni ta' jekk il-manifatturi jikkonformawx ma' dawk il-miri jew le. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 (4) jiżguraw il-konsistenza tad-data li se tiġi trażmessa mill-Istati Membri billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġbir u r-rappurtar ta’ dik id-data.

Il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni fl-2010 (5) sabiex tiffaċilita l-ġbir, it-tressiq u l-valutazzjoni tad-data meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar id-data li għandha tiġi pprovduta u l-format li għandu jintuża flimkien mal-metodoloġija tal-kalkolu li tkun intużat. L-Avviż tal-Kummissjoni preżenti jaġġorna l-Komunikazzjoni COM(2010) 657 final, filwaqt li jqis:

Ir-Regolament (UE) Nru 333/2014 (6);

Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 253/2014 (7) bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda;

Il-metodoloġija ta’ korrelazzjoni għall-introduzzjoni tal-Proċedura Armonizzata Dinjija tat-Test tal-vetturi Ħfief (WLTP), kif stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (8) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 (9).

Il-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri, l-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda u l-introduzzjoni tad-WLTP jaffettwaw ir-rapportar tad-data u l-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief. Mill-1 ta’ Settembru 2017 il-proċedura tat-test regolatorju l-ġdid għall-kejl tal-emissjonijiet tad-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi ħfief (WLTP) li hu stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1151 (10), li gradwalment ser jissostitwixxi ċ-Ċiklu l-Ġdid Ewropew tal-Ittestjar (NEDC), li attwalment jintuża skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (11).

Bl-introduzzjoni tad-WLTP se jkun hemm disponibbli data aktar realistika u soda dwar il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tad-CO2 li hija kruċjali għat-tkomplija tal-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi kif mitlub fir-rakkomandazzjoni mill-Parlament Ewropew wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur tal-karozzi. Filwaqt li jitqiesu l-bidliet rilevanti u bil-ħsieb li jkun hemm kontribut għal implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi li ġiet adottata mill-Kummissjoni f’Lulju 2016 (12), dan l-Avviż tal-Kummissjoni għandu l-għan li jiffaċilita l-ġbir, it-tressiq u l-valutazzjoni tad-data billi jipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar id-data li għandha tiġi pprovduta u l-format li għandu jintuża u billi jipprovdi ċarezza lill-manifatturi dwar il-metodoloġija tal-kalkolu użata sabiex tiġi evalwata l-konformità tagħhom mal-mira speċifika tal-emissjonijiet tagħhom. Se tingħata iktar gwida fuq bażi ad hoc.

2.   DATA

2.1.   Sorsi tad-data

Sa ma jiddaħħal bis-sħiħ id-WLTP fl-2018, is-sorsi ewlenin tad-data li jintużaw mill-Istati Membri biex tinġabar id-data huma ċ-ċertifikati ta' konformità jew, meta dak is-sors ma jintużax għall-iskop ta' reġistrazzjoni ta' vettura, id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. Minħabba li d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tipi jista' jkollha firxiet ta' valuri, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li d-data rrappurtata mid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tipi tkun konformi mad-data li tirriżulta miċ-ċertifikat tal-konformità.

Bl-introduzzjoni tad-WLTP, valur speċifiku tal-emissjonijiet tad-CO2 se jiġi kkalkolat u rreġistrat biss fiċ-ċertifikat tal-konformità ta’ kull vettura individwali. Sabiex dawk il-valuri jiġu mmonitorjati u vverifikati effikaċement, se jkun meħtieġ li jintużaw numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi (VIN) bħala l-bażi għall-monitoraġġ anki għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri (kif diġà huwa l-każ għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda). Minħabba f’hekk, mill-2018 ’il quddiem, iċ-ċertifikati ta’ konformità se jkunu l-uniku sors ta’ data għall-ġbir u r-rapportar tad-WLTP abbażi tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-CO2 (id-data tal-VIN tista’ diġà tiġi pprovduta fuq bażi volontarja għall-2017 meta d-WLTP se jiddaħħal b’mod gradwali).

Għandu jiġi nnotat li l-ipproċessar tal-VIN, skont l-Artikolu 9a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010, mhu se jinkludi l-ipproċessar ta’ ebda data personali li tista’ tintrabat ma’ dawk in-numri jew kwalunkwe data oħra li tista’ torbot in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vettura ma’ data personali.

2.2.   Lista tal-manifatturi

Id-data, kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti u kif spjegat hawn taħt, għandha tiġi monitorjata u rreġistrata b’rabta ma’ kull manifattur fil-każ tar-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi ġodda fl-Unjoni. Kull manifattur jeħtieġ li jilħaq mira tal-emissjonijiet speċifika skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011. B’riżultat ta’ dan, huwa importanti li kull manifattur ikun identifikat b'mod ċar (13). Sabiex tiġi armonizzata l-identifikazzjoni tal-manifatturi rilevanti, ġiet stabbilita lista komuni ta’ ismijiet ta’ manifatturi u din tiġi aġġornata kull sena (14). L-Istati Membri għandhom jużaw dik il-lista bħala bażi għar-rappurtar kif speċifikat fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010 u fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 293/2012, flimkien mal-VINs. Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 japplikaw għall-manifatturi kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, ma għandha tiġi aċċettata l-ebda varjazzjoni skont il-post fejn ikunu lokalizzat il-manifattur. Madankollu, b’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010 u mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 293/2012, għandha ssir eċċezzjoni għall-vetturi li mhumiex koperti mill-approvazzjoni tat-tip tal-KE iżda li huma soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira jew approvazzjoni individwali. F’dawk il-każijiet, l-Istati Membri minflok ma jużaw l-ismijiet tal-manifatturi għandhom jużaw id-denominazzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu, jiġifieri “AA-IVA” fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi approvati individwalment u “AA-NSS” għal tipi ta’ vetturi approvati f’serje żgħira b’mod nazzjonali.

2.3.   Rekwiżiti tad-data

Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data kollha kif speċifikat fl-Anness II ta’ dawn ir-Regolamenti. F'każ li fis-sors użat bħala bażi għar-reġistrazzjoni jkun hemm xi data rilevanti nieqsa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-manifatturi jlestu l-ġabra tad-data. L-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli milli jiżguraw li d-data rilevanti tkun preżenti fil-ħin tar-reġistrazzjoni u li titressaq quddiem il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) sad-data tal-għeluq kif speċifikat aktar fit-taqsima 2.4. Fil-każ ta' vetturi soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' serje żgħira jew approvazzjoni tat-tip individwali, huwa meħtieġ biss l-għadd ta' reġistrazzjonijiet; l-informazzjoni li jibqa' tista' titressaq fuq bażi volontarja.

Peress li l-Istati Membri huma responsabbli milli jiżguraw iż-żamma, il-ġbir, il-kontroll, il-verifika u t-trażmissjoni tad-data ta’ monitoraġġ kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010 u r-Regolament (UE) Nru 293/2012, huwa mistenni li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta fl-iżgurar li d-data li tintbagħat lill-Kummissjoni tkun preċiża kemm jista’ jkun.

Bl-introduzzjoni tad-WLTP, ifeġġu rekwiżiti tad-data ġodda. Minħabba l-adattamenti estensivi meħtieġa fir-reġistrazzjoni tal-vetturi u fis-sistemi tal-monitoraġġ tad-CO2, l-Istati Membri jistgħu fl-2017 jintroduċu gradwalment parametri ta’ monitoraġġ ġodda biex imbagħad is-sett ta’ data sħiħ il-ġdid isir obbligatorju mill-2018 ’il hinn. Id-data tal-2017 li trid tiġi rrapportata fl-2018 jinħtieġ li tal-inqas tinkludi d-data meħtieġa għall-finijiet ta’ konformità fil-mira u għall-prevenzjoni tal-abbuż tal-proċedura ta’ korrelazzjoni. Ir-rekwiżiti tad-data se jkunu mifruxa kif ġej u se jsiru obbligatorji mill-2017 u l-2018 rispettivament:

mill-2017, jiġifieri sett ta’ data li għandu jinħareġ fl-2018, dawn ir-rekwiżiti tad-data addizzjonali se jkunu obbligatorji:

Il-fattur tal-verifika (fejn disponibbli (15))

Il-fattur De tad-devjazzjoni (fejn disponibbli (16))

mill-2018, jiġifieri sett ta’ data li għandu jinħareġ fl-2019, dawn ir-rekwiżiti tad-data addizzjonali se jkunu obbligatorji:

Emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 (WLTP)

L-emissjonijiet tad-CO2 totali tad-WLTP iffrankati bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura

It-test tal-massa tad-WLTP

Il-kategorija tal-vettura rreġistrata (17)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-vettura.

3.   TRAŻMISSJONI TAD-DATA

Sabiex tkun żgurata komunikazzjoni fil-ħin u effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-manifatturi u l-Kummissjoni, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet kompetenti, innominati skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 (18) u responsabbli għat-trażmissjoni tad-data, jaħtru mill-inqas żewġ uffiċjali bħala punti ta' kuntatt u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'isimhom u d-dettalji ta' kuntatt. L-uffiċjali għandhom jabbonaw man-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet) tal-Bank Ċentrali tad-data tal-EEA (19).

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010, l-Istat Membru għandu javża lill-Kummissjoni meta d-data tkun ittellgħet fir-Repożitorju Ċentrali tad-data. Għal dak il-fini l-Istat Membru jingħata l-parir li jibgħat email lill-Kummissjoni lill-kaxxa postali funzjonali EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu b’kopja lill-kaxxa postali funzjonali tal-EEA CO2-monitoring@eea.europa.eu. Id-data tinżamm f'bażi tad-data li se tkun immexxija għall-Kummissjoni mill-EEA. Is-settijiet tad-data proviżorji u finali, kif notifikati lill-manifatturi, se jkunu aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-Internet.

L-Istati Membri jridu jivvalidaw u jibagħtu sett komplut tad-data sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena kalendarja b’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011.

3.1.   Il-format

Id-data għandha tiġi trażmessa bl-użu ta' żewġ fajls .xml separati, wieħed għad-data aggregata u l-ieħor għad-data dettaljata kif speċifikat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011. Iktar speċifikazzjonijiet tal-fajls .xml huma pprovduti fil-linji gwida ppubblikati fuq CIRCABC. (20)

3.2.   Verifika

L-ikkodifikar tad-data u tal-.xml jista' jiġi vverifikat indipendentament minn kull Stat Membru. Madankollu, il-preżentazzjoni fil-forma ta' fajl testwali se titpoġġa fuq is-sit web ta’ CIRCABC (21) u l-Istati Membri huma mħeġġa ferm li jużawha għall-assikurazzjoni tal-kwalità qabel ma tintbagħat id-data għas-sena rispettiva ta' rappurtar.

4.   IL-METODOLOĠIJA TAL-KALKOLU

Il-kalkolu tar-rendiment tal-manifatturi huwa deskritt hawn taħt b’attenzjoni partikolari fuq is-sena 2020 meta r-reġim ta’ introduzzjoni gradwali u ta’ superkrediti (għall-karozzi) u l-iffrankar ekoinnovattiv (għall-karozzi u l-vannijiet) se jkunu applikabbli. Għalkemm il-metodoloġija tal-kalkolu tagħmel referenza speċifika għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri, għandu jiġi segwit approċċ identiku skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda b’qies tad-dispożizzjonijiet speċifiċi hemmhekk. Eżempju konkret dwar kif tiġi applikata l-metodoloġija huwa pprovdut fl-Anness.

4.1.   Emissjonijiet speċifiċi medji

Sabiex jiġu kkunsidrati l-perċentwali li jiddaħħlu gradwalment stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, għall-kalkoli tal-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2 għall-manufatturi, inklużi l-manufatturi msemmija fl-Artikou 11(1) u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, huwa meħtieġ li l-vetturi jingħażlu skont l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom tad-CO2. Huma 95 % biss tal-vetturi rreġistrati ġodda, dawk bl-inqas emissjonijiet, li se jintgħażlu għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji.

L-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 għandhom, fejn ikun applikabbli, ikunu l-emissjonijiet mnaqqsa bl-iffrankar ekoinnovattiv approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (22). Skont l-Artikolu 12(1), il-kontribuzzjoni totali tal-iffrankar ekoinnovattiv għat-tnaqqis tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur tista’ tkun sa 7 g CO2/km kull sena. L-ebda ffrankar ekoinnovattiv ’il fuq minn dan il-limitu mhu se jiġi kkunsidrat.

Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2 ta’ manifattur fil-perjodu ta’ bejn l-2020 u l-2022 għandhom ukoll jiġu kkunsidrati l-vetturi li jaqgħu fi ħdan il-kategorija speċifikata fl-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, soġġett għal limitu massimu ta’ 7,5 g CO2/km matul dak il-perjodu għal kull manifattur.

B'mod iktar preċiż, meta jiġu ddeterminati l-emissjonijiet speċifiċi għall-iskop tal-ikkalkular tal-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2 għall-manifattur, il-Kummissjoni se tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 fl-ordni li ġejja:

Għażla ta’ vetturi għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2 (minħabba d-dispożizzjoni tad-dħul gradwali fl-2020)

(a)

L-Artikolu 12: naqqas l-iffrankar ekoinnovattiv speċifikat fiċ-ċertifikati ta’ konformità skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 mill-emissjonijiet speċifiċi;

(b)

L-Artikolu 4: irranġa r-reġistrazzjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri skont l-emissjonijiet tagħhom tad-CO2 kif determinat fil-punt (a) f’ordni dejjem jiżdied u inkludi fil-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 ta’ 95 % tal-vetturi rreġistrati kollha bl-iktar emissjonijiet baxxi;

Il-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2

(c)

L-Artikolu 4: ikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2 għall-vetturi kollha magħżula skont il-punt (b) mingħajr ma jitqiesu d-dispożizzjonijiet dwar is-superkrediti fl-Artikolu 5a jew l-ekoinnovazzjonijiet fl-Artikolu 12.

(d)

L-Artikolu 5 a: għas-snin kalendarji 2020, 2021 u 2022 u għal dawk il-karozzi li għandhom emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 ta’ inqas minn 50 g CO2/km, abbażi tal-valuri tad-CO2 imkejla skont l-NEDC, immultiplika l-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 bil-fattur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

(e)

L-Artikolu 5a: għas-snin kalendarji 2020, 2021 u 2022 u għal dawk il-karozzi li għandhom emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 ta’ inqas minn 50 g CO2/km, immultiplika l-iffrankar fl-emissjonijiet tad-CO2 permezz tal-ekoinnovazzjonijiet bil-fattur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 5a;

(f)

L-Artikolu 12(1): iddetermina l-iffrankar ekoinnovattiv billi tuża l-formula li ġejja:

Formula

Fejn

eii

hija l-iffrankar ekoinnovattiv ta’ kull reġistrazzjoni (il-vetturi mhux mgħammra bl-ekoinnovazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom iffrankar ta’ 0 g CO2/km);

rsc, i

huwa n-numru ta’ reġistrazzjoni(jiet) immultiplikat, jekk applikabbli, bil-fattur tas-superkreditu skont l-Artikolu 5a;

N

huwa n-numru ta’ reġistrazzjonijiet magħżula skont il-punt (b) li huwa responsabbli minnhom il-manifattur.

Jekk l-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni jaqbeż s-7 g CO2/km, l-iffrankar għandu jkun limitat għal dak il-valur kif previst fl-Artikolu 12(1);

(g)

L-Artikolu 5a: iddetermina l-iffrankar tas-superkreditu billi tuża l-formula li ġejja:

Formula

Fejn

CO2,∅

huwa l-medja ta’ emissjonijiet tad-CO2 għall-vetturi magħżula kollha mingħajr ma jitqiesu s-superkrediti u l-innovazzjonijiet ikkalkulati skont il-punt (c);

ei

huwa l-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2;

rsc,i

huwa n-numru ta’ reġistrazzjoni(jiet) immultiplikat, jekk applikabbli, bil-fattur tas-superkreditu skont l-Artikolu 5a;

N

huwa n-numru ta’ reġistrazzjonijiet magħżula skont il-punt (b) li huwa responsabbli minnhom il-manifattur.

Fejn l-iffrankar tas-super-kreditu jaqbeż il-limitu ta’ 7,5 g CO2/km imsemmi fl-Artikolu 5a, it-tieni paragrafu, l-iffrankar għandu jkun limitat għal dak il-valur. Jekk l-iffrankar tas-superkreditu f’sena waħda huwa inqas minn 7,5 g CO2/km, il-bqija tal-limitu tas-superkreditu tittieħed inkunsiderazzjoni fis-sena/snin sussegwenti;

(h)

Ikkalkula l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 b’qies tal-punt (c), (f), u (g).

4.2.   Mira ta' emissjonijiet speċifiċi

Meta tiġi kkalkulata l-massa medja biex tiġi stabbilita l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi bl-użu tal-formula fl-Anness I għall-manufatturi, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-massa tal-vetturi kollha mingħajr ma tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 tar-Regolamemt (KE) 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 fir-rigward tal-introduzzjoni gradwali u s-superkrediti.

Manifattur li, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati miegħu, jkun responsabbli minn inqas minn 1 000 reġistrazzjoni ġdida fl-Unjoni jista’ jkun eżentat milli jilħaq l-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011. Il-kriterji biex impriża tiġi kkunsidrata bħala impriża konnessa f’dak is-sens huma stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ dawn ir-Regolamenti. Madanakollu, jekk manifattur ikun applika għal u jkun ingħata deroga fil-mira skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 wara t-8 ta’ April 2014 jew skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 wara l-1 ta’ Marzu 2014, il-manifattur ikun soġġett għall-obbligu li tintlaħaq dik il-mira tad-deroga, indipendentement minn jekk in-numru ta’ vetturi ġodda rreġistrati fl-Unjoni li l-manifattur huwa responsabbli minnhom ikunx aktar baxx minn 1 000.

5.   KONSORZJAR

5.1.   Konsorzji

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) 510/2011, il-manifatturi jistgħu jiffurmaw konsorzji. Hemm żewġ tipi ta' konsorzji speċifikati fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 7. L-Artikolu 7(5) jirreferi għal konsorzji miftuħa li huma ffurmati minn manifatturi li mhumiex intrapriżi konnessi. Dawn il-konsorzji huma miftuħa għal kwalunkwe manifattur li jixtieq jidħol fil-konsorzju jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(5).

Il-konsorzji li huma ffurmati minn manifatturi li jappartjenu għal grupp ta' intrapriżi konnessi jistgħu jissejħu konsorzji magħluqa u jaqgħu taħt l-Artikolu 7(6).

Il-manifatturi li jixtiequ jiffurmaw dan it-tip ta’ konsorzju għandhom, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011, juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiffurmaw konsorzju magħluq billi jippreżentaw l-informazzjoni ta’ verifika relevanti flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konsorzjar mimlija lill-Kummissjoni fl-indirizz elettroniku funzjonali EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

Il-Kummissjoni se tikkunsidra s-sena li fiha ġie nnotifikat il-konsorzju bħala l-ewwel sena li fiha huwa applikabbli l-arranġament tal-konsorzju. F’każ li l-manifatturi jiddeċiedu li jxolju l-konsorzju qabel id-data indikata fin-notifika jew inkella xi waħda mill-kundizzjonijiet għall-iffurmar tal-konsorzju skont l-Artikolu 7 ma tkunx għadha ssodisfata, il-Kummissjoni trid tiġi nnotifikata u l-konsorzju ma jibqax jeżisti mis-sena kalendarja ta’ wara.

5.2.   Ir-rendiment ta’ konsorzju

Il-konsorzji huma ffurmati “bl-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4” skont l-Artikolu 7(1) u konsorzju “għandu jitqies bħala manifattur wieħed għall-finijiet tat-twettiq minnu tal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4” skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011. Għall-kalkolu tar-rendiment tal-konsorzju, dan jiġi ttrattat daqslikieku kien manifattur wieħed. L-għażla ta’ vetturi taħt dispożizzjoni ta’ introduzzjoni gradwali kif ukoll għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2 u l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi se jsegwu l-istess ordni kif deskritt fit-taqsima 4.

F’każ ta’ bidliet għal konsorzji eżistenti matul il-perjodu mill-2020 sal-2022, l-iffrankar mis-superkrediti li minnu jibbenefikaw il-membri li kienu jiffurmaw il-konsorzju/konsorzji jittieħed inkonsiderazzjoni meta jkun qed jiġi determinat il-limitu massimu tas-superkrediti li jifdal għall-konsorzju/konsorzji fis-sena/snin ta’ wara.

6.   IT-TRANŻIZZJONI MILL-NEDC LEJN ID-WLTP

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 huma msejsa fuq l-emissjonijiet imkejla bl-NEDC. Din hija r-raġuni għaliex, minħabba l-introduzzjoni tad-WLTP, dawk ir-Regolamenti għandhom bżonn jiġu aġġustati għad-WLTP filwaqt li jiġi żgurat li r-rekwiżiti għat-tnaqqis jibqgħu paragunabbli f’dik li hija strettezza ma’ dawk iddeterminati b’referenza għall-emissjonijiet mkejla skont l-NEDC. Din it-taqsima tispjega kif il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi u l-limitu tas-superkrediti (għall-karozzi) huma tradotti f’valuri tad-WLTP u kif l-iffrankar ekoinnovattiv jiġi aġġustat għall-valuri tad-WLTP

6.1.   L-għażla ta’ emissjonijiet tad-CO2

Għad-data tal-monitoraġġ għas-snin kalendarji mill-2017 sal-2020 inklussivi, il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur se jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-valuri tal-emissjonijiet tad-CO2 skont l-NEDC sabiex tiġi ddeterminata l-konformità ta’ manifattur mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, l-emissjonijiet speċifiċi medji għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-valuri tal-emissjonijiet tad-CO2 skont id-WLTP sabiex tiġi ddeterminata l-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu. Għas-snin kalendarji 2019 u 2020, l-emissjonijiet medji speċifiċi tad-CO2 abbażi tal-valuri tad-WLTP għandhom jiġu kkalkulati għal kull manifattur għal finijiet ta’ informazzjoni biss.

6.2.   It-traduzzjoni tal-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi

Mill-2021, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur se tiġi deċiża abbażi tal-kejl tal-emissjonijiet skont id-WLTP. Sabiex tkun tista’ tiġi stabbilita dik il-mira, għandu jsir paragun bejn l-osservanza tal-manifattur mal-mira abbażi tal-NEDC fl-2020 u l-medju tiegħu ta’ emissjonijiet skont id-WLTP f’dik is-sena. Dawk l-emissjonijiet medji skont id-WLTP se jintużaw bħala valur ta’ referenza li għandu jkun jew miżjud jew imnaqqas sabiex tiġi ddeterminata l-mira ta’ referenza tad-WLTP, eż. jekk fl-2020 l-emissjonijiet medji ta’ manifattur skont l-NEDC huma aktar baxxi mill-mira tiegħu msejsa fuq l-NEDC, il-mira ta’ referenza skont d-WLTP għandha tkun ogħla mill-valur ta’ referenza, jew jekk manifattur jaqbeż il-mira tiegħu abbażi tal-NEDC, il-valur ta’ referenza jitnaqqas, jiġifieri l-mira ta’ referenza l-ġdida skont id-WLTP tkun aktar baxxa mill-valur ta’ referenza. Biex jiġi żgurat li l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi abbażi tad-WLTP jibqgħu komparabbli matul iż-żmien, se jitqies ukoll it-tibdil annwali fil-massa medja tal-flotta tal-manifattur.

Il-formli għall-ikkalkular tal-mira ta’ referenza skont id-WLTP u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi sussegwenti huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru […/…] (23) u r-Regolament (UE) Nru 510/2011, kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru […/…] (24).

6.3.   Traduzzjoni tal-limitu tas-superkrediti

Is-superkrediti, jiġifieri l-inċentivar tal-vetturi b’emissjonijiet baxxi billi jingħaddu bħala aktar minn vettura waħda għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur, se jkunu disponibbli mill-2020 sal-2022 kif previst fl-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Fl-2020, il-valuri tal-emissjonijiet tad-CO2 skont l-NEDC biss se jkunu meħtieġa biex tiġi implimentata din il-modalità, minkejja li, biex il-manifatturi jkomplu jibbenefikaw mis-superkrediti anki fis-snin 2021 u 2022 jeħtieġilhom li jiżguraw li l-vetturi rreġistrati f’dawn is-snin ikollhom kemm il-valuri tal-emissjonijiet tad-CO2 skont l-NEDC kif ukoll skont id-WLTP irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità tagħhom.

Għall-2022 u l-2021, dan ifisser dan li ġej:

Il-valur tal-emissjonijiet tad-CO2 skont l-NEDC se jkun meħtieġ biex jiġi ddeterminat jekk vettura tkunx eliġibbli għal superkrediti, jiġifieri l-emissjonijiet skont l-NEDC ta’ vettura bis-superkrediti jridu jkunu inqas minn 50 g CO2/km.

Il-valur tal-emissjonijiet tad-CO2 skont id-WLTP se jkun meħtieġ biex jiġi kkalkolat l-effett tas-superkreditu għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur fl-2021 u l-2022.

Barra minn hekk, l-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jiffissa limitu massimu għas-superkrediti ta’ 7,5 g CO2/km li jistgħu jintużaw matul il-perjodu mill-2020 sal-2022. Aktarx li parti mil-limitu tintuża fl-2020, jiġifieri taħt kundizzjonijiet tal-NEDC, filwaqt li l-bqija għandhom ikunu disponibbli għall-2021 u l-2022. L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 jipprovdi metodoloġija biex jiġi kkalkulat mill-ġdid il-limitu massimu li jifdal għall-emissjonijiet tad-CO2 skont id-WLTP fl-2021 u 2022. Il-limitu massimu li jifdal imbagħad jintuża għall-kalkolu speċifikat fil-punt (g) tat-taqsima 4.1 ta’ dan l-Avviż.

6.4.   Aġġustament tal-iffrankar tad-CO2 miksub permezz tal-ekoinnovazzjoni

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 (karozzi tal-passiġġieri) u l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 (vetturi kummerċjali ħfief), b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, huwa biss l-iffrankar ekoinnovattiv tad-CO2, fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, li mhuwiex kopert mid-WLTP li jrid jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur. Għas-snin kalendarji 2021, 2022 u 2023 l-iffrankar ekoinnovattiv, kif ikkalkulat taħt il-punt (f) tat-taqsima 4.1 ta’ dan l-Avviż, se jiġi aġġustat b’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 (karozzi tal-passiġġieri) u l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 (vetturi kummerċjali ħfief). Mis-sena kalendarja 2024, l-iffrankar ekoinnovatti se jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet medji speċifiċi mingħajr aġġustament.

6.5.   Determinazzjoni u korrezzjoni tal-valuri tad-CO2 skont l-NEDC għall-kalkolu tal-emissjonijiet medji speċifiċi

Il-proċeduri ta’ korrelazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 (karozzi tal-passiġġieri) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 (vetturi kummerċjali ħfief) (“ir-Regolament ta’ Korrelazzjoni”) jinkludu l-użu ta’ għodda ta’ simulazzjoni ta’ vettura (“l-għodda ta’ korrelazzjoni”) li tieħu post l-ittestjar fiżiku tal-vetturi. Hemm riskju li l-għodda ta’ korrelazzjoni twassal għal valuri tal-emissjonijiet tad-CO2 li huma baxxi b’mod li ma jkunx realistiku. Ir-Regolamenti għalhekk jipprevedu mekkaniżmu ta’ korrezzjoni li jiżgura li sitwazzjonijiet bħal dawn ma jiġux abbużati.

Skont il-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolamenti ta’ Korrelazzjoni, fattur ta’ Devjazzjoni (De) u fattur ta’ Verifika jridu jiġu ddeterminati f’każijiet speċifiċi mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku u jiddaħħlu fiċ-Ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-Tip (ara l-appendiċi tal-addendum taċ-Ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-Tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament dwar id-WLTP) u jiġu rreġistrati fl-entrata 49 taċ-Ċertifikat ta’ Konformità mill-manifattur.

Il-fatturi De u ta’ Verifika jridu jiġu mmonitorjati mill-Istati Membri mill-2017.

Il-fattur ta’ De għandui jiġi ddeterminat u rreġistrat fil-każijiet li ġejjin:

test ta’ vettura fiżika li jitwettaq bħala riżultat ta’ għażla aleatorja skont il-punt 3.2.6 tal-Anness I tar-Regolamenti ta’ Korrelazzjoni (l-għażla aleatorja tirriżulta mill-eżitu tal-għodda ta’ korrelazzjoni);

test ta’ vettura fiżika jitwettaq bħala riżultat ta’ talba speċifika mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip skont il-punt 3.2.7 tal-Anness I tar-Regolamenti ta’ Korrelazzjoni;

Il-fattur ta’ Verifika jrid jiġi ddeterminat u rreġistrat fil-każijiet li ġejjin:

devjazzjoni fid-data tal-input jinstab u jiġi kkonfermat wara verifika mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala riżultat ta’ test fiżiku ta’ vettura (il-punt 3.2.8).

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-entrati rispettivi għall-fatturi De u ta’ Verifika fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikat tal-konformità jridu jitħallew vojta.

Jekk il-fattur De jaqbeż il-0,04, jew jekk il-fattur ta’ Verifika huwa 1, l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ikkonċernat għandhom jiġu kkoreġuti skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti ta’ Korrelazzjoni.

Il-fattur ta’ Verifika għandu jiġi ssettjat għal 0 meta d-data tal-input tkun ivverifikata u kkonfermata li hija valida jew jekk id-devjazzjoni fid-data tal-input hija għad-detriment tal-manifattur.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta’ April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 98, 4.4.2012, p. 1).

(5)  il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri, COM(2010) 657 final.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 15).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 253/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 510/2011 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 38).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju li jemenda r-Regolament (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(12)  COM(2016)501 final.

(13)  L-Entrata 0.5 fil-CoC; L-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009/KE u l-Artikolu 3(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011: “manifattur tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta’ approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni.”

(14)  https://circabc.europa.eu/sd/a/00e8fe6c-3ad8-4e9f-9a39-437501f609a4/Manufacturer_list.xls

(15)  Dan il-parametru mhuwiex disponibbli għall-vetturi kollha, għal aktar dettalji ara t-taqsima 6.5 ta’ dan l-Avviż.

(16)  COM(2016)501 final.

(17)  Din se tkun obbligatorja għall-karozzi mill-2018, diġà hija obbligatorja għal vannijiet.

(18)  L-Artikolu 8(8) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jistipula li l-istess awtorità kompetenti tkun responsabbli mill-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data ta’ monitoraġġ għal vetturi kummerċjali ħfief.

(19)  http://cdr.eionet.europa.eu/

(20)  http://circa.europa.eu/Members/irc/env/gge_ldv/library

(21)  http://circa.europa.eu/Members/irc/env/gge_ldv/library

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(23)  Ghadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(24)  Ghadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali..


ANNESS

Eżempju

L-eżempju li ġej juri kif tiġi applikata l-metodoloġija tal-kalkolu kif stabbilita fit-taqsima 4 fl-2020 għal manifattur tal-karozzi (jew konsorzju) b’total ta’ 7 reġistrazzjonijiet:

A

B

C

D

E

F

G

Numru ta' reġistrazzjonijiet

L-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 (fi g/km)

L-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 imnaqqas minnhom l-iffrankar ekoinnovattiv (fi g/km)

L-iffrankar fl-emissjonijiet tad-CO2 permezz ta’ teknoloġiji innovattivi (g/km)

Miltiplikatur tas-superkrediti fl-2020

L-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 immultiplikati bil-fattur tas-superkreditu (fi g/km)

L-ekoinnovazzjoni mmultiplikata bil-fattur tas-superreditu (g/km)

1.

20.

10.

10.

2.

40.

20.

1.

45.

30.

15.

2.

90.

30.

1.

45.

35.

10.

2.

90.

20.

1.

100.

90.

10.

1.

100.

10.

1.

102.

102.

0.

1.

102.

0.

1.

105.

105.

0.

1.

105.

0.

1.

120.

110.

10.

1.

 

 

L-ordni kif spjegata hawn fuq tiġi applikata kif ġej:

L-għażla tal-vetturi b’konsiderazzjoni ta’ introduzzjoni gradwali ta’ 95 %:

Il-punt (a) huwa rifless fil-kolonna C

Il-punt (b) huwa l-kalkolu ta’ introduzzjoni gradwali ta’ 95 % fl-2020:

7 * 0,95 = 6 (il-valur tal-integru użat)

L-ewwel 6 reġistrazzjonijiet (enfasizzati bil-griż) se jitqiesu għall-kalkoli sussegwenti.

Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji

Il-punt (c) huwa l-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tad-CO2 għall-vetturi kollha magħżulin skont il-punt (a) mingħajr ma jitqiesu t-tnaqqisiet fl-emissjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet fuq is-superkrediti jew l-ekoinnovazzjonijiet:

(1*20 + 1*45 + 1*45 + 1*100 + 1*102 + 1*105) / (1 + 1 + 1 + 1 + 1 + 1) = 417/6 = 69,500 g CO2/km

Il-punt (d) huwa rifless fil-kolonna F

Il-punt (e) huwa rifless fil-kolonna G

Il-punt (f) huwa l-kalkolu tal-iffrankar ekoinnovattiv għall-manifattur:

(1*10*2 + 1*15*2 + 1*10*2 + 1*10 + 1*0 + 1*0) / (1*2 + 1*2+ 1*2 + 1 + 1 + 1) = 80/9 = 8,889 g CO2/km

Billi l-iffrankar ekoinnovattiv jaqbeż il-valur stipulat fl-Artikolu 12(1), l-iffrankar ekoinnovattiv li għandu jitqies huwa daqs il-limitu massimu ta’ 7 g CO2/km.

Il-punt (f) huwa l-kalkolu tal-iffrankar permezz tas-superkrediti għall-manifattur:

69,500 - [(1*20*2 + 1*45*2 + 1*45*2 + 1*100 + 1*102 + 1*105) / (1*2 + 1*2 + 1*2 + 1 + 1 + 1)] = 69,500 - 527/9 = 10,944 gCO2/km

Billi l-iffrankar permezz tas-superkrediti jaqbeż il-limitu massimu ta’ 7,5 g CO2/km, l-iffrankar permezz tas-superkrediti li għandu jitqies huwa daqs il-limitu massimu ta’ 7,5 g CO2/km.

L-ebda effett tas-superkrediti ma jitqies fis-snin sussegwenti għal dan il-manifattur.

Il-punt (h) huwa l-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 b’qies tal-iffrankar ekoinnovattiv u permezz tas-superkrediti kkalkulat taħt il-punti (f) u (g):

69,500 – 7,5 – 7 = 55,000 g CO2/km


7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/11


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) No 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 218/02)

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (Packaged Retail and Insurance-based Investment Products, PRIIP) (minn hawn ’il quddiem “Ir-Regolament 1286/2014”) (1) jistabbilixxi regoli uniformi dwar il-format u l-kontenut tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija (minn hawn ’il quddiem “KID”, għal Key Information Document) li għandu jitfassal mill-manifatturi tal-PRIIP u dwar l-għoti tal-KID lill-investituri fil-livell ta’ konsumatur mill-manifatturi tal-PRIIP u dawk li jbigħu jew jagħtu pariri dwar dawn il-prodotti.

(2)

Il-KID jintroduċi standard komuni li jistabbilixxi l-informazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur għal firxa wiesgħa ta’ PRIIP u li jippermetti lill-investituri fil-livell tal-konsumatur biex jifhmu u jqabblu l-karatteristiċi ewlenin, ir-riskji, il-prestazzjoni potenzjali futura u l-kostijiet tal-PRIIP, u b’hekk jippermetti lill-investituri fil-livell tal-konsumatur biex jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment.

(3)

Din il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tiffaċilita aktar l-implimentazzjoni tar-Regolament 1286/2014 u l-konformità miegħu, billi tiffaċilita d-diverġenzi potenzjali ta’ interpretazzjoni fl-Unjoni kollha. Hija tibni fuq ir-rispons mill-partijiet ikkonċernati li ngħata f’sessjoni ta’ ħidma teknika dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-PRIIP organizzata mill-Kummissjoni fl-11 ta’ Lulju 2016, u fuq il-mistoqsijiet li waslu wara għand il-Kummissjoni, l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(4)

Din il-Komunikazzjoni ma tinkludix regoli legali ġodda u lanqas toħloqhom. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija bla preġudizzju għal kwalunkwe interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’ tagħti għar-Regolament 1286/2014 fil-ġejjieni, jew għal kwalunkwe att delegat jew att ta’ implimentazzjoni adottat skont dan ir-Regolament.

2.   LINJI GWIDA

(5)

Il-prodotti koperti bir-Regolament 1286/2014

Il-manifatturi ta’ prodotti ta’ investiment għall-konsumatur u ta’ assigurazzjoni u l-persuni li jagħtu pariri dwar dawn il-prodotti jew ibigħuhom lil investituri fil-livell tal-konsumatur huma responsabbli biex jivvalutaw liema prodotti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 1286/2014. Din il-valutazzjoni għandha tikkunsidra, b’mod partikolari, il-karatteristiċi ekonomiċi speċifiċi u t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ kull prodott.

(6)

Prodotti disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur mingħajr kunsiderazzjoni

Prodott li l-akkwist tiegħu ma jeħtieġx ħlas mill-investitur fil-livell tal-konsumatur, li jfisser li la jkun hemm ħlas inizjali u lanqas xi riskju ta’ impenji finanzjarji futuri mill-investitur fil-livell tal-konsumatur, ma jitqiesx bħala investiment fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament 1286/2014 u, għaldaqstant, ma jeħtieġ l-ebda KID.

(7)

PRIIP b’diversi opzjonijiet

Fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ PRIIP b’diversi opzjoni, jiġifieri meta l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament 1286/2014 fir-rigward ta’ kull għażla ta’ investiment sottostanti ma tistax tiġi pprovduta f’dokument wieħed, konċiż u awtonomu, l-Artikolu 6(3) tar-Regolament 1286/2014 jippermetti biss deroga mill-format tal-KID uniku. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, il-manifatturi tal-PRIIP ta’ PRIIP b’diversi opzjonijiet bħal dawn għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tar-Regolament 1286/2014. Għalhekk, il-KID prodott f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 (2) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni”), kif ukoll flimkien mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni għandu jkun konformi mal-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament 1286/2014.

(8)

Prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li għandhom il-PRIIP u prodotti diversi minn PRIIP, bħala opzjonijiet ta’ investiment sottostanti

Ir-Regolament 1286/2014 jirrikjedi li l-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni jkunu soġġetti għar-rekwiżiti uniformi fir-rigward tal-provvediment tal-KID lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, irrispettivament minn jekk l-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti ta’ dawk il-PRIIP humiex innifishom PRIIP.

(9)

Bidliet fil-PRIIP eżistenti inklużi fid-definizzjoni ta’ “manifattur tal-PRIIP”

L-Artikolu 4(4) tar-Regolament 1286/2014 jiddefinixxi l-“manifattur tal-PRIIP” bħala entità li timmanifattura l-PRIIP jew entità li tagħmel tibdil fil-PRIIP eżistenti inkluż tibdil fil-profil tar-riskju jew tal-benefiċċji tagħhom jew il-kostijiet assoċjati ma’ investiment f’PRIIP, iżda mhux limitat għalih.

Din id-definizzjoni tinkludi eżempji ta’ bidliet f’PRIIP eżistenti, li jagħmlu entità ta’ “manifattur tal-PRIIP” għall-finijiet tar-Regolament 1286/2014, iżda mhijiex limitata għal dawn l-eżempji. L-objettiv tar-Regolament 1286/2014 huwa li jiġi żgurat li l-informazzjoni pprovduta fil-KID tkun preċiża, ġusta, ċara u mhux qarrieqa għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u li jippermetti lill-investituri fil-livell tal-konsumatur biex iqabblu PRIIP differenti u jifhmu kompletament il-karatteristiċi individwali tagħhom. Madankollu, l-elenkar ta’ PRIIP eżistenti f’suq sekondarju ma jistax awtomatikament jimplika bidla li tbiddel il-profil tar-riskju u l-benefiċċji tiegħu jew il-kostijiet assoċjati ma’ dan il-PRIIP.

(10)

Applikazzjoni territorjali

Ir-Regolament 1286/2014 japplika għall-manifatturi tal-PRIIP kollha u l-persuni li jagħtu pariri dwar il-PRIIP disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur fit-territorju tal-Unjoni jew ibigħuhom, inklużi entitajiet u persuni bħal dawn minn pajjiżi terzi. Konsegwentement, meta investituri fil-livell tal-konsumatur fit-territorju tal-Unjoni jiddeċiedu li jissottoskrivu jew jixtru PRIIP ta’ pajjiż terz, japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament 1286/2014. F’dawn il-każijiet, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1286/2014, persuna li tagħti pariri dwar PRIIP jew li tbiegħhom, għandha tipprovdi KID lill-investituri fil-livell tal-konsumatur.

Fejn applikabbli, ir-regoli settorjali li jistipulaw il-kundizzjonijiet li bihom il-manifatturi tal-PRIIP jew il-persuni li jagħtu pariri dwar il-PRIIP jew ibigħuhom minn pajjiżi terzi jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni, għandhom jiġu rrispettati u mħarsa (3).

Meta l-PRIIP ikun disponibbli biss għal investituri barra mill-Unjoni, ma jkunx meħtieġ KID.

(11)

Offerti miftuħin fl-1 ta’ Jannar 2018

Ir-Regolament 1286/2014 ma jipprevedix xi reġim legali tranżitorju speċifiku rigward il-PRIIP disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur qabel l-1 ta’ Jannar 2018, li jibqgħu jkunu disponibbli għal investituri fil-livell tal-konsumatur wara dik id-data u għalhekk japplika għal dawk il-PRIIP.

(12)

L-offerti li jkunu magħluqa sal-31 ta’ Diċembru 2017

Meta PRIIP ma jkunx għadu disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur sa mill-1 ta’ Jannar 2018 u l-bidliet fl-impenji eżistenti huma soġġetti biss għat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali miftiehma qabel dik id-data, ma jkunx meħtieġ KID.

Meta dawn it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali jippermettu l-ħruġ tal-PRIIP eżistenti, iżda dak il-PRIIP ma jkunx għadu disponibbli għal investituri fil-livell tal-konsumatur oħrajn wara l-1 ta’ Jannar 2018, ma jkunx meħtieġ KID.

(13)

L-użu ta’ KID minn UCITS

L-impriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (minn hawn ’il quddiem “UCITS”) u l-fondi ta’ investiment alternattivi (minn hawn ’il quddiem “AIF”) li huma soġġetti għall-obbligu li jipproduċu d-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni għall-Investituri (minn hawn ’il quddiem “KIID”) skont il-liġi nazzjonali huma eżentati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament 1286/2014 bis-saħħa tal-Artikolu 32(1) tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2019. Ir-Regolament 1286/2014 ma jinkludi ebda dispożizzjoni li tippermetti li jkun hemm sostituzzjoni tal-KIID mal-KID.

(14)

It-traduzzjonijiet tal-KID

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament 1286/2014, il-KID irid jingħata f’lingwa preskritta mill-Istat Membru fejn il-PRIIP jitqassam sabiex jiġi żgurat li l-investituri fil-livell tal-konsumatur jkunu jistgħu jifhmuh. Is-sempliċi fatt li s-sit web ta’ persuna li tagħti pariri dwar il-PRIIP jew li tbiegħhom jista’ jiġi aċċessat ukoll minn investituri fil-livell tal-konsumatur minn Stati Membri minbarra l-Istat Membru fejn il-PRIIP jitqassam minn dik il-persuna (jiġifieri ma jkunx disponibbli għal dawn l-investituri fil-livell tal-konsumatur), ma jimplikax l-obbligu li jiġi pprovdut il-KID fil-lingwi preskritti minn Stati Membri oħra.

Ir-Regolament 1286/2014 ma jispeċifikax b’mod espliċitu min għandu jittraduċi l-KID jekk il-PRIIP għandux jkun disponibbli f’livell transfruntier. Madankollu, mill-Artikolu 11 tar-Regolament 1286/2014 joħroġ ċar li l-manifattur tal-PRIIP huwa responsabbli għall-preċiżjoni tat-traduzzjoni. Bl-istess mod, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament 1286/2014 jistabbilixxi li l-KID għandu jiġi ppubblikati fuq is-sit web tal-manifattur tal-PRIIP.

(15)

Responsabbiltà ċivili għal informazzjoni dwar l-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti

L-Artikolu 11 tar-Regolament 1286/2014 ma jeskludix ir-responsabbiltà ċivili li tista’ tiġġarrab mill-manifatturi tal-PRIIP għal dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni speċifika dwar opzjonijiet ta’ investiment differenti meta jirriżulta li dik l-informazzjoni hija qarrieqa, mhux preċiża jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tad-dokumenti prekuntrattwali jew kuntrattwali legalment vinkolanti jew mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament 1286/2014 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni.

(16)

Kanali ta’ distribuzzjoni

Ir-Regolament 1286/2014 ma jagħmilx distinzjoni bejn PRIIP li jinbiegħ b’parir mogħti lill-investitur fil-livell tal-konsumatur jew mingħajru, jew akkwistat mill-investitur fil-livell tal-konsumatur fuq inizjattiva tiegħu stess jew b’xi mod ieħor. Għal kull PRIIP disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, manifattur tal-PRIIP għandu jfassal u jippubblika KID għal dak il-prodott fuq is-sit web tiegħu filwaqt li persuna li tagħti pariri dwar il-PRIIP jew li tbigħu, għandha tipprovdi KID lill-investituri fil-livell tal-konsumatur.

(17)

PRIIP mibjugħa minn intermedjarji biss

Anki meta PRIIP ikun mibjugħ esklussivament minn persuni għajr il-manifattur tal-PRIIP, skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament 1286/2014, il-manifattur tal-PRIIP għandu jfassal u jippubblika KID għal dak il-prodott fuq is-sit web tiegħu.

(18)

It-tqassim ta’ PRIIP mingħajr KID

Persuna li tagħti pariri dwar il-PRIIP jew li tbigħu, għandha tipprovdi KID lill-investituri fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 13 tar-Regolament 1286/2014. It-tqassim ta’ PRIIP mingħajr KID huwa ksur tar-Regolament 1286/2014.

(19)

Prodott li mhuwiex PRIIP offrut flimkien ma’ PRIIP

Meta prodott li mhuwiex PRIIP jiġi offrut flimkien ma’ PRIIP u l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament 1286/2014 ma tiġix affettwata mill-prodott li mhuwiex PRIIP, il-KID ta’ dak il-PRIIP jista’ jirreferi biss għall-prodott li mhuwiex PRIIP fit-taqsima “Informazzjoni rilevanti oħra”.

(20)

Adattamenti għall-KID

Ir-Regolament 1286/2014 ma jippermetti l-ebda adattament għall-KID, inklużi t-titoli u s-sekwenza tat-taqsimiet.

(21)

It-tul tal-KID

Ir-Regolament 1286/2014 jiddikjara b’mod ċar li l-KID għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż u ta’ massimu ta’ tliet faċċati ta’ karta A4 stampata.

(22)

Speċifikazzjoni tal-awtorità kompetenti

Il-punt (a) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament 1286/2014 jirrikjedi biss li l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-manifattur tal-PRIIP tkun inkluża fil-KID, jiġifieri, informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-manifattur tal-PRIIP, irrispettivament minn jekk dan il-manifattur tal-PRIIP iwettaqx attivitajiet transfruntieri.

(23)

KID “Fuq talba” jew “ħin reali”

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament 1286/2014, fil-każ li rieżami jindika li hemm bżonn isir tibdil, il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jirrevedu l-KID. Il-KID rivedut għandu jsir disponibbli fil-pront. La r-Regolament 1286/2014 u lanqas ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni ma jirrikjedu li l-manifatturi tal-PRIIP jipprovdu KID “fuq talba” jew f’“ħin reali”. Sakemm ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni ma jispeċifikax mod ieħor, il-frekwenza li biha l-manifattur għandu jirrieżamina u jirrevedi l-KID jiddependi min-natura tal-PRIIP u sa liema punt l-informazzjoni pprovduta fil-KID tibqa’ preċiża u ma tkunx qarrieqa.

Fl-istess ħin, is-sistemi għall-produzzjoni tal-KID “fuq talba” jew f’“ħin reali” huma permessi, sakemm il-KID riveduti jikkonformaw mar-regoli tar-Regolament 1286/2014, inkluż il-pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-manifattur tal-PRIIP.


(1)  ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 tat-8 ta’ Marzu 2017 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs), billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (ĠU L 100, 12.4.2017, p. 1.)

(3)  Pereżempju d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19), id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338), id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1), id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1), id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).


7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/15


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8504 — EDF Energy Services/ESSCI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 218/03)

Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8504. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/15


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8485 — Hitachi Group/Honda/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 218/04)

Fit-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8485. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/16


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8429 — BNP Paribas/Caisse des Dépôts et Consignations/Société Générale/Euronext/Euroclear/S2IEM/CACEIS/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 218/05)

Fit-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8429. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/16


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8467 — BNP Paribas/Commerz Finanz)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 218/06)

Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8467. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/17


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8439 — Wärtsilä/CSSC/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 218/07)

Fit-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8439. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/17


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8490 — Blackstone/CPPIB/Ascend Learning)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 218/08)

Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8490. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/18


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Lulju 2017

(2017/C 218/09)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1385

JPY

Yen Ġappuniż

129,01

DKK

Krona Daniża

7,4369

GBP

Lira Sterlina

0,88013

SEK

Krona Żvediża

9,6310

CHF

Frank Żvizzeru

1,0975

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,5298

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,147

HUF

Forint Ungeriż

309,37

PLN

Zloty Pollakk

4,2478

RON

Leu Rumen

4,5933

TRY

Lira Turka

4,1367

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5008

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4728

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8918

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5697

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5749

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 317,44

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,3470

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7443

HRK

Kuna Kroata

7,4055

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 242,24

MYR

Ringgit Malażjan

4,8938

PHP

Peso Filippin

57,733

RUB

Rouble Russu

68,4881

THB

Baht Tajlandiż

38,800

BRL

Real Brażiljan

3,7639

MXN

Peso Messikan

20,9250

INR

Rupi Indjan

73,7325


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/19


Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet fl-Artikolu 16(2) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2017/C 218/10)

Il-pubblikazzjoni tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet fl-Artikolu 16(2) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament regolari fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

GREĊJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 360 tal-10.12.2013

Is-servizz nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera: Ελληνική Αστυνομία (Helliniki Astynomia – il-Pulizija Ellenika), Λιμενικό Σώμα (Limeniko Soma – il-Gwardja Kostali Ellenika), Τελωνεία (Telonia – id-Dwana), Πολεμικό Ναυτικό (Polemiko Naytiko – il-Flotta Navali Ellenika).

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 17.

 

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 1.

 

ĠU C 164, 18.7.2007, p. 45.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 21.

 

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 15.

 

ĠU C 87, 1.4.2010, p. 15.

 

ĠU C 180, 21.6.2012, p. 2.

 

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 2.

 

ĠU C 256, 5.9.2013, p. 14.

 

ĠU C 360, 10.12.2013, p. 17.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/20


AVVIŻ TA’ BIDU

Il-proċedura ta’ eżami tal-Unjoni dwar ostakli għall-kummerċ fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) 2015/1843 applikat mir-Repubblika tat-Turkija li jikkonsisti f’miżuri li jaffettwaw l-importazzjoni ta’ karta ħielsa mill-injam mhux miksija

(2017/C 218/11)

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2015/1843 (1) li tagħti bidu għal proċedura ta’ eżaminazzjoni tal-Unjoni wara ilment imressaq mill-assoċjazzjoni tal-industrija dwar ostakolu għall-kummerċ.

1.   Prodotti kkonċernati

Karta ħielsa mill-injam mhux koperta taħt l-intestaturi li ġejjin taħt is-Sistema Armonizzata: 4802.55.15.10.00, 4802.55.25.10.00, 4802.55.30.10.00, 4802.55.90.10.00, 4802.56.20.20.00, 4802.56.80.10.00, u 4802.57.00.10.00.

2.   Pajjiż ikkonċernat

Ir-Repubblika tat-Turkija

3.   Sommarju tal-Ilment

L-ilment jikkonċerna s-sistema ta’ sorveljanza tal-importazzjoni mit-Turkija introdott fit-28 ta’ Settembru 2015 għal karta ħielsa mill-injam mhux miksija. Dik is-sistema ta’ sorveljanza fuq l-importazzjoni, li skont l-ilment introduċiet rekwiżit ta’ liċenzjar ta’ importazzjoni speċifiku, tapplika biss għal karta importata fit-Turkija b’valur doganali ta’ USD 1 200 għal kull tunnellata jew anqas, limitu li jkopri l-importazzjonijiet kollha mill-Unjoni Ewropea.

Skont l-ilment, ma jkunx possibbli għal importatur li jikseb tali liċenzja tal-importazzjoni minħabba rekwiżiti ta’ informazzjoni speċifiċi dwar il-proċedura għall-għoti ta’ liċenzji. Biex tinkiseb liċenzja ta’ importazzjoni, l-awtoritajiet Torok allegatament jitolbu informazzjoni li għandhom aċċess għaliha biss il-produtturi tal-karta. Għal din ir-raġuni, l-importaturi allegatament ma jaraw l-ebda alternattiva ħlief li jiddikjaraw valur ta’ dazju ’l fuq minn 1 200 USD għal kull tunnellata tal-importazzjonijiet ta’ karta anki jekk il-valur attwali tal-importazzjoni huwa inqas minn dan l-ammont.

L-ilment jallega wkoll li tali dikjarazzjoni ta’ valur li jaqbeż il-valur attwali joħloq, bħala effett sekondarju, tariffa addizzjonali għall-importatur tal-prodott bħala rifużjoni għal taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa fuq l-importazzjoni hija allegatament limitata għall-ammont ta’ taxxa fuq il-valur miżjud miġbura fuq il-prezz attwali tal-bejgħ u l-prezz tal-bejgħ attwali huwa dejjem inqas mill-prezz tal-importazzjoni dikjarat. It-taxxa fuq il-valur miżjud fuq id-differenza bejn dawk il-prezzijiet għalhekk tikkostitwixxi taxxa addizzjonali imposta fuq l-importazzjoni fuq il-karta.

L-ilment jallega li l-miżuri adottati mit-Turkija jistgħu jkunu inkompatibbli mal-Artikoli 5 u 50 tal-Ftehim dwar l-Unjoni Doganali, l-Artikolu III:2 u XI:1 tal-GATT tal-1994 u tal-Ftehim tad-WTO dwar il-Proċeduri tal-Liċenzjar għall-Importazzjoni.

4.   Proċedura

Il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu informazzjoni bil-miktub dwar kwistjonijiet speċifiċi li tqajmu fl-ilment jew jipprovdu evidenza ta’ sostenn.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tisma’ lill-partijiet interessati li jitolbu dan bil-miktub, sakemm huma primarjament konċernati mir-riżultat tal-proċedura.

5.   Limitu taż-żmien

Kull informazzjoni relata mal-każ u kull talba għal smigħ għandha tasal għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 45 ijiem wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż u għandha tintbagħat bil-miktub lil:

European Commission

Directorate-General for Trade

TRADE.F.2 — Trade Barrier Complaints

CHAR 6/135

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: trade-tbr@ec.europa.eu


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1843 tas-6 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8537 — Moody’s/Bureau van Dijk Electronic Publishing)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 218/12)

1.

Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Moody’s Corporation (“Moody’s”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża Bureau Van Dijk Electronic Publishing BV (“BvD”, in-Netherlands), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Moody’s: klassifikazzjonijiet tal-kreditu, riċerka, għodod, analiżi u servizzi professjonali relatati ma’ swieq finanzjarji;

—   għal BvD: informazzjoni dwar il-kumpanija u servizzi oħra ta’ intelligence tan-negozju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8537 — Moody’s/Bureau van Dijk Electronic Publishing, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8498 — Toray/Mitsui/Soda)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 218/13)

1.

Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ tranżazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Toray Industries Inc. (“Toray”, il-Ġappun), u Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun) għandhom l-intenzjoni li jakkwistaw il-kontroll konġunt, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ta’ Soda Aromatic Co., Ltd (“Soda”, il-Ġappun).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Toray hija kumpanija dinjija li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fil-Ġappun b’attivitajiet f’aktar minn 20 pajjiż, attiva fil-manifattura, l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ fibri u tessuti, plastik u kimiċi, prodotti relatati mal-IT u materjal kompost tal-fibri tal-karbonju; Il-forniment ta’ servizzi ambjentali, tal-inġinerija u tax-x-xjenzi tal-ħajja;

Mitsui hija grupp dinji Ġappuniż attiv fil-forniment tal-loġistika u l-finanzjament, l-iżvilupp ta’ infrastruttura internazzjonali ewlenija u proġetti oħra f’diversi oqsma: azzar, minerali u r-riżorsi tal-metalli; sistemi ta’ trasport; kimiċi, enerġija, ikel, kura tas-saħħa, konsumatur, IT, komunikazzjoni u żvilupp korporattiv, fuq bażi dinjija;

Sodju hija kumpanija Ġappuniża attiva fil-manifattura, il-bejgħ, ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ fwejjaħ, kimiċi tat-togħma u l-aroma fl-Asja u fl-Ewropa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza “M.8498 — Toray/Mitsui/Soda”, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/24


Rettifika tal-informazzjoni dwar is-sessjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li adottat id-dokumenti ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali C 209 tat-30 ta’ Ġunju 2017

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 209 tat-30 ta’ Ġunju 2017 )

(2017/C 218/14)

Fl-ewwel paġna tal-qoxra, taħt it-titolu “I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet”,

minflok:

“il-523 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-22 u d-23 ta’ Frar 2017”,

aqra:

“il-524 Sessjoni Plenarja tal-KESE fid-29 u t-30 ta’ Marzu 2017”;

Fl-ewwel paġna tal-qoxra, taħt it-titolu “III Atti preparatorji”,

minflok:

“il-523 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-22 u d-23 ta' Frar 2017”,

aqra:

“il-524 Sessjoni Plenarja tal-KESE fid-29 u t-30 ta’ Marzu 2017”;

F’paġna 1,

minflok:

“IL-523 SESSJONI PLENARJA TAL-KESE FIT-22 U D-23 TA’ FRAR 2017”,

aqra:

“IL-524 SESSJONI PLENARJA TAL-KESE FID-29 U T-30 TA’ MARZU 2017”;

F’paġna 15,

minflok:

“IL-523 SESSJONI PLENARJA TAL-KESE FIT-22 U D-23 TA’ FRAR 2017”,

aqra:

“IL-524 SESSJONI PLENARJA TAL-KESE FID-29 U T-30 TA’ MARZU 2017”.