ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 213

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
3 ta' Lulju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 213/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 213/02

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 213/03

Kawża C-387/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajowa Izba Odwoławcza – il-Polonja) – Esaprojekt sp. z o.o. vs Województwo Łódzkie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza — Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali tal-operaturi ekonomiċi — Artikolu 48(3) — Possibbiltà li wieħed jinvoka l-abilitajiet ta’ entitajiet oħra — Artikolu 51 — Possibbiltà li l-offerta tiġi kkompletata — Artikolu 45(2)(g) — Esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku minħabba nuqqas serju)

5

2017/C 213/04

Kawża C-239/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – RFA International, LP vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dumping — Importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja — Ċaħda ta’ talbiet għal rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa)

6

2017/C 213/05

Kawża C-274/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 132(1)(f) — Eżenzjoni mill-VAT tal-provvisti ta’ servizzi pprovduti minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom — Artikolu 168(a) u Artikolu 178(a) — Dritt għal tnaqqis għall-membri tal-grupp — Artikolu 14(2)(ċ) u Artikolu 28 — Aġir ta’ membru f’ismu stess u għall-benefiċċju tal-grupp)

7

2017/C 213/06

Kawża C-315/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Obvodní soud pro Prahu – ir-Repubblika Ċeka) – Marcela Pešková, Jiří Peška vs Travel Service a.s. [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 5(3) — Kumpens lill-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ tħassir jew ta’ dewmien twil ta’ titjira — Portata — Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens — Kolliżjoni bejn ajruplan u għasfur — Kunċett ta’ ċirkustanzi straordinarji — Kunċett ta’ miżuri raġonevoli sabiex tiġi evitata ċirkustanza straordinarja jew jiġu evitati l-konsegwenzi ta’ tali ċirkustanza]

7

2017/C 213/07

Kawża C-339/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra Luc Vanderborght (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Provvista ta’ kura tal-ħalq u tas-snien — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut ir-reklamar fil-qasam tas-servizzi tal-kura tal-ħalq u tas-snien — Eżistenza ta’ element transkonfinali — Ħarsien tas-saħħa pubblika — Proporzjonalità — Direttiva 2000/31/KE — Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Reklamar permezz ta’ sit tal-Internet — Membru ta’ professjoni rregolata — Regoli professjonali — Direttiva 2005/29/KE — Prattika kummerċjali żleali — Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-saħħa — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-professjonijiet irregolati)

8

2017/C 213/08

Kawża C-502/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Artikoli 3 sa 5 u 10 — Punti A, B u D tal-Anness I — Trattament tal-ilma urban mormi — Sistemi ta’ ġbir — Trattament sekondarju jew ekwivalenti — Trattament iktar strett f’żoni iktar sensittivi)

9

2017/C 213/09

Kawża C-699/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Brockenhurst College (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet — Provvista bi ħlas ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment minn stabbiliment ta’ tagħlim għal pubbliku ristrett)

10

2017/C 213/10

Kawża C-13/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde vs Rīgas pašvaldības SIA Rīgas satiksme (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 7(f) — Data personali — Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali — Kunċett ta’ ħtieġa għall-finijiet tal-interessi leġittimi li jkollu terz — Talba għall-komunikazzjoni ta’ data personali ta’ persuna responsabbli għal inċident tat-traffiku sabiex tiġi eżerċitata azzjoni ġudizzjarja — Obbligu tal-kontrollur tad-data li jilqa’ tali talba — Assenza)

11

2017/C 213/11

Kawża C-17/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL vs Administration des douanes et droits indirects (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1889/2005 — Kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea — Artikolu 3(1) — Persuna fiżika li tidħol jew li toħroġ mill-Unjoni — Obbligu ta’ dikjarazzjoni — Żona internazzjonali ta’ tranżitu tal-ajruport ta’ Stat Membru)

11

2017/C 213/12

Kawża C-29/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stralsund – il-Ġermanja) – HanseYachts AG vs Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 27 — Lis alibi pendens — Qorti adita l-ewwel — Artikolu 30(1) — Kunċett ta’ att promotur jew ta’ att ekwivalenti — Rikors għall-finijiet ta’ perizja ġudizzjarja għaż-żamma jew l-istabbiliment tal-prova tal-fatti li jistgħu jkunu l-bażi ta’ azzjoni legali ulterjuri qabel ma tkun inbdiet l-ebda kawża)

12

2017/C 213/13

Kawża C-33/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – kawża mressqa minn A Oy Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 148(d) — Eżenzjoni — Provvista ta’ servizzi mwettqa għall-bżonnijiet diretti tal-bastimenti użati għan-navigazzjoni fl-ibħra miftuħa u tal-merkanzija tagħhom — Tagħbija ta’ merkanzija mwettqa minn subappaltatur f’isem intermedjarju

12

2017/C 213/14

Kawża C-71/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Comercializadora Eloro, SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Zumex Group, SA (Appell — Trade mark tal – Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għar – reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva li tinkludi l – element verbali ZUMEX — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali JUMEX — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Punt b tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) — Prova tal-użu — Użu fl-Unjoni Ewropea — Artikolu 76(2) — Provi supplimentari tal-użu prodotti tardivament quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO))

13

2017/C 213/15

Kawża C-98/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa tas-suċċessjoni — Legat għall-benefiċċju ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ lukru — Applikazzjoni ta’ rata preferenzjali għall-organi li jeżistu jew huma legalment ikkostitwiti fil-Greċja kif ukoll għall-organi barranin simili taħt riżerva ta’ reċiproċità — Differenza ta’ trattament — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni)

14

2017/C 213/16

Kawża C-417/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – August Storck KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 7(1)(b) — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade mark figurattiva — Rappreżentazzjoni ta’ ppakkjar f’forma kwadra bajda u blu — Karattru distintiv)

14

2017/C 213/17

Kawża C-535/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-27 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureș – ir-Rumanija) – Michael Tibor Bachman vs FAER IFN SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 2(b) — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kunċett ta’ konsumatur — Persuna fiżika li kkonkludiet kuntratt ta’ novazzjoni ma’ stabbiliment ta’ kreditu sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ rimbors ta’ krediti kkuntrattati minn kumpannija fil-konfront ta’ dan l-istabbiliment)

15

2017/C 213/18

Kawża C-36/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Minden (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2017 – Daher Muse Ahmed vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

15

2017/C 213/19

Kawża C-86/17: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 minn Redpur GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-227/15 – Redpur GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

16

2017/C 213/20

Kawża C-112/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2017 – Angela Irmgard Diedrich et vs Société Air France SA

17

2017/C 213/21

Kawża C-125/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Luigi Bisignani vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale 1 di Roma

17

2017/C 213/22

Kawża C-132/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2017 – Peugeot Deutschland GmbH vs Deutsche Umwelthilfe eV

18

2017/C 213/23

Kawża C-144/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Calabria (l-Italja) fit-22 ta’ Marzu 2017 – Lloyd’s of London vs Agenzia Regionale per la Protezione dell’Ambiente della Calabria

18

2017/C 213/24

Kawża C-149/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Bastei Lübbe GmbH & Co. KG vs Michael Strotzer

19

2017/C 213/25

Kawża C-152/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Consorzio Italian Management e Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA

19

2017/C 213/26

Kawża C-165/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ April 2017 – Morgan Stanley & Co International plc vs Ministre de l'Économie et des Finances

20

2017/C 213/27

Kawża C-185/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-10 ta’ April 2017 – Nachalnik na Mitnitsa Varna vs Saksa OOD

21

2017/C 213/28

Kawża C-215/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-25 ta’ April 2017 – Nova Kreditna banka Maribor, d.d. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

21

2017/C 213/29

Kawża C-222/17 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 minn Plásticos Españoles, S.A. (ASPLA) u Armando Álvarez, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla estiża) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-40/15, ASPLA u Armando Álvarez vs L-Unjoni Ewropea

22

2017/C 213/30

Kawża C-230/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Mejju 2017 – Érdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn vs Udlændingestyrelsen

23

2017/C 213/31

Kawża C-240/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – E.

23

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 213/32

Kawża T-531/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Sotiropoulou et vs Il-Kunsill (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika ekonomika u monetarja — Deċiżjonijiet indirizzati lil Stat Membru bil-għan li tiġi rrimedjata sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv — Tnaqqis u twaqqif ta’ drittijiet tal-pensjoni fil-Greċja — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

25

2017/C 213/33

Kawżi magħquda T-15/15 u T-197/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2017 – Costa vs Il-Parlament [Sistema ta’ remunerazzjoni tal-Membri tal-Parlament — Pensjoni tal-irtirar — Sospensjoni — Irkupru — Regola antikumulu — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri fil-Parlament — Riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali — Artikolu 12(2a)(v) tar-Regolament dwar l-allowances għall-ivvjaġġar tal-Membri — Kumpens irċevut għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ president ta’ awtorità tal-port Taljana — Aspettattivi leġittimi]

25

2017/C 213/34

Kawża T-122/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE [Politika ekonomika u monetarja — Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 — Mekkaniżmu superviżorju uniku — Kompetenzi tal-BĊE — Eżerċizzju deċentralizzat mill-awtoritajiet nazzjonali — Evalwazzjoni tas-sinifikanza ta’ istituzzjoni ta’ kreditu — Ħtieġa ta’ superviżjoni diretta mill-BĊE]

26

2017/C 213/35

Kawża T-303/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Barqawi vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

27

2017/C 213/36

Kawża T-304/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Abdulkarim vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

27

2017/C 213/37

Kawża T-376/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – KK vs EASME (Programm qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni Horizon 2020 — Sejħa għall-proposti abbażi tal-programm ta’ ħidma 2014-2015 — Proġramm ta’ sostenn għall-innovazzjoni fil-PMEs — Deċiżjoni tal-EASME li tiddikjara proposta mhux eliġibbli — Regola ta’ sottomissjoni unika — Proċedura ta’ reviżjoni tal-evalwazzjoni — Inaċċessibbiltà temporanja tal-portal elettroniku għar-reġistrazzjoni tal-proposti — Żball ta’ evalwazzjoni — Ksur tar-regoli proċedurali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

28

2017/C 213/38

Kawża T-159/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Metronia vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE O NADA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TRIPLE O NADA — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti TRIPLE BINGO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

29

2017/C 213/39

Kawża T-71/16 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2007 — Żbalji ta’ liġi — Appell manifestament infondat)

29

2017/C 213/40

Kawża T-73/16 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Fastidju psikoloġiku — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Żbalji ta’ liġi — Appell manifestament infondat)

30

2017/C 213/41

Kawża T-111/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Computer Market vs EUIPO (COMPUTER MARKET)

30

2017/C 213/42

Kawża T-211/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2017 – Amplexor Luxembourg vs Il-Kummissjoni

31

2017/C 213/43

Kawża T-231/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – SE vs Il-Kunsill

31

2017/C 213/44

Kawża T-233/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

32

2017/C 213/45

Kawża T-245/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – ViaSat vs Il-Kummissjoni

33

2017/C 213/46

Kawża T-256/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2017 – Labiri vs KESE

34

2017/C 213/47

Kawża T-258/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – Arbuzov vs Il-Kunsill

35

2017/C 213/48

Kawża T-276/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Ogrodnik vs EUIPO – Aviario Tropical (Tropical)

35

2017/C 213/49

Kawża T-278/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN)

36

2017/C 213/50

Kawża T-279/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 – Hermann Bock vs EUIPO (Push and Ready)

37

2017/C 213/51

Kawża T-280/17: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2017 – GE.CO.P. vs Il-Kummissjoni

37

2017/C 213/52

Kawża T-287/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Swemac Innovation vs EUIPO – Swemac Medical Appliances (SWEMAC)

38


 

Rettifika

2017/C 213/53

Rettifika għall-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċijali fil-Kawża T-197/17 ( ĠU C 151, 15.5.2017 )

39


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 213/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 202, 26.6.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 195, 19.6.2017

ĠU C 178, 6.6.2017

ĠU C 168, 29.5.2017

ĠU C 161, 22.5.2017

ĠU C 151, 15.5.2017

ĠU C 144, 8.5.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/2


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2017/C 213/02)

Fit-8 ta’ Ġunju 2017, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara d-dħul fil-kariga tal-Imħallef C. Mac Eochaidh, fuq proposta tal-President ippreżentata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li temenda d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tal-21 ta’ Settembru 2016 (1), għall-perijodu mit-8 ta’ Ġunju 2017 sal-31 ta’ Awwissu 2019 u li tassenja l-Imħallfin lill-Awli kif ġej:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

I. Pelikánová, President tal-Awla, V. Valančius, P. Nihoul, J. Svenningsen u U. Öberg, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

I. Pelikánová, President tal-Awla;

a)

P. Nihoul u J. Svenningsen, Imħallfin;

b)

V. Valančius u U. Öberg, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla, E. Buttigieg, F. Schalin, B. Berke u M. J. Costeira, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla;

a)

F. Schalin u M. J. Costeira, Imħallfin;

b)

E. Buttigieg u B. Berke, Imħallfin.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, V. Kreuschitz, I. S. Forrester, N. Półtorak u E. Perillo, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla;

a)

I. S. Forrester u E. Perillo, Imħallfin;

b)

V. Kreuschitz u N. Półtorak, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla, J. Schwarcz, C. Iliopoulos, L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u I. Reine, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla;

a)

J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin;

b)

L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u I. Reine, Imħallfin.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla, I. Labucka, A. Dittrich, I. Ulloa Rubio u P. G. Xuereb, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla;

a)

A. Dittrich u P. G. Xuereb, Imħallfin;

b)

I. Labucka u I. Ulloa Rubio, Imħallfin.

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla, S. S. Papasavvas, D. Spielmann, Z. Csehi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin.

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla;

a)

S. S. Papasavvas u O. Spineanu-Matei, Imħallfin;

b)

D. Spielmann u Z. Csehi, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla, M. Kancheva, E. Bieliūnas, A. Marcoulli u A. Kornezov, Imħallfin.

Is-Seba Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla;

a)

E. Bieliūnas u A. Kornezov, Imħallfin;

b)

E. Bieliūnas u A. Marcoulli, Imħallfin;

c)

A. Marcoulli u A. Kornezov, Imħallfin.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Collins, President tal-Awla, M. Kancheva, E. Bieliūnas, R. Barents u J. Passer, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Collins, President tal-Awla;

a)

R. Barents u J. Passer, Imħallfin;

b)

M. Kancheva u R. Barents, Imħallfin;

c)

M. Kancheva u J. Passer, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla, L. Madise, R. da Silva Passos, K. Kowalik-Bańczyk u C. Mac Eochaidh, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla;

a)

L. Madise u R. da Silva Passos, Imħallfin;

b)

K. Kowalik-Bańczyk u C. Mac Eochaidh, Imħallfin.

Iż-żewġ Awli komposti minn erba’ Mħallfin ser ikunu komposti minn ħames Imħallfin permezz tal-inklużjoni ta’ Mħallef mill-Awla l-oħra komposta minn erba’ Mħallfin, bl-esklużjoni tal-President tal-Awla, maħtur għal sena skont l-ordni previst fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura. Għalhekk, is-Seba’ Awla ser tkun estiża biż-żieda ta’ Mħallef mit-Tmien Awla u t-Tmien Awla ser tkun estiża biż-żieda ta’ Mħallef mis-Seba’ Awla.


(1)  ĠU 2016 C 392, p. 2.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajowa Izba Odwoławcza – il-Polonja) – Esaprojekt sp. z o.o. vs Województwo Łódzkie

(Kawża C-387/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza - Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali tal-operaturi ekonomiċi - Artikolu 48(3) - Possibbiltà li wieħed jinvoka l-abilitajiet ta’ entitajiet oħra - Artikolu 51 - Possibbiltà li l-offerta tiġi kkompletata - Artikolu 45(2)(g) - Esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku minħabba nuqqas serju))

(2017/C 213/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławcza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Esaprojekt sp. z o.o.

Konvenuta: Województwo Łódzkie

fil-preżenza ta’: Konsultant Komputer sp. z o.o.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], moqri flimkien mal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, wara l-iskadenza tat-terminu mogħti għall-preżentazzjoni tal-kandidaturi għal kuntratt pubbliku, operatur ekonomiku jittrażmetti lill-awtorità kontraenti, u dan sabiex jagħti prova li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fi proċedura ta’ kuntratt pubbliku, dokumenti li ma jidhrux fl-offerta inizjali tiegħu, bħal kuntratt eżegwit minn entità terza kif ukoll il-garanzija ta’ din tal-aħħar li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ dan l-operatur il-kapaċitajiet u r-riżorsi neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.

2)

L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a) ta’ din id-direttiva u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi li jidher fl-Artikolu 2 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix lil operatur ekonomiku jinvoka l-kapaċitajiet ta’ entità oħra, fis-sens tal-Artikolu 48(3) tal-imsemmija direttiva, billi jgħaqqad il-konoxxenzi u l-esperjenza ta’ żewġ entitajiet li, individwalment, ma jkunux jiddisponu mill-kapaċitajiet mitluba għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt partikolari, fil-każ fejn l-awtorità kontraenti tqis li l-kuntratt ikkonċernat huwa indiviżibbli u li tali esklużjoni mill-possibbiltà li jiġu invokati l-esperjenzi ta’ diversi operaturi ekonomiċi hija marbuta u proporzjonata mas-suġġett tal-kuntratt inkwistjoni, liema kuntratt għandu jitwettaq minn operatur wieħed.

3)

L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a) ta’ din id-direttiva u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi li jidher fl-Artikolu 2 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix lil operatur ekonomiku, li jipparteċipa individwalment fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, jinvoka l-esperjenza ta’ grupp ta’ impriżi, li fih huwa ħa sehem fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku ieħor, jekk huwa ma pparteċipax b’mod effettiv u konkret fit-twettiq ta’ dan tal-aħħar.

4)

L-Artikolu 45(2)(g) tad-Direttiva 2004/18, li jippermetti l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku, b’mod partikolari jekk ikun “gravement ħati” ta’ dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti tal-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi applikat meta l-operatur ikkonċernat ikun responsabbli ta’ negliġenza ta’ ċerta serjetà, jiġifieri negliġenza ta’ natura li jkollha influwenza determinanti fuq id-deċiżjonijiet ta’ esklużjoni, ta’ selezzjoni jew ta’ għoti tal-kuntratt pubbliku, u dan indipendentement mill-konstatazzjoni ta’ nuqqas intenzjonali f’moħħ dan l-operatur.

5)

L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a) ta’ din id-direttiva u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi li jidher fl-Artikolu 2 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti lil operatur ekonomiku jinvoka esperjenza billi jindika fl-istess ħin tnejn jew diversi kuntratti bħala kuntratt wieħed, sakemm l-awtorità kontraenti ma tkunx eskludiet tali possibbiltà minħabba rekwiżiti marbuta u proporzjonati mas-suġġett u mal-għanijiet tal-kuntratt pubbliku kkonċernat.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – RFA International, LP vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-239/15 P) (1)

((Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja - Ċaħda ta’ talbiet għal rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa))

(2017/C 213/04)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: RFA International, LP (rappreżentanti: B. Evtimov, avukat, E. Borovikov, avukat u D. O’Keeffe, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, P. Němečková u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

RFA International LP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 17.08.2015.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-274/15) (1)

((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjoni mill-VAT tal-provvisti ta’ servizzi pprovduti minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom - Artikolu 168(a) u Artikolu 178(a) - Dritt għal tnaqqis għall-membri tal-grupp - Artikolu 14(2)(ċ) u Artikolu 28 - Aġir ta’ membru f’ismu stess u għall-benefiċċju tal-grupp”))

(2017/C 213/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u C. Soulay, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, aġent, assistit minn F. Kremer u P. E. Partsch, avukati, kif ukoll minn B. Gasparotti, espert)

Dispożittiv

1)

Billi jipprevedi s-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud dwar il-gruppi indipendenti ta’ persuni, kif iddefinita, l-ewwel nett, fl-Artikolu 44(1)(y) tat-test ikkoordinat tal-loi du 12 février 1979 concernant la taxe sur la valeur ajoutée (Liġi tat-12 ta’ Frar 1979 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud), moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) u mal-Artikolu 3 tar-règlement grand-ducal du 21 janvier 2004 relatif à l’exonération de la TVA des prestations de services fournies à leurs membres par des groupements autonomes de personnes (Regolament Gran Dukali tal-21 ta’ Jannar 2014 dwar l-eżenzjoni mill-VAT tal-provvisti ta’ servizzi pprovduti minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom), it-tieni nett, fl-Artikolu 4 ta’ dan l-istess regolament, moqri flimkien maċ-Ċirkolari amministrattiva Nru 707, tad-29 ta’ Jannar 2004, sa fejn tipprovdi kummentarju dwar l-imsemmi Artikolu 4, u, it-tielet nett, fin-nota tat-18 ta’ Diċembru 2008 fformulata mill-grupp ta’ ħidma li huwa attiv fil-comité d’observation des marchés (COBMA) (Kumitat għall-investigazzjoni tas-suq) bil-kunsens tal-Administration de l’Enregistrement et des Domaines (Dipartiment tar-reġistrazzjoni u tal-artijiet), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2(1)(ċ), taħt l-Artikolu 132(1)(f), taħt l-Artikolu 168(a), taħt l-Artikolu 178(a), taħt l-Artikolu 14(2)(ċ) u taħt l-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Obvodní soud pro Prahu – ir-Repubblika Ċeka) – Marcela Pešková, Jiří Peška vs Travel Service a.s.

(Kawża C-315/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Kumpens lill-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ tħassir jew ta’ dewmien twil ta’ titjira - Portata - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens - Kolliżjoni bejn ajruplan u għasfur - Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” - Kunċett ta’ “miżuri raġonevoli” sabiex tiġi evitata ċirkustanza straordinarja jew jiġu evitati l-konsegwenzi ta’ tali ċirkustanza])

(2017/C 213/06)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Obvodní soud pro Prahu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marcela Pešková, Jiří Peška

Konvenuta: Travel Service a.s.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ tħassir jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri fid-dawl tal-premessa 14 tar-Regolament Nru 261/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kolliżjoni bejn ajruplan u għasfur taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri fid-dawl tal-premessa 14 ta’ dan, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tħassir jew d-dewmien twil ta’ titjira ma huwiex dovut għal ċirkustanzi straordinarji, meta dan it-tħassir jew dan id-dewmien jirriżulta mill-użu minn trasportatur bl-ajru ta’ espert magħżul minnu sabiex jaffettwa mill-ġdid il-kontrolli ta’ sigurtà meħtieġa minn kolliżjoni ma’ għasfur, wara li dawn ikunu diġà twettqu minn espert li huwa awtorizzat jagħmel dawn taħt ir-regolamenti applikabbli.

3)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri fid-dawl tal-premessa 14 ta’ dan, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“miżuri raġonevoli” li trasportatur bl-ajru għandu jimplementa sabiex inaqqas u jevita r-riskji ta’ kolliżjoni ma’ għasfur u għalhekk sabiex jiġi eżentat mill-obbligu tiegħu ta’ kumpens lill-passiġġieri skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament jinkludu l-użu ta’ miżuri ta’ kontroll fuq bażi preventiva tal-eżistenza ta’ dawn l-għasafar, bil-kundizzjoni li, b’mod partikolari fuq il-livell tekniku u l-livell amministrattiv, tali miżuri jistgħu effettivament jiġu adottati minn dan it-trasportatur bl-ajru, li dawn il-miżuri ma jagħtux lok għal sagrifiċċji mhux tollerabbli fir-rigward tal-kapaċitajiet tal-impriża tiegħu u li dan it-trasportatur ikun wera li dawn il-miżuri kienu effettivament ittieħdu fir-rigward tat-titjira kkonċernata mill-kolliżjoni ma’ għasfur, kundizzjonijiet li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li huma ssodisfatti.

4)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri fid-dawl tal-premessa 14 ta’ dan, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ dewmien ta’ titjira ta’ tliet sigħat jew iktar mill-wasla li sseħħ mhux biss f’ċirkustanza straordinarja, li ma setgħatx tiġi evitata permezz ta’ miżuri xierqa għas-sitwazzjoni u li kienet is-suġġett, min-naħa tat-trasportatur bl-ajru, tal-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi ta’ dan, iżda wkoll f’ċirkustanza oħra li ma taqax taħt din il-kategorija, id-dewmien ikkawżat minn din l-ewwel ċirkustanza għandu jiġi mnaqqas mill-ħin ta’ dewmien totali mill-wasla tat-titjira kkonċernata sabiex jiġi evalwat jekk id-dewmien mill-wasla ta’ din it-titjira kellux ikun is-suġġett ta’ kumpens previst taħt l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra Luc Vanderborght

(Kawża C-339/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Provvista ta’ kura tal-ħalq u tas-snien - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut ir-reklamar fil-qasam tas-servizzi tal-kura tal-ħalq u tas-snien - Eżistenza ta’ element transkonfinali - Ħarsien tas-saħħa pubblika - Proporzjonalità - Direttiva 2000/31/KE - Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Reklamar permezz ta’ sit tal-Internet - Membru ta’ professjoni rregolata - Regoli professjonali - Direttiva 2005/29/KE - Prattika kummerċjali żleali - Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-saħħa - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-professjonijiet irregolati))

(2017/C 213/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Luc Vanderborght

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproteġi s-saħħa pubblika u d-dinjità tal-professjoni ta’ dentist, minn naħa, billi tipprekludi b’mod ġenerali u assolut kull reklamar relattiv għal servizzi ta’ kura tal-ħalq u tas-snien u, min-naħa l-oħra, billi tistabbilixxi ċerti rekwiżiti ta’ diskrezzjoni f’dak li jikkonċerna t-tabelli tal-kliniki dentali.

2)

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprekludi b’mod ġenerali u assolut kull reklamar relattiv għal servizzi ta’ kura tal-ħalq u tas-snien, sa fejn din tipprekludi kull forma ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali b’mezz elettroniku, inkluż permezz ta’ website maħluqa minn dentist.

3)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprekludi b’mod ġenerali u assolut kull reklamar relattiv għal provvista ta’ kura tal-ħalq u tas-snien.


(1)  ĠU C 311, 21.09.2015.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-502/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Artikoli 3 sa 5 u 10 - Punti A, B u D tal-Anness I - Trattament tal-ilma urban mormi - Sistemi ta’ ġbir - Trattament sekondarju jew ekwivalenti - Trattament iktar strett f’żoni iktar sensittivi))

(2017/C 213/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling, aġent, assistit minn S. Ford, barrister)

Dispożittiv

1)

Billi ma żgurax li l-ilma miġbur f’sistema konġunta li tilqa’ l-ilma urban mormi u l-ilma tax-xita fl-agglomerazzjonijiet ta’ Gowerton u Llanelli jinżamm u jittieħed għal finijiet ta’ trattament, konformement mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 3, 4 u 10 ta’ din id-direttiva u taħt il-punti A, u B tal-Anness I tagħha.

2)

Billi ma ħoloqx trattament sekondarju għall-ilma urban mormi tal-agglomerazzjoni ta’ Ballycastle u billi ma ssuġġetta għal ebda trattament l-ilma urban mormi tal-agglomerazzjoni ta’ Gibraltar, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 u tal-punt B tal-Anness I tagħha.

3)

Billi ma żgurax li l-ilma urban mormi jidħol fis-sistemi ta’ ġbir tal-agglomerazzjonijiet ta’ Tiverton, ta’ Durham (Barkers Haugh), ta’ Chester-le-Street, ta’ Islip, ta’ Broughton Astley, ta’ Chilton, ta’ Witham u ta’ Chelmsford, qabel ma jintrema f’żoni sensittivi, jkun suġġett għal trattament iktar strett minn dak li huwa deskritt fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva u taħt il-punt B tal-Anness I tagħha.

4)

Il-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.

5)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Brockenhurst College

(Kawża C-699/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Provvista bi ħlas ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment minn stabbiliment ta’ tagħlim għal pubbliku ristrett))

(2017/C 213/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Konvenut: Brockenhurst College

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi “relatat[i] mill-qrib” mas-servizz prinċipali ta’ tagħlim, u, għalhekk, eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), attivitajiet, imwettqa f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu fil-provvista ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment lil terzi, mill-istudenti ta’ stabbiliment ta’ edukazzjoni ogħla, fil-kuntest tat-taħriġ tagħhom u bi ħlas, peress li dawn is-servizzi huma indispensabbli għat-taħriġ tagħhom u ma humiex intiżi sabiex jinkiseb dħul addizzjonali għal dan l-istabbiliment, permezz tat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet imwettqa f’kompetizzjoni diretta ma’ dawk ta’ impriżi kummerċjali li huma suġġetti għall-ħlas tal-VAT, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde vs Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”

(Kawża C-13/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 7(f) - Data personali - Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali - Kunċett ta’ “ħtieġa għall-finijiet tal-interessi leġittimi li jkollu terz” - Talba għall-komunikazzjoni ta’ data personali ta’ persuna responsabbli għal inċident tat-traffiku sabiex tiġi eżerċitata azzjoni ġudizzjarja - Obbligu tal-kontrollur tad-data li jilqa’ tali talba - Assenza))

(2017/C 213/10)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde

Konvenuta: Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”

Dispożittiv

L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix obbligu ta’ komunikazzjoni tad-data personali lil terz sabiex dan ikun jista’ jressaq azzjoni għall-kumpens quddiem qorti ċivili minħabba dannu kkawżat mis-suġġett ta’ din id-data. Madankollu, l-Artikolu 7(f) ta’ din id-direttiva ma jipprekludix tali komunikazzjoni fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL vs Administration des douanes et droits indirects

(Kawża C-17/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea - Artikolu 3(1) - Persuna fiżika li tidħol jew li toħroġ mill-Unjoni - Obbligu ta’ dikjarazzjoni - Żona internazzjonali ta’ tranżitu tal-ajruport ta’ Stat Membru))

(2017/C 213/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL

Konvenuta: Administration des douanes et droits indirects

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni japplika fiż-żona internazzjonali ta’ tranżitu ta’ ajruport ta’ Stat Membru.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stralsund – il-Ġermanja) – HanseYachts AG vs Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

(Kawża C-29/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 27 - Lis alibi pendens - Qorti adita l-ewwel - Artikolu 30(1) - Kunċett ta’ “att promotur” jew ta’ “att ekwivalenti” - Rikors għall-finijiet ta’ perizja ġudizzjarja għaż-żamma jew l-istabbiliment tal-prova tal-fatti li jistgħu jkunu l-bażi ta’ azzjoni legali ulterjuri qabel ma tkun inbdiet l-ebda kawża))

(2017/C 213/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stralsund

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HanseYachts AG

Konvenuti: Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

Dispożittiv

L-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ ta’ lis alibi pendens, id-data li fiha tressqet proċedura intiża biex tinkiseb miżura istruttorja qabel kull kawża ma tistax tikkostitwixxi d-data li fiha “hija meqjusa bħala invokat [adita]”, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 30(1), qorti msejħa biex tiddeċiedi dwar talba fil-mertu li tressqet fl-istess Stat Membru wara r-riżultat ta’ din il-miżura.


(1)  ĠU C 136, 18.04.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – kawża mressqa minn A Oy

(Kawża C-33/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 148(d) - Eżenzjoni - Provvista ta’ servizzi mwettqa għall-bżonnijiet diretti tal-bastimenti użati għan-navigazzjoni fl-ibħra miftuħa u tal-merkanzija tagħhom - Tagħbija ta’ merkanzija mwettqa minn subappaltatur f’isem intermedjarju)

(2017/C 213/13)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A Oy

Fil-preżenza ta’: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 148(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi ta’ tagħbija ta’ merkanzija fuq jew lejn bastiment jew li tinħatt minnu huma servizzi mwettqa għall-bżonnijiet diretti tal-merkanzija tal-bastimenti li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 148(a) ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 148(d) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, jistgħu jiġu eżentati mhux biss is-servizzi li jirrigwardaw it-twettiq ta’ tagħbija ta’ merkanzija fuq jew minn bastiment li jaqa’ taħt l-Artikolu 148(a) ta’ din id-direttiva li jseħħu fl-istadju finali ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ tali servizz, iżda wkoll is-servizzi mwettqa fi stadju preċedenti, bħal servizz ipprovdut minn subappaltatur lil operatur ekonomiku li jiffatturah sussegwentement lil impriża ta’ tranżitu jew lil impriża ta’ trasport, u, min-naħa l-oħra, jistgħu jiġu eżentati wkoll is-servizzi ta’ tagħbija ta’ merkanzija pprovduti lill-possessur ta’ din il-merkanzija, bħall-esportatur jew l-importatur tagħha.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Comercializadora Eloro, SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Zumex Group, SA

(Kawża C-71/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal – Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar – reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva li tinkludi l – element verbali “ZUMEX” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali JUMEX - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Punt b tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) - Prova tal-użu - Użu fl-Unjoni Ewropea - Artikolu 76(2) - Provi supplimentari tal-użu prodotti tardivament quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)))

(2017/C 213/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comercializadora Eloro, SA (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent), Zumex Group, SA (rappreżentant: M. C. March Cabrelles, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Comercializadora Eloro SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-98/16) (1)

((Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE - Taxxa tas-suċċessjoni - Legat għall-benefiċċju ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ lukru - Applikazzjoni ta’ rata preferenzjali għall-organi li jeżistu jew huma legalment ikkostitwiti fil-Greċja kif ukoll għall-organi barranin simili taħt riżerva ta’ reċiproċità - Differenza ta’ trattament - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))

(2017/C 213/15)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: M. Tassopoulou u V. Karra, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi adottat u billi żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tipprevedi rata preferenzjali tat-taxxa tas-suċċessjoni għal-legat magħmul għall-benefiċċju ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ lukru li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea taħt riżerva ta’ reċiproċità, ir-Repubblika Ellenika naqqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta’ Mejju 1992.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – August Storck KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-417/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade mark figurattiva - Rappreżentazzjoni ta’ ppakkjar f’forma kwadra bajda u blu - Karattru distintiv))

(2017/C 213/16)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: August Storck KG (rappreżentanti: I. Rohr u P. Goldenbaum, Rechtsanwältinnen)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-27 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureș – ir-Rumanija) – Michael Tibor Bachman vs FAER IFN SA

(Kawża C-535/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 2(b) - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kunċett ta’ “konsumatur” - Persuna fiżika li kkonkludiet kuntratt ta’ novazzjoni ma’ stabbiliment ta’ kreditu sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ rimbors ta’ krediti kkuntrattati minn kumpannija fil-konfront ta’ dan l-istabbiliment))

(2017/C 213/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Mureș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Tibor Bachman

Konvenuta: FAER IFN SA

Dispożittiv

L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li, wara novazzjoni, impenjat ruħha, b’kuntratt, fil-konfront ta’ stabbiliment ta’ kreditu li tirrimborsa krediti inizjalment mogħtija lil kumpannija għall-finijiet tal-attività tagħha, tista’ titqies bħala konsumatur, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din il-persuna fiżika ma għandhiex rabta manifesta ma’ din il-kumpannija u meta hija aġixxiet b’dan il-mod għal finijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tal-attività professjonali tagħha, iżda minħabba r-rabtiet tagħha mal-persuna li kienet tikkontrolla l-imsemmija kumpannija kif ukoll mal-persuna li ffirmat kuntratti anċillari għall-kuntratti ta’ kreditu inizjali (kuntratti ta’ garanzija jew ta’ garanzija immobiljari/ipoteka).


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Minden (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2017 – Daher Muse Ahmed vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-36/17)

(2017/C 213/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Minden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Daher Muse Ahmed

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

B’digriet tal-5 ta’ April 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) iddeċidiet li d-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1), li jirregolaw, b’mod dirett jew indirett, it-termini għat-tressiq ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura ma humiex applikabbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ressaq talba għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru wara li jkun ingħata l-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja minn Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 31.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/16


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 minn Redpur GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-227/15 – Redpur GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-86/17)

(2017/C 213/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Redpur GmbH (rappreżentant: S. Schiller, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Redwell Manufaktur GmbH

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-227/15 u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inkorsi mill-appellanti f’din il-proċedura;

tikkundanna lil Redwell Manufaktur GmbH għall-ispejjeż inkorsi mill-appellanti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Aggravji u argumenti prinċipali

Applikant għal trade mark tal-UE: l-appellanti

Trade mark tal-UE kkonċernata: trade mark verbali “Redpur” għal prodotti fil-klassi 11 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-UE Nru 10 934 305

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal kontenzjużi: il-parti l-oħra fil-proċedura

Trade marks jew sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali u figurattiva tal-UE Nru 004769717 “redwell INFRAROT HEIZUNGEN” għal prodotti fil-klassi 11; trade mark verbali Awstrijaka bir-reġistrazzjoni Nru 232549 “Redwell” għal prodotti fil-klassi 11; trade mark verbali internazzjonali (WIPO) bir-reġistrazzjoni Nru 914971, “Redwell” għal prodotti fil-klassi 11 u ismijiet ta’ kumpanniji fl-Awstrija “REDWELL Manufaktur GmbH” għal sistemi ta’ tisħin u tagħmir għal tisħin tal-kmamar, b’mod partikolari tisħin infrared u sistemi ta’ tisħin infrared

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motiv: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78, p. 1).


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2017 – Angela Irmgard Diedrich et vs Société Air France SA

(Kawża C-112/17)

(2017/C 213/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Angela Irmgard Diedrich, Thorsten Diedrich, Angel Wendy Mara Diederich

Konvenuta: Société Air France SA

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ April 2017.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Luigi Bisignani vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale 1 di Roma

(Kawża C-125/17)

(2017/C 213/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luigi Bisignani

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale 1 di Roma

Domanda preliminari

L-Artikolu 64 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), moqri flimkien mal-Artikolu 63 ta’ qablu u mal-Artikolu 65 ta’ warajh, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 (1), sa fejn jippermettu rispettivament li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali jżommu r-restrizzjonijiet eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 1993 għall-moviment tal-kapital lejn jew li joriġina minn pajjiż terz sabiex jiġi evitat telf potenzjali ta’ dħul għall-Istati Membri u jinġabru l-provi tan-natura irregolari jew illegali ta’ tranżazzjonijiet li jkunu jidhru li jmorru kontra jew jiksru l-leġiżlazzjoni fiskali, billi ssir, abbażi tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità msemmija fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli li ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni għal dak li jirrigwarda r-residenza tagħhom jew il-post fejn il-kapital tagħhom ikun investit, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, skont l-Artikolu 9(1)(c) u (d) tal-Liġi Nru 97 tas-6 ta’ Awwissu 2013 (liġi Ewropea tal-2013), għall-inqas skont l-interpretazzjoni proposta miż-żewġ partijiet, ħassret b’mod definittiv (minflok irriformulat) l-elementi li jikkostitwixxu l-ksur fiskali previst u ssanzjonat mill-Artikoli 4 u 5 tal-Digriet Liġi Nru 167 tat-28 ta’ Ġunju 1990, ikkonvertit f’liġi, b’xi emendi, permezz tal-Liġi Nru 227 tal-4 ta’ Awwissu 1990, u dan mingħajr ma tagħmel distinzjoni bejn id-diversi każijiet ta’ moviment tal-kapital bejn Stati Membri tal-Unjoni u bejn dawn tal-aħħar u l-pajjiżi jew it-territorji li għandhom sistemi ta’ taxxa preferenzjali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, p. 1).


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2017 – Peugeot Deutschland GmbH vs Deutsche Umwelthilfe eV

(Kawża C-132/17)

(2017/C 213/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peugeot Deutschland GmbH

Konvenuta: Deutsche Umwelthilfe eV

Domanda preliminari

Persuna li jkollha kanal ta’ vidjos mas-servizz tal-internet YouTube, li fuqu l-utenti tal-internet jistgħu jaraw vidjos qosra ta’ reklamar għal mudelli ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri, tipprovdi servizz tal-media awdjoviżiva fis-sens tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2010/13/UE (1)?


(1)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva, ĠU 2010, L 95, p. 1.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Calabria (l-Italja) fit-22 ta’ Marzu 2017 – Lloyd’s of London vs Agenzia Regionale per la Protezione dell’Ambiente della Calabria

(Kawża C-144/17)

(2017/C 213/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale Calabria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lloyd’s of London

Konvenuta: Agenzia Regionale per la Protezione dell’Ambiente della Calabria

Domanda preliminari

Il-prinċipji sanċiti mir-regoli Ewropej fil-qasam tal-kompetizzjoni, fosthom mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħal dawk tal-awtonomija u tan-natura sigrieta tal-offerti, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, hekk kif interpretata mill-ġurisprudenza, li tippermetti l-parteċipazzjoni fl-istess waqt għall-istess sejħa għal offerti maħruġa minn awtorità kontraenti ta’ numru ta’ sindakati affiljati ma’ Lloyd’s of London, li l-offerti tagħhom ġew issottoskritti minn persuna waħda, b’mod speċifiku r-rappreżentant ġenerali għall-pajjiż?


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Bastei Lübbe GmbH & Co. KG vs Michael Strotzer

(Kawża C-149/17)

(2017/C 213/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bastei Lübbe GmbH & Co. KG

Konvenut: Michael Strotzer

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) u (2) flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li “sanzjonijiet effettivi u dissważivi kontra l-ksur tad-dritt li xogħol jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku” għandhom jibqgħu fis-seħħ anki meta l-proprjetarju ta’ konnessjoni tal-internet li permezz tagħha twettaq ksur tad-drittijiet tal-awtur permezz ta’ kondiviżjoni ta’ fajls (file sharing) ma jinżammx responsabbli meta huwa jindika mill-inqas membru wieħed tal-familja li bħalu kellu l-possibbiltà li jaċċedi għal din il-konnessjoni tal-internet, mingħajr ma jagħti iktar dettalji, stabbiliti permezz ta’ investigazzjonijiet xierqa fir-rigward tal-ħin u tan-natura tal-użu tal-internet minn dak il-membru tal-familja?

2)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/48/KE (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li “miżuri effettivi sabiex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali” għandhom jibqgħu fis-seħħ anki meta l-proprjetarju ta’ konnessjoni tal-internet li permezz tagħha twettaq ksur tad-drittijiet tal-awtur permezz ta’ kondiviżjoni ta’ fajls (file sharing) ma jinżammx responsabbli meta huwa jindika mill-inqas membru wieħed tal-familja li bħalu kellu l-possibbiltà li jaċċedi għal din il-konnessjoni tal-internet, mingħajr ma jagħti iktar dettalji, stabbiliti permezz ta’ investigazzjonijiet xierqa fir-rigward tal-ħin u tan-natura tal-użu tal-internet minn dak il-membru tal-familja?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).

(2)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Consorzio Italian Management e Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA

(Kawża C-152/17)

(2017/C 213/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Consorzio Italian Management e Catania Multiservizi SpA

Konvenuta: Rete Ferroviaria Italiana SpA

Domandi preliminari

1)

Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li teskludi r-reviżjoni tal-prezzijiet fil-kuntratti relatati mal-hekk imsejjħa setturi speċjali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk li s-suġġett tagħhom huwa differenti minn dawk imsemmija fl-istess direttiva, iżda li huwa marbut ma’ dawn tal-aħħar permezz ta’ rabta funzjonali, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea (b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) TUE, l-Artikoli 26, 56 sa 58 u 101 TFUE u l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) u mad-Direttiva 2004/17 (1)?

2)

Id-Direttiva 2004/17 (jekk jitqies li l-esklużjoni tar-reviżjoni tal-prezzijiet fil-kuntratti kollha konklużi u applikati fil-kuntest tal-hekk imsejjħa setturi speċjali tirriżulta direttament minnha), hija konformi mal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea (b’mod partikolari mal-Artikolu 3(1) TUE, mal-Artikoli 26, 56 sa 58 u 101 TFUE u mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), “fid-dawl tan-natura inġusta u sproporzjonata, u tal-alterazzjoni tal-bilanċ kuntrattwali u, għaldaqstant tar-regoli ta’ suq effiċjenti”?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ April 2017 – Morgan Stanley & Co International plc vs Ministre de l'Économie et des Finances

(Kawża C-165/17)

(2017/C 213/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Morgan Stanley & Co International plc

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Domandi preliminari

1)

F’każ li l-ispejjeż sostnuti minn kumpannija sussidjarja fl-ewwel Stat Membru ikunu ddedikati esklużivament għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet tal-kumpannija parent tagħha stabbilta fi Stat Membru ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2), (3) u (5) u tal-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (1), kif riprodotti fl-Artikoli 168, 169 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jimplikaw li l-Istat Membru tal-kumpannija sussidjarja għandu japplika għal dawn l-ispejjeż it-tnaqqis pro rata tal-kumpannija sussidjarja, iddeterminat skont it-tranżazzjonijiet li hija twettaq fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tagħha u skont regoli applikabbli f’dan l-Istat Membru, jew it-tnaqqis pro rata tal-kumpannija parent, jew inkella tnaqqis pro rata speċifiku li jgħaqqad flimkien ir-regoli applikabbli fl-Istati Membri ta’ reġistrazzjoni tal-kumpannija sussidjarja u tal-kumpannija parent, b’mod partikolari fid-dawl tal-eżistenza possibbli ta’ skema ta’ għażla għat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq it-tranżazzjonijiet?

2)

Liema regoli jeħtieġ li jiġu applikati fil-każ partikolari li fih l-ispejjeż jiġu sostnuti mill-kumpannija sussidjarja kemm għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet tagħha fl-Istat ta’ reġistrazzjoni tagħha kif ukoll għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet tal-kumpannija parent, b’mod partikolari fid-dawl tal-kunċett ta’ spejjeż ġenerali u ta’ tnaqqis pro rata?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill [77/388/KE], tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-10 ta’ April 2017 – Nachalnik na Mitnitsa Varna vs Saksa OOD

(Kawża C-185/17)

(2017/C 213/27)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fil-kassazzjoni: Nachalnik na Mitnitsa Varna

Parti oħra fil-proċedura: Saksa OOD

Domandi preliminari

1)

Ir-regola li tinsab fl-ispjegazzjonijiet tat-tabella 3 tal-istandard EN 590 (li issa sar l-istandard EN 590:2014), li tipprovdi li “huwa possibbli li d-definizzjoni taż-żjut tal-gass fis-sens tat-tariffa doganali tal-Unjoni Ewropea ma tiġix applikata għall-klassijiet intiżi li jintużaw fi klima artika jew f’kundizzjonijiet xitwin qliel”, tfisser li, għal dan it-tip ta’ karburant, huwa possibbli li ma jiġux applikati r-regoli ġenerali tan-nota komplementari 2 tal-Kapitolu 27(d) u (e) tat-Tariffa Doganali Komuni għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u jekk jiġi stabbilit li l-merkanzija suġġetta għal dazji doganali tikkorrispondi għad-definizzjoni tal-“karburant diżil intiż sabiex jintuża fi klima artika jew f’kundizzjonijiet xitwien qliel”, konformement mal-kriterji tal-istandard EN 590, din il-merkanzija għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi tariffarju 2710 19 43 tan-Nomenklatura Magħquda, li tikkorrispondi għall-“żjut tal-gass” jew inkella għandhom jiġu applikati r-regoli ġenerali tan-nota komplementari 2 tal-Kapitolu 27(d) u (e) tat-Tariffa Doganali Komuni?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema kriterji għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat meta tapplika d-definizzjoni taż-żjut tal-gass skont it-Tariffa Doganali Komuni tal-Unjoni Ewropea u meta jkun meħtieġ li jintużaw ir-rekwiżiti u l-metodi ta’ eżami tal-istandard EN 590 għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija?

4)

Il-metodi u l-indikaturi ta’ analiżi li jinsabu fin-nota komplementari 2 tal-Kapitolu 27(d) u (e) tat-Tariffa Doganali Komuni huma suffiċjenti sabiex merkanzija tiġi kkaratterizzata kompletament u preċiżament bħala “żjut tal-gass” jew għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-indikaturi kimiċi kollha li huma karatteristiċi tal-imsemmija merkanzija?


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-25 ta’ April 2017 – Nova Kreditna banka Maribor, d.d. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-215/17)

(2017/C 213/28)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nova Kreditna banka Maribor, d.d.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

It-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 2003/98, kif emendat bid-Direttiva 2013/37 (verżjoni kkonsolidata), b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ approċċ ta’ armonizzazzjoni minima, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tippermetti aċċess illimitat (assolut) għall-informazzjoni kollha li tirriżulta minn kuntratti li jikkonċernaw id-drittijiet tal-awtur u minn kuntratti ta’ konsulenza, anki jekk dawn jiġu ddefiniti bħala sigriet tan-negozju, u l-imsemmija leġiżlazzjoni tipprevedi dan biss f’rabta mal-persuni suġġetti għal influwenza dominanti tal-Istat, iżda mhux ukoll għall-persuni obbligati l-oħra, u, l-interpretazzjoni tiġi influwenzata wkoll mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 b’rabta mar-regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni, u b’mod partikolari fis-sens li l-aċċess għall-informazzjoni ta’ natura pubblika fis-sens tad-Direttiva 2003/98 ma jistax ikun iktar wiesa’ minn dak previst mir-regoli uniformi fil-qasam tal-iżvelar ta’ data previsti mill-imsemmi regolament?

2)

Ir-Regolament Nru 575/2013, meqjus taħt il-profil tar-regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni fir-rigward tal-attività kummerċjali tal-banek, u b’mod iktar preċiż l-Artikoli 446 u 432(2), li jinsabu fil-Parti Tmienja ta’ tali regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tali regoli jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li timponi fuq bank li jinsab jew li kien jinsab taħt l-influwenza dominanti ta’ entità rregolata mid-dritt pubbliku jiżvela informazzjoni dwar il-kuntratti konklużi għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza, ta’ servizzi ta’ avukati, ta’ servizzi ta’ awturi ta’ xogħlijiet intellettwali u ta’ servizzi oħra ta’ natura intellettwali, u iktar preċiżament l-informazzjoni dwar it-tip ta’ negozju konkluż, il-partner kuntrattwali (għall-persuni ġuridiċi: l-isem kummerċjali, is-sede, l-indirizz kummerċjali), il-valur tal-kuntratt, l-ammont tal-pagamenti individwali, id-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt, it-tul tar-relazzjoni tan-negozju u data analoga li tirriżulta mill-annessi tal-kuntratti – informazzjoni li hija kollha datata fil-perijodu tal-issuġġettar għall-influwenza dominanti –, mingħajr previżjoni ta’ kwalunkwe eċċezzjoni għal tali obbligu u mingħajr il-possibbiltà ta’ bbilanċjar bejn l-interess tal-pubbliku li jkollu aċċess għad-data u l-interess tal-bank għaż-żamma tas-sigriet tan-negozju, meta ma jkunx każ li jinvolvi elementi transkonfinali?


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/22


Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 minn Plásticos Españoles, S.A. (ASPLA) u Armando Álvarez, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla estiża) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-40/15, ASPLA u Armando Álvarez vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C-222/17 P)

(2017/C 213/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Plásticos Españoles, S.A. (ASPLA) u Armando Álvarez, S.A. (rappreżentanti: S. Moya Izquierdo u M. Troncoso Ferrer, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-40/15 u tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallas lill-appellanti s-somma ta’ EUR 3 495 038,66, flimkien ma’ interessi kompensatorji u moratorji applikabbli, bħala kumpens għall-ksur, mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Nuqqas ta’ motivazzjoni u żball ta’ liġi fid-determinazzjoni tat-tul xieraq bejn it-tmiem tal-fażi bil-miktub u l-ftuħ tal-fażi orali.

2.

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-evalwazzjoni bħala dannu tal-interessi fuq il-multa.

3.

Żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ deċiżjoni ultra petita.

4.

Ksur tad-drittijiet ta’ difiża tal-appellanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tad-dannu materjali subit.

5.

Żball ta’ dritt li jikkonsisti f’li s-sentenza appellata fiha kontradizzjoni notorja fir-rigward tal-perijodu li għandu jiġi kkumpensat.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Mejju 2017 – Érdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn vs Udlændingestyrelsen

(Kawża C-230/17)

(2017/C 213/30)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Érdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn

Konvenut: Udlændingestyrelsen

Domanda preliminari

L-Artikolu 21 TFUE, moqri flimkien u b’analoġija mad-Direttiva 2004/38/KE (1), jipprekludi Stat Membru milli jirrifjuta li jagħti dritt ta’ residenza sekondarju lil ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għandu n-nazzonalità ta’ dak l-Istat Membru u li rritorna lejn dak l-Istat Membru wara li kien eżerċita d-dritt għal moviment liberu tiegħu, meta l-membru tal-familja ma jidħolx fit-territorju tal-Istat Membru jew ma jippreżentax applikazzjoni għal dritt ta’ residenza bħala estensjoni naturali tar-ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kusnill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – E.

(Kawża C-240/17)

(2017/C 213/31)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E.

Konvenut: Maahanmuuttovirasto

Domandi preliminari

1)

L-obbligu ta’ konsultazzjoni bejn l-Istati kontraenti previst fl-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen għandu effett ġuridiku li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jinvoka fil-każ fejn Stat kontraenti jimponi kontrih projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju kollu taż-żona Schengen u deċiżjoni ta’ ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu minħabba li huwa jirrappreżenta perikolu għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika?

2)

Jekk l-Artikolu 25(2) tal-konvenzjoni diġà ċċitata huwa applikabbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ dħul, għandhom jinbdew il-konsultazzjonijiet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ dħul, jew dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss wara t-teħid tad-deċiżjoni ta’ ritorn u dik tal-projbizzjoni ta’ dħul?

3)

Jekk dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss wara t-teħid tad-deċiżjoni ta’ ritorn u dik tal-projbizzjoni ta’ dħul, il-fatt li l-konsultazzjonijiet huma għaddejjin bejn l-Istati kontraenti u li l-Istat kontraenti l-ieħor ma ddikjarax jekk kellux l-intenzjoni jirtira l-permess ta’ residenza tal-ċittadin tal-pajjiż terz jostakola r-ritorn taċ-ċittadin tal-pajjiż terz fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u d-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju kollu taż-żona Schengen?

4)

Kif għandu jipproċedi Stat kontraenti fil-każ li l-Istat kontraenti li jkun ħareġ permess ta’ residenza, minkejja talbiet repetuti, ma ħax pożizzjoni dwar l-irtirar ta’ permess ta’ residenza li huwa ħareġ liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz?


Il-Qorti Ġenerali

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Sotiropoulou et vs Il-Kunsill

(Kawża T-531/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - Deċiżjonijiet indirizzati lil Stat Membru bil-għan li tiġi rrimedjata sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv - Tnaqqis u twaqqif ta’ drittijiet tal-pensjoni fil-Greċja - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”))

(2017/C 213/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Leïmonia Sotiropoulou (Patras, il-Greċja) u t-63 rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: K. Chrysogonos, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Chatziioakeimidou u E. Dumitriu-Segnana, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu b’konsegwenza tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill indirizzati lir-Repubblika Ellenika b’attivazzjoni tal-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 126 TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Leïmonia Sotiropoulou u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2017 – Costa vs Il-Parlament

(Kawżi magħquda T-15/15 u T-197/15) (1)

([“Sistema ta’ remunerazzjoni tal-Membri tal-Parlament - Pensjoni tal-irtirar - Sospensjoni - Irkupru - Regola antikumulu - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri fil-Parlament - Riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali - Artikolu 12(2a)(v) tar-Regolament dwar l-allowances għall-ivvjaġġar tal-Membri - Kumpens irċevut għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ president ta’ awtorità tal-port Taljana - Aspettattivi leġittimi”])

(2017/C 213/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Paolo Costa (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: G. Orsoni u M. Romeo, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Żewġ talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-uffiċċju tal-Parlament tal-20 ta’ Ottubru 2014 u tad-9 ta’ Frar 2015 li jikkonċernaw, rispettivament, is-sospensjoni tal-pensjoni tal-irtirar provviżorja li r-rikorrent jibbenefika minnha u l-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 49 770,42 imħallas f’dan ir-rigward, kif ukoll tan-nota ta’ debitu 2015-239, tat-23 ta’ Frar 2015, li tikkonċerna dan l-irkupru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Paolo Costa huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 81, 9.3.2015.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE

(Kawża T-122/15) (1)

([“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 - Mekkaniżmu superviżorju uniku - Kompetenzi tal-BĊE - Eżerċizzju deċentralizzat mill-awtoritajiet nazzjonali - Evalwazzjoni tas-sinifikanza ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Ħtieġa ta’ superviżjoni diretta mill-BĊE”])

(2017/C 213/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Glos, K. Lackhoff u M. Benzing, sussegwentement A. Glos u M. Benzing, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment E. Koupepidou, R. Bax u A. Riso, sussegwentement E. Koupepidou u R. Bax, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u K.-P. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-BĊE ECB/SSM/15/1, tal-5 ta’ Jannar 2015, meħuda skont l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 24(7) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nruo1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), li permezz tagħha l-BĊE rrifjuta li jqis li r-rikorrenti kienet entità inqas sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 6(4) ta’ dan l-istess regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Barqawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-303/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2017/C 213/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ahmad Barqawi (Dubai, l-Emirati Arab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Étienne u N. Rouam, sussegwentement minn G. Étienne u S. Kyriakopoulou, u finalment minn S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża sabiex tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 41), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent (ĠU 2015, L 64, p. 10), sa fejn l-isem tar-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Ahmad Barqawi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Ahmad Barqawi.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Abdulkarim vs Il-Kunsill

(Kawża T-304/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2017/C 213/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mouhamad Wael Abdulkarim (Dubaï, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Étienne u N. Rouam, sussegwentement minn G. Étienne u S. Kyriakopoulou, u finalment minn S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 41) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 10), sa fejn l-isem tar-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Mouhamad Wael Abdulkarim.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ M. Abdulkarim.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – KK vs EASME

(Kawża T-376/15) (1)

((“Programm qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni Horizon 2020 - Sejħa għall-proposti abbażi tal-programm ta’ ħidma 2014-2015 - Proġramm ta’ sostenn għall-innovazzjoni fil-PMEs - Deċiżjoni tal-EASME li tiddikjara proposta mhux eliġibbli - Regola ta’ ‘sottomissjoni unika’ - Proċedura ta’ reviżjoni tal-evalwazzjoni - Inaċċessibbiltà temporanja tal-portal elettroniku għar-reġistrazzjoni tal-proposti - Żball ta’ evalwazzjoni - Ksur tar-regoli proċedurali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2017/C 213/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: KK (rappreżentant: J.-P. Spitzer, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME), (rappreżentanti: A. Pallares Allueva u E. Fierro Sedano, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASME tal-15 ta’ Ġunju 2015 li tiċħad il-proposta ppreżentata mir-rikorrenti b’risposta għas-Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020 (ĠU 2013, C 361, p. 9) u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba din iċ-ċaħda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KK hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Metronia vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE O NADA)

(Kawża T-159/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TRIPLE O NADA - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti TRIPLE BINGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 213/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Metronia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Vela Ballesteros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2016 (Każ R 2605/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zitro IP u Metronia.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Metronia, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-71/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2007 - Żbalji ta’ liġi - Appell manifestament infondat”))

(2017/C 213/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment G. Nuvoli u F. Martin, sussegwentement G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-82/12, EU:F:2015:166), u intiż għal annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-73/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Żbalji ta’ liġi - Appell manifestament infondat”))

(2017/C 213/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef Uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-37/12, EU:F:2015:162), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk esposti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C ##, ##.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Computer Market vs EUIPO (COMPUTER MARKET)

(Kawża T-111/17)

(2017/C 213/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Computer Market (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: B. Dimitrova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “COMPUTER MARKET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 688 477

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1778/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/31


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2017 – Amplexor Luxembourg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-211/17)

(2017/C 213/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Amplexor Luxembourg Sàrl (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J.-F. Steichen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tirċievi dan ir-rikors fil-forma;

fil-mertu tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2017 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

għaldaqstant tannulla s-sejħa għall-offerti Nru 10651;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-istanzi;

tirriżerva lir-rikorrenti id-drittijiet, il-motivi u l-azzjonijiet kollha l-oħra.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors isemmi l-annullament tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2017 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din tpoġġi lir-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni tas-sejħa tal-offerti Nru AO 10651 – Trattament ta’ opinjonijiet bl-għan tal-pubblikazzjoni tagħhom fis-“Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (ĠU S) (ĠU 2016/S 143-258115).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, sa fejn l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, billi offra lill-offerenti li ma kinux il-parti kontraenti tal-Uffiċċju fil-mument tal-offerta, il-possibbiltà li jibbenefikaw minn allokazzjoni ikbar għall-finanzjament tal-ispejjeż inklużi, kiser manifestament il-prinċipju ta’ ugwaljanza. L-opinjoni tar-rikorrenti, tali mod li bih wieħed jipproċedi, minbarra l-fatt li huwa serjament diskriminatorju, jikser serjament ir-raison d’être u l-istess bażijiet tal-proċeduri tal-kuntratt pubbliku.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – SE vs Il-Kunsill

(Kawża T-231/17)

(2017/C 213/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: SE (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tannulla,

id-deċiżjoni tal-Unità tad-Drittijiet Individwali tat-22 ta’ Ġunju 2016 li ċaħdet ir-rikonoxximent tan-neputija tiegħu bħala wild dipendenti;

sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni espliċita tal-24 ta’ Jannar 2017 li tiċħad l-ilment imressaq fid-19 ta’ Settembru 2016;

filwaqt li,

tiddikjara li n-neputija tar-rikorrent hija dipendenti fuqu skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2016;

tattribwixxi lin-neputija tar-rikorrent il-benefiċċju tal-fond tal-assigurazzjoni tal-mard (JSIS) bis-saħħa tar-rikorrent b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2016;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi kif ukoll fuq żbalji ta’ evalwazzjoni u ta’ interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal allegatament imwettqa mill-Kunsill meta adotta d-deċiżjonijiet ikkontestati.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-233/17)

(2017/C 213/44)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 766, tal-14 ta’ Jannar 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn il-Kummissjoni eskludiet mill-finanzjament in-nefqa ddikjarata mill-Portugall taħt it-titolu tal-“POSEI – Sistema Speċifika ta’ Provvista” (EUR 1 288 044,79”), u “ħlas dirett marbut mal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010” (EUR 830 326,12);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU 2008, L 322M, p. 162), fir-rigward mar-rekwiżiti sostantivi tal-komunikazzjoni formali prevista f’din id-dispożizzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006, tat-30 ta’ Jannar 2006, li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (ĠU 2006, L 270M, p. 182).


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/33


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – ViaSat vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-245/17)

(2017/C 213/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ViaSat, Inc. (Carlsbad, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Righini, J. Ruiz Calzado, u A. Aresu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata l-ammissibbiltà tar-rikors;

tikkonstata in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni, b’applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE;

sussidjarjament, tannulla jew fl-intier tagħha jew parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissemma fl-ittri tagħha mibgħuta lir-rikorrent datati 14 u 21 ta’ Frar 2017, b’applikazzjoni tat-tieni sar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa invokat insostenn tal-kap ta’ talbiet ta’ nuqqas ta’ azzjoni, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tadotta deċiżjoni sabiex tipprevjeni l-użu ulterjuri tal-banda ta’ frekwenza ta’ 2 GHz.

Il-Kummissjoni, illegalment, naqset milli tiddeċiedi li l-użu tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita (“MSS”) fuq network prinċipalment terrestri kien jikkostitwixxi tibdil fundamntali tal-użu tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz li hija armonizzata u hija suġġetta għal sejħa għall-offerti fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ proċedura ta’ għażla tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kellha d-dmir li tieħu r-responsabbiltajiet tagħha u li taġixxi sabiex tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jawtorizzaw lil Inmarsat sabiex tuża l-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz prinċipalment għas-servizzi mill-ajru għall-art minflok l-MSS, konformement mad-deċiżjonijiet MSS tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv, invokat insostenn tal-kap ta’ talbiet għal nuqqas ta’ azzjoni, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx miżuri sabiex tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern.

Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li teżerċita l-poteri tagħha sabiex tipprevjeni r-riskju ta’ frammentazzjoni tas-suq intern tal-MSS pan-Ewropej li jiżguraw konnettività universali, li jista’ jiġi kkawżat jekk l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (“ANR”) jiddeċiedu — min-naħa tagħhom — li jawtorizza kumpannija partikolari sabiex tuża l-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għal għan ġdid. Fil-fatt, in-nuqqas li jiġi sodisfatt dan l-obbligu, b’risposta għall-ittra tar-rikorrenti u għal żewġ talbiet ta’ struzzjonijiet mill-ARN, kabbar ir-riskju li ċerti Stati Membri jawtorizzaw l-użu tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għal għanijiet oħra.

3.

It-tielet motiv, invokat sussidjarjament insostenn tat-talbiet ta’ nuqqas ta’ azzjoni, huwa bbażat fuq żbalji ta’ interpretazzjoni.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tissemma fl-ittri ċċitati iktar ’il fuq, tal-14 u l-21 ta’ Frar 2017, għandha tiġi annullata, peress li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ interpretazzjoni: 1o) ta’ dispożizzjonijiet li jagħtuha kompetenzi fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-ispettru tal-MSS; 2o) tal-portata tal-obbligi tagħha li tiżgura l-osservanza sħiħa tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi li huma applikabbli f’dan il-każ; 3o) tal-obbligi tagħha sabiex tipprevjeni kull diverġena bejn id-deċiżjonijiet adottati mill-Istati Membri u li tiżgura li s-suq intern tal-MSS pan-Ewropej jiżgura konnettività universali ma jiġix frammentat; u 4o) il-portata tal-obbligu tagħha ta’ kooperazzjoni leali sabiex jiġu mgħejjuna l-Istati Membri fl-eżerċizzju tal-missjonijiet li jirriżultaw mit-trattati.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/34


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2017 – Labiri vs KESE

(Kawża T-256/17)

(2017/C 213/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Talbiet

Tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li ma jimplementax b’bona fide l-punt 3 tal-ftehim bonarju konkluż bejn il-partijiet, hija annullata;

il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 250 000;

il-konvenut huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, li biha l-konvenut huwa fl-impossibbiltà li jimplementa ftehim sottoskritt fil-kuntest ta’ ftehim bonarju konkluż fil-Kawża F-33/15, Labiri vs KESE, tikkostitwixxi nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Tali astensjoni illegali li jimplementa l-ftehim hekk konkluż tikkostitwixxi, barra minn hekk, ksur tad-dmir ta’ premura fir-rigward tar-rikorrent, tad-dmir ta’ kooperazzjoni leali previst fl-Artikolu 4(3) TUE, tal-prinċipji ta’ implementazzjoni bona fide tal-ftehimiet maqbula b’mod volontarju bejn il-partijiet kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ dmir ta’ assistenza li jirriżulta mill-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, li jikkonsisti b’mod iktar preċiż f’użu ħażin tal-proċedura, sa fejn il-konvenut qatt ma kellu l-intenzjoni li jimplementa fedelment il-ftehim konkluż bejn il-partijiet u ffirma dan tal-aħħar biss sabiex jikseb ir-rinunzja għall-atti tiegħu fil-Kawża F-33/15.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/35


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – Arbuzov vs Il-Kunsill

(Kawża T-258/17)

(2017/C 213/47)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Arbuzov (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 du 3 mars 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna sa fejn din tirrigwarda lil Sergej Arbuzov;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tiegħu stess u għal dawk sostnuti minn Sergej Arbuzov.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba

ir-rikorrent jiġġustifika r-rikors tiegħu, fost oħrajn, mill-fatt li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, meta adotta d-deċiżjoni (PESK) 2017/381, ma eżerċitax id-diliġenza meħtieġa, peress li, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma eżaminax l-affermazzjonijiet u lanqas il-provi mressqa mir-rikorrent, li jaħdmu favur dan tal-aħħar, u dan essenzjalment ibbaża ruħu fuq is-sommarju tal-prokuratur ġenerali tal-Ukrajna u ma talab ebda informazzjoni kumplimentari dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjoni fl-Ukrajna.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet li ġew adottati fil-konfront tiegħu huma sproporzjonati, inutli u jiksru l-garanziji internazzjonali relattivi għall-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/35


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Ogrodnik vs EUIPO – Aviario Tropical (Tropical)

(Kawża T-276/17)

(2017/C 213/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tadeusz Ogrodnik (Chorzów, il-Polonja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aviario Tropical, SA (Loures, il-Portugal)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “Tropical” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 435 773

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 2125/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-appell ippreżentat minn Aviário Tropical, SA, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut tal-15 ta’ Lulju 2013 fil-Każ 6029 C;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Aviário Tropical, SA, fil-każ li hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/36


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN)

(Kawża T-278/17)

(2017/C 213/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Bank of New York Mellon Corp. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u K. Schlüter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nixen Partners (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NEXEN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 374 152

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1571/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-23 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1570/2016-2 u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura kif ukoll għal dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, inklużi l-ispejjeż kollha neċessarji tar-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 – Hermann Bock vs EUIPO (Push and Ready)

(Kawża T-279/17)

(2017/C 213/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hermann Bock GmbH (Verl, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Maaßen u V. Schoene, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Push and Ready” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 758 205

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1279/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, innotifikata fl-1 ta’ Marzu 2017, li biha l-Bord tal-Appell ikkonferma li t-trade mark figurattiva Nru 14758205 ma tistax tiġi rreġistrata, u tirrinvija l-kawża quddiem l-Uffiċċju għal eżami mill-ġdid.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/37


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2017 – GE.CO.P. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/17)

(2017/C 213/51)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: GE.CO.P. Generale Costruzioni e Progettazioni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Naticchioni, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti targumenta li l-Qorti Ġenerali għandha, suġġett għall-konstatazzjoni tal-adozzjoni illegali mill-Kummissjoni Ewropea – l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika, il-Lussemburgu – tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Marzu 2017, li inkludiet fil-konfront tar-rikorrenti GE.CO.P. S.p.A. l-esklużjoni ta’ sentejn mill-proċeduri Ewropej ta’ sejħa għal offerti u l-pubblikazzjoni tal-miżura, tannulla dik id-deċiżjoni u l-atti kollha li joħorġu minnha jew li huma suġġetti għaliha, anki mhux magħrufa minn GE.CO.P, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u l-onorarji professjonali relatati ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-riżoluzzjoni adottata mill-Kummissjoni ex officio, fil-5 ta’ Awwissu 2015, dwar Kuntratt pubbliku Nru 09bis/2012/OIL – Lott 1 dwar ir-rinnovament ta’ żewġ binjiet magħrufa bħala l-“Fwajer Ewropew” li jinsabu fil-Lussemburgu, mogħtija lil GE.CO.P, tifforma l-bażi tal-miżura kkontestata.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ottubru 2015, li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 286, p. 1), kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti targumenta, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx ippreċeduta bil-proċedura kontradittorja meħtieġa. Ir-rikorrenti ssostni li ma kinitx informata bil-bidu tal-proċedura ta’ esklużjoni u għaldaqstant ma kinitx f’pożizzjoni li tiddefendi ruħha fil-kuntest tal-proċedura u li tinvoka argumenti favur tagħha quddiem il-qorti.

Li kieku r-rikorrenti kienet f’pożizzjoni li tiddefendi lilha nnifisha, hija kienet tinvoka argumenti għad-difiża tagħha li probabbilment kienu jwasslu sabiex il-qorti jkollha opinjoni differenti fil-mertu, u sabiex il-proċeduri jaslu għal riżultat differenti, iktar favorevoli għal GE.CO.P.


3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/38


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Swemac Innovation vs EUIPO – Swemac Medical Appliances (SWEMAC)

(Kawża T-287/17)

(2017/C 213/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Swemac Innovation AB (Linköping, l-Iżvezja) (rappreżentant: G. Nygren, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Swemac Medical Appliances AB (Linköping, l-Iżvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SWEMAC” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 326 177

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 3000/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tistabbilixxi mill-ġdid il-validità sħiħa tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 006326177, inklużi oġġetti u servizzi fil-klassijiet 10: “Apparat u strumenti kirurġiċi u mediċi” u 42: “Servizzi ta’ riċerka u żvilupp dwar apparat u strumenti kirurġiċi u mediċi”;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem l-EUIPO u l-Bordijiet tal-Appell, fl-ammont ta’ EUR 1 000;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009.


Rettifika

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/39


Rettifika għall-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċijali fil-Kawża T-197/17

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 151 tal-15 ta’ Mejju 2017 )

(2017/C 213/53)

Il-komunikazzjoni fil-ĠU fil-Kawża T-197/17, Abel et vs Il-Kummissjoni għandha taqra kif ġej:

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2017 — Abel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-197/17)

(2017/C 151/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marc Abel (Montreuil, Franza) u 1 428 rikorrent ieħor (rappreżentant: J. Assous, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tirrikonoxxi l-irregolarità tal-aġir tal-Kummissjoni Ewropea;

tirrikonoxxi d-dannu kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008, fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni ta’ tali regolament u EUR 1 simboliku bħala kumpens għad-dannu materjali;

tagħti ordni kontra l-Kummissjoni Ewropea li tobbligaha tirritorna l-“fattur ta’ konformità finali” maħluq mir-Regolament (UE) 2016/646 għal 1 u tirrinunzja għall-“fattur ta’ konformità temporanju” stabbilit għal 2,1;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw l-elementi li ġejjin.

1.

Il-konvenuta wettqet żbalji fl-adozzjoni tar-regolament inkwistjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha li kienu ddelegawlha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill permezz tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1), skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. Konkretament:

ksur tar-regoli, kemm primarji kif ukoll sekondarji, tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent;

ksur tar-regoli sussidjarji tad-dritt Komunitarju, bħall-prinċipji ġenerali ta’ nuqqas ta’ rigressjoni, ta’ prekawzjoni, ta’ prevenzjoni, ta’ azzjoni f’ras il-għajn u ta’ min iħammeġ iħallas;

użu ħażin tar-regoli tal-proċedura, sa fejn il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-proċedura ta’ reglementazzjoni b’kontroll sabiex temenda element essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 715/2007;

ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, sa fejn ir-regolament inkwistjoni ma bbenefikax minn garanziji demokratiċi offruti mir-rikors għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja ta’ kodeċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.

L-eżistenza ta’ dannu reali u ċert u ta’ rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-Kummissjoni u d-dannu allegat.