ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 207

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
30 ta' Ġunju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-121 Sessjoni Plenarja tat-8 u d-9 ta’ Frar 2017

2017/C 207/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-Istħarriġ Annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tkabbir tal-2017

1

2017/C 207/02

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Is-60 anniversarju mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma

5

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-121 Sessjoni Plenarja tat-8 u d-9 ta’ Frar 2017

2017/C 207/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-Tnaqqis tad-Distakk fl-Investiment: Kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi?

7

2017/C 207/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kapaċità fiskali u l-istabbilizzaturi awtomatiċi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja

15

2017/C 207/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-konnessjonijiet neqsin fit-trasport fir-reġjuni tal-fruntiera

19

2017/C 207/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-riġenerazzjoni tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet

25

2017/C 207/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Qafas ta’ Sħubija ma’ pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni

32

2017/C 207/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Proposta għal Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp — Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna

39

2017/C 207/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Sistema effettiva għall-ġestjoni tal-ilma: approċċ għal soluzzjonijiet innovattivi

45

2017/C 207/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn strateġija ġdida tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima — approċċ integrat

51

2017/C 207/11

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ Ewropej

57

2017/C 207/12

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-ħtieġa għal strateġija tal-UE dwar kwistjonijiet relatati mal-alkoħol u kif ħa naslu għaliha

61


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-121 Sessjoni Plenarja tat-8 u d-9 ta’ Frar 2017

2017/C 207/13

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil — It-tieni pakkett u qafas tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni

67

2017/C 207/14

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Id-dritt tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali

80

2017/C 207/15

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-reviżjoni tal-pakkett tat-telekom

87

2017/C 207/16

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn Strateġija tal-UE dwar ir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali

95

2017/C 207/17

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Politika tal-Unjoni dwar l-Artiku

100

2017/C 207/18

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm LIFE

104


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-121 Sessjoni Plenarja tat-8 u d-9 ta’ Frar 2017

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-Istħarriġ Annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tkabbir tal-2017

(2017/C 207/01)

Imressaq mill-Gruppi Politiċi tal-PSE, il-PPE, l-ALDE, l-AE u l-KRE

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2017 (1) u l-bidu tas-Semestru Ewropew tal-2017;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2016 (2);

1.

jilqa’ l-fatt li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) jiffoka fuq l-investiment, ir-riforma strutturali u finanzi pubbliċi responsabbli iżda kien jistenna li jkun hemm fokus aktar qawwi fuq l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli bħala wieħed mill-pilastri ta’ strateġija ekonomika, soċjali u ambjentali Ewropea għal wara l-2020;

2.

jinnota li diversi indikaturi – il-PDG, l-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u r-rati tal-attività – jindikaw li l-irkupru tal-ekonomija tal-UE huwa kontinwu minkejja ż-żieda fl-inċertezza madwar id-dinja; jikkondividi, madankollu, l-fehma tal-Kummissjoni li ma hemm l-ebda lok għal kompjaċenza, minħabba l-fatt li r-rati tal-qgħad għadhom għoljin wisq f’ħafna reġjuni tal-Ewropa u diversi snin kumulattivi ta’ sottoinvestiment (id-“diskrepanza fl-investiment”) huma ta’ piż kbir fuq il-kompetittività u l-koeżjoni tal-Ewropa;

3.

jinsab imħasseb li l-iżbilanċi eżistenti fi ħdan l-UE u ż-żona tal-euro joħolqu sfida kbira għat-tkabbir u l-koeżjoni u li l-konverġenza fost u fi ħdan l-Istati Membri waqfet f’ħafna każijiet; jenfasizza li diskrepanzi fi ħdan l-Istati Membri huma sors ewlieni ta’ diskrepanzi ekonomiċi u soċjali, li qed ikomplu jiżdiedu fl-UE, u jiddispjaċih li mhumiex indirizzati b’mod strutturat fl-SAT;

4.

jenfasizza li Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, jista’ jagħti kontribut kbir għall-koordinazzjoni u l-konverġenza ‘l fuq tal-istandards soċjali u t-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-UE;

5.

jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għal kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro miftuħa għall-Istati Membri kollha flimkien ma’ analiżi tal-impatt baġitarju (3);

It-tnedija mill-ġdid tal-investiment

6.

jilqa’ r-riżultat tal-ewwel sena tal-FEIS mil-lat tal-ammont ta’ investiment li rnexxielu jattiva; jinsab imħasseb, madankollu, dwar ir-riżultati inċerti tal-FEIS fir-rigward tal-addizzjonalità, id-distribuzzjoni ġeografika żbilanċjata tal-proġetti li ffinanzja u n-nuqqas ta’ informazzjoni dettaljata u trasparenti dwaru; jinnota li dan it-tħassib huwa kondiviż mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (4) u l-evalwazzjoni indipendenti ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea (5); jenfasizza li l-proġetti għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ tal-FEIS ġaladarba l-valur tal-proġett ikun ta’ EUR 10 miljun jew iżjed, u għaldaqstant l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jagħmlu aktar użu mill-FEIS, inkluż permezz tal-pjattaformi ta’ investiment, u jiddispjaċih li ħafna minnhom għad m’għandhomx informazzjoni dwaru; jinsab konvint li l-indirizzar tal-problemi ta’ kapaċità amministrattiva li ħafna drabi jiimpedixxu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali milli jagħmlu użu mill-FEIS għandu jitqies bħala prijorità fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;

7.

jilqa’ r-referenza tal-SAT għall-eżistenza ta’ ostakli għall-investiment fil-livell lokali u reġjonali; jiddispjaċih madankollu li l-analiżi tal-ostakli għall-investiment li ġiet imnedija fis-Semestru Ewropew tal-2016, u li għaliha l-KtR kkontribwixxa permezz ta’ analiżi ta’ dawn l-ostakli fil-livell territorjali (6), ma kienx hemm segwitu dwarha fl-SAT għall-2017; jikkunsidra li huwa importanti li jiġi rikonoxxut li l-miżuri sabiex jiġi approfondit is-suq uniku għandhom rwol importanti fit-titjib tal-ambjent globali tal-investiment fil-livell tal-UE u fit-tneħħija tal-ostakoli għall-investiment fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

8.

jenfasizza l-kontribut tal-Fondi SIE għall-investiment, filwaqt li jenfasizza li 61 mir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż għall-2016 ġew adottati minn programmi tal-politika ta’ koeżjoni fil-livell tal-pajjiż; jikkondividi l-fehma li l-Fondi SIE jistgħu jintużaw flimkien mal-FEIS, filwaqt li jenfasizza li l-Fondi SIE huma l-għodda ta’ investiment ewlenija tal-UE, u l-għan tagħhom hija li tiżdied il-koeżjoni, kif iddikjarat fit-Trattati;

9.

jilqa’ r-referenza tal-SAT għall-ħtieġa li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jiġu distribwiti b’mod ġust u li tiżdied il-leġittimità tal-politika kummerċjali; jenfasizza wkoll il-piż tat-tħassib taċ-ċittadini u l-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea, il-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri tagħha u r-reġjuni jżommu l-marġni ta’ flessibbiltà u d-disrkezzjoni demokratika tagħhom, u b’dan il-mod tiġi salvagwardjata wkoll il-kapaċità demokratika taċ-ċittadini li jkollhom influwenza; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tieħu pożizzjoni aktar b’saħħitha hi u tinnegozja u tikkonkludi ftehimiet kummerċjali biex iżżomm l-istandards ta’ kwalità Ewropej u l-istandards u r-regolamenti nazzjonali f’oqsma bħall-protezzjoni ambjentali, tal-annimali, tal-klima, tad-data, tas-saħħa u tal-konsumatur bil-għan li jiġi żgurat li l-ftehimiet kummerċjali jkunu jistgħu jagħtu riżultati ġusti u trasparenti;

10.

jilqa’ r-rikonoxximent tal-SAT tar-rwol li taqdi l-gwida ċara fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat dwar il-finanzjament pubbliku biex tiffaċilita l-finanzjament tal-ekonomija reali; jenfasizza li parti ewlenija minn din il-finanzjament jikkonċerna servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u jistieden lill-Kummissjoni twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tas-SIEĠ sabiex jiġu indirizzati sfidi ġodda;

Insegwu r-riforma strutturali

11.

jinnota li r-riformi strutturali huma fatturi ewlenin għal kompetittività mtejba, li hija meħtieġa dejjem aktar biex jiġu promossi t-tkabbir u l-impjiegi sostenibbli u inklużivi f’kuntest ta’ kummerċ u kompetizzjoni globali;

12.

jilqa’ r-rikonoxximent tar-rwol importanti tal-akkwist pubbliku fit-titjib tal-kompetittività u l-innovazzjoni u jenfasizza li sehem kbir tal-akkwist pubbliku qed jitwettaq mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; jenfasizza li l-isforzi mmirati lejn it-titjib tal-kapaċità amministrattiva biex jiġi indirizzat l-akkwist pubbliku għandhom jiġu diretti b’mod speċifiku lejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

13.

jenfasizza li l-SMEs, in-negozji ġodda u l-intraprenditorija għandhom jiġu appoġġjati billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi, billi jingħataw inċentivi għall-investimenti f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u billi r-regolamentazzjoni aħjar tkun minn ta’ quddiem fuq l-aġenda; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-SMEs fis-setturi kollha, inklużi l-fornituri tas-servizzi, jistgħu jieħdu sehem f’katini ta’ valur mondjali, fost affarijiet oħra permezz ta’ politika industrijali u regolatorja ta’ appoġġ;

14.

jenfasizza li n-nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva tal-amministrazzjoni pubblika fil-livelli kollha, u b’mod partikolari fil-livell lokali u reġjonali, huwa ostaklu għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u li l-Kummissjoni għandha toħroġ dokument strateġiku uniku li jikkoordina l-flussi kollha tal-assistenza teknika ffinanzjata mill-UE għat-titjib tal-effiċjenza amministrattiva, inkluż il-Programm ta’ Appoġġ għar-Riforma Strutturali;

15.

jinnota bi pjaċir li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir jirreferi għall-prijoritizzazzjoni għal investiment fil-kapital uman. B’mod partikolari, jenfasizza l-importanza li tingħata spinta għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ, peress li dan għadu f’livell għoli f’diversi reġjuni u komunitajiet lokali.

Niżguraw l-espansjoni fiskali u finanzi pubbliċi responsabbli

16.

jilqa’ b’mod pożittiv id-dibattitu dwar il-qagħda fiskali pożittiva għaż-żona tal-euro inġenerali, li neċessarjament jeħtieġ li jimxi id f’id mal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali;

17.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma interessati fl-użu sħiħ tal-flessibilità permessa mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir; itenni t-talba tiegħu li l-investiment li jsir mill-awtoritajiet lokali u reġjonali taħt il-Fondi SIE jiġi eskluż mill-kalkoli tad-defiċit u l-limiti massimi tad-dejn fil-pajjiżi kollha tal-UE;

18.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati finanzi pubbliċi sodi u l-limitazzjoni tad-dejn pubbliku fil-livelli kollha tal-gvern, bħala parti minn dan l-isforz globali; jenfasizza li l-kompożizzjoni tan-nefqa pubblika għandha tittejjeb fid-dawl tal-prinċipji tal-OECD (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi) għal investiment pubbliku effettiv fil-livelli kollha tal-gvern; huwa involut fit-tnedija ta’ eżerċizzju ta’ monitoraġġ dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tippromovi d-deċentralizzazzjoni fiskali fl-UE kollha, li, skont l-evidenza disponibbli, tgħin biex ittejjeb l-effettività tan-nefqa pubblika;

Intejbu l-governanza tas-Semestru Ewropew

19.

jinnota li aktar minn nofs ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jikkonċernaw riformi strutturali li jistgħu jiġu indirizzati biss fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali; jenfasizza għalhekk li l-involviment limitat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa wieħed mir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ effettività u sjieda ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika skont is-Semestru Ewropew, kif muri mil-livelli modesti ta’ twassil ta’ riformi strutturali deskritti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

20.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Uffiċjali tas-Semestru Ewropew issekondati mill-Kummissjoni lill-Istati Membri diġà qed jikkooperaw mal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’ċerti Stati Membri. Dan għandu jkun l-approċċ standard fl-Istati Membri kollha;

21.

jiddispjaċih li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mhuwiex rikonoxxut fl-SAT u li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż ma jqisux il-fatt li ħafna kompetenzi huma esklużivi għal-livell reġjonali; jenfasizza li qed iħejji Opinjoni li tipproponi Kodiċi ta’ Kondotta dwar l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew; jilqa’ l-appoġġ għal din il-proposta espress mill-Parlament Ewropew; jitlob li l-istituzzjonijiet tal-UE jiddiskutu l-proposta malli tiġi ppubblikata;

22.

jinnota li diversi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jitolbu riformi strutturali li l-implimentazzjoni tagħhom tista’ tieħu ħafna aktar minn sena, biex b’hekk il-kejl tal-implimentazzjoni wara sena jista’ jissottovaluta l-progress li nkiseb, li jista’ jkun kemm qarrieqi kif ukoll skoraġġanti għal-livelli nazzjonali u sottonazzjonali tal-gvern involut; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jabbozzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż b’mod li jippermetti kejl ġust u trasparenti tal-progress fl-implimentazzjoni tagħhom;

23.

jagħti struzzjonijiet lill-President sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni quddiem il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Presidenza Maltija, il-Kunsill u l-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2016) 725 final.

(2)  http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+TA+P8-TA-2016-0416+0+DOC+PDF+V0//MT

(3)  Ara l-abbozz ta’ opinjoni tal-KtR dwar “Il-kapaċità fiskali u l-istabbilizzaturi awtomatiċi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja”, relatur: Carl Fredrik Graf (PPE/SV), ECON-VI-018, li mistennija tiġi adottata fis-sessjoni plenarja tal-KtR ta’ Frar 2017.

(4)  QEA, “EFSI: an early proposal to extend and expand” (FEIS: proposta bikrija għal estensjoni u espansjoni), Opinjoni Nru 2/2016.

(5)  https://ec.europa.eu/priorities/publications/independent-evaluation-investment-plan_en.

(6)  7th CoR Monitoring Report on Europe 2020 and the European Semester (Is-Seba’ Rapport ta’ Monitoraġġ tal-KtR dwar l-Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew)http://portal.cor.europa.eu/europe2020/pub/Documents/2016/7mp.pdf.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/5


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Is-60 anniversarju mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma

(2017/C 207/02)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Aħna, il-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR):

1.

ningħaqdu fiċ-ċelebrazzjoni tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma bħala mument kruċjali għal riflessjoni wiesgħa tal-futur tal-Unjoni Ewropea (UE), u ntennu li r-raġuni fundamentali tal-Unjoni hija li tiżgura r-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-paċi, il-prosperità, l-istabbiltà u opportunitajiet ġodda madwar l-UE għaċ-ċittadini kollha tagħha;

2.

nappellaw għal Ewropa kapaċi ssaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini tagħha u li tkun kapaċi tindirizza aħjar l-isfidi li għandna quddiemna kemm fl-UE kif ukoll fuq livell globali, u li tieħu deċiżjonijiet għal azzjoni konġunta fi spirtu ta’ solidarjetà filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà

3.

infakkru li l-identità tal-Ewropa għandha l-għeruq tagħha storikament fir-reġjuni, il-bliet u l-irħula tagħha; u li l-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea qed jiżdied dejjem iżjed f’termini ekonomiċi, kulturali u politiċi;

4.

ifakkar li d-distakk bejn iċ-ċittadini u l-UE kien indirizzat 25 sena ilu fit-Trattat ta’ Maastricht li, fost l-oħrajn ħoloq iċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Madankollu, ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali deċentralizzati previst mit-Trattat ta’ Lisbona għad hemm bżonn li jissalvagwardja s-sussidjarjetà u l-parteċipazzjoni fil-proċess leġislattiv Ewropew. Għalhekk huwa importanti ħafna li s-sitwazzjoni attwali tittejjeb fejn spiss l-awtoritajiet lokali għadhom biss f’tarf il-proċess tal-politiki Komunitarji u mhux atturi veri fit-tfassil tagħhom, u speċjalment fl-abbozzar leġislattiv, minkejja l-isforz u l-impenn politiku u istituzzjonali tal-Kumitat tar-Reġjuni fir-relazzjonijiet tiegħu mal-istituzzjonijiet Komunitarji l-oħrajn;

5.

nemmnu li, bħala l-assemblea tal-UE għar-rappreżentanti reġjonali u lokali, il-KtR jirrappreżenta l-ideal ta’ Unjoni magħquda fid-diversità kulturali u lingwistika tagħha f’dinja globalizzata; aħna totalment impenjati li nippromovu d-demokrazija Ewropea u ċ-ċittadinanza attiva, li nikkontribwixxu lejn it-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali u l-ħarsien tal-minoritajiet, li nsaħħu s-sigurtà u nippromovu l-ugwaljanza u li jiġi żgurat żvilupp armonjuż u sostenibbli f’konformità mal-objettivi tagħha ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

6.

nenfasizzaw il-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ ir-rabta demokratika bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha, billi jiġi żgurat li l-Unjoni tipprovdi soluzzjonijiet effettivi u f’waqthom għall-isfidi komuni ewlenin li l-bliet, ir-reġjuni u l-Istati Membri ma jistgħux jindirizzaw waħedhom, jiġifieri t-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE; it-tisħiħ tal-koeżjoni; li l-UE tkun spazju sikur fejn il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huma garantiti għal kulħadd; li ż-żgħażagħ jingħataw prospettivi ġenwini biex jibnu l-futur tagħhom, kemm fl-istudju kif ukoll fix-xogħol; l-indirizzar tal-kriżi tal-migranti u tar-refuġjati; is-salvagwardja taż-Żona ta’ Schengen; l-indirizzar tat-tibdil fil-klima u r-reżiljenza għad-diżastri; il-promozzjoni ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u l-appoġġ għall-Unjoni tal-Enerġija; it-tisħiħ tar-rwol tal-Unjoni bħala attur globali ewlieni, u b’mod partikolari fil-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030; il-ġlieda kontra l-qgħad; il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

7.

nenfasizzaw li l-erba’ libertajiet tas-Suq Uniku tal-UE, jiġifieri l-moviment liberu ta’ persuni, ta’ servizzi, ta’ merkanzija u ta’ kapital, jirrappreżentaw kisbiet konkreti għaċ-ċittadini tal-UE u element indispensabbli tal-proġett politiku Ewropew; dawn jikkostitwixxu sett indiviżibbli ta’ drittijiet li ma jistax jiġi kkunsidrat biċċa biċċa, inkella aħna nkunu qegħdin nagħtu inqas importanza lill-valuri li jsejsu l-eżistenza nnifisha tal-UE; għaldaqstant nuru tħassib dwar it-tentattivi ta’ ċerti Stati Membri biex jillimitaw l-applikazzjoni tagħhom, speċjalment rigward il-libertà ta’ moviment tal-persuni;

8.

intennu, madankollu, li “s-suq uniku” għandu jiżgura wkoll il-progress soċjali u li r-regoli tal-libertajiet prinċipali tal-ekonomija u tal-kompetizzjoni ma jieħdux preċedenza fuq id-drittijiet fundamentali, l-ewwel bil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-faqar u l-qgħad;

9.

nikkunsidraw li ċ-ċelebrazzjoni tat-Trattat ta’ Ruma għandha tkun opportunità biex jinkisbu l-parteċipazzjoni diretta, il-ħsieb kritiku u l-interess attiv taċ-ċittadini tal-Unjoni fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni, b’deċiżjonijiet meħuda fil-livell l-iżjed qrib possibbli tagħhom; nemmnu li proċess bħal dan għandu jkun parteċipattiv u rappreżentattiv, fejn iċ-ċittadini kollha jgawdu minn opportunitajiet ugwali biex jipparteċipaw, jikkontribwixxu u jikkommettu għall-Unjoni. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, min-natura tagħhom, huma fis-sitwazzjoni ideali biex imexxu l-proċess ‘il quddiem u jgħinu biex Ewropa taċ-Ċittadini ssir realtà;

10.

nemmnu b’mod partikolari li huwa importanti li niksbu stampa ċara tal-aspirazzjonijiet u t-tamiet taċ-ċittadini fir-rigward tal-UE fuq naħa, u t-tħassib u l-frustrazzjonijiet tagħhom min-naħa l-oħra; nilqgħu għalhekk it-tielet Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017 ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta miċ-ċittadini permezz ta’ stħarriġiet u konsultazzjoni pubblika;

11.

għaldaqstant, nenfasizzaw li l-UE:

għandha tkun kapaċi tindirizza l-impatt żbilanċjat tal-globalizzazzjoni fuq ħajjet l-Ewropej billi ssaħħaħ il-prinċipji ta’ Ewropa bbażata fuq il-ġustizzja soċjali, s-saħħa ekonomika u s-solidarjetà;

għandha tingħata s-setgħa mill-Istati Membri tagħha, bi ftehim mar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, biex taġixxi meta sfidi ewlenin jolqtu lis-soċjetà u ċ-ċittadini, bi strumenti adatti ta’ governanza u mezzi finanzjarji adegwati;

għandha tiżgura approċċ deċentralizzat fil-komunikazzjoni tagħha, li biha din tinforma dwar il-politiki u l-proċessi tagħha b’mod aċċessibbli filwaqt li tirrelata b’mod ċar ir-rilevanza tad-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE mar-realtajiet fil-prattika f’partijiet differenti tal-UE; f’dan il-kuntest ir-rwol taċ-ċentri Europe Direct u n-netwerks Ewropej ta’ informazzjoni oħra li jqarrbu l-awtoritajiet reġjonali u lokali huwa kruċjali;

jeħtieġ ikollha diviżjoni iżjed ċara u trasparenti tar-responsabbiltajiet politiċi, tiżgura r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tagħha u tiggarantixxi l-ftuħ tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet liċ-ċittadini, li jistgħu jimplikaw il-ħtieġa ta’ riformi ulterjuri tat-trattati;

għandha tanalizza riformi istituzzjonali bl-għan li jiżdied aktar l-involviment tar-reġjuni u tal-awtoritajiet lokali, biex jirrifletti aħjar ir-rwol leġislattiv tagħhom fl-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u fl-iżgurar ta’ governanza demokratika minn isfel għal fuq f’Ewropa taċ-ċittadini, tat-territorji, tar-reġjuni u tal-awtoritajiet lokali;

12.

fid-dawl tat-tlestija tal-kontribut tagħna għad-diskussjonijiet politiċi li ġejjin dwar il-futur tal-Unjoni, nimpenjaw ruħna li:

nagħtu bidu għal proċess estensiv ta’ djalogi maċ-ċittadini biex nisimgħu l-fehmiet, il-proposti u t-tħassib tagħhom direttament minn dawk fil-livell l-iżjed bażiku madwar l-UE. Dan il-proċess se jiġi akkumpanjat minn konsultazzjonijiet politiċi li jinvolvu l-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet ikkonċernati oħra madwar l-Istati Membri kollha bil-għan li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi u prattiċi konkreti għall-isfidi li għandna quddiemna.

naqsmu r-riżultati ta’ dawn il-proċessi paralleli mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE bil-għan li jingħata kontribut għal Konvenzjoni futura li tħejji l-bidliet tat-Trattat għall-futur tal-Unjoni Ewropea;

inżidu l-isforzi għall-promozzjoni tad-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE u l-valuri komuni tagħna, flimkien mal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

nesploraw mezzi biex nirrinforzaw aktar id-djalogu mal-istituzzjonijiet Ewropej, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew;

napprofondixxu d-djalogu u d-diskussjoni mal-Istituzzjonijiet Komunitarji u b’mod partikolari mal-Parlament Ewropew, b’ispirazzjoni minn inizjattivi bħalma huma “It-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta’ Lisbona” jew l-“Evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea” bil-ħsieb li nipproponu sehem iktar attiv u effikaċi għall-Kumitat tar-Reġjuni fl-istadju tat-tfassil tal-leġislazzjoni Komunitarja;

13.

nenfasizzaw l-importanza li jiġu żgurati d-drittijiet taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa. UE aktar aċċessibbli se trawwem djalogu miftuħ bejn il-popli tal-ġenerazzjonijiet kollha. Fir-rigward tal-prinċipji fundamentali tal-paċi u l-prosperità, UE li tkun risponsiva għandha tindirizza l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ;

14.

nagħtu struzzjonijiet lill-President tagħna biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-parlamenti u lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali, kif ukoll lill-gvernijiet lokali.

Brussell, id-9 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-121 Sessjoni Plenarja tat-8 u d-9 ta’ Frar 2017

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/7


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-Tnaqqis tad-Distakk fl-Investiment: Kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi?

(2017/C 207/03)

Relatur:

Markku Markkula (FI/PPE), Kunsillier tal-Belt ta’ Espoo

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Id-distakk attwali fl-investiment fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa

1.

jinnota li l-investiment fl-Ewropa naqas bi 15 % kumplessivament bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika iżda wkoll fil-każ tal-investimenti pubbliċi minħabba r-restrizzjonijiet mill-mekkaniżmi ta’ kontroll baġitarju fil-livell Ewropew u nazzjonali, u li l-livell tal-investiment totali fl-UE fl-intier tagħha jibqa’ taħt il-livelli ta’ qabel il-kriżi f’termini nominali, fl-2015 kważi EUR 60 biljun anqas milli fl-2008 (1); iqis li, minbarra t-tnaqqis fl-investiment f’termini assoluti, l-Unjoni Ewropea qed tbati wkoll minn defiċit kompetittiv minħabba l-infrastruttura qadima u n-nuqqas ta’ investiment fit-tranżizzjoni u l-innovazzjoni diġitali u ekoloġika;

2.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali (LRAs) huma responsabbli għal aktar minn nofs l-investiment pubbliku fl-UE, u li l-investimenti tagħhom f’oqsma bħall-infrastruttura, l-enerġija, it-trasport pubbliku, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, u ħafna aktar, għandhom impatt dirett fuq l-ekonomiji lokali, id-dinamiżmu tan-negozji, u l-ħajja u l-benesseri taċ-ċittadini Ewropej;

3.

jilqa’ s-sejħa tal-Parlament Ewropew għal sjieda akbar fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tat-tkabbir u l-impjiegi u jilqa’ l-appoġġ għat-talba tal-KtR għal kodiċi ta’ kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew (2);

4.

f’dan il-kuntest, jenfasizza li n-nefqa pubblika attwali marbuta mal-investiment tibqa’ nofs dak li kienet qabel il-kriżi, li jimplika li kull sena mhumiex iseħħu investimenti ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ euro fir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa;

5.

ifakkar fi stħarriġ konġunt mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-OECD fl-2015, fejn 96 % tal-persuni li wieġbu li jirrappreżentaw bliet u reġjuni rrapportaw li kellhom distakki fl-infiq tal-investiment pubbliku (3). Dan ġie kkonfermat mill-ġdid minn stħarriġ reċenti tal-KtR (4) fejn 75 % tal-persuni li wieġbu fil-livell lokali u reġjonali qalu li raw tnaqqis sinifikanti fl-investimenti totali fil-belt jew ir-reġjun tagħhom bejn l-2008 u l-2014 u terz biss iqisu li s-sitwazzjoni issa sejra għall-aħjar;

6.

itenni l-appell tal-OECD (5) u tal-FMI għar-rilanċ baġitarju dinji koordinat fid-dawl tal-marġni ta’ manuvra kif attwalment limitata mill-politika monetarja, ir-rati ta’ interess estremament baxxi u mill-fatt li l-isforzi ta’ konsolidazzjoni baġitarja ta’ dawn l-aħħar snin ippermettew tnaqqis tal-proporzjon ta’ dejn mill-PDG f’diversi pajjiżi u joffru marġni ta’ manuvra akbar. Biex tkun tista’ tingħata spinta għall-attività, l-eċċess ta’ infiq pubbliku għandu jkun meqjus b’mod preċiż u, fuq kollox, immirat tajjeb fuq prijoritajiet għal investimenti li jiffavorixxu t-tkabbir bħar-riċerka u l-iżvilupp, it-taħriġ tal-impjegati jew l-infrastrutturi ekoloġiċi;

7.

jisħaq li l-potenzjal tal-investimenti strateġiċi fil-bliet u r-reġjuni huwa ferm ogħla milli juru t-tendenzi ġenerali ta’ qabel il-kriżi, b’mod partikolari minħabba l-iżvilupp estensiv tal-għarfien u l-kompetenzi, it-tnaqqis fir-rati ta’ interess u l-opportunitajiet li tipprovdi d-diġitalizzazzjoni, l-ekonomiji kollaborattivi u ċirkolari u l-possibbiltajiet li hemm biex l-SMEs ikunu jistgħu jiġu involuti iżjed fl-ambjent l-ambjent tan-negozju globali;

8.

itenni li dan it-tnaqqis sostnut fl-investiment kumplessiv huwa insostenibbli u li investiment baxx mhux talli jnaqqas ir-ritmu tal-irkupru, iżda anke jhedded il-potenzjal futur tal-UE għat-tkabbir u l-innovazzjoni billi jxekkel il-prestazzjoni ekonomika u l-ħolqien tal-impjiegi fuq terminu twil;

9.

jisħaq li l-investiment fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa huwa kruċjali – biex jitmexxew it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi madwar l-Ewropa, kif ukoll jiġu sostnuti l-impjiegi eżistenti li qegħdin f’diffikultà minħabba n-nuqqas ta’ investiment attwali; b’hekk iħeġġeġ il-ħtieġa biex issir ħidma għat-tneħħija tal-ostakli għall-ilħuq tal-livell ta’ investiment ta’ qabel il-kriżi fl-Ewropa, u biex isir investiment fil-potenzjal reali li għandhom ir-reġjuni u l-bliet bħala l-muturi tal-Ewropa;

10.

jappoġġja l-iżvilupp, fil-livell globali, Ewropew u nazzjonali, ta’ “kapital paċenzjuż” bħala parti minn approċċ fit-tul għall-iffinanzjar tar-rekwiżiti bażiċi li ma jikkorrispondux għal-loġika tal-annwalizzazzjoni tan-nefqa pubblika jew għall-approċċ abitwali ta’ tliet xhur tal-iffinanzjar privat. Dan għandu jiffoka fuq investiment f’miżuri għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima, l-investimenti, fuq l-infrastruttura strateġika, u fuq l-innovazzjoni u l-aċċess għal riżorsi skarsi;

11.

jenfasizza l-importanza li jkun hemm viżjoni kumplessiva dwar is-sostenibbiltà u l-investiment intelliġenti bħala l-prijorità politika ewlenija għall-mandat 2015-2020 (6). Din l-Opinjoni – fost oħrajn u flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ Bratislava (7) u l-pjan ta’ azzjoni tal-KtR dwar l-investiment – hija pass strumentali ‘l quddiem f’dan il-proċess;

Approċċ olistiku għall-investiment fir-reġjuni u l-bliet tagħna: ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni, il-pjan ta’ investiment u strumenti finanzjarji oħra

12.

jilqa’ l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-fokus kruċjali tagħhom fuq l-ispinta lill-investiment, u jfakkar fil-kooperazzjoni produttiva bejn il-BEI u l-KtR permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni konġunt tagħhom (8);

13.

jenfasizza l-azzjonijiet promossi mill-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji bl-involviment tar-reġjuni, peress li dawn jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex tiżdied il-likwidità fis-swieq u biex jiġġeneraw l-investiment;

14.

jenfasizza li l-għodod Ewropej ta’ investiment jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq il-fondi pubbliċi, speċjalment mil-lat tal-kapaċità amministrattiva minn qabel, b’mod partikolari fir-rigward ta’ proġetti li jiġġeneraw id-dħul; huwa għal din ir-raġuni li dawn l-għodod jeħtieġu li jimxu lejn l-użu ta’ self, strumenti finanzjarji innovattivi u akkwist pubbliku innovattiv; madankollu, jenfasizza wkoll ir-rwol tal-għotjiet bħala strument finanzjarju kruċjali fir-reġjuni u l-bliet għal proġetti li jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ falliment tas-suq jew li ma jiġġenerawx biżżejjed dħul biex jattiraw lill-investituri;

15.

jisħaq fuq l-importanza tal-finanzjamenti ta’ koeżjoni, li jeħtieġu li jibqgħu jkunu s-sinsla tal-politika ta’ investiment tal-UE u jsaħħu s-sħubija bejn ir-reġjuni Ewropej bħala espressjoni vera ta’ kooperazzjoni u solidarjetà: il-futur tal-politika ta’ koeżjoni huwa marbut mal-futur tal-UE. Għaldaqstant jeħtieġ li niżguraw ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fl-UE wara l-2020 (9);

16.

itenni l-ħtieġa li jiġu vvalutati l-forom kollha ta’ finanzjament: il-QFP, il-Politika ta’ Koeżjoni u l-FSIE, il-Pjan ta’ Juncker u l-FEIS kif ukoll strumenti finanzjarji oħra: dawn kollha għandhom filosofiji uniċi iżda mhux opposti u għaldaqstant għandhom jaġixxu b’mod komplementari, filwaqt li joperaw f’sinerġija fejn u jekk meħtieġ;

17.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-prinċipju tal-estensjoni tal-FEIS (10) mil-lat kemm tat-tul kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja, li tipprovdi opportunità għal aġġustament tal-proċeduri eżistenti; josserva, madankollu, li sabiex il-FEIS 2.0 jagħmel iżjed suċċess, jeħtieġ li s-sinerġiji mal-politika Ewropea ta’ koeżjoni permezz tal-FSEI jiġu ċċarati iżjed; huwa tal-fehma li l-FEIS ma għandux ikun maħsub biex jissostitwixxi l-istrumenti attwali tal-UE għall-politika ta’ koeżjoni; fid-dawl tar-rwol li jaqdu biex jipproponu u jippjanaw investimenti fuq perjodu medju u twil ta’ żmien, jitlob li l-awtortajiet reġjonali u lokali jkunu involuti iżjed fil-ġestjoni ta’ dan il-fond, b’mod partikolari għall-kostituzzjoni tal-pjattaformi finanzjarji fil-livell reġjonali jew multireġjonali;

18.

jitlob li ssir disponibbli għall-pubbliku informazzjoni aktar dettaljata dwar proġetti ffinanzjati mill-FEIS, fejn b’mod partikolari jiġu enfasizzati l-addizzjonalità u l-komplementarjetà tagħhom fejn applikabbli. L-involviment aktar mill-qrib tal-KtR fl-eżerċizzji ta’ rapportar u monitoraġġ jgħin lill-fluss ta’ informazzjoni bejn ir-reġjuni u l-bliet; f’dan ir-rigward, jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata addizzjonalità vera tal-proġetti ffinanzjati permezz tal-FEIS, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ fondi mill-baġit tal-UE, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Orizzont 2020;

19.

jitlob biex il-FEIS ma jiġix finanzjat minn fondi oħra jew minn programmi kompetittivi;

Ostakli għall-ilħuq tal-potenzjal ta’ investiment sħiħ tal-bliet u r-reġjuni tal-UE

20.

jindika li l-indirizzar tal-ostakli għall-investiment jinvolvi riformi estensivi fil-livelli kollha ta’ governanza, li għandhom l-għan li jneħħu tipi ta’ ostakli amministrattivi, regolatorji u ostakli oħrajn li jiskoraġġixxu lill-investituri, sabiex itejbu l-ambjent tal-investiment;

21.

ifakkar li l-investimenti fil-livell lokali u reġjonali jsiru tul id-diversi setturi trasversali bħall-infrastruttura, it-trasport, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ambjent, il-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali, u forom oħra ta’ kapital soċjetali u uman, imperattivi għaż-żieda fl-impatt fuq terminu twil tal-investimenti strateġiċi;

22.

josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu xpruni li jiġbru flimkien lill-atturi pubbliċi u privati differenti għall-proġetti ta’ investiment, b’mod partikolari fil-każ ta’ proġetti kbar jew sħubijiet pubbliċi-privati; iqis, madankollu, il-ħtieġa li jiġu promossi ulterjorment konnessjonijiet transfruntieri u kooperazzjoni f’diversi livelli billi jiġi promoss b’mod attiv l-investiment transreġjonali għaż-żieda fir-ritmu tas-Suq Uniku Pan-Ewropew, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU), filwaqt li fl-istess ħin jibqgħu jiġu indirizzati sfidi regolatorji u amministrattivi, permezz tal-aġenda tal-KE għal Regolamentazzjoni Aħjar, bħala mod biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta’ politika bl-aktar mod effettiv u bl-anqas piż;

23.

jenfasizza l-importanza ta’ strateġiji reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti bħala vetturi biex joħolqu b’mod konġunt sħubijiet Ewropej għal tagħlim komparattiv u orkestrazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment ta’ kwalità għolja b’diversi partijiet ikkkonċernati u multidimensjonali; f’dan il-kuntest jenfasizza li l-indirizzar tal-ostakli għall-investiment jista’ jimxi flimkien mal-implimentazzjoni fl-UE kollha ta’ strateġiji reġjonali ta’ innovazzjoni bbażati fuq Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3), li jistgħu jkunu għodda utli għall-fokus tal-appoġġ tal-politika u l-investiment fuq prijoritajiet u sfidi ewlenin u b’hekk jiġi stimolat l-investiment privat;

Ostakli relatati mat-territorju: piż regolatorju tqil

24.

jindika li sehem sinifikanti mill-ostakli għall-investiment deskritti fis-Semestru Ewropew huma “relatati mat-territorju” fis-sens li dawn huma rilevanti għall-funzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-investiment, jew hemm potenzjal għal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis jew it-tneħħija tagħhom;

25.

b’riżultat ta’ dan, l-ostakli attwali għall-investiment spiss jista’ jkollhom l-għeruq tagħhom – iżda konsegwentement anke s-soluzzjonijiet għalihom – fil-livell lokali u reġjonali u fi ħdan kooperazzjoni transnazzjonali;

26.

jisħaq, madankollu, li hemm diversità kbira madwar l-Istati Membri fil-mudelli ta’ investiment u l-ostakli għall-investiment, u għaldaqstant ma teżistix soluzzjoni waħda għal kollox;

27.

josserva li dan prinċipalment huwa minħabba d-diversi rwoli differenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-investiment: l-ewwel u qabel kollox, il-bliet u r-reġjuni huma investituri, peress li dawn huma responsabbli għal aktar minn nofs (54 %) l-investiment pubbliku tal-UE. Dawn l-investimenti jsiru f’setturi u funzjonijiet diversi u komplementari: kapital uman, ħiliet, edukazzjoni, kura tas-saħħa, u ħafna aktar. Il-bliet u r-reġjuni b’hekk huma fornituri u faċilitaturi ta’ servizzi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma wkoll dawk li jippjanaw, peress li dawn imexxu strateġiji ta’ żvilupp u billi jippjanaw minn qabel, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiffokaw l-appoġġ tal-politika u l-investiment fuq prijoritajiet u sfidi ewlenin, u b’hekk jistimolaw l-investiment. Il-bliet u r-reġjuni huma xpruni u regolaturi tal-bidla, pereżempju fir-rigward tal-ġestjoni territorjali u l-permessi tal-bini. Fl-aħħar nett, dawn huma msieħba ta’ investiment, li jiġbru flimkien atturi pubbliċi u privati differenti għat-twettiq ta’ proġetti ta’ investiment (11);

28.

jilqa’ l-fokus tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-identifikazzjoni ta’ tali ostakli u sfidi għall-investiment fis-Semestru Ewropew, mill-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) u l-lista tagħha ta’ sfidi ta’ investiment għar-Rapporti tal-Pajjiż (CR) u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSR); madankollu, bil-għan li jikkontribwixxi għal approċċ iktar iffukat fuq il-kwalità tal-infiq pubbliku tal-UE, jappoġġja l-proposta li r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiz fis-Semestru Ewropew għandhom jinkludu wkoll miri minimi ta’ investiment pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward tan-nefqa attwali (12);

29.

itenni, f’dan il-kuntest, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tippubblika White Paper li tistabbilixxi tipoloġija, fil-livell tal-UE, tal-kwalità tal-investiment pubbliku fil-kontijiet tal-infiq pubbliku, skont l-effetti tiegħu fit-tul (13);

30.

jirreferi għall-proposta (14) tiegħu biex il-Kummissjoni Ewropea tapprova uffiċjalment ir-rakkomandazzjoni mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), li tistabbilixxi sensiela ta’ prinċipji għall-investiment pubbliku (15) (Marzu 2014); jilqa’ l-fatt li fl-oqsma kollha ta’ azzjoni ta’ politika (koordinazzjoni ta’ investiment pubbliku, il-bini tal-kapaċità, l-iffissar ta’ kundizzjonijiet qafas), ir-rakkomandazzjoni tirrikonoxxi r-rwol dejjem akbar u importanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ investiment pubbliku;

31.

jenfasizza li mill-178 kwistjoni relatati mat-territorju mqajma fis-CRs tal-2016 mifruxa madwar il-pajjiżi u l-oqsma ta’ politika kollha, madwar 60 % jindirizzaw ostakli għall-investiment, li prinċipalment jikkonsistu f’regolamenti orizzontali u settorjali ta’ piż, kwalità insuffiċjenti ta’ amministrazzjoni pubblika, ostakli speċifiċi fis-suq tax-xogħol kif ukoll fis-suq tal-finanzjament għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (16);

32.

jenfasizza li l-istħarriġ reċenti tal-KtR tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkonferma mill-ġdid li regoli ta’ piż li jaffettwaw l-ambjent tal-investiment u tan-negozju, is-suq tax-xogħol, il-kummerċ bl-imnut u oqsma oħra, kif ukoll proċeduri amministrattivi għalja/twal/ta’ piż għat-tnedija, l-estensjoni jew l-għeluq ta’ attività, u proċeduri ġudizzjarji kajmani wisq jew ta’ piż, huma fil-fatt meqjusa bħala ostakli għall-investiment minn madwar 9 minn 10 persuni li wieġbu;

33.

jirrakkomanda li l-identifikazzjoni tal-isfidi għall-investiment tibqa’ fokus prinċipali tas-Semestru Ewropew, inklużi aġġornamenti kull sena tal-Isfidi għall-Ambjenti tal-Investiment tal-Istati Membri ppreżentati flimkien mas-SAT għall-ewwel darba f’Novembru 2015;

34.

iħeġġeġ li jkun hemm involviment aktar b’saħħtu u aktar strutturat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew biex jiġu indirizzati b’mod effettiv dawn l-isfidi relatati mat-territorju għall-investiment; jistieden lill-Parlament Ewropew jinvolvi lill-KtR f’dan il-proċess permezz ta’ parteċipazzjoni attiva fil-laqgħat interparlamentari dwar is-Semestru Ewropew;

In-nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva fil-livell lokali u reġjonali

35.

ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm semplifikazzjoni ulterjuri ta’ fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ strumenti finanzjarji li jenfasizzaw l-importanza taż-żieda fil-kapaċità amministrattiva u l-kompetenza istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi billi jitnaqqas id-distakk fl-investiment tal-UE;

36.

josserva li l-persuni li wieġbu għall-istħarriġ tal-KtR dwar l-ostakli għall-investiment (17), li ħafna minnhom jirrappreżentaw awtoritajiet lokali jew reġjonali, enfasizzaw il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala sfida għall-investiment fil-belt jew ir-reġjun tagħhom. Fil-fatt, il-kapaċità li jiġu involuti fi sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) kienet meqjusa bħala sfida jew sfida kbira għall-investiment minn 71 %, filwaqt li 70 % qalu li kienet sfida jew sfida kbira li jiġġestixxu akkwist pubbliku, b’mod partikolari l-proċeduri aktar kumplessi (18);

37.

jindika li n-nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva mhijiex limitata għal ftit mill-Istati Membri u r-reġjuni anqas żviluppati tal-UE, peress li fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2016, 20 minn 28 Stat Membru ġew indirizzati lilhom rakkomandazzjonijiet biex itejbu l-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż fil-livell sottonazzjonali (19);

38.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi kif ukoll jiżviluppaw inizjattivi ġodda u jsaħħu dawk eżistenti sabiex iżidu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-proċessi involuti fis-sħubijiet pubbliċi-privati u l-effiċjenza amministrattiva, b’mod partikolari dik tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u b’mod speċjali jqisu r-rwoli multipli li dawn għandhom fir-rigward tal-investiment (dak li jippjana, investitur, msieħba ta’ investiment, regolatur, fornitur u promotur/faċilitatur);

39.

jenfasizza li l-investimenti strateġiċi f’ambjenti globali kumplessi jitolbu tipi ġodda ta’ kapaċitajiet amministrattivi u maniġerjali biex jitjieb l-iżvilupp tal-mudell ta’ negozju futur u l-ħolqien tal-valur, li jinvolvu lill-organizzazzjonijiet bi skop ta’ qligħ u mingħajr skop ta’ qligħ fl-ekosistemi tal-ħolqien tal-valur lokali u reġjonali;

40.

jenfasizza li fost l-għodod effettivi għaż-żieda fl-effiċjenza amministrattiva nsibu l-iżvilupp tal-kompetenzi bis-saħħa ta’ skambji, missjonijiet ta’ esperti, żjarat ta’ studju u sessjonijiet ta’ ħidma bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala pari; jirreferi wkoll f’dan ir-rigward għall-mudell użat mill-għodda “TAIEX REGIO PEER 2 PEER” (20), li jixirqilha li tiġi riprodotta u mwessa’;

41.

jisħaq fuq id-diffikultà biex isir użu effettiv mill-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif enfasizzat mill-istħarriġ tal-KtR (21); ifaħħar f’dan ir-rigward, l-istabbiliment tal-pjattaforma Fi-Compass (22), kif ukoll l-istrumenti finanzjarji “standardizzati” tal-Kummissjoni (23), li t-tnejn huma inizjattivi ta’ valur b’mod partikolari għal-awtoritajiet lokali u reġjonali bi sfidi akbar ta’ kapaċità amministrattiva; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jużaw dawn l-għodod biex jimmobilizzaw aktar riżorsi privati u pubbliċi għall-proġetti ta’ investiment tagħhom; u jisħaq fuq id-disponibbiltà tal-Kumitat li jaħdem flimkien mal-Kummissjoni Ewropea biex jiffaċilita u jippromovi din l-inizjattiva;

In-nuqqas ta’ għarfien fir-rigward tal-opportunitajiet ta’ fondi, finanzjament u investiment

42.

jenfasizza li, filwaqt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni b’suċċess tal-FEIS, dawn ftit li xejn għandhom għarfien dwaru. Stħarriġ tal-KtR tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sab li 7 % biss tal-persuni li wieġbu qiesu lilhom infushom “informati tajjeb” dwar kif il-FEIS jista’ jintuża fil-belt jew ir-reġjun tagħhom, bi 18 % oħra ftit informati, filwaqt li 35 % iddikjaraw li kellhom biss informazzjoni bażika, u 39 % qiesu lilhom infushom “mhux informati” (24);

43.

jenfasizza li dan in-nuqqas ta’ għarfien jestendi għal inizjattivi oħra assoċjati mal-FEIS: 73 % tal-persuni li wieġbu għall-istħarriġ tal-KtR iddikjaraw li huma kienu “mhux informati” dwar il-possibbiltà tal-istabbiliment ta’ pjattaformi ta’ investiment biex jiffinanzjaw investimenti fil-belt jew ir-reġjun tagħhom bl-appoġġ mill-FEIS, filwaqt li 2 % biss iddikjaraw li kienu “informati tajjeb” dwar il-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment jew iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment (25);

44.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jaħdmu aktar biex itejbu l-għarfien u l-fehim tal-FEIS u l-inizjattivi assoċjati bħaċ-ċentru ta’ konsulenza tal-atturi pubbliċi u privati fil-livell lokali u reġjonali, peress li s-sitwazzjoni attwali thedded is-suċċess tal-Pjan ta’ Investiment;

45.

jissuġġerixxi ħidma mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-KtR, in-netwerks tiegħu, u banek promozzjonali nazzjonali u reġjonali u istituzzjonijiet oħra, sabiex jiġu identifikati eżempji nazzjonali u reġjonali ta’ proġetti ta’ suċċess u jafferma d-disponibbiltà tal-KtR li jappoġġa l-potenzjal ta’ tagħlim komparattiv tar-reġjuni u l-bliet permezz ta’ skambju tal-aħjar prattiki, u b’hekk tinħoloq massa kritika ta’ benefiċjarji u awtoritajiet maniġerjali;

46.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex iżżid l-għarfien tal-possibilitajiet ta’ finanzjament matul iż-żjarat ta’ preżentazzjoni tagħha dwar l-investiment fl-Istati Membri;

47.

jindika l-ispariġġ ta’ strateġiji ta’ konsulenza u ta’ għarfien, u huwa mħasseb li r-rwol konsultattiv uniku taċ-ċentri eżistenti ma jkunx biżżejjed biex jiġu identifikati u attirati proġetti ġodda fir-reġjuni li għandhom għarfien aktar baxx tal-opportunitajiet ta’ investiment;

48.

jisħaq li għandu jkun żgurat li l-FEIS ma jżidx id-differenzi f’termini ta’ koeżjoni fi ħdan l-UE; għandhom jinħolqu servizzi u inċentivi biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi ġeografiċi, inkluż it-twessigħ tal-firxa ta’ għanijiet ġenerali eliġibbli għal appoġġ mill-FEIS, it-titjib jew saħansitra d-deċentralizzazzjoni tas-servizzi konsultattivi u ta’ esperti u t-tisħiħ tar-rwol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti; għandu jsir ukoll użu aħjar tal-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment, li għandu l-għan li jnaqqas id-distakk bejn il-promoturi ta’ proġetti fil-livell tal-UE li jkunu qed ifittxu l-finanzjament u l-investituri fid-dinja kollha li jkunu qed ifittxu opportunitajiet għall-investiment;

Governanza ekonomika u qafas fiskali

49.

jenfasizza li, sabiex l-ekonomiji tagħna jattiraw aktar investimenti u kapital, huma meħtieġa bidliet fundamentali fir-rigward tal-qafas ekonomiku u fiskali, li jeħtieġ li jsiru flimkien ma’ aktar sforzi biex jitneħħew l-ostakli regolatorji; u minkejja li l-governanza ekonomika u r-regoli fiskali jistgħu ma jitqisux b’mod dirett bħala element tal-ambjent tal-investiment jew ostaklu għall-investiment, dawn jifformaw qafas globali b’mod partikolari mill-perspettiva tal-investiment pubbliku;

50.

huwa tassew imħasseb li l-investiment pubbliku spiss jinqata’ fi żminijiet ta’ kriżi, peress li huwa anqas viżibbli u politikament eħfef biex jitnaqqas milli ħafna tipi oħra ta’ nefqa pubblika, b’mod partikolari l-investimenti fundamentali fil-kapital uman, is-saħħa u l-edukazzjoni li jagħtu ritorn għoli fuq terminu twil; għaldaqstant, jisħaq li t-tkabbir u l-benesseri futuri huma dipendenti l-iżjed mit-titjib tal-klima regolatorja ekonomika għal start ups u kumpaniji li jkunu qed jespandu, kif ukoll fuq l-attrazzjoni tal-investiment privat kif ukoll iż-żamma tal-investimenti pubbliċi fuq terminu twil, li għandhom jinżammu anke fi żminijiet ta’ konsolidazzjoni fiskali;

51.

josserva li – minkejja li l-KtR jappoġġja approċċ qawwi bbażat fuq ir-regoli għall-politika fiskali – it-tiġdid tal-investiment pubbliku jista’ jkun diffiċli fi ħdan il-limiti tar-regoli fiskali attwali, u b’hekk jisħaq fuq il-ħtieġa li jitfittex approċċ aktar favorevoli għall-investiment, b’mod partikolari, iżda mhux limitat għall-PPPs, li jiżgura applikazzjoni sħiħa tar-regoli fiskali, filwaqt li fl-istess ħin ifittex li jimmassimizza l-opportunitajiet ta’ investiment fir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa;

52.

soluzzjoni tajba tista’ tinstab fi ħdan il-qafas fiskali attwali, b’mod partikolari fit-trażżin tad-dejn ta’ defeċit strutturali objettiv ta’ terminu medju (OTM) inkorporat fil-PST u l-Patt Fiskali. Biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed spazju biex jinvestu filwaqt li jiġu rispettati r-regoli fiskali għandu jkun hemm defiċit reali fiss għall-investimenti pubbliċi għall-gvernijiet lokali u reġjonali, li m’għandux jitqies bħala parti mid-defiċit strutturali li jitkejjel kontra l-OTM;

53.

ifakkar, f’dan il-kuntest, fl-oppożizzjoni tiegħu għas-sospensjoni tal-FEIS bħala konsegwenza diretta tal-kondizzjonalità makroekonomika fil-qafas tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST), peress li din ikollha effetti negattivi fuq l-implimentazzjoni tal-proġetti kkofinanzjati mill-UE, u tiggrava b’mod wiesa’ s-sitwazzjoni ta’ investiment tal-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati;

54.

itenni t-talba li n-nefqa pubblika mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qafas tal-kofinanzjament tal-FEIS u l-BEI ma tiġix inkluża man-nefqa strutturali kif iddefinita fil-PST, peress li tali investimenti huma bħala definizzjoni ta’ interess Ewropew ġenerali u għandhom effett ta’ ingranaġġ ipprovat fir-rigward tat-trawwim ta’ tkabbir ekonomiku;

Tfittxija għal soluzzjonijiet: żieda fil-potenzjal għall-investiment lokali u reġjonali

55.

ifakkar li l-prijorità ewlenija tal-KtR hija li jingħata bidu għall-ekonomija tal-UE bbażata fuq approċċ minn isfel għal fuq billi jiġi stimulat l-investiment fil-mira bbażat fuq ħtiġijiet lokali, jitfasslu l-aħjar prattiki fil-livell lokali u jiġi mħeġġeġ spirtu imprenditorjali ġdid; u jisħaq fuq il-ħtieġa li tinħoloq Ewropa innovattiva u intraprenditorjali li tkun iffokata fuq iċ-ċittadin;

56.

jisħaq fuq l-impenn tal-KtR li jappoġġa lill-bliet u r-reġjuni biex iwettqu r-rwoli kollha tagħhom aħjar: billi jiffaċilita prattiki bejn il-pari li jorbtu flimkien l-għarfien u jistimola t-tlaqqigħ biż-żieda ta’ sħubijiet Ewropej biex tinbena l-kapaċità meħtieġa għall-ħolqien konġunt ta’ proġetti ta’ kwalità għolja u kumplessi bl-użu ta’ strumenti finanzjarji, il-FSIE u l-FEIS, kif ukoll oħrajn;

57.

jenfasizza l-importanza tad-data dwar il-proġetti ta’ investiment li jeżistu bħalissa fuq livell bażiku, li bħalissa għadha sottożviluppata, iżda hija ta’ valur miżjud kbir għal-livelli kollha tal-governanza; jipproponi, għalhekk, it-twaqqif ta’ Tabella ta’ Valutazzjoni Ewropea dwar l-investiment lokali u reġjonali u jistieden lill-membri tiegħu biex jaqsmu l-proġetti, it-testimonjanzi u t-tħassib tagħhom, sabiex tiġi stabbilita din il-bażi tad-data;

58.

jenfasizza l-ħtieġa li titkompla l-ħidma tal-UE għat-tnaqqis tal-burokrazija żejda, sabiex l-ambjent tal-investiment isir aktar aċċessibbli għal negozji ġodda – iżda anke dawk diġà eżistenti; jenfasizza li, minkejja li l-bliet u r-reġjuni jistgħu jagħmlu tant fil-livell tagħhom biex itaffu l-piż regolatorju, l-azzjonijiet tagħhom iridu jiġu kkomplementati minn inizjattivi fil-livelli nazzjonali u Ewropej;

59.

itenni li l-investiment mhuwiex biss dwar it-trasport u infrastruttura oħra, iżda jeħtieġ ukoll li jkun immirat lejn il-kapital uman, il-ħiliet, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, in-netwerk intelliġenti tal-enerġija, l-akkomodazzjoni, il-faċilitajiet soċjali u tas-saħħa, u b’appoġġ biex jinfetħu u jitkabbru impriżi innovattivi u dinamiċi;

60.

ifakkar li l-pjani ta’ investiment għandhom jimmiraw lejn il-ħolqien ta’ ekonomija aktar ekoloġika, aktar intelliġenti, aktar inklużiva u aktar territorjalment ibbilanċjata biex l-UE tibqa’ kompetittivà fix-xena globali;

61.

huwa impenjat li jfittex soluzzjonijiet mas-settur privat għal aktar investimenti fil-bliet u r-reġjuni, li huwa wkoll il-messaġġ politiku ewlieni li ħareġ mid-Dikjarazzjoni ta’ Bratislava “Ninvestu u Nikkolegaw” adottata mill-KtR fit-8 ta’ Lulju 2016 (26).

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara Eurostat, kodiċi tas-sett tad-data: tec00011 “Gross fixed capital formation (investments)” (Formazzjoni grossa tal-kapital fiss (investimenti)) u teina210, “General government fixed investment” (Investiment fiss tal-gvern ġenerali).

(2)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2016 (2016/2101(INI)) “6. [Il-PE] jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi li saru biex tiġi żgurata sjieda nazzjonali akbar fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tas-CSRs bħala proċess ta’ riforma li għadu għaddej; iqis li, sabiex tiżdied is-sjieda nazzjonali u titħeġġeġ l-implimentazzjoni effettiva tas-CSRs, u fid-dawl tal-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jridu jimplimentaw aktar minn nofs is-CSRs, dawn għandhom jiġu artikolati b’mod ċar madwar prijoritajiet definiti sew u strutturati fil-livell Ewropew, bl-involviment tal-parlamenti nazzjonali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, meta jkun xieraq; itenni li, fid-dawl tat-tqassim tas-setgħat u tal-kompetenzi f’diversi Stati Membri, it-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jista’ jitjieb bil-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u, għal dan l-għan, jappoġġja l-proposta ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew kif issuġġerit mill-Kumitat tar-Reġjuni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw skrutinju demokratiku xieraq tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom fil-parlamenti nazzjonali rispettivi tagħhom;”

(3)  Il-KtR, Results of the OECD – CoR Consultation of Sub-national Governments: Infrastructure planning and investment across level of government: current challenges and possible solutions (Riżultati tal-OECD – Konsultazzjoni tal-KtR ma’ Gvernijiet Subnazzjonali: Ippjanar u investiment fl-infrastruttura tul il-livelli ta’ gvern: sfidi attwali u soluzzjonijiet possibbli) Marzu 2016. Disponibbli onlajn hawnhekk.

(4)  Il-KtR, Results of the CoR online consultation on obstacles to investments at local and regional level (Riżultati tal-konsultazzjoni onlajn tal-KtR dwar l-ostakli għall-investimenti fil-livell lokali u reġjonali). Settembru 2016. Disponibbli onlajn hawnhekk.

(5)  Ara l-perspettivi ekonomiċi ppreżentati mill-OCDE fit-28 ta’ Novembru 2016: https://www.oecd.org/fr/eco/perspectives-economiques.htm

(6)  Il-KtR, The political priorities of the European Committee of the Regions 2015-2020 (Il-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni 2015-2020), Ottubru 2015, Disponibbli onlajn hawnhekk.

(7)  Il-KtR, Bidu ġdid għall-Ewropa: Ir-reġjuni u l-bliet iniedu pjan ta’ investiment għal UE ffukata fuq iċ-ċittadini: http://cor.europa.eu/mt/news/Pages/Regions-and-cities-launch-investment-plan-for-a-citizen-centred-EU.aspx u d-dikjarazzjoni tal-KtR ta’ Bratislava “Ninvestu u Nikkollegaw”, Lulju 2016 – disponibbli onlajn hawnhekk.

(8)  Il-KtR, EIB and Committee of Regions intensify co-operation to boost Europe’s economic recovery (Il-BEI u l-Kumitat tar-Reġjuni jintensifikaw il-kooperazzjoni biex jagħtu spinta lill-irkupru ekonomiku tal-Ewropa), Settembru 2015, Sqarrija għall-Istampa disponibbli hawnhekk.

(9)  Abbozz ta’ Opinjoni dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2020 “Għal politika ta’ koeżjoni Ewropea b’saħħitha u effettiva wara l-2020” tar-relatur Dr Michael Schneider (PPE/DE).

(10)  Għall-pożizzjoni tal-KtR dwar l-estensjoni tat-tul ta’ żmien tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment, jekk jogħġbok ikkonsulta: l-abbozz ta’ opinjoni tal-KtR FEIS 2.0 tar-relatur Wim van de Donk (PPE/NL).

(11)  Ir-rwoli multipli tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-investiment pubbliku u privat huma analizzati f’aktar dettalji fi studju kkummissjonat mill-KtR. Ara b’mod partikolari l-Kapitolu 4: Metis GmbH, Obstacles to investments at local and regional level (Ostakli għall-investimenti fil-livell lokali u reġjonali), Studju kkummissjonat mill-KtR, 2016. Disponibbli onlajn hawnhekk.

(12)  Din il-proposta hija konformi mar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament Ewropew f’Novembru 2012 fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar “Patt dwar l-Investiment Soċjali – bħala reazzjoni għall-kriżi“[ 1] : Rapport ta’ Danuta Jazłowiecka (PL/PPE): http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2012-0419+0+DOC+XML+V0//MT

(13)  Opinjoni tal-KtR dwar Il-promozzjoni tal-kwalità tal-infiq pubbliku fi kwistjonijiet soġġetti għal azzjoni tal-UE (CdR 4885/2014 – relatur: Catiuscia Marini (PSE/IT), 3 ta’ Diċembru 2014).

(14)  ibid.

(15)  http://www.oecd.org/gov/regional-policy/oecd-principles-on-effective-public-investment.htm.

(16)  Il-KtR, Territorial Analysis of the Country Reports and accompanying Communication (Analiżi Territorjali tar-Rapporti tal-Pajjiż u l-Komunikazzjoni ta’ akkumpanjament), Rapport tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020. Mejju 2016. Disponibbli onlajn hawnhekk.

(17)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(18)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(19)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 16.

(20)  Iktar informazzjoni fuq l-għodda TAIEX REGIO PEER 2 PEER: http://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/how/improving-investment/taiex-regio-peer-2-peer

(21)  Żewġ terzi tal-persuni li wieġbu għall-istħarriġ iddikjaraw li l-użu ta’ għodod finanzjarji innovattivi, inklużi strumenti finanzjarji, kien sfida jew sfida kbira għall-investiment fil-belt jew ir-reġjun tagħhom. Il-KtR, Results of the CoR online consultation on obstacles to investments at local and regional level (Riżultati tal-konsultazzjoni onlajn tal-KtR dwar l-ostakli għall-investimenti fil-livell lokali u reġjonali). Settembru 2016. Disponibbli onlajn hawnhekk.

(22)  Aktar informazzjoni dwar il-pjattaforma Fi-Compass tinsab hawnhekk: https://www.fi-compass.eu/

(23)  Aktar informazzjoni dwar il-prodotti standardizzati tista’ tinsab taħt “EC Regulatory Guidance” hawnhekk: https://www.fi-compass.eu/resources

(24)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(25)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(26)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/15


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kapaċità fiskali u l-istabbilizzaturi awtomatiċi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja

(2017/C 207/04)

Relatur:

Carl Fredrik Graf (SE/PPE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Halmstad

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

II.   INTRODUZZJONI

1.

jirrikonoxxi li l-euro kien maħsub biex jipproteġi kontra l-fluttwazzjoni tar-rata tal-kambju u nħoloq bħala għodda biex jiżgura tkabbir aħjar fit-tul. Madankollu, il-ħolqien tal-euro elimina l-għażliet ta’ politika kontra l-iskossi asimmetriċi, inkluża l-iżvalutazzjoni tar-rata tal-kambju;

2.

jiddispjaċih mill-fatt li kien hemm nuqqasijiet fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) sa minn meta ġiet stabbilita fit-Trattat ta’ Maastricht, fejn il-politika monetarja tingħata lill-UE, filwaqt li l-politika fiskali tibqa’ l-kompetenza tal-Istati Membri u hija koperta biss minn dispożizzjonijiet għal koordinazzjoni relattivament sempliċi tal-politiki nazzjonali;

3.

huwa tal-fehma li l-UEM żvelat il-vulnerabbiltà tagħha matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali meta, fil-kuntest ta’ livelli ta’ dejn pubbliku u privat eċċessiv, l-iżbilanċi insostenibbli wasslu għal kriżi ta’ dejn sovran fejn l-ispejjeż tas-self tal-gvernijiet żdiedu b’mod drammatiku f’ċerti Stati Membri u dan, fin-nuqqas ta’ xibka ta’ sigurtà fiskali, ipperikola l-eżistenza nnifisha taż-żona tal-euro;

4.

jirrikonoxxi r-riżultati miksuba minn mindu faqqgħet il-kriżi f’dak li jirrigwarda t-tnaqqis tar-riskji u l-għadd kbir ta’ miżuri meħuda mill-istituzzjonijiet tal-UE għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politiki fiskali nazzjonali;

5.

itenni li, minkejja dawn l-isforzi u rati ta’ tkabbir li reġgħu pożittivi f’diversi reġjuni tal-UE marbuta fil-biċċa l-kbira ma’ fatturi esterni, is-sempliċi koordinazzjoni tal-politiki fiskali nazzjonali la saħħet il-kapaċità nazzjonali li tassorbi l-iskossi ekonomiċi, u lanqas ma evitat l-emerġenza ta’ lakuni fl-investiment jew iż-żieda fl-inugwaljanzi fi ħdan l-UEM (1), u li l-politiki kienu insuffiċjenti sabiex jinkisbu riformi strutturali sostenibbli u soċjalment bilanċjati li jwasslu għat-tkabbir;

6.

jirrikonoxxi li l-BĊE żgura l-istabbilizzazzjoni taċ-ċiklu ekonomiku sa mill-bidu nett tal-kriżi. Il-President tal-BĊE talab għal istituzzjonijiet integrati u politika fiskali aktar b’saħħitha u aktar proattiva fil-livell taż-żona tal-euro u appella lill-Istati Membri taż-żona tal-euro biex jimplimentaw riformi strutturali. Filwaqt li jwissili l-politika monetarja waħidha ma tistax tistimula l-ekonomija, jenfasizza li r-rati attwalibaxxi tal-imgħax jiffavorixxu s-self u l-investimenti; Ir-riformi strutturali fundamentali u s-sjieda tagħhom fl-eqreb livell taċ-ċittadin flimkien mar-responsabbiltà fiskali huma t-triq li twassal lura għal tkabbir sostenibbli fuq perjodu twil ta’ żmien;

7.

josserva li r-Rapport tal-Ħames Presidenti dwar “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”, jindika li hemm bżonn ta’ kapaċità għall-assorbiment tal-iskossi fil-livell taż-żona tal-euro sabiex jiġu kkomplementati l-istabbilizzaturi awtomatiċi nazzjonali, meta u fejn dan ikun meħtieġ;

8.

josserva li, sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja, jeħtieġ li l-euro jissodisfa l-aspettattivi tal-istabbiltà, il-konverġenza, it-tkabbir u l-impjieg. Kapaċità fiskali tista’ tgħin biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Is-solidarjetà hija relatata mill-qrib mar-responsabbiltà u tiddependi minnha, li jfisser li l-appoġġ finanzjarju addizzjonali fil-livell taż-żona tal-euro għandu jiġu pprovdut biss fil-preżenza kontinwa tar-responsabbiltà fiskali kif ukoll tar-riformi strutturali;

9.

itenni li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-iżvilupp tal-UEM, bħall-introduzzjoni ta’ kapaċità fiskali u l-istabbilizzaturi awtomatiċi, ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ħolqien tal-kundizzjonijiet għat-tkabbir sostenibbli għandu jiġi rikonoxxut bis-sħiħ u jissaħħaħ kull fejn ikun possibbli, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi u soċjali u r-riformi strutturali, il-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għan-negozji biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-investiment;

III.   PRINĊIPJI ĠENERALI

10.

itenni t-twemmin tiegħu li, fuq perjodu qasir ta’ żmien, l-ikkompletar tal-unjoni bankarja huwa l-aktar strument effettiv fil-ħidma biex jiġu evitati kriżijiet fis-sistema finanzjarja u jitnaqqsu kemm jista’ jkun possibbli l-effetti negattivi tal-iskossi ekonomiċi (2);

11.

huwa tal-fehma li l-Unjoni Bankarja trendi iżjed kredibbli l-prinċipju tal-BĊE li jgħid li l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tas-sistemi bankarji nazzjonali m’għandhomx ikunu marbutin mal-baġits pubbliċi nazzjonali u li kriżi f’pajjiż partikolari ma għandhiex twassal għal kriżi bankarja fl-Unjoni kollha;

12.

jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll l-imsieħba ekonomiċi u soċjali għandhom jiġu inklużi u involuti fid-diskussjoni dwar l-introduzzjoni ta’ strumenti ġodda, bħall-istabbilizzaturi awtomatiċi bil-għan li jtaffu l-effetti tal-iskossi asimmetriċi;

13.

jemmen li d-dimensjoni soċjali tal-UEM għandha tiġi żviluppata billi jsir monitoraġġ tal-indikaturi tal-iżvilupp fir-reġjuni u pajjiżi individwali, b’enfasi fuq is-segwitu tal-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u l-indikaturi soċjali strutturali. L-imsieħba soċjali — fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE — għandhom ikunu involuti fis-segwitu tal-indikaturi;

14.

jieħu nota tal-konvinzjoni tiegħu li hemm bżonn ta’ kapaċità fiskali sabiex l-UEM ikollha mekkaniżmu temporanju ta’ assorbiment tal-iskossi (3). Kapaċità fiskali potenzjali ma għandhiex tirdoppja l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni, iżda tikkomplementahom;

15.

iqis, madankollu, li kapaċità fiskali potenzjali fil-livell tal-UE ma għandhiex tiġi żviluppata b’tali mod li ġġib magħha r-riskju ta’ trasferimenti permanenti, u b’hekk iddgħajjef l-inċentivi għal teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi u soċjali sodi u l-implimentazzjoni tal-politika fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew l-inċentivi sabiex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali nazzjonali jew reġjonali. Għalhekk, u sabiex jiġi evitat il-periklu morali, għandha tkun marbuta mill-qrib mal-konformità mal-qafas ta’ governanza globali tal-UE u l-progress fil-proċess ta’ konverġenza;

16.

jitlob li l-Istati Membri jiġu obbligati jagħtu xhieda ta’ politika ekonomika responsabbli sabiex jiksbu aċċess għal strumenti Ewropej maħsuba biex jistabbilizzaw l-ekonomija. L-użu ta’ dawn l-istrumenti għandu jimxi id f’id mal-implimentazzjoni sħiħa tar-riformi strutturali, bil-għan li jkun hemm livell ogħla ta’ konverġenza, koordinazzjoni u integrazzjoni, u jitlob li l-għajnuna, taħt l-ebda ċirkustanza, ma tirriżulta fi trasferimenti permanenti bejn il-pajjiżi f’direzzjoni waħda (4). Din l-għajnuna għandha tkun definita fil-livell Ewropew, u jeħtieġ li tkun temporanja u bi skeda ċara;

17.

jinsisti li għandu jiġi rispettat il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, kif speċifikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu ta’ flessibbiltà fil-kuntest tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir ta’ Jannar 2015, u jenfasizza l-importanza li kull Stat Membru jkollu ekonomija soda u finanzi pubbliċi stabbli peress li dan huwa prerekwiżit għall-investiment pubbliku meħtieġ kemm fuq perjodu qasir ta’ żmien kif ukoll fit-tul;

18.

jemmen, barra minn hekk, li sabiex jiġi żgurat marġni suffiċjenti ta’ mezzi ta’ investiment filwaqt li jiġu rispettati r-regoli fiskali jeħtieġ li l-objettiv ta’ terminu medju (OTM) ta’ trażżin tad-dejn f’każ ta’ defiċit strutturali jiġi komplementat bl-identifikazzjoni ta’ defiċit reali stabbilit sew għall-investimenti pubbliċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

19.

itenni l-appell tiegħu għal aktar konverġenza ekonomika u soċjali u t-tisħiħ ta’ governanza tajba, peress li dan huwa essenzjali għall-prevenzjoni ta’ trasferimenti permanenti u l-periklu morali, u jenfasizza l-ħtieġa għal iżjed konverġenza;

20.

fl-istess ħin, jenfasizza li d-disparitajiet soċjali, ekonomiċi u territorjali, kemm fi ħdan kif ukoll bejn l-Istati Membri, jistgħu jitnaqqsu biss permezz ta’ kunċett li jħaddan dimensjoni territorjali; Il-kunċett ta’ responsabbiltà fiskali m’għandux ikun limitat għall-applikazzjoni ċentralizzata ta’ regoli komuni. Aktar ma jiżdiedu d-deċentralizzazzjoni u l-lokalizzazzjoni fl-infiq pubbliku, aktar ikun hemm inċentivi u kundizzjonijiet għar-responsabbiltà fiskali, ir-riformi u l-attraenza tal-investimenti;

21.

jemmen li jeħtieġ li d-disparitajiet reġjonali jiġu indirizzati sabiex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi soċjali, tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi u jittejbu l-kompetittività u l-koeżjoni fi ħdan l-UEM u fl-UE, u jenfasizza r-rwol importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu bħala impjegaturi, investituri, fornituri ta’ servizzi, pjanifikaturi, xpruni għat-tibdil u regolaturi tiegħu u msieħba fl-investiment;

22.

josserva li livell għoli ta’ sjieda tar-riformi strutturali fil-livell lokali mill-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti huwa kruċjali għas-suċċess tagħhom, u jenfasizza d-dimensjoni territorjali tas-Semestru Ewropew; Il-Kumitat itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Parlament biex jadottaw kodiċi ta’ kondotta li jiggarantixxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti b’mod strutturat fis-Semestru Ewropew, li huwa wkoll mezz għat-tħejjija tar-riformi strutturali (5);

23.

jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, li tippermetti l-flussi transkonfinali tal-kapital mingħajr theddid għall-istabbiltà ta’ reġjuni u pajjiżi differenti, u li tgħin lin-negozji, speċjalment lill-mikrointrapriżi u lill-SMEs, jiksbu aċċess għal firxa wiesgħa ta’ sorsi ta’ finanzjament, u b’hekk tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-iskossi ekonomiċi (6);

IV.   ASPETTI BAĠITARJI

24.

josserva li l-euro ġie introdott mingħajr l-ebda struttura ta’ appoġġ fiskali sabiex jindirizza l-iżbilanċi fiż-żona tal-euro u, fil-biċċa l-kbira tiegħu, il-baġit tal-UE mhuwiex adattat biex jimmobilizza l-finanzjament malajr fejn meħtieġ biex jiġu stabbilizzati s-swieq, jiġu ffinanzjati mill-ġdid il-banek u jiġu ttrattati l-kriżijiet fil-bilanċ tal-pagamenti;

25.

jistieden lill-Kummissjoni, meta tfassal politiki ekonomiċi u finanzjarji Ewropej futuri, li tikkunsidra l-possibbiltà li jintużaw indikaturi ekonomiċi għal kull reġjun li jidentifikaw l-istat tas-saħħa tiegħu mil-lat tad-dejn pubbliku u l-kontribut tiegħu għat-tkabbir tal-PDG Ewropew;

26.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu diskussi b’mod intensiv l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-kapaċità fiskali u li tinstab soluzzjoni li tkun konsistenti mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza u l-kontroll demokratiku kif ukoll mal-klawżola li tipprojbixxi s-salvataġġ finanzjarju (“no bail-out”) tal-Artikolu 125 tat-TFUE (7);

V.   KUNSIDERAZZJONIJIET DWAR IL-KAPAĊITÀ FISKALI

27.

huwa tal-fehma li jistgħu jiġu ssodisfati żewġ funzjonijiet: l-ewwel nett, wieħed jista’ jfittex li jipprovdi inċentivi għar-riformi strutturali fl-Istati Membri fi żminijiet ekonomiċi tajbin, sabiex titħeġġeġ il-konverġenza ekonomika u soċjali fiż-żona tal-euro u tittejjeb il-kompetittività u r-reżiljenza ekonomika tagħha. It-tieni nett, id-differenzi bejn iċ-ċikli ekonomiċi tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li huma marbutin mal-fatturi strutturali jistgħu jittaffew permezz tat-twaqqif ta’ strument biex jindirizza l-iskossi asimmetriċi;

28.

jisħaq li jinħtieġ progress sinifikanti fir-riformi strutturali sostenibbli biex jitrawmu l-konverġenza, it-tkabbir, l-impjiegi, il-kompetittività u l-mudell soċjali Ewropew sabiex b’mod effettiv jimpedixxu l-iskossi asimmetriċi;

29.

iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw aktar awtonomija fiskali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala mod biex jinħoloq sens ta’ sjieda, u tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar, tar-riformi strutturali;

30.

huwa tal-fehma li, għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali li jkun intlaħaq qbil dwarhom fl-Istati Membri, l-appoġġ finanzjarju fil-livell tal-UE, minbarra l-istrumenti eżistenti tal-politika ta’ koeżjoni, għandu jiġi ttrattat b’attenzjoni. Kwalunkwe appoġġ addizzjonali m’għandux jirdoppja iżda pjuttost jikkomplementa l-istrumenti eżistenti;

31.

huwa tal-fehma li l-appoġġ finanzjarju għandu jintrabat mal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. Il-Programm ta’ Appoġġ għar-Riforma Strutturali, li huwa maħsub biex jipprovdi appoġġ tekniku lill-awtoritajiet nazzjonali, jista’ jkun żviluppat aktar bħala kontribut għall-funzjoni ta’ riforma strutturali tal-kapaċità fiskali;

32.

jikkunsidra li jkun utli li jiġi analizzat jekk għodda addizzjonali għall-promozzjoni tar-riformi strutturali, fil-forma ta’ self għall-finanzjament ta’ strateġija ta’ investiment pubbliku, tistax tkun effettiva. Din tista’ tagħmilha possibbli li tiġi identifikata ġabra ta’ sorsi ta’ finanzjament u proġetti ta’ investiment meħtieġa biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa;

33.

huwa tal-fehma li, irrispettivament mill-isforzi li qed isiru bħalissa fil-livell tal-konverġenza u r-riformi strutturali sostenibbli, l-iskossi asimmetriċi li jaffettwaw l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha kemm hi ma jistgħux jiġu eliminati għalkollox, minħabba l-integrazzjoni qawwija tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. Għalhekk, jinħtieġ strument li jista’ jwassal għal effett immedjat ta’ stabbilizzazzjoni f’każ ta’ emerġenza;

34.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’ċerti pajjiżi jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għall-impatt tal-iskossi asimmetriċi, minħabba r-rwol importanti li jaqdu fis-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri;

35.

jitlob li l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) għandu jkompli jiġi żviluppat u jinbidel f’Fond Monetarju Ewropew b’kapaċità biżżejjed għall-għoti u t-teħid b’self u mandat definit b’mod ċar, inkluż il-kontribut possibbli tiegħu għall-kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro;

36.

huwa tal-fehma li l-kapaċità fiskali għandha tkun suġġetta għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-implimentazzjoni b’mod konġunt fil-livell tal-UEM, iżda għandha tkun miftuħa wkoll għall-Istati Membri barra miż-żona tal-euro fuq bażi volontarja;

VI.   KUMMENTI TAL-GĦELUQ

37.

itenni t-talba tiegħu li jkun involut fit-tħejjija tal-White Paper dwar it-tranżizzjoni bejn l-ewwel u t-tieni fażi tar-riforma tal-UEM;

38.

jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-isforzi biex tiġi approfondita l-unjoni monetarja jqisu wkoll l-implikazzjonijiet għall-pajjiżi barra ż-żona tal-euro;

39.

jinsisti li kwalunkwe miżura li taffettwa l-ikkompletar tal-UEM tiġi implimentata bl-iżjed mod trasparenti possibbli, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-leġittimità demokratika tal-unjoni monetarja.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara “Annual review of Employment and Social Developments in Europe”, ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-20 ta’ Diċembru 2016.

(2)  L-Opinjoni ta’ Paul Lindquist dwar “Segwitu għar-rapport tal-ħames presidenti: nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”, adottata fs-7 ta’ April 2016, COR-2015-05112, punt 24.

(3)  L-Opinjoni ta’ Lindquist, punt 35.

(4)  L-Opinjoni ta’ Lindquist, punt 33.

(5)  COR-2016-05386-00-00-DT.

(6)  Opinjoni ta’ Lindquist, punt 30.

(7)  Riżoluzzjoni dwar “Futur sostenibbli għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea (UEM)”, punt 21.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/19


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-konnessjonijiet neqsin fit-trasport fir-reġjuni tal-fruntiera

(2017/C 207/05)

Relatur:

Michiel Scheffer (NL/ALDE), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja ta’ Gelderland

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li l-integrazzjoni Ewropea hija l-aktar evidenti fil-fruntieri. Fruntieri miftuħa u infrastruttura li jgħaqqdu lin-nies huma l-qofol tal-proġett Ewropew. Barra minn hekk, l-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntiera fl-Ewropa jiddependi ħafna fuq id-disponibbiltà ta’ infrastruttura li tiffaċilita l-konnessjonijiet bejn il-bliet, l-intrapriżi u ċ-ċittadini fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera.

Għal ħafna reġjuni tul il-fruntieri l-kriżi tar-rifuġjati reċenti li wasslet għall-għeluq tal-fruntieri tirrappreżenta sfidi ġodda għall-iżvilupp integrat tar-reġjun.

2.

Ir-reġjuni tal-fruntiera kull ma jmur qed jitqiesu dejjem iżjed bħala reġjuni funzjonali li jistgħu jisfruttaw il-potenzjal tagħhom għat-tkabbir u l-impjiegi biss jekk ikun hemm konnessjoni suffiċjenti bejn iż-żewġ naħat tal-fruntiera u n-netwerk Ewropew. L-impatt tal-migrazzjoni fir-reġjuni fuq il-fruntiera għandu jiġi vvalutat f’mod bilanċjat filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-ħaddiema, ix-xerrejja, l-SMEs u t-turisti transkonfinali.

3.

Il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi għandha tiffoka wkoll fuq l-iffaċilitar tal-impjieg fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera. L-iżvilupp tal-infrastruttura u l-konnessjonijiet ta’ trasport ta’ kwalità għolja għaċ-ċittadini tal-fruntiera jikkostitwixxu inċentiv biex isibu xogħol marbut mat-taħriġ tagħhom, anki jekk dan ikun ifisser triq itwal biex jaslu x-xogħol. Dan iwassal għal żieda fir-rata ta’ impjieg u ta’ tqabbil tal-ħiliet mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u jiżgura użu aħjar tal-kapital uman. Din mhijiex biss kwistjoni ta’ aċċess għaż-żoni ta’ attività ekonomika, iżda wkoll dwar l-aċċess għall-faċilitajiet.

4.

Dan id-dokument jiddiskuti l-konnessjonijiet transkonfinali bil-ferrovija, bit-triq u, sa ċertu punt bl-ilma. Jagħmel referenza biss għar-reġjuni tal-fruntieri fl-Ewropa. Madankollu, il-KtR, waqt li jqis ukoll l-Opinjoni tiegħu dwar Strateġija tal-Avjazzjoni (1), ma jinsiex kemm huma importanti l-konnessjonijiet kemm bl-ajru kif ukoll bil-baħar bejn ir-reġjuni periferiċi u insulari, ir-reġjuni ultraperiferiċi u t-territorji transkonfinali ġirien, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li din is-sitwazzjoni titqies fir-reviżjoni futura tat-TEN-T.

5.

Il-konnessjonijiet neqsin fir-reġjuni tal-fruntieri jiffurmaw parti minn strateġija usa’: in-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp ta’ infrastruttura lokali u reġjonali. Hemm bżonn ta’ approċċ innovattiv sabiex jiġu solvuti l-kwistjonijiet ta’ mobilità fir-reġjuni tal-fruntiera.

6.

F’dawn l-aħħar snin, l-Unjoni Ewropea ffukat primarjament biex toffri soluzzjonijiet ċentralizzati għan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport fuq skala kbira, b’mod partikolari permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa iżda wkoll tal-Orizzont 2020. Hemm relattivament ftit riżorsi disponibbli għal strumenti deċentralizzati, bħall-programm Interreg, biex jinħolqu l-konnessjonijiet neqsin fuq skala żgħira fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Ewropa, anke meta dawn il-programmi jqisu aħjar il-ħtiġijiet lokali tat-territorju transkonfinali kkonċernat.

7.

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) għall-perjodu 2014-2020 diġà ffinanzjat diversi proġetti ta’ interess sinifikanti għall-mobilità fi ħdan l-UE, u r-riżorsi relatati fil-biċċa l-kbira tagħhom huma diġà allokati. Għalhekk, ikun importanti li jiġġedded l-impenn finanzjarju tas-CEF, billi tiżdied finanzjarjament, anki billi jiġu ffavoriti azzjonijiet ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tan-netwerk komprensiv u tas-sistema ta’ konnessjonijiet fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) fil-kuntest ta’ reġjuni konfinali.

8.

Kompitu prinċipali għalhekk huwa l-analiżi u l-provvediment ta’ riżorsi finanzjarji li għandhom jappoġġjaw l-introduzzjoni, l-iżvilupp jew il-ftuħ mill-ġdid tal-konnessjonijiet transkonfinali tat-trasport, b’aktar uniformità fit-trattament tal-Istati Membri rigward il-metodi tal-kofinanzjament. L-Istati Membri għandhom xorta waħda rwol importanti x’jaqdu fir-rigward tal-finanzjament għax-xogħlijiet.

9.

In-netwerk tat-TEN-T huwa kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni Ewropej. Il-maġġoranza l-kbira tar-riżorsi finanzjarji tmur għall-kurituri ewlenin tan-netwerk TEN-T, iżda m’għandhomx jintesew il-konnessjonijiet man-netwerks globali lokali u reġjonali. Is-sejħa għall-proposti fir-rigward tal-Faċilita Nikkollegaw l-Ewropa, li l-Kummissjoni nediet f’Ottubru 2016 u li hija speċifikament dedikata għall-konnessjonijiet transkonfinali, hija milqugħa tajjeb bħala l-ewwel pass.

10.

Din is-sejħa tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa dwar konnessjonijiet neqsin hija eżempju tajjeb tar-riżultati possibbli minn kooperazzjoni interistituzzjonali bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-Istati Membri u l-komunitajiet jew reġjuni awtonomi fid-definizzjoni ta’ sfidi komuni f’reġjuni tal-fruntiera, fl-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet possibbli u fil-forniment tal-mezzi meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. Din il-kooperazzjoni tista’ sservi biex jitfasslu konklużjonijiet possibbli dwar id-disinn futur tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa wara l-2020 u sservi ta’ mudell għal attivitajiet simili f’oqsma tal-politika tal-UE oħrajn.

11.

Ir-rieżami tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE fl-aħħar tal-2016 u d-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-forma tal-politika tal-koeżjoni wara l-2020 joffru opportunità eċċellenti biex jitressqu xi proposti ġodda bil-għan li jinkiseb appoġġ tal-UE sabiex tinbena l-infrastruttura nieqsa fir-reġjuni tal-fruntiera. B’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-aktar soluzzjoni xierqa tkun li jiġi permess il-finanzjament ta’ din l-infrastruttura (inkluża l-infrastruttura fuq skala żgħira) fil-qafas ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali (Interreg A) u li jiżdiedu r-riżorsi allokati għalihom skont dan.

12.

L-istudju “The potential of closing missing links of small scale infrastructure in Europe’s border regions for growth and employment” (2) fih għadd ta’ studji ta’ każijiet li jikkorraboraw din il-fehma.

Opportunitajiet għal żvilupp ekonomiku

13.

Ir-reġjuni tal-fruntiera ħafna drabi jkunu meqjusa bħala periferiċi, iżda jistgħu jservu ta’ ċentru ekonomiku. Sistema ta’ mobilità li tiffunzjona tajjeb hija prerekwiżit għat-tkabbir ekonomiku reġjonali u l-koeżjoni territorjali kif ukoll sabiex jiġi żviluppat il-potenzjal tar-reġjuni funzjonali transkonfinali. Huwa preċiżament fir-reġjuni tal-fruntiera li għad hemm lok konsiderevoli għal titjib fl-oqsma tal-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

14.

Jirrimarka li ħafna reġjuni fuq il-fruntiera jibbenefikaw mill-kummerċ transkonfinali. It-titjib tal-aċċessibiltà u l-kwalità tat-toroq, tal-ferroviji u l-konnessjonijiet tal-ilma se jikkontribwixxu indirettament biex isolvu l-problemi soċjali u ekonomiċi, b’mod partikolari, it-tnaqqis tar-rata tal-qgħad u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni. Dawn l-aspetti għandhom jitqiesu bħala kwistjonijiet ta’ prijorità fl-aċċess għall-mekkaniżmu ta’ finanzjament għall-fruntieri.

15.

It-turiżmu jista’ jservi bħala l-forza mexxejja sabiex tittejjeb l-infrastruttura. Bil-maqlub, it-titjib tal-infrastruttura jista’ jwassal ukoll għal żieda fit-turiżmu. Katalisti bħal dawn għandhom jiġu sfruttati għall-iżvilupp. B’mod partikulari, m’għandux jiġi ttraskurat ir-rwol tan-netwerks taċ-ċikliżmu transkonfinali fil-promozzjoni tat-turiżmu.

16.

Fil-kuntest tal-konnessjonijiet transkonfinali, l-iżvilupp tad-domanda jista’ jieħu aktar fit-tul. Barra minn hekk, spejjeż ogħla jwasslu għal inċertezza fil-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji, speċjalment fil-perjodu inizjali. Għalhekk għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inġinerija finanzjarja tal-proġetti. L-inġinerija finanzjarja tal-proġetti hija wkoll ta’ importanza kritika f’termini ta’ redditu fuq l-investiment u minħabba l-effetti fuq l-attività ekonomika tal-investimenti fl-infrastrutturi li jsiru fil-qafas tal-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali u l-programmi ta’ żvilupp għat-trasport. Il-kompożizzjoni differenti ta’ sorsi ta’ finanzjament, l-ammont tal-kontribuzzjoni proprja, ir-rata ta’ finanzjament tal-attivitajiet u l-ispejjeż għall-atturi tal-konsorzju huma wkoll fatturi determinanti mill-perspettiva tal-proġetti. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, il-Kumitat jirrakkomanda li, meta l-arranġamenti tal-istrutturi ta’ trasport huma sinifikanti għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati, jiġu stabbiliti għal kull żona tal-fruntiera linji gwida u regolamenti uniċi, komuni għall-Istati Membri, għal eliġibbiltà finanzjarja aktar effettiva għall-proġetti.

Infrastruttura u servizzi

17.

Is-soluzzjoni għall-konnessjonijiet neqsin tinvolvi l-kostruzzjoni tal-infrastruttura iżda wkoll li jiġu ffaċilitati servizzi bħal konnessjonijiet ġodda tat-trasport pubbliku u tal-merkanzija. Dan jista’ jinkludi wkoll il-ftuħ mill-ġdid ta’ linji eżistenti. F’dan ir-rigward, id-domanda tas-suq taqdi rwol ċentrali fil-vijabbiltà tal-konnessjonijiet ġodda.

18.

Is-soluzzjoni tal-konnessjonijiet transkonfinali neqsin teħtieġ approċċ integrat għat-trasport kemm tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri, u għall-modi kollha, jiġifieri bit-triq, bil-ferrovija u fuq l-ilma. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil sistema ta’ biljetti u informazzjoni transkonfinali li tkun ħielsa minn kull ostaklu, bi preferenza għall-intermodalità. Għal dan l-għan, huwa essenzjali li jiġu involuti u koordinati d-diversi kumpaniji li joperaw dawn il-konnessjonijiet, speċjalment l-intrapriżi tal-istat, kif ukoll l-istati u r-reġjuni fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom.

19.

L-ewwel pass f’dan ir-rigward huwa tqabbil aħjar tal-ħinijiet tat-trasport pubbliku fir-reġjuni tal-fruntiera. It-tieni pass jista’ jkun l-implimentazzjoni ta’ konnessjonijiet transkonfinali għat-trasport pubbliku.

20.

Il-mezzi tat-trasport bil-mod, bħalma hija r-rota, jistgħu jaqdu rwol importanti fir-reġjuni tal-fruntieri. Fil-fatt, iċ-ċikliżmu huwa f’ħafna każi mezz ta’ trasport addizzjonali flimkien mat-trasport pubbliku, li qed jintuża dejjem aktar u huwa kompetittiv b’mod partikolari fil-bliet li jbatu mill-konġestjoni. Dan jirrikjedi approċċ u netwerk transkonfinali ta’ infrastruttura taċ-ċikliżmu ta’ kwalità tajba. L-iżvilupp tat-trasport marbut man-netwerks tar-rotot taċ-ċikliżmu Euro Velo jikkontribwixxi wkoll biex itejjeb l-aċċessibilità tad-destinazzjonijiet turistiċi u jista’ b’hekk jitqies bħala objettiv soċjali u ekonomiku.

21.

Fir-reġjuni aktar rurali u ekonomikament anqas żviluppati huwa rakkomandat ukoll ippjanar integrat, b’tali mod li jitneħħew l-ostakli li jimpedixxu l-aċċess għal ċerti postijiet tax-xogħol u faċilitajiet.

Il-bżonn ta’ kooperazzjoni transkonfinali f’diversi livelli

22.

Il-punti ta’ qsim tal-fruntieri m’għandhomx jinstabu biss fin-netwerk ċentrali ta’ infrastrutturi, iżda wkoll f’netwerks globali. Dan jippermetti aktar flessibilità fil-vjaġġ bejn id-dar u l-post tax-xogħol u jagħmel l-impjiegi fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera aċċessibbli. Sabiex ikun hemm sistema ta’ mobilità mingħajr xkiel, hemm bżonn ta’ kooperazzjoni transkonfinali aktar b’saħħitha bejn il-livelli kollha tal-gvern u l-imsieħba kkonċernati.

23.

Hija wkoll rakkomandabbli inizjattiva politika konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Istati Membri u li tista’ tinkludi l-elementi li ġejjin:

l-użu tar-rieżami transkonfinali li qed isir bħalissa mill-Kummissjoni Ewropea biex jitneħħew ostakli eżistenti għal soluzzjonijiet ta’ trasport transkonfinali. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa impenjat li jaqdi rwol attiv biex jingħelbu dawn l-ostakli,

il-ħolqien ta’ pjattaforma għall-valutazzjoni ta’ proġetti eżistenti u t-tixrid ta’ linji gwida u prattika tajba;

l-iżvilupp ta’ sensiela ta’ proġetti komuni għall-infrastruttura tat-trasport fir-reġjuni tal-fruntiera b’appoġġ qawwi mid-DĠ MOVE tal-Kummissjoni Ewropea, u it-tħeġġiġ tal-iskambju tal-għarfien u l-kooperazzjoni dwar sfidi tal-mobbiltà transkonfinali;

l-użu tal-programmi Interreg A biex jiġi ffaċilitat l-ippjanar aħjar tal-infrastruttura, tal-faċilitajiet u l-integrazzjoni tas-servizzi transkonfinali, u aktar użu ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) għall-implimentazzjoni ta’ investmenti transkonfinali, inkluż għall-fruntieri bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, u b’mod partikolari biex jiġu żviluppati sezzjonijiet transkonfinali tal-infrastruttura tat-trasport u strutturi oħrajn ta’ kooperazzjoni transkonfinali li jikkontribwixxu għal dan l-ippjanar permezz tal-attivitajiet istituzzjonali tagħhom.

24.

L-inizjattiva tista’ tkun sensiela komuni ta’ proġetti għall-infrastruttura tat-trasport u għall-armonizzazzjoni tal-istandards operattivi fir-reġjuni tal-fruntieri. Din tista’ tkun issorveljata u appoġġata fil-livell politiku.

Min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ MOVE jista’ jaqdi rwol ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-inizjattivi, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ mobbiltà transkonfinali u dwar is-sensiela ta’ proġetti.

25.

L-Interreg m’għandux ikun biss strument ta’ finanzjament, iżda għandu jiffaċilita ppjanar aħjar tal-infrastruttura u tal-faċilitajiet transkonfinali. Il-kooperazzjoni fil-qafas tal-Interreg A jista’ jkollha rwol importanti fl-armonizzazzjoni tal-approċċi u t-tfittxija ta’ soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet ta’ mobbiltà transkonfinali.

26.

L-implimentazzjoni ta’ investimenti tista’ tittejjeb permezz ta’ użu akbar tar-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT). Dan għandu wkoll vantaġġi għall-iżvilupp ta’ sezzjonijiet transkonfinali tal-infrastruttura tat-trasport.

Il-parteċipazzjoni miċ-ċittadini fi stadju bikri

27.

Iċ-ċittadini għandhom jiġu involuti fi stadju bikri fl-iżvilupp ta’ proġetti transkonfinali. Dan huwa essenzjali għas-suċċess tal-proġetti u jikkontribwixxi sabiex jiġu aċċettati. Iċ-ċittadini jingħataw ukoll stampa aħjar tal-opportunitajiet li jinsabu fiż-żona tal-fruntiera.

28.

Matul l-iżvilupp tal-konnessjonijiet transkonfinali, jeħtieġ li titqies il-bidla fl-attitudni għall-fruntieri miftuħa, b’mod partikolari minħabba l-kriżi tar-refuġjati, il-qgħad u ż-żieda fin-nazzjonaliżmu.

29.

L-inizjattivi għall-integrazzjoni tal-popolazzjoni fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Istati Membri tal-UE bi fruntieri komuni kif ukoll dawk b’żoni tal-fruntieri mal-pajjiżi ġirien għandhom jiġu promossi. L-appoġġ għan-netwerks ta’ konnessjonijiet tat-trasport jikkontribwixxi għal komprensjoni reċiproka aħjar. Dan it-titjib se jqarreb lill-persuni u ‘l-kumpaniji b’effett pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja tal-persuni fuq iż-żewġ naħat ta’ fruntiera.

Htieġa ta’ armonizzazzjoni tal-aspetti tekniċi u regolatorji

30.

L-armonizzazzjoni tal-aspetti tekniċi, regolatorji u finanzjarji hija importanti ħafna sabiex tiġi żgurata konnessjoni transkonfinali tajba tal-infrastruttura u biex din tiġi indirizzata b’mod omoġenju min-naħa tal-Istati Membri differenti. B’mod partikolari, il-linji ferrovjarji u l-konnessjonijiet għandhom jiġu standardizzati, bħal pereżempju l-elettrifikazzjoni u s-sistemi Ewropej ta’ sikurezza (ERTMS), jew il-problemi relatati mal-istandards eżistenti varji f’ħafna pajjiżi Ewropej tal-Lvant li jirrigwardaw il-wisa’ bejn il-linji ferrovjarji. Fir-rigward tal-armonizzazzjoni ta’ aspetti tekniċi, ta’ min isemmi wkoll it-tneħħija ta’ ostakli għall-komunikazzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni u l-ħolqien ta’ pjattaforma komuni għall-informazzjoni lill-utent, il-bejgħ ta’ biljetti onlajn u l-immodernizzar tat-trażmissjoni tad-data dwar l-infrastruttura. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, se jkunu essenzjali l-involviment u l-koordinazzjoni tal-amministraturi stati tal-infrastruttura ferrovjarja responsabbli għal dawn il-konnessjonijiet transkonfinali.

31.

Minbarra l-armonizzazzjoni teknika, hemm bżonn ukoll li jiġu armonizzati l-aspetti regolatorji u tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni sabiex jiġu allinjati l-iskadenzi għall-implimentazzjoni ta’ programmi transkonfinali. Konċessjonijiet transkonfinali għat-trasport pubbliku jistgħu jkunu katalist sabiex tittejjeb il-mobbiltà transkonfinali. Għandha ssir ħafna iktar ħidma maż-żoni tat-trasport reġjonali transkonfinali u mal-awtoritajiet tat-trasport transkonfinali.

32.

L-applikazzjoni u l-estensjoni possibbli tal-proposta tal-Lussemburgu għal introduzzjoni ta’ “għodda għall-assenjazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fir-reġjuni tal-fruntiera”, tkun tippermetti l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali u tekniċi ta’ pajjiż speċifiku f’pajjiż li jkollu fruntiera miegħu, fil-każ ta’ tulijiet żgħar ta’ konnessjonijiet tat-trasport transkonfinali. Dan jista’ jnaqqas l-ostakli tekniċi u l-ispejjeż. Il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-proposta għal konvenzjoni transkonfinali Ewropea dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fir-reġjuni konfinali, sabiex tivvaluta l-użu possibbli tagħha u biex tippreżenta proposta dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tagħha.

L-infrastruttura tiftaħ il-fruntieri u jistħoqqilha tiġi ffinanzjata

33.

Il-maġġoranza l-kbira (95 %) tal-fondi tal-UE (TEN-T-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) issa tmur għall-kurituri ewlenin tat-TEN-T. Proġetti żgħar fuq in-netwerk globali (comprehensive network) u l-interventi ta’ konnessjoni man-netwerk TEN-T, minkejja li dawn huma essenzjali għas-soluzzjoni ta’ problemi speċifiċi u għall-iżvilupp tal-konnessjonijiet u l-ekonomiji transkonfinali, ta’ spiss ma jkunux eliġibbli għall-(ko)finanzjament jew għall-finanzjament nazzjonali. Dan huwa parzjalment minħabba l-pożizzjoni tal-fruntiera. Ir-rotot u l-konnessjonijiet interni ta’ spiss ikollhom iktar volum.

34.

Pakketti koerenti ta’ proġetti pjuttost żgħar jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti biex jitneħħew l-ostakli fir-reġjuni tal-fruntiera. Għaldaqstant, l-istess bħall-proġetti ikbar fit-TEN-T, il-proġetti iżgħar ta’ infrastruttura transkonfinali għandhom ikunu fost il-prijoritajiet tal-aġenda Ewropea. Flimkien mal-interventi tal-infrastruttura huwa xieraq li ssir enfasi speċifika fuq l-inizjattivi ta’ żvilupp tas-servizzi u l-inizjattivi kkoordinati fost l-istati tal-fruntiera li għandhom l-għan li jimmaniġġjaw id-domanda tal-mobbiltà, bħal azzjonijiet immirati biex jiskoraġġixxu l-użu ta’ karozzi privati u jħeġġu l-użu ta’ forom ta’ mobbiltà kollettiva jew kondiviża. B’mod parallel mar-riżorsi tal-Unjoni, l-investimenti fl-infrastruttura jeħtieġu wkoll kontribuzzjoni proprja. Il-proġetti żgħar u kbar iffinanzjati mill-fondi tal-UE (FSIE) jeħtieġu kontribuzzjoni proprja min-naħa tal-imsieħba tal-proġett. Fil-livell tal-Istati Membri, din il-kontribuzzjoni għandha wkoll tiġi kkompletata permezz ta’ ammonti differenti ta’ (ko)finanzjament nazzjonali, abbażi tal-qsim tar-responsabbiltajiet tal-Istat Membru. Il-proġetti transkonfinali, kif ukoll l-istabbiltà finanzjarja tal-imsieħba tal-konsorzju huma garanziji biex l-implimentazzjoni tirnexxi u biex jinstabu fondi.

35.

Rigward il-mobbiltà tal-merkanzija jista’ jkun utli li jiġu promossi interventi għall-armonizzazzjoni tar-regoli tat-traffiku fit-toroq, billi jiġu implimentati inizjattivi biex jitnaqqsu l-impatti fuq it-traffiku minħabba limitazzjonijiet fis-seħħ f’ċerti Stati Membri, u jitrawwem l-iżvilupp ta’ terminali intermodali ferrovija-triq għat-traffiku transkonfinali.

36.

Forom alternattivi ta’ finanzjament jistgħu jaqdu rwol utli u f’dan il-kuntest hija essenzjali s-semplifikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fl-ippjanar tal-użu tar-riżorsi diretti tal-Unjoni, mill-fażi ta’ żvilupp tal-proġett ‘il quddiem, jistgħu jirriżultaw inċertezzi fir-rigward tal-garanziji ta’ kontribuzzjonijiet proprji tal-atturi statali u mhux statali. Fid-dawl tad-daqs kbir tal-investimenti fl-infrastruttura, ta’ min jikkunsidra l-ħolqien ta’ fond għal riżorsi proprji maħsub għall-iżvilupp tat-trasport u għall-għajnuna għall-iżvilupp tal-proġetti, flimkien ma’ fondi komuni u nazzjonali. Fil-każ ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transkonfinali, jistgħu jinqalgħu problemi għas-sħubijiet mill-fażi ta’ ppjanar ‘il quddiem minħabba n-nuqqas ta’ kontribuzzjonijiet proprji.

37.

Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) joffri opportunitajiet għal finanzjament innovattiv għall-proġetti ta’ mobilità u infrastruttura fir-reġjuni tal-fruntiera. Għalhekk, il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda fl-enfasi li l-FEIS 2.0 jagħmel fuq il-finanzjament ta’ aktar proġetti transkonfinali u sostenibbli.

38.

Il-FEIS jaħdem aħjar meta jkun hemm organizzazzjonijiet jew strutturi finanzjarji transkonfinali. Għandu jiġi mistħarreġ kif ir-REKT jistgħu jkunu strutturi adatti u kif jistgħu jiġu kapitalizzati sabiex ikunu eliġibbli għal għajnuna mill-FEIS u/jew il-BEI.

39.

Fil-kuntest tal-FEIS għandhom jiġu żviluppati strumenti finanzjarji oħrajn b’rabta mal-garanziji, biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ interventi ta’ interess transkonfinali li, għalkemm essenzjali mill-perspettiva ta’ netwerk u ta’ titjib fil-mobbiltà u s-servizzi, ikollhom profili baxxi mil-lat ta’ profitt.

40.

L-elettrifikazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja eżistenti u li tintuża b’mod tajjeb tista’ tkun adatta għal użu koordinat tal-FEIS.

L-importanza tal-ġeografija u tar-rabta bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji

41.

Mhux kull reġjun tal-fruntiera għandu l-istess karatteristiċi u jinsab fl-istess livell. Hemm reġjuni tal-fruntiera metropolitani u reġjuni tal-fruntiera aktar rurali. Il-pożizzjoni ġeografika u l-ostakli naturali jaffettwaw il-possibbiltà li jiġu introdotti konnessjonijiet transkonfinali adegwati u effiċjenti, minbarra li huma wkoll fatturi li għandhom jiffavorixxu aktar liż-żoni rurali jew periferiċi, li huma f’pożizzjoni strateġika u ftit għandhom konnessjonijiet transkonfinali. Minħabba d-differenzi fl-iżvilupp reġjonali, il-fenomeni ekonomiċi u soċjali, speċjalment is-sitwazzjoni tal-impjiegi fir-reġjuni fuq il-fruntiera ma’ pajjiżi terzi, għandhom impatt sinifikanti fuq l-isforzi għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni tal-fruntiera.

42.

Fir-reġjuni bi gżejjer, il-vapuri ta’ spiss huma l-unika konnessjoni mat-territorji tal-madwar. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil din is-sitwazzjoni.

43.

Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lir-reġjuni muntanjużi transkonfinali, fil-fatt ċerti meded ta’ muntanji huma ostakli konfinali li diffiċli jintlaħaq aċċess għalihom, u li jirrikjedu infrastruttura (vjadotti, mini, eċċ) speċifika u li tiswa ħafna flus. Konnessjonijiet ferrovjarji aħjar fiż-żoni muntanjużi jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 u jtejbu l-kwalità tal-arja, kif ukoll jisfruttaw il-potenzjal turistiku u għalhekk jikkontribwixxu għall-vijabbiltà demografika u ambjentali tar-reġjuni muntanjużi.

44.

Meta jiġu żviluppati proġetti transkonfinali u meta jittieħdu d-deċiżjonijiet dwarhom, għandhom isiru analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji, kif ukoll attivitajiet ta’ tħejjija li jassiguraw is-suċċess tal-proġetti ta’ żvilupp. Infrastruttura ta’ konnessjoni bħalma hi linja ferrovjarja ta’ spiss tkun tiswa ħafna. Waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-proċeduri tal-offerti, legali, finanzjarji u ta’ analiżi tar-riskju eżistenti, li jvarjaw ħafna skont l-Istati Membri. Barra minn hekk, fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, għandhom jitqiesu wkoll l-ispejjeż operattivi tal-konnessjoni ferrovjarja.

45.

M’għandhiex titwettaq biss analiżi ekonomika fuq perjodu qasir, iżda għandha tingħata ħarsa wkoll lejn il-valur aktar strateġiku ta’ konnessjonijiet ġodda, li jistgħu jservu ta’ xprun fl-iżvilupp tar-reġjuni (periferiċi) tal-fruntieri. Huwa għalhekk li għal proġetti transkonfinali, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, mill-istadju ta’ ppjanar u ta’ analiżi tal-ispejjeż tal-infrastrutturi, l-istrateġiji ta’ żvilupp għat-trasport adottati mill-Istati Membri kif ukoll li l-istrateġiji nazzjonali ta’ żvilupp relatati għall-ħarsien tal-ambjent, ir-riċerka teknoloġika u l-innovazzjoni, u tiġi żgurata l-konsistenza magħhom.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COR-2016-00007

(2)  http://cor.europa.eu/en/documentation/studies/Documents/Potential-missing-link.pdf


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/25


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-riġenerazzjoni tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet

(2017/C 207/06)

Relatur:

Stanisław Szwabski (PL/AE) Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Gdynia

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

Jenfasizza li l-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet huma parti sostanzjali tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea (UE), li fi żminijiet fejn il-globalizzazzjoni qiegħda dejjem tiżdied, għandha impatt qawwi fuq il-possibbiltajiet ta’ rkupru, effettività aħjar, l-istimolu tal-innovazzjoni u l-iżgurar tal-kompetittività fit-tul.

2.

Jirrimarka li t-tibdiliet teknoloġiċi fis-setturi tan-navigazzjoni marittima u fuq passaggi tal-ilma interni, se twassal għal konċentrazzjoni ġeografika ta’ operazzjonijiet tal-port, u jfisser impatt sinifikanti fuq id-diversi portijiet ta’ daqs żgħir u medju, li jirriżulta f’telf ta’ funzjonijiet ekonomiċi tagħhom u l-kollass ta’ żoni tal-portijiet u magħhom iż-żoni urbani li jiddependu minnhom.

3.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li x-xejra lejn il-liberalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-portijiet, hija importanti biex tgħin ittejjeb l-effettività tagħhom, li min-naħa l-oħra tgħin lill-kompetittività tas-settur Ewropew tat-trasport. Jinnota f’dan il-kuntest it-tħassib dwar il-liberalizzazzjoni, li potenzjalment tista’ tiggrava l-għoti ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (kif ukoll l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet oħra li huma essenzjali għall-funzjonament u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-belt u l-port). Madankollu, l-Artikolu 345 tat-TFUE jistipula li t-Trattati bl-ebda mod m’għandhom jippreġudikaw ir-regoli fl-Istati Membri dwar is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà u r-regolamenti tal-UE ma jimponux mudell ta’ ġestjoni speċifiku fuq il-korpi tal-ġestjoni tal-portijiet.

4.

Huwa tal-fehma li l-miżuri attwali meħuda fil-livell lokali u reġjonali għar-riġenerazzjoni tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet, inklużi l-gżejjer, għandhom bżonn appoġġ iżjed intensiv u mmirat mill-politika ta’ koeżjoni u politiki oħra tal-UE, fl-ispirtu tal-aġenda urbana, l-aġenda territorjali u l-Karta ta’ Leipzig u l-Patt ta’ Amsterdam sabiex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li jirriżultaw.

5.

Jilqa’ l-prinċipji tal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-Portijiet u, mingħajr ma jitfa’ dubju dwar il-ftehim miksub, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi iktar gwida fir-rigward tal-implimentazzjoni. Jirrimarka li l-operazzjonijiet tal-portijiet kummerċjali jitwettqu minn operaturi privati u li hemm ħtieġa għall-Awtoritajiet tal-Port biex jikkonsultaw ma’ operaturi privati dwar l-iżviluppi tal-portijiet.

6.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-port, il-kumpaniji tat-tbaħħir, l-awtoritajiet tax-xmajjar, l-operaturi ta’ terminals privati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fil-livell Ewropew u reġjonali, għal djalogu mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kostali, tal-gżejjer u tal-baċiri tax-xmajjar biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ta’ kompromess għar-riġenerazzjoni tat-tipi kollha ta’ bliet portwarji u żoni tal-portijiet interni u marittimi.

PROBLEMI U SFIDI

L-importanza tal-portijiet u l-bliet portwarji għall-ekonomija Ewropea

7.

Huwa konxju li l-portijiet marittimi, u b’mod partikolari l-104 port ewlieni tan-netwerk TEN-T, kif ukoll il-bliet prinċipali taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-konnessjonijiet tagħhom ma’ portijiet u bliet portwarji ta’ importanza internazzjonali (pereżempju fiċ-Ċina), huma importanti biex iżommu u jsaħħu l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u b’hekk għall-prosperità u l-paċi soċjali.

8.

Jagħraf li l-portijiet interni, u partikolarment il-portijiet interni tan-netwerk ewlieni u komprensiv 79 TEN-T jiffunzjonaw bħala punti nodali għall-ekonomiji reġjonali u lokali. Huma jservu bħala nodi multimodali effiċjenti fuq il-kurituri tal-passaġġi fuq l-ilma interni Ewropej. Dawn huma l-interfaċċa bejn il-parti tat-trasport interkontinentali/marittima u l-mezzi interni tat-trasport (bil-ferrovija, tat-triq u tan-navigazzjoni interna); huma jservu bħala passaġġi estiżi għall-portijiet tal-baħar.

9.

Jenfasizza li xi awtoritajiet lokali Ewropej, speċjalment dawk fil-komunitajiet rurali u tal-gżejjer, jaġixxu wkoll bħala awtoritajiet tal-port funzjonanti b’firxa wiesgħa ta’ responsabbiltajiet għall-appoġġ ta’ soċjetajiet kostali, għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp ta’ portijiet marittimi li jiffunzjonaw tajjeb u li huma sostenibbli. L-awtoritajiet reġjonali u lokali jistgħu jipprovdu interventi pubbliċi kruċjali fil-ġestjoni effettiva tal-portijiet.

10.

Jiġbed il-konklużjonijiet minn diversi studji empiriċi li fihom kien ikkonfermat u dokumentat, kif ir-relazzjonijiet reċiproċi bejn il-portijiet Ewropej u l-bliet portwarji maħluqa matul is-sekli, reċentement inbidlu malajr ħafna, sabiex iż-żieda fil-bastimenti kummerċjali u tal-passiġġieri, u l-iżvilupp fl-użu tal-kontejners wasslu għal konċentrazzjoni ġeografika tas-servizzi portwarji.

11.

Jinnota li għadd ta’ bliet Ewropej kif ukoll reġjoni dipendenti fuqhom, minkejja ż-żieda ġenerali fit-tbaħħir, tilfu l-funzjonijiet ekonomiċi u ta’ impjieg tagħhom li wassal għad-deterjorament taż-żoni urbani portwarji.

12.

Itenni mill-ġdid li minħabba ċ-ċiklu u l-pronjosi ekonomiċi baxxi attwali, aktar innovazzjoni, awtomatizzazzjoni, diġitalizzazzjoni u l-isfruttament tal-potenzjal ta’ swieq ġodda kontinentali u sostenibbli bħall-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija huma rekwiżiti importanti għat-tkabbir ekonomiku futur.

13.

Jenfasizza li hemm bżonn ta’ klima ta’ investiment stabbli u finanzjament tal-UE kontinwu għal proġetti u inizjattivi innovattivi. Jappoġġja inizjattivi u ideat minn isfel għal fuq bħall-pjattaforma Ewropea fit-tul IWT bejn partijiet interessati pubbliċi u privati u istituzzjonijiet governattivi li jappoġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jittejbu r-relazzjonijiet bejn il-portijiet u l-bliet u jtejbu l-kapaċità innovattiva tas-settur.

14.

Jinnota, b’mod partikolari, li l-esternalitajiet pożittivi ġġenerati mill-portijiet, anki fil-każ tal-ikbar portijiet, qed jiġu trasferiti lejn bliet u reġjuni remoti (inklużi dawk li mhumiex fl-UE) minħabba l-globalizzazzjoni; min-naħa l-oħra, jilqa’ d-diversifikazzjoni tal-portijiet li qabel kienu ddeterjorjaw fl-attrazzjoni ta’ attività ekonomika ġdida u l-ġenerazzjoni ta’ effetti konsegwenzjali lokalment.

15.

Ifakkar li, minħabba l-ħtieġa li titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq u l-objettiv tal-UE li tittrasferixxi 30 % mit-triq għal trasport bil-ferrovija u trasportazzjoni bl-ilma sal-2030 (White Paper dwar it-Trasport tal-2011 COM(2011) 144 final), netwerk ta’ passaġġi tal-ilma interni żviluppat sew u l-għadd ta’ portijiet interni jistgħu jiksbu importanza akbar fir-rigward ta’ rabta aħjar bejn tal-portijiet maż-żoni interni.

16.

Ifakkar ukoll fir-rwol tal-portijiet ta’ daqs medju li jagħmlu parti min-netwerk TENT-T, flimkien mal-portijiet żgħar fil-gżejjer, l-arċipelagi u r-reġjuni ultraperiferiċi, bħala muturi tat-tkabbir ekonomiku. Dawn huma wkoll essenzjali għall-koeżjoni territorjali fl-UE. Għaldaqstant, dawn għandu jkollhom aċċess aħjar b’mod sinifikanti għall-finanzjament taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

17.

Jinnota l-importanza ta’ żieda fl-effiċjenza u l-kompetittività tal-portijiet marittimi u interni, il-funzjonament aħjar tal-bliet portwarji u r-riġenerazzjoni taż-żoni tal-portijiet, għas-soluzzjoni tal-problemi attwali ta’ tkabbir tal-UE, l-Istati Membri u r-reġjuni, kif ukoll għall-industrijalizzazzjoni globali mill-ġdid.

18.

Huwa tal-opinjoni li aktar appoġġ għat-titjib tal-bliet portwarji u ż żoni tal-portijiet fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni u ta’ politiki settorjali oħra, jkun katalist għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali tal-UE.

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Tipi ta’ sistemi ta’ portijiet u bliet portwarji

19.

Jirrimarka li kemm il-portijiet marittimi kif ukoll dawk interni u l-bliet portwarji fl-Ewropa għandhom differenzi sinifikanti fir-rigward tad-daqs, il-pożizzjoni ġeografika, il-potenzjal u l-faċilitajiet tal-ġarr tal-merkanzija, marbuta mas-servizzi ekonomiċi assoċjati kif ukoll l-importanza tal-belt portwarja.

20.

Jinnota li r-relazzjonijiet bejn il-bliet kostali u l-portijiet żgħar, ta’ daqs medju u kbar u s-servizzi tal-ġarr tal-merkanzija żgħar, ta’ daqs medju u kbar, jirrikjedu approċċi differenti, u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea, fit-tfassil tal-miżuri ta’ politika biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, tikkunsidra dawn id-differenzi, kif ukoll il-fehmiet tal-partijiet interessati fl-ekonomija marittima u tal-awtoritajiet fiż-żoni kostali.

21.

Jinnota li d-dominanza ta’ portijiet fuq il-bliet jew viċi versa b’mod ġenerali iżżid id-distakki fl-iżvilupp tas-sistema tal-port u l-belt portwarja, li hija ta’ żvantaġġ għaż-żewġ partijiet. din il-problema għandha tkun indirizzata, f’konformità mal-Aġenda Territorjali, permezz ta’ proġetti konġunti ta’ atturi ekonomiċi mis-settur marittimu, mill-industrija u mis-settur tas-servizzi mal-awtoritajiet lokali u reġjonali bl-appoġġ ta’ strumenti legali u finanzjarji, fil-qafas ta’ politiki settorjali koordinati tal-UE.

Approċċ integrat għat-titjib tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet

22.

Huwa konxju li ż-żoni tal-portijiet huma żoni partikolari, li fihom bosta attivitajiet ekonomiċi u dawk relatati ma’ bżonnijiet u interessi huma kkonċentrati fuq żona żgħira ħafna, li jirriżulta f’unitajiet territorjali, ekonomiċi u soċjali kumplessi, li jwasslu għall-kunflitti u kontradizzjonijiet inevitabbli, li għandhom bżonn approċċ speċifiku, integrat, ibbażat fuq is-sħubija f’diversi livelli.

23.

Jirrimarka li ħafna portijiet Ewropej, b’mod partikolari dawk mis-seklu 19, fil-fatt huma distretti industrijali, b’żoni industrijali b’volum kbir ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni li jiddependu fuq l-aċċess għall-ilma u negozji involuti fl-ipproċessar tal-materja prima u prodotti nofshom lesti, kif ukoll diversi servizzi marbuta mat-trasport bil-ilma, l-immaniġġar tal-merkanzija u attivitajiet oħra tal-port.

24.

Jinnota l-ħtieġa li tiġi żgurata koordinazzjoni tajba bejn il-portijiet f’reġjun amministrattiv partikolari, kif ukoll kooperazzjoni akbar bejn il-portijiet tul kosta partikolari, irrispettivament mir-reġjun li jappartjenu għalih.

25.

Jenfasizza l-bżonn li jittejbu r-relazzjonijiet istituzzjonali bejn iż-żoni tal-portijiet u l-bliet, u jirrakkomanda li jinħolqu kumitati ta’ integrazzjoni bejn il-port u l-belt, billi jiġu segwiti xi prattiki tajbin ta’ portijiet Ewropej kbar fejn jeżisti kumitat ta’ dan it-tip magħmul minn awtorità lokali, awtorità reġjonali u awtorità tal-port.

26.

Jitlob sabiex il-Fora tal-Kurituri TEN-T jindirizzaw ir-rabtiet bejn il-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet u jirrakkomanda li jinħolqu pjattaformi speċifiċi għall-bliet portwarji definiti bħala nodi urbani.

27.

Jenfasizza li t-titjib tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet għandu jikkunsidra firxa sħiħa ta’ fatturi b’mod integrat: l-amministrazzjoni strateġika tal-bliet portwarji, is-sinerġiji bejn il-bliet portwarji u fir-relazzjonijiet maż-żona tar-reġjun kostali, il-port u l-belt, l-inċentivi pubbliċi u l-investimenti, id-diversifikazzjoni tal-istruttura ekonomika tal-bliet u ż-żoni portwarji, ir-rabtiet bejn it-trasport fuq l-art u l-passaġġi tal-ilma, il-konnessjonijiet bit-trasport ferrovjarju, il-problemi ambjentali, il-ġestjoni tat-territorju tal-portijiet, ir-rabta tal-portijiet mal-ħajja tas-soċjetà urbana.

28.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ħtieġa għal żvilupp ibbilanċjat tal-bliet portwarji teħtieġ soluzzjonijiet innovattivi u integrati għal żvilupp urban integrat fl-UE skont l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ dawn iż-żoni.

Ir-relazzjonijiet Port-Belt: il- ħtieġa għal sinerġiji

29.

Jirrikonoxxi li, minkejja x-xejra osservata li t-terimini moderni u fuq skala kbira tal-kontejners jiċċaqalqu ‘l bogħod miż-żoni portwarji fil-bliet u xi kultant fiċ-ċentru tal-bliet, is-sinerġiji fir-relazzjonijiet bejn il-port u l-belt qed jinbidlu imma mhux jiddgħajfu, speċjalment fir-rigward tar-rabtiet tat-trasport mar-reġjuni interni, l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija elettrika, l-aċċess għas-servizzi urbani, il-forza tax-xogħol imħarrġa, is-sigurtà u wkoll servizzi speċjalizzati sew għall-portijiet u l-ambjenti tan-negozju.

30.

Jenfasizza li s-sinerġiji fir-relazzjonijiet bejn il-portijiet u l-bliet għandhom jiġu identifikati u jissaħħu. Fejn meħtieġ, strumenti strateġiċi mhux vinkolanti bħal pereżempju l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet raġonevoli għal skambju ta’ esperjenzi, kodiċijiet ta’ kondotta, linji gwida, komunikazzjonijiet jistgħu jservu bħala strumenti utli.

Inċentivi u investimenti pubbliċi f’żoni tal-portijiet

31.

Jinnota li żoni tal-port fejn il-ġestjoni tal-merkanzija jew l-attività industrijali maġenb l-ilma naqsu jew sparrixxew, minn naħa waħda, jikkostitwixxu piż konsiderevoli għall-bliet portwarji, iżda min-naħa l-oħra joffru wkoll opportunitajiet kbar ta’ żvilupp, u r-relazzjoni bejn l-opportunità u r-riskju tiddependi prinċipalment min-natura tar-relazzjoni bejn il-port u l-belt.

32.

Jirrimarka li dawn li kienu żoni industrijali portwarji kważi dejjem jirrikjedu riabilitazzjoni teknika u ambjentali diffiċli, twila u għolja u ż-żoni urbani ta’ madwar jista’ jkollhom bżonn riablitazzjoni soċjali, kundizzjoni neċessarja biex din l-art issir disponibbli għall-investiment. L-investimenti li jappoġġjaw it-titjib u li jippromovu t-trasformazzjoni jistgħu jkunu essenzjali.

33.

Jappella biex fl-implimentazzjoni tal-aġenda urbana tal-UE u l-Patt ta’ Amsterdam jinħolqu strumenti legali u ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku għar-riabilitazzjoni ambjentali tas-sit.

34.

Il-portijiet huma wkoll għajnuniet ekonomiċi, kulturali u storiċi importanti għaż-żoni rurali, għall-gżejjer u għaż-żoni periferiċi. L-espansjoni tat-turiżmu, il-kruċieri u l-attivitajiet ta’ tbaħħir li jimmassimizzaw il-wirt naturali u kulturali hija ta’ importanza ewlenija għat-tkabbir. F’komunitajiet aktar rurali, dawk tal-gżejjer u dawk remoti, l-importanza tar-riġenerazzjoni u l-investiment taċ-ċentri tal-bliet tista’ tkun ħafna aktar vitali.

35.

Jipproponi li jsir possibbli li jinstabu soluzzjonijiet istituzzjonali simili għal żoni ekonomiċi speċjali f’dak li kienu żoni industrijali portwali, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji tas-sussidjarjetà kif ukoll tat-trasparenza fil-finanzjament u jiġu stabbiliti kriterji ċari għall-għajnuna mill-Istat.

36.

Jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-possibbiltà li tintuża l-esperjenza miksuba u soluzzjonijiet pubbliċi-privati fuq livell Ewropew u nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward żoni urbani ta’ maġenb ilma.

Investiment privat fiż-żoni portwarji

37.

jinnota li l-portijiet huma parti mill-infrastruttura tat-trasport pubbliku u l-UE u dawn huma prinċipalment ġestiti mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, u dan għandu jibqa’ hekk minħabba l-bżonn li nistimulaw it-tkabbir ekonomiku fil-livell tal-UE u niżguraw is-sostenibbiltà tiegħu.

38.

Huwa konxju li għar-riġenerazzjoni ta’ żoni tal-port u r-riġenerazzjoni ekonomika tal-bliet portwarji hemm bżonn riżorsi li huma akbar mill-ambitu tal-baġits pubbliċi, għaldaqstant hemm bżonn il-parteċipazzjoni ta’ investiment privat u għalhekk anke ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. Għaldaqstant iħeġġeġ lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha madwar l-Ewropa kollha biex jiżguraw taħlita ta’ politki li huma attraenti għall-investiment. B’dan il-mod, il-baġits pubbliċi, speċjalment dawk għal perjodu twil, jistgħu jkunu mmirati aħjar lejn dawk il-każijiet fejn il-forzi tas-suq waħidhom ma jistgħux jipprovdu rispons adegwat.

39.

Jenfasizza li l-bilanċ bejn l-interess ġenerali u l-interess privat, minħabba d-diversità tal-portijiet u l-bliet portwarji għall-UE, minħabba l-livelli differenti ta’ żvilupp, jeħtieġ approċċ imfassal b’mod speċifiku għal kull każ u t-tiftix għal kompromessi li jġibu benefiċċji ekonomiċi għal dawk kollha involuti.

40.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea teżamina l-possibiltajiet li tippermetti investimenti privati f’żoni portwali, b’garanzija tal-libertà ekonomika it-, trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, it-trasparenza finanzjarja u kriterji ċari għal għajnuna pubblika u biex ikunu żgurati l-interessi lokali u reġjonali fit-tul.

Id-diversifikazzjoni funzjonali tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet

41.

Jinnota li minnħabba l-globalizzazzjoni dejjem akbar u l-iżvilupp teknoloġiku fit-trasport marittimu u fuq l-art, ħafna portijiet fi ħdan il-bliet portwarji Ewropej, nazzjonali u reġjonali, biddlu l-pożizzjoni tagħhom fl-ambitu tas-sistemi ekonomiċi, ta’ abitazzjoni u ta’ trasport nazzjonali u reġjonali.

42.

Jenfasizza li dawn il-bidliet mhux biss jinvolvu dgħajfien tal-bażi ekonomika ta’ dawn il-portijiet u l-bliet portwarji, iżda wkoll id-diversifikazzjoni funzjonali tal-belt u l-komunitajiet lokali u l-ħtieġa għall-konverżjoni ta’ żoni tal-port u siti industrijali ta’ maġenb l-ilma abbandunati. Jinnota li mhux dejjem il-funzjonijiet ekonomiċi ġodda tal-portijiet u l-bliet portwarji jeħtieġu lokazzjoni maġenb l-ilma, iżda li l-investituri jagħżlu dawn iż-żoni u dawn is-siti għall-faċilità ta’ aċċess tagħhom għall-belt u għall-infrastrutturi, kif ukoll għall-valur tagħhom tal-pajsaġġ u kulturali.

43.

Jirrimarka, b’mod partikolari, li għadd ta’ portijiet Ewropej, kemm marittimi kif ukoll portijiet tax-xmajjar, huma beni kulturali importanti minħabba l-karatteristiċi tagħhom u jirrikjedu miżuri speċifiċi fil-kuntest ta’ programmi u proġetti marbuta mal-patrimonju kulturali Ewropew.

44.

Iqis li l-qafas ta’ programmi u strumenti għat-titjib taż-żoni tal-portijiet u ż-żona industrijali ta’ maġenb l-ilma abbandunati għandu jappoġġja s-setturi pubbliċi u privati li jippermettu l-aħjar użu ta’ dawn l-oqsma, anki fil-każijiet fejn l-iskemi ta’ għajnuna mhumiex relatati ma’ kwistjonijiet marittimi u tat-trasport fuq l-ilma.

L-importanza tal-aċċessibilità tal-portijiet għall-bliet portwarji u għaż-żoni interni

45.

Jirrimarka li parti kbira mill-ostakoli għall-iżvilupp tal-portijiet marittimi Ewropej huma n-nuqqas sinifikanti ta’ konnessjonijiet tat-trasport għaż-żoni interni li jfixklu l-effiċjenza tat-trasport u l-katini tal-loġistika. Għalhekk, iħeġġeġ li jiġu konessi aħjar il-portijiet u ż-żoni tal-portijiet bil-mezzi l-oħrajn kollha ta’ trasport, b’mod partikolari b’konnessjonijiet mat-trasport ferrovjarju u li jiġu akkomodati attivitajiet b’valur miżjud sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn it-territorji.

46.

jenfasizza li f’perspettiva loġistika integrata, il-ħolqien ta’ netwerk tat-trasport effiċjenti nessarjament jeħtieġ il-ħolqien ta’ pjattaformi loġistiċi fiz-zoni ta’ madwar il-portijiet, żoni maħsuba għall-ħażna, l-għażla u l-preservazzjoni tal-merkanzija kif ukoll l-ilħuq tal-bżonnijiet tal-intermodalità.

47.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal appoġġ mill-Kummissjoni Ewropea, prinċipalment permezz tal-ħolqien ta’ qafas legali kif ukoll ta’ strumenti finanzjarji ġodda, għall-proġetti mmirati biex itejbu l-aċċessibilità tal-portijiet imfassla jew eżistenti għaż-żoni interni, kif ukoll il-konnettività ta’ żoni remoti, tal-gżejjer u periferiċi permezz tal-modernizzazzjoni tal-konnessjonijiet tat-trasport eżistenti fi ħdan it-TEN-T u TEN-R, kif ukoll in-Netwerk Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E) u tat-Telekomunikazzjonijiet (TEN-Telecom) filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-interessi tal-bliet portwarji fil-qasam tat-trasport urban u reġjonali.

48.

Ir-reġjuni kostali speċjalment dawk b’portijiet għandhom potenzjal kbir li jsiru ċentri ta’ eċċellenza għall-enerġija rinnovabbli, it-turiżmu sostenibbli u l-industriji kreattivi, permezz tal-assi naturali tagħhom. Madankollu, iż-żoni kostali huma ħafna drabi fir-reġjuni periferiċi u ultraperiferiċi u jeħtieġu l-iżvilupp ta’ infrastruttura li torbothom mas-suq uniku ewlieni tal-UE u mal-kumplament tar-reġjun tagħhom.

L-aspetti ambjentali tal-funzjonament u l-iżvilupp tal-portijiet u l-bliet portwarji

49.

Jirrikonoxxi li l-funzjonament u l-iżvilupp tal-portijiet jinvolvu problemi ambjentali multipli u ta’ piż, li jikkonċernaw mhux biss lill-istess bliet portwarji iżda wkoll lir-reġjuni kollha tal-kosta u l-baċin tax-xmara: tibdil fl-ekwilibriju u l-kostruzzjoni tal-kosta u x-xtut tax-xmajjar, tniġġis tal-ilma, degradazzjoni tal-ekosistemi akkwatiċi u, fuq skala lokali, produzzjoni ta’ skart, inkluż dak perikolużi, riskji batterjoloġiċi, storbju u emissjonijiet li jagħmlu ħsara fl-atmosfera.

50.

Jinnota li żoni tal-port industrijali abbandunati ġeneralment ikunu kkontaminati u jeħtieġu rijabilitazzjoni ambjentali u għandu jkollhom appoġġ partikolari skont il-qafas tal-programmi u l-proġetti ambjentali f’livelli differenti, inkluż għall-ħarsien tal-ambjent u l-programmi għall-protezzjoni tal-baħar u x-xtut tax-xmajjar. Dan japplika partikolarment għat-terminals li jimmaniġġjaw iż-żejt mhux maħdum, il-prodotti taż-żejt, u l-gass naturali, u għall-installazzjonijiet ta’ ipproċessar, strutturi li jippreżentaw riskji ambjentali partikolari.

51.

Jenfasizza li l-kostruzzjoni ta’ terminals ġodda, normalment ‘il bogħod miż-żoni tal-portijiet eżistenti, normalment iwassal għal ħsara ambjentali sinifikanti, li titlob ippjanar dettaljat partikolari, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili, partijiet interessati u l-NGOs sabiex inaqqsu għall-minimu din il-ħsara, u, fejn xieraq, ikun hemm kumpens ambjentali.

52.

Il-valutazzjoni tar-riskju u s-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza fejn il-ħaddiema huma appoġġati huma ta’ importanza fundamentali fit-tħaddim kontinwu tal-portijiet u l-mollijiet. Ma tistax issir ħsara għar-reputazzjoni tal-portijiet tal-UE u ż-żoni tal-madwar f’dan ir-rigward.

53.

Ifakkar l-obbligi ġodda imposti mid-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura għal-fjuwils alternattivi fil-portijiet, li teħtieġ il-forniment tal-LNG (gass naturali likwifikat) u l-elettriku fuq il-mollijiet qabel il-31 ta’ Diċembru 2025. Dawn id-dispożizzjonijiet ġodda huma ġġustifikati bis-sħiħ minn perspettiva ambjentali u tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-bliet portwarji, iżda jeħtieġu appoġġ finanzjarju Ewropew, li għandu jiddaħħal fil-pakkett dwar it-trasport diġà f’dan l-istadju iżda speċjalment fil-programmazzjoni li jmiss għal wara l-2020.

54.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ambjent għandu jkun parti integrali mill-programmi u l-proġetti kollha tal-UE għar-riġenerazzjoni tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet f’koordinazzjoni mal-programmi u l-proġetti dwar il-ħarsien tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ambjent u l-ekosistemi tal-baħar u tal-ilma.

L-integrazzjoni tal-port fil-ħajja tal-belt

55.

Jinnota li storikament iż-żoni portwarji, minħabba l-kundizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi ta’ dak iż-żmien, żviluppaw direttament biswit iż-żoni urbani, u xi kultant dawn huma l-iktar parti attraenti tagħhom.

56.

Jinnota li minħabba d-devoluzzjoni ta’ ħafna funzjonijiet taċ-ċentri tagħhom lejn il-periferija, iċ-ċentri ta’ ħafna bliet għandhom bżonn titjib tekniku, ekonomiku u soċjali sabiex isiru aktar attraenti għar-residenti, il-kummerċ, il-gastronomija, l-istituzzjonijiet kulturali, kif ukoll l-istituzzjonijiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili.

57.

Hu tal-fehma li ċ-ċentri ta’ bliet u ż-żoni tal-portijiet u dawk industrijali abbandunati li jinsabu fuq l-ilma għandhom bżonn approċċ integrat, peress li dawn jeħtieġu rikwalifikazzjoni u appoġġ skont il-prinċipji tal-aġenda urbana u fid-dawl tal-Patt ta’ Amsterdam.

58.

Jenfasizza li l-involviment tal-popolazzjoni lokali u l-konverżjoni ta’ mill-inqas parti miż-żona rikwalifikata f’żoni pubbliċi aċċessibbli għar-residenti u t-turisti huma deċiżivi għas-suċċess ta’ proġetti bħal dawn.

59.

Ifakkar li, f’każ ta’ rikwalifika ta’ żoni tal-portijiet, jeħtieġ l-użu usa’ tal-programmi u l-proġetti tal-UE, l-Istati Membri u r-reġjuni biex jiżviluppaw żoni pubbliċi u biex iħeġġu lill-popolazzjoni lokali.

L-ippjanar strateġiku u territorjali – baħar, kosta, bliet u żoni tal-port

60.

Huwa tal-fehma li l-ġestjoni effikaċi tar-rikwalifika tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet titlob kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet interessati (pubbliċi, privati u kummerjali), u soluzzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-ippjanar strateġiku u l-ġestjoni tat-territorju taż-żoni kostali fil-livell lokali u reġjonali fir-rigward ta’ żoni tal-baħar, l-ilmijiet interni, il-bliet portwarji u t-territorji li jinsabu fuq l-ilma.

61.

Huwa tal-fehma li n-nuqqas ta’ regoli u proċeduri għall-ippjanar strateġiku u l-ġestjoni territorjali taż-żoni tal-portijiet tipperikola b’mod serju l-irkupru tagħhom, u għaldaqsant jeħtieġu miżuri ta’ appoġġ, kondiviżjoni tal-esperjenzi u fejn hemm bżonn, regolamentazzjoni mhux vinkolanti fil-livell tal-UE.

Konsiderazzjonijiet tal-problemi tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet ta’ daqsijiet differenti fid-dawl tal-aġenda urbana tal-UE u l-Patt ta’ Amsterdam

62.

Jitlob li l-Aġenda Urbana għall-UE tqis id-diversità ġeografika u funzjonali bejn l-ibliet, u b’mod partikolari l-problemi speċifiċi tal-iżvilupp tal-bliet portwarji, li għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ ħidma ulterjuri dwar l-implimentazzjoni tagħhom.

63.

Jilqa’ b’sodisfazzjon li fiż-żewġ dokumenti, titqies l-importanza tal-prinċipju tas-sħubija u l-involviment tal-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet li jiġġeneraw l-għarfien u l-innovazzjoni u n-negozju.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET FINALI

64.

Iqis li filwaqt li l-problemi tal-bliet portwarji u taż-żoni tal-portijiet jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jista’ jkun hemm benefiċċji għall- kooperazzjoni u l-appoġġ effettivi fil-livell Ewropew. Huwa importanti li jitkompla l-iżvilupp tad-diversi netwerks trans-Ewropej, it-TEN-T, it-TEN-E u t-TEN-Telecom, b’enfasi speċjali fuq l-immodernizzar tal-konnessjonijiet tat-trasport, filwaqt li tingħata prijorità lit-TEN-R, u mingħajr ma tiġi eskluża l-konvenjenza li jinħolqu oħrajn.

65.

Jirrakkomanda li l-politiki tal-UE dwar it-trasport, l-ekonomija marittima u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u tal-ħabitats akkwatiċi jikkunsidraw l-isfidi ta’ żvilupp tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet.

66.

Barra minn hekk, jirrakomanda li fil-futur, il-miżuri tal-implimentazzjoni tal-aġenda urbana u l-Patt ta’ Amsterdam jikkunsidraw il-funzjonament u l-iżvilupp tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet.

67.

Jirrakkomanda li għandhom jiżdiedu u jittejbu l-konnessjonijiet mat-trasport ferrovjarju tal-portijiet u tal-bliet portwarji tar-reġjuni periferali.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/32


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Qafas ta’ Sħubija ma’ pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni

(2017/C 207/07)

Relatur:

Peter Bossman (SL/PSE), Sindku tal-Muniċipalità ta’ Piran

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-Bank Ewropew tal-Investiment dwar it-twaqqif ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

COM(2016)385 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Kuntest ġenerali

Skont il-UNHCR, hemm madwar 60 miljun refuġjat u persuna spostata madwar id-dinja, li nofshom ġejjin minn żewġ reġjuni tad-dinja: il-Lvant Nofsani u l-Afrika.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni tistma li aktar minn 1,2 miljun migrant waslu fl-Ewropa bil-baħar fl-2015 u kważi 35 000 bl-art. Dan jikkompara mal- 280 000 li waslu permezz tal-art u l-baħar, għall-2014 kollha. Dawn iċ-ċifri ma jinkludux dawk li daħlu fl-Ewropa mingħajr ma ġew individwati.

Filwaqt li l-ftehim tal-UE mat-Turkija naqqas b’mod konsiderevoli l-għadd ta’ migranti bil-baħar mit-Turkija, il-fluss mill-kosta tat-Tramuntana tal-Afrika reġa’ żdied. In-Niġer fl-Afrika tal-Punent hija ċ-ċentru prinċipali għall-migranti mill-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali: huwa stmat; f’Mejju 2016, li aktar minn 16 000 persuna jgħaddu kull ġimgħa min-Niġer fi triqthom lejn it-Tramuntana. Skont xi stimi, hemm eluf ta’ migranti fil-Libja li qed ifittxu modi kif jidħlu fl-UE.

Il-Kumitat tar-Reġjuni ilu jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ approċċ olistiku għall-migrazzjoni, li jippermetti ġestjoni aktar deċentralizzata u effiċjenti tal-movimenti ta’ migrazzjoni. Il-KtR huwa impenjat bis-sħiħ biex l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tirrikonoxxi li l-migrazzjoni internazzjonali hija realtà multidimensjonali ta’ rilevanza kbira għall-iżvilupp tal-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ transitu u destinatarji, u li tirrikjedi rispons koerenti u komprensiv.

Il-KtR huwa impenjat ukoll għall-implimentazzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn erba’ pilastri tal-ġestjoni tal-migrazzjoni skont l-Aġenda tal-UE dwar il-Migrazzjoni tal-2015: it-tnaqqis tal-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, it-titjib fil-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE, inklużi sforzi għall-prevenzjoni tal-perikli għall-migranti fuq il-baħar, l-implimentazzjoni ta’ politika komuni dwar robusta l-asil, u l-introduzzjoni ta’ politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali.

Il-KtR ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-kawżi primarji tal-migrazzjoni irregolari, inklużi kawżi ekonomiċi jew soċjali, għandhom jiġu indirizzati mill-UE fis-sors tagħhom.

Il-KtR jappoġġja l-kooperazzjoni reġjonali u lokali biex tiġi żgurata migrazzjoni sikura, fl-ordni u regolari, b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u bi trattament uman għall-migranti irrispettivament mill-istatus tagħhom ta’ migrazzjoni, ta’ refuġjati jew ta’ persuni spostati, kif enfasizzat fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-Komunikazzjoni dwar it-twaqqif ta’ qafas ta’ sħubija ġdid, peress li tenfasizza l-fatt li l-migrazzjoni hija problema kumplessa u trid tiġi indirizzata f’diversi livelli. Ifakkar li l-asil hu dritt fundamentali tal-bniedem mħares mil-liġi internazzjonali u l-obbligi internazzjonali li jorbtu lill-Istati Membri kollha. Għalhekk iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jistabbilixxu rotot sikuri u legali, bħal “kurituri” umanitarji, viżi għal raġunijiet umanitarji u riunifikazzjoni mtejba tal-familja, għar-refuġjati. L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-possibbiltà li l-applikazzjonijiet għal asil jiġu ppreżentati fl-ambaxxati u l-konsulati tagħhom.

2.

jirrikonoxxi li l-Komunikazzjoni tkopri approċċ innovattiv ibbażat l-ewwel u qabel kollox fuq il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu kemm l-interessi tal-UE kif ukoll l-interessi tal-pajjiżi msieħba, sabiex tiġi żgurata ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni.

3.

jappoġġja u jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-UE titkellem b’vuċi waħda bl-involviment tal-partijiet interessati u l-istituzzjonijiet rilevanti kollha. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu u għandhom jaqdu rwol fl-isforz konġunt mal-UE u fil-livell nazzjonali u ma’ pajjiżi terzi sabiex jimplimentaw sħubijiet ta’ migrazzjoni komprensivi (patti), speċjalment ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet b’popolazzjoni ta’ dijaspora sinifkanti mill-pajjiżi koperti mill-Qafas ta’ Sħubija.

4.

jaqbel li hemm bżonn isir ħafna iktar peress li l-UE għadha tħabbat wiċċha ma’ kriżi umanitarja. Pajjiżi terzi u msieħba tal-UE qed jagħtu kenn lil miljuni ta’ refuġjati, ħafna minnhom minorenni mhux akkumpanjati, mġiegħla jħallu djarhom, kif ukoll ħafna migranti ekonomiċi li jixtiequ jiġu l-Ewropa. F’dak il-kuntest, il-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-UE u pajjiżi terzi għandha tieħu dimensjoni ġdida u tintroduċi strumenti addizzjonali mfassla biex jagħtu rispons tajjeb għall-isfidi tal-migrazzjoni riċenti u futura.

5.

iħeġġeġ lill-KE tinkoraġġixxi lill-atturi kollha – Stati Membri, istituzzjonijiet tal-UE u pajjiżi terzi ewlenin, biex jaħdmu flimkien fi sħubija sabiex iġibu ordni fil-flussi ta’ migrazzjoni u għall-prevenzjoni ta’ vjaġġi perikolużi fuq il-baħar għal dawk il-persuni li jfittxu asil u għall-migranti ekonomiċi mingħajr dokumenti, f’idejn il-kuntrabandisti u t-traffikanti tal-persuni. Fl-istess ħin, il-KtR huwa konxju dwar l-urġenza li jiġu indirizzati u jitneħħew il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari u taċ-ċaqliq sfurzat fil-pajjiżi ta’ oriġini. Il-kooperazzjoni internazzjonali, nazzjonali u reġjonali hija kruċjali biex il-politika Ewropea komuni dwar il-migrazzjoni ssir realtà, skont l-Aġenda Ewropea għall-Migrazzjoni.

6.

jirrikonoxxi li l-politiki tal-migrazzjoni u l-iżvilupp huma marbuta mill-qrib. Din ir-rabta kienet parti essenzjali fid-diskussjonijiet dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp wara l-2015 tan-NU deċiża f’Settembru 2015 fi New York. Il-ġestjoni tal-migrazzjoni f’mod effettiv u uman għandha titqies bħala kruċjali biex tirnexxi l-implimentazzjoni tal-aġenda. Il-KtR huwa konxju sew tal-benefiċċji u l-opportunitajiet ta’ migrazzjoni sikura, bl-ordni u regolari għall-migranti, il-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ transitu u destinatarji. Barra minn hekk, huwa jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-popolazzjonijiet ta’ dijaspora fl-iżvilupp tal-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. Huwa konxju wkoll dwar l-impatt negattiv tal-migrazzjoni irregolari fuq il-migranti u l-obbligu tal-pajjiżi ta’ oriġini biex jilqgħu liċ-ċittadini tagħhom fil-proċeduri ta’ riammissjoni u ritorn, skont id-Direttiva tal-UE dwar ir-Ritorn u l-istrumenti internazzjonali.

7.

itenni l-appoġġ tiegħu għall-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni ppreżentata fl-2015, li tindika l-azzjonijiet varji li għandhom jittieħdu fl-istess ħin biex jindirizzaw l-aspetti esterni u interni tal-isfida attwali tal-migrazzjoni. L-aġenda esterna tiffoka fuq sħubijiet ma’ pajjiżi terzi fl-iżvilupp ta’ miri kredibbli u li jistgħu jintlaħqu biex jitnaqqas l-għadd ta’ persuni mġiegħla jaħarbu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari.

8.

jaqbel li minbarra l-miżuri li diġà ttieħdu mill-UE bħas-Summit ta’ Valletta, id-Dikjarazzjoni UE-Turkija, djalogi ta’ livell għoli dwar il-migrazzjoni, il-Politika Ewropea tal-Viċinat riveduta, il-laqgħa tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent, jeħtieġ li jissaħħaħ aktar l-approċċ strateġiku tal-UE għall-perjodu fit-tul fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u li jissaħħu l-koerenza u l-koordinazzjoni interni mal-Istati Membri tal-UE. Jinħtieġ approċċ aktar koordinat, sistematiku u strutturat biex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-effetti ta’ lieva tal-politiki interni u esterni tal-Unjoni. Barra minn hekk, għandu jiġi ggarantit l-aċċess dirett tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-fondi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat kif ukoll għal fondi oħra rilevanti għaż-żona tal-Mediterran.

9.

jaqbel li, minbarra li tnaqqas il-possibbiltajiet għal migrazzjoni irregolari u l-possibbiltajiet ta’ dħul illegali fl-UE, l-UE jeħtieġ li flimkien mal-pajjiżi ta’ oriġini li jinvolvu b’mod attiv lill-komunitajiet tal-immigranti fil-pajjiżi tal-Unjoni, ssaħħaħ politiki ta’ riammissjoni u ta’ ritorn li jkunu koerenti, kredibbli u effettivi, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipju ta’ non-refoulement, filwaqt li tqis il-kapaċità effettiva tal-pajjiżi ta’ oriġini u tat-tranżitu biex jiggarantixxu d-drittijiet ta’ dawk li jiġu riammessi jew jerġgħu lura f’pajjiżhom;

10.

mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali biex tingħata protezzjoni għal dawk li qed ifittxu asil jew dawk kollha intitolati għal forom oħra ta’ protezzjoni internazzjonali, tkun xi tkun ir-regolarità tad-dħul tagħhom fl-UE, il-KtR jappella għat-twaqqif ta’ hotspots f’pajjiżi terzi, għal persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali. Dawn il-hotspots għandhom jiġu stabbiliti f’pajjiżi terzi, immexxija mill-UE u korpi internazzjonali (UNHCR), u għandu jkollhom il-kompitu li jeżaminaw il-leġittimità ta’ talbiet għall-asil. Għal dawk li jingħataw id-dritt ta’ asil jew protezzjoni internazzjonali, għandhom jiġu pprovduti mezzi ta’ trasport regolari lejn pajjiżi Ewropej tal-għażla tagħhom, u b’hekk jiġu evitati trasbordi fuq dgħajjes mhux tajbin għat-tbaħħir ġestiti minn kuntrabandisti.

11.

jaqbel li, l-UE trid tistabbilixxi rotot biex il-persuni jidħlu fl-UE legalment – sew jekk biex ifittxu protezzjoni internazzjonali kif ukoll biex ifittxu xogħol, edukazzjoni, riċerka jew opportunitajiet ta’ investiment.

12.

iħeġġeġ lill-UE u lill-KE jinsistu fuq kooperazzjoni aħjar bejn id-diversi korpi u aġenziji fil-ġlieda kontra t-traffikanti u l-kuntrabandisti – Frontex, in-NATO, l-EUNAVFORMED, iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti fil-Europol, u fuq kondiviżjoni aħjar tad-data tal-intelligence bejn dawn l-aġenziji u l-aġenziji tal-Istati Membri.

13.

jitlob lill-UE biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-organizzazzjonijiet bħall-Uffiċċju Internazzjonali tal-Migrazzjoni (IOM), li qed jgħinu biex jirritornaw lil migranti li jaslu f’pajjiżi ta’ tranżitu u jirrealizzaw li ġew ingannati jew sempliċement ma jixtiqux ikomplu lejn l-UE.

Il-qafas ta’ sħubija – Kooperazzjoni komprensiva ġdida ma’ pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni

14.

jilqa’ b’sodisfazzjoni l-għan aħħari tal-Qafas ta’ Sħubija li jservi ta’ impenn koerenti u mfassal apposta fejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jaġixxu f’mod koordinat u jużaw strumenti, għodod u effetti ta’ lieva biex jikkonkludu sħubijiet komprensivi (patti) ma’ pajjiżi terzi għal ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni b’rispett sħiħ tal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u umanitarji tal-imsieħba kollha tagħna.

15.

jappoġġja bis-sħiħ l-għan fuq perjodu ta’ żmien qasir li jiġu salvati l-ħajjiet fil-baħar Mediterran u jitlob li jkun hemm objettiv fit-tul li ssir ħidma ma’ pajjiżi msieħba biex jiġu evitati l-vjaġġi perikolużi bil-baħar taħt il-kontroll ta’ gruppi involuti fil-kriminalità organizzata; jappoġġja l-mira li jiġu introdotti inċentivi għar-ritorn u riammissjoni lejn pajjiżi ta’ oriġini u li l-migranti u r-refuġjati jingħataw għajnuna biex jibqgħu l-eqreb possibbli ta’ darhom. Għandha tingħata prijorità lil applikanti vulnerabbli, b’mod partikolari minorenni mhux akkumpanjati li l-aħjar interessi tagħhom għandhom dejjem ikunu kunsiderazzjoni primarja f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tkompli taħdem dwar il-kwistjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati fil-proċess tal-migrazzjoni, li bosta drabi huwa proċess fil-kompetenza tar-reġjuni. Għalhekk, qed jistenna bil-ħerqa l-istrateġija globali ġdida tal-Kummissjoni, li għandha tiġi implimentata bħala segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-minorenni mhux akkumpanjati (2011-2014), b’tali mod li titqies is-sitwazzjoni tat-tfal nieqsa jew mhux akkumpanjati.

16.

itenni l-impenn tal-UE biex tindirizza l-isfidi ekonomiċi, soċjali u demografiċi fit-tul u n-nuqqas ta’ ħaddiema fl-UE, permezz ta’ politiki ġodda speċifiċi dwar il-migrazzjoni legali, skont l-Aġenda tal-UE dwar il-Migrazzjoni u strumenti ta’ politika ewlenin oħrajn dwar il-migrazzjoni. Dan jista’ jsir ukoll billi jiġu appoġġjati l-aspirazzjonijiet leġittimi ta’ dawk li ilhom residenti biex jieħdu sehem u jagħtu kontribut fil-ħajja pubblika u politika. Il-migrazzjoni minn pajjiżi terzi tista’ tiżgura tkabbir sostenibbli għall-ekonomija tal-UE u l-Ewropa għandha bżonn persuni bi kwalifiki biex tiżgura l-kompetittività fil-livell dinji. Fl-istess ħin, il-pajjiżi msieħba jibżgħu mill-eżodu ta’ mħuħ. Il-migrazzjoni ċirkolari tista’ tkun soluzzjoni sabiex jiġi evitat il-periklu ta’ eżodu tal-imħuħ minn pajjiżi terzi.

17.

ifakkar lill-Kunsill li l-KtR jista’ jiffaċilita d-djalogu u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu tal-migranti, pereżempju permezz tal-pjattaformi u korpi eżistenti (ARLEM, CORLEAP, il-Kumitati Konsultattivi Konġunti u l-Gruppi ta’ Ħidma). Din il-kooperazzjoni hija kundizzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qabel it-tluq li jħejju lill-migranti qabel ma jidħlu legalment fl-UE jew lir-refuġjati qabel jiġu risistemati minn pajjiżi msieħba li bħalissa qed jospithawhom (bħat-Turkija, il-Libanu u l-Ġordan).

18.

jissuġġerixxi l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE u l-pajjiżi ta’ oriġini ta’ migranti ekonomiċi sabiex l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari jitnaqqsu b’mod sinifikanti; tali skambji ta’ informazzjoni għandhom ikopru s-sensibilizzazzjoni dwar ftehimiet ta’ riammissjoni, u jinfurmaw lill-persuni li jixtiequ jilħqu lill-UE rigward l-opportunitajiet ta’ xogħol reali fl-UE, il-perikli li jittieħdu rotot illegali ta’ migrazzjoni, is-sitwazzjoni reali dwar ir-regoli u r-regolamenti marbuta mal-protezzjoni internazzjonali li spiss huma rappurtati ħażin sabiex il-migranti jitħajru jafdaw lit-traffikanti, il-possibbiltajiet ta’ impjieg, il-benefiċċji soċjali disponibbli, eċċ.

19.

jaqbel li l-inċentivi pożittivi għandhom ikunu parti mill-politika tal-iżvilupp tal-UE, filwaqt li jippremjaw dawk il-pajjiżi li jissodisfaw l-obbligu internazzjonali tagħhom li jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom stess, dawk li jikkooperaw fil-ġestjoni tal-migrazzjoni minn pajjiżi terzi, kif ukoll dawk li jieħdu azzjoni biex jilqgħu tajjeb lil persuni li qed jaħarbu kunflitti u persekuzzjoni.

20.

jaqbel li, sabiex l-approċċ il-ġdid jirnexxi, hemm bżonn taħlita ta’ inċentivi pożittivi u negattivi f’dak li għandu x’jaqsam mal-pajjiżi msieħba. Fl-istess ħin, hemm bżonn li jinstab bilanċ delikat bejn l-inċentivi għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp dinji. L-għajnuna ma għandhiex tkun soġġetta kompletament għat-twettiq tal-obbligi fil-ftehimiet ta’ riammissjoni ma’ pajjiżi terzi, peress li dan jista’ jipperikola l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-impenji tal-UE marbuta mat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-qerda tal-faqar estrem u l-inugwaljanza. Għandha ssir distinzjoni bejn il-kapaċità u r-rieda ta’ pajjiżi imsieħba biex jikkoperaw mal-UE fil-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-UE, peress li dawn huma sostanzjalment differenti. F’dan ir-rigward, il-KtR iqis li l-użu tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp għandu jiffoka fuq proġetti fil-qasam tas-sigurtà u l-ġestjoni tal-fruntieri biss meta jkun ċar li huma ta’ benefiċċju għall-benefiċjarji. Pajjiżi msieħba li ma jistgħux jimplimentaw arranġamenti ta’ migrazzjoni għandhom xorta jkunu jistgħu jibbenefikaw minn strumenti finanzjarji u strumenti oħrajn immirati biex jitħaddmu l-ftehimiet tal-UE dwar il-migrazzjoni.

21.

għaldaqstant iħeġġeġ lill-UE biex tipprova tiżviluppa sħubijiet ma’ partijiet terzi mfassla apposta li jirriflettu ġenwinament il-ħtiġijiet, it-tħassib u l-kapaċitajiet tal-partijiet terzi, filwaqt li jitqies il-fatt li msieħba varji jiffaċċjaw sfidi differenti u ċirkustanzi differenti.

22.

iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE li tradizzjonalment għandhom rabtiet mill-qrib ma’ pajjiżi partikolari (storiċi, kulturali, ekonomiċi, eċċ.) biex jużaw dawn il-konnessjonijiet għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi u bejniethom, biex jiffaċilitaw ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni tal-persuni riammessi.

23.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex, mill-aktar fis possibbli, tiffinalizza l-Prijoritajiet tas-Sħubija l-ġodda mal-Ġordan u l-Libanu wara r-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat tal-2015. Il-Libanu u l-Ġordan, flimkien mat-Turkija, jospitaw aktar minn 5 miljun refuġjat Sirjan. Fil-Ġordan, attwalment persuna minn kull disa’ hija refuġjat mill-gwerra ċivili tas-Sirja – kważi 700 000 minn 6,7 miljun abitant. Fil-Libanu, din iċ-ċifra hija ta’ 1,1 miljun minn 4,6 miljuni u fit-Turkija aktar minn 2,5 miljuni minn 79,5 miljun abitant.

24.

jinsab imħasseb dwar il-Ftehim bejn l-UE u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 dwar ir-refuġjati, b’mod partikolari minħabba diversi kwistjonijiet serji dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tad-detenzjoni ta’ persuni li jfittxu l-asil f’“hotspots” fil-gżejjer Griegi tal-Eġew, iżda wkoll minħabba li l-applikanti għall-asil jirritornaw lejn it-Turkija bħala “l-ewwel pajjiż ta’ asil” jew “il-pajjiż terz sigur”, u minħabba l-biża’ li t-Turkija tista’ tkun qed tirritorna lir-refuġjati lejn is-Sirja hi stess. Il-KtR huwa wkoll imħasseb b’kemm hu miexi bil-mod il-bini tal-kapaċità fis-sistemi tal-asil Griegi biex jamministraw il-proċess tal-asil fil-hotspots u bid-dewmien fl-ogħti ta’ appoġġ lill-Greċja, dwar il-livell ta’ risistemazzjoni tar-refuġjati mit-Turkija li s’issa kien baxx ħafna, u dwar id-dewmien fl-iżborż tal-għajnuna finanzjarja tal-UE biex tappoġġja l-isforzi tat-Turkija fl-għajnuna lir-refuġjati Sirjani.

25.

huwa kritiku dwar l-istabbiliment, mingħajr garanziji proprji, tas-16-il pajjiż ta’ prijorità identifikati fil-Komunikazzjoni għal ftehimiet ġodda peress li mhux kollha jistgħu jitqiesu bħala “pajjiżi terzi siguri” u/jew għandhom kondotta aċċettabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Anke jekk ir-regola “pajjiż terz sigur” ma tkunx tapplika għal dawn il-ftehimiet, l-eżempju tat-Turkija jibgħat sinjali inkwetanti f’dan ir-rigward. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi sabiex l-UE tissorvelja l-akkoljenza f’dan il-pajjiżi.

26.

jistenna bil-ħerqa l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni strateġika dwar it-Tuneżija. Il-kontinwazzjoni tat-tranżizzjoni paċifika u demokratika ta’ wara r-rivoluzzjoni fil-pajjiż fil-mixja lejn l-istabbiltà ekonomika u ta’ sigurtà tibgħat sinjal pożittiv ħafna għaż-żona u għalhekk għandha tingħata l-appoġġ tal-UE.

27.

ifakkar li s-sitwazzjoni fil-Libja tirrikjedi attenzjoni partikolari u passi strateġiċi, u jilqa’ b’sodisfazzjoni l-impenn previst f’dan ir-rigward fil-Komunikazzjoni. Il-KtR jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali Libjani u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti appoġġ sħiħ għall-isforzi li saru mill-KtR u l-ARLEM biex jippromovu inizjattivi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE u l-kontropartijiet Libjani tagħhom, li nbdew fl-aħħar plenarja tal-ARLEM f’Nikosija (l-Inizjattiva ta’ Nikosija).

28.

jilqa’ bi pjaċir l-enfasi fuq il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ta’ transitu, li s-soltu jġarrbu piż finanzjarju sinifikanti – partikolarment fil-livelli lokali u reġjonali – meta jilqgħu persuni li jfittxu asil u migranti irregolari. Id-Dikjarazzjoni ta’ New York għar-Refuġjati u l-Migranti tan-NU adottata f’Settembru 2016 irrikonoxxiet li ċ-ċaqliq ta’ numru kbir ta’ refuġjati u migranti jolqot b’mod sproporzjonat il-pajjiżi fil-viċinat u l-pajjiżi ta’ transitu li joperaw fil-limiti tal-kapaċitajiet tagħhom. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta’ pajjiżi terzi għandhom jibbenefikaw mit-tisħiħ tal-kapaċitajiet, l-għajnuna finanzjarja u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni mmexxijin mill-UE. Jistieden lill-UE biex tinkludi faċilitajiet li jappoġġjaw kooperazzjoni diretta ta’ bejn il-pari fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-UE u l-pajjiżi msieħba biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ ppjanar u tmexxija fil-livell lokali u reġjonali.

29.

jaqbel li parti essenzjali ta’ kull patt se jkun l-isforzi komuni sabiex ir-ritorn u r-riammissjoni jkunu effettivi għall-persuni li fittxew l-asil u ma jirnexxielhomx u għall-migranti irregolari. Il-KtR jirrikonoxxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-pajjiżi ta’ oriġini huma fuq quddiem tal-politiki ta’ migrazzjoni b’bosta responsabbiltajiet ewlenin, bħalma huma l-provvediment ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol, għall-akkomodazzjoni, għall-edukazzjoni u għall-kura tas-saħħa, li kollha għandhom impatt dirett fuq il-kapaċità tagħhom li jintegraw lill-persuni ritornati u b’hekk jiżguraw koeżjoni soċjali u soċjetajiet sostenibbli. Kwistjonijiet regolari bħall-akkoljenza, l-integrazzjoni u r-riintegrazzjoni ta’ migranti jinħassu b’mod partikolari fil-livell lokali u reġjonali. Għaldaqstant, il-patti għandhom ifittxu li jtejbu l-effettività u s-sostenibbiltà tal-proċess ta’ ritorn u jipprovdu finanzjament adatt għar-ritorn voluntarju, kif ukoll jgħinu lill-pajjiżi ta’ oriġini biex jirriintegraw iċ-ċittadini riammessi.

30.

jemmen li l-governanza f’diversi livelli hija l-aktar mezz adegwat sabiex tiġi ġġenerata t-taħlita meħtieġa ta’ miżuri u inizjattivi, sabiex jinkisbu l-aqwa riżultati fl-akkoljenza, l-integrazzjoni u r-riintegrazzjoni tal-migranti.

31.

ifakkar li l-prattiki tajbin għandhom jiġu kondiviżi fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u f’pajjiżi terzi fir-rigward tal-aspetti kollha ta’ migrazzjoni, inklużi imma mhux biss, dwar politiki ta’ integrazzjoni u riintegrazzjoni, l-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, l-għarfien dwar sinjali ta’ twissija bikrija u/jew prevenzjoni minn kmieni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, il-ġlieda kontra l-kuntrabandu ta’ persuni u t-traffikar tal-migranti (skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-migranti (2015-2020), il-Protokoll tan-NU dwar id-dħul klandestin ta’ migranti fuq l-art, bil-baħar u bl-ajru, l-Istrateġija tal-UE għall-qerda tat-traffikar tal-bnedmin (2012-2016) u l-Protokoll ta’ Palermo). Il-KtR qiegħed f’pożizzjoni tajba biex jilħaq il-bliet u r-reġjuni f’pajjiżi msieħba biex jiffaċilita u jħeġġeġ l-iskambju ta’ ideat u prattiki innovattivi u biex iħeġġeġ l-involviment aktar effettiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ migrazzjoni u ta’ integrazzjoni, b’konformità mal-governanza f’diversi livelli u mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

32.

jaqbel li l-għarfien espert u r-riżorsi tal-Istati Membri huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-patti u li kooperazzjoni effettiva tiddependi minn netwerks ta’ esperti tal-UE fuq il-post, inklużi dawk b’għarfien tad-dimensjoni lokali u reġjonali tal-migrazzjoni. Għalhekk, il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija tal-uffiċjali ta’ kollegament dwar il-migrazzjoni Ewropez f’pajjiżi prijoritarji ta’ oriġini u ta’ transitu sabiex jgħinu fil-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-migranti, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinnominaw malajr l-esperti adatti għal dan il-kompitu.

Għajnuna finanzjarja

33.

jappoġġja l-użu ta’ strumenti finanzjarji eżistenti u fondi fiduċjarji eżistenti biex jintlaħqu l-għanijiet għal perjodu ta’ żmien qasir tal-patt, iżda jistieden lill-Istati Membri tal-UE sabiex, f’dan il-kuntest, jipprovdu l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom għal dawn il-fondi kif miftiehem mingħajr dewmien.

34.

jenfasizza l-importanza ta’ sfruttar tas-sinerġiji bejn il-fondi eżistenti bħalma huma: il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (EUR 3 biljuni), il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika (EUR 1,8 biljun), il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana (EUR 1 biljun) kif ukoll strumenti oħra finanzjarji li potenzjalment jistgħu jipprovdu sa EUR 8 biljuni għall-perjodu 2016-2020 għall-implimentazzjoni tal-patti. Għandhom jiġu eżaminati wkoll is-sinerġiji mal-fondi strutturali.

35.

jilqa’ bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni għal Pjan ta’ Investiment Estern ambizzjuż li jkun jindirizza l-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni irregolari u jappoġġja lill-pajjiżi msieħba biex jimmaniġġjaw il-kosegewenzi tal-migrazzjoni irregolari fl-Afrika u fil-pajjiżi tal-viċinat tal-UE, filwaqt li jikkontribwixxi biex jintlaħqu għanijiet ta’ żvilupp oħrajn tan-NU, u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa din l-għodda malajr kemm jista’ jkun, fi djalogu mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE u l-imsieħba internazzjonali.

36.

jilqa’ bi pjaċir il-pakkett tal-Pjan ta’ Investiment Estern propost għall-Afrika u l-pajjiżi tal-Viċinat tal-UE bl-għan li jimmobilizza investimenti (permezz ta’ ambjent imtejjeb għan-negozju, punt ta’ riferiment uniku għal talbiet ta’ finanzjament għal investimenti u għal finanzjament tas-settur privat) u biex jagħti spinta lill-ħolqien ta’ impjiegi f’pajjiżi msieħba.

37.

jilqa’ t-tisħiħ fl-għajnuna teknika u l-appoġġ tal-UE għal riformi ekonomiċi u strutturali sabiex jittejjeb l-ambjent tan-negozju. Il-KtR jappella b’mod partikolari sabiex l-assistenza teknika proposta tinvolvi lill-awtoriajiet u ‘l-kumpaniji lokali, u tgħinhom biex jiżviluppaw numru kbir ta’ proġetti bankabbli li jtejbu l-ambjent ġenerali tan-negozju u tingħata informazzjoni dwarhom lill-komunità internazzjonali tal-investituri.

38.

jinsab konvint dwar l-impatt fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul li l-pjan ta’ investiment propost se jkollu biex itejjeb l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi msieħba tal-UE li huma pajjizi ewlenin ta’ oriġini tal-migranti jew pajjiżi ewlenin ta’ transitu ta’ persuni li jfittxu asil jew ta’ migranti irregolari. Għalhekk, il-pjan propost se jindirizza direttament il-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni irregolari, u se jgħin biex jitnaqqsu l-inċentivi għall-involviment fiha.

39.

jirrikonoxxi l-importanza li l-UE, l-Istati Membri, pajjiżi terzi, Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali Ewropej għall-iżvilupp kif ukoll is-settur privat li lkoll jikkontribwixxu għall-pjan ta’ investiment. Il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-KE li tippreżenta Pjan ta’ Investiment Estern ambizzjuż, bl-għan li jimmobilizza EUR 62 biljun bħala kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ żvilupp tan-NU u b’hekk jiġu indirizzati l-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni irregolari.

40.

F’dan ir-rigward jitlob li l-inizjattiva tal-Kummissjoni tiġi implimentata permezz tal-iffirmar ta’ ftehim speċifiku mal-Istati Membri u msieħba internazzjonali oħra, fejn jintalbu jipprovdu min-naħa tagħhom l-ekwivalenti tal-kontribuzzjonijiet totali disponibbli mill-UE, bħala inċentivi għal aktar investimenti pubbliċi u privati.

41.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjan ippreżentat f’Settembru li huwa bbażat fuq tliet pilastri: mobilizzazzjoni tal-investiment privat; tisħiħ tal-assistenza teknika; u titjib tal-ambjent tan-negozju inġenerali; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ kwalunkwe referenza għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Komunikazzjoni u jenfasizza l-importanza li l-assistenza u r-riżorsi jingħataw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. It-tieni pilastru għandu naturalment jinvolvi wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-KtR għandu jkun imsieħeb fl-implimentazzjoni tiegħu. L-Atlas ta’ Kooperazzjoni Deċentralizzata tal-KtR jista’ jservi bħala għodda siewja biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ proġetti li jeħtieġu finanzjament u msieħba ta’ kooperazzjoni possibbli. Jappella sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu rappreżentati fl-istruttura ta’ governanza tal-Pjan ta’ Investiment Estern.

42.

iħeġġeġ għaldaqstant lill-KE biex tinvolvi lill-KtR fit-tfassil tal-pjan bħala l-leħen tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE, li ħafna minnhom għandhom esperjenza estensiva fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

43.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistħarreġ modi kif tinvolvi diversi gruppi tad-dijaspora fl-Istati Membri tal-UE sabiex ikunu msieħba fl-investimenti ta’ finanzjament fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. Fl-2013, il-migranti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw bagħtu aktar minn EUR 400 biljun f’pajjiżhom. Dawn il-flus għandhom it-tendenza li jkunu aktar stabbli minn flussi oħrajn ta’ kapital privat, naqsu biss b’5 % matul il-kriżi finanzjarja globali reċenti u rkupraw malajr għal-livelli ta’ qabel il-kriżi. Eżempju tajjeb tal-potenzjal ta’ rimessi huwa l-fatt li, fl-2013, ir-rimessi li ntbagħtu mid-dijaspora lis-Senegal kienu jammontaw għal 10 % tal-PDG tiegħu.

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jipprovdu informazzjoni

44.

itenni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kemm fl-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi jista’ u għandu jkollhom rwol fl-isforz konġunt mal-UE u fil-livell nazzjonali kif ukoll ma’ pajjiżi li jimplimentaw sħubijiet ta’ migrazzjoni. B’mod partikolari, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni fil-qasam tas-sensibilizzazzjoni u l-għoti tal-informazzjoni meħtieġa għaċ-ċittadini fil-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ transitu u ta’ destinazzjoni.

45.

il-migranti potenzjali għandhom ikunu konxji tar-riskji u l-perikli li jiffaċċjaw meta jkunu qed jippruvaw jidħlu fl-UE b’mod irregolari. Huma għandhom jiġu infurmati wkoll dwar il-kundizzjonijiet u l-istrutturi fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni inkluż informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol, l-aċċess għal taħriġ u korsijiet tal-lingwa rilevanti, u l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja. Il-migranti potenzjali għandhom ikunu konxji dwar differenzi kulturali bejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u l-pajjiż ta’ destinazzjoni, filwaqt li tinġibdilhom l-attenzjoni dwar imġiba u prattiki inaċċettabbli.

46.

persuni u kumpaniji fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni għandhom jiġu infurmati dwar il-benefiċċji tal-migrazzjoni u jingħataw taħriġ adatt biex jgħinu fl-integrazzjoni tal-migranti. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb l-aħjar fil-livell lokali u reġjonali fejn l-awtoritajiet jinsabu l-eqreb taċ-ċittadini. Politiki tajbin dwar il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni fit-tul fil-livell lokali u reġjonali huma mezz kontra l-fenomeni tar-razziżmu u l-ksenofobija.

47.

ifakkar li, filwaqt li l-Qafas ta’ Sħubija propost ma jsemmix il-ħtieġa biex it-tisħiħ tal-kapaċitajiet jiġi rinfurzat permezz tal-politiki tal-iżvilupp u tal-viċinat fit-tnedija tiegħu, dan ma jagħtix aktar dettalji dwar miżuri konkreti biex jaqdi din il-ħtieġa. Il-KtR jista’ u għandu jkun msieħeb fl-isforzi ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livell lokali u reġjonali f’pajjiżi msieħba.

48.

jenfasizza l-bżonn ta’ investiment fil-kapaċitajiet lokali u fl-azzjoni tal-gvernijiet lokali u reġjonali f’pajjiżi msieħba. Il-gvernijiet lokali għandhom isiru msieħba fil-pilastri kollha tal-Pjan ta’ Investiment Estern, u l-KtR jappoġġja s-suġġeriment ta’ PLATFORMA dwar il-kooperazzjoni bejn belt tal-UE u belt ta’ pajjiż msieħeb bħala strument ewlieni għall-implimentazzjoni tal-approċċ il-ġdid u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-kondiviżjoni tal-għarfien espert fil-ġestjoni tal-migrazzjoni lokali; f’dan is-sens, jemmen li l-Pjan ta’ Investiment Estern għandu jiffinanzja l-kooperazzjoni ta’ bejn belt u oħra u bejn reġjun u ieħor.

49.

jenfasizza li l-kooperazzjoni fost l-UE, l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu tal-migranti tista’ tgħin sabiex il-migrazzjoni tkun ġestita b’mod aktar effiċjenti għall-benefiċċju tal-partijiet kollha. Għal dan l-għan l-UE u l-Istati Membri jeħtieġ jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kemm finanzjarjament kif ukoll politikament.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/39


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Proposta għal Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp — Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna

(2017/C 207/08)

Relatur:

is-Sur Jesús Gamallo Aller (ES/PPE), Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni mal-Unjoni Ewropea, Gvern Reġjonali tal-Galizja

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Proposta għal Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp “Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna”

COM(2016) 740 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jirrikonoxxi li l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata min-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2015, tipprovdi qafas ġdid u ambizzjuż ta’ impenji, li tistieden lill-pajjiżi kollha biex iħabirku favur bidls sabiex ikun hemm tranżizzjoni għal strateġiji ta’ żvilupp inklużivi u sostenibbli, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali;

2.

huwa tal-fehma li l-Aġenda 2030, sa mill-bidu nett tat-twaqqif tagħha, ġiet definita bħala universali, u għaldaqstant timpenja lil kull pajjiż, anke lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, biex jirrevedu l-politiċi domestiċi u l-impenji internazzjonali tagħhom biex jallinjawhom mal-għanijiet u l-miri tal-Aġenda 2030; madankollu, jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li dan il-kompitu għandu jsir mhux biss fil-livell nazzjonali, iżda wkoll fl-ambitu tal-politiki u l-kompetenzi tal-gvernijiet reġjonali u lokali tal-UE;

3.

jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jaqdu rwol kruċjali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030; f’dan ir-rigward, jilqa’ b’sodisfazzjon il-passi li ttieħdu permezz tal-Komunikazzjoni “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli: Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà” u “L-Istrateġija Globali dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE” (mhux disponibbli bil-Malti);

4.

huwa tal-fehma li l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli għandha titqies bħala aġenda f’diversi livelli u b’diversi atturi, li timplika u timpenja lill-awtoritajiet pubbliċi kollha fil-livelli differenti tagħhom (lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali), kif ukoll lil atturi soċjali oħra lil hinn mill-gvernijiet; fl-istess ħin, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li bosta mill-għanijiet u l-miri tal-Aġenda 2030 jolqtu b’mod dirett lil azzjonijiet u kompetenzi li huma esklużivament tal-awtoritajiet sottonazzjonali. Għalhekk, biex dawn jiġu ssodisfati, jeħtieġ li jiġi promoss il-kontribut sħiħ tar-reġjuni u tal-awtoritajiet lokali fit-traspożizzjoni tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli u fit-tfassil tal-politiki biex dawn jintlaħqu;

5.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiġi definit Kunsens ġdid dwar l-Iżvilupp li janalizza mill-ġdid u jaġġorna l-ftehim li ntlaħaq fl-2005, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi marbutin mal-Aġenda 2030, kif ukoll il-bidliet fix-xena internazzjonali u fis-sistema tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

6.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-aħjar mod biex isir progress fir-rigward tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli huwa li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politiki ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha; madankollu, jisħaq li, fid-dawl tan-natura komprensiva tal-Aġenda 2030 u l-interkonnessjoni li teżisti bejn l-għanijiet tagħha, jeħtieġ li jiġi promoss ukoll il-progress fir-rigward tal-koerenza tal-politiki Komunitarji u dawk tal-Istati Membri;

Sfidi globali u l-Aġenda 2030

7.

huwa tal-fehma li l-pass mgħaġġel tal-globalizzazzjoni sawwar dinja iżjed integrata u kumplessa, b’tibdil fin-natura u t-tqassim tas-setgħa f’livell dinji, eteroġeneità akbar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, tqassim mill-ġdid tal-faqar dinji, flimkien ma’ żieda fl-inugwaljanzi fi ħdan il-pajjiżi, u t-tnaqqis fl-ispazju tal-beni pubbliċi internazzjonali; huwa tal-fehma li l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tikkostitwixxi rieda ċara li tingħata tweġiba għat-tibdil imsemmi hawn fuq u għall-isfidi marbutin mal-promozzjoni tal-iżvilupp fl-għexieren ta’ snin li ġejjin;

8.

jieħu nota tan-natura universali tal-Aġenda 2030, li tobbliga lill-pajjiżi u lis-soċjetajiet kollha jagħmlu sforz kooperattiv biex jippruvaw jallinjaw il-politiki tagħhom mal-għanijiet definiti fl-Aġenda; madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li dan l-isforz isir fil-livelli kollha tal-azzjoni pubblika, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali;

9.

jafferma li l-intenzjonijiet tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli jobbligaw ħidma lil hinn mill-qafas ta’ ħidma tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA); huwa tal-fehma li għalkemm l-ODA ser tkompli tkun kruċjali bħala sors ta’ finanzjament tal-iżjed pajjiżi fqar u bħala mekkaniżmu li jixpruna t-tibdil f’kategoriji oħra ta’ pajjiżi, l-Aġenda l-ġdida tobbligana nwessgħu l-ħarsa tagħna lejn flussi u strumenti oħra li jaqgħu barra mill-ambitu tal-ODA;

10.

huwa tal-fehma li l-ħtieġa li jiġu mobilizzati r-riżorsi u l-kapaċitajiet lil hinn mill-għajnuna jobbligawna noperaw b’mod iżjed strateġiku bl-iskemi u l-modi differenti ta’ kooperazzjoni eżistenti fil-livell dinji; għalkemm il-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar ser tibqa’ taqdi rwol importanti fil-ġejjieni, jeħtieġ li din issir b’mod iżjed ikkoordinat permezz tal-iskemi ta’ kooperazzjoni tat-tip Nofsinhar-Nofsinhar jew dak trijangulari; bl-istess mod, jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-kooperazzjoni deċentralizzata jista’ jkollha fl-Aġenda l-ġdida biex tiffavorixxi l-iskambju ta’ esperjenzi bejn l-atturi sottostatali skont il-kompetenzi speċifiċi tagħhom; fl-aħħar nett, huwa tal-fehma li l-kooperazzjoni tal-UE u l-Istati Membri għandha taħdem b’mod iżjed sfiq bis-saħħa tal-mekkaniżmi differenti ta’ kooperazzjoni reġjonali u multilaterali, abbażi tal-loġika ta’ diversi livelli li tħaddan l-Aġenda 2030;

11.

huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-ambizzjoni u n-natura komprensiva tagħha, l-Aġenda 2030 titlob li numru akbar u aktar differenti ta’ atturi jkunu involuti fl-appoġġ tagħha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-kumpaniji, il-fondazzjonijiet, l-universitajiet u ċentri ta’ studju oħra, fost l-oħrajn, sabiex jiġi mobilizzat u kkapitalizzat il-valur miżjud li kull wieħed u waħda minnhom jakkumulaw skont l-esperjenza u l-qasam ta’ azzjoni tagħhom;

It-tweġiba tal-Unjoni Ewropea

12.

jappoġġja l-isforzi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex jieħdu impenn qawwi u attiv fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, li titlob li tiġi promossal-integrazzjoni konsistenti tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-politiki pubbliċi kollha fi ħdan l-UE fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, reġjonali u lokali; u jenfasizza l-ħtieġa li gradwalment il-politiki u l-inċentivi li l-atturi joperaw bihom jiġu allinjati mal-għanijiet li ntlaħaq qbil dwarhom fl-Aġenda;

13.

jaqbel li l-azzjoni esterna tal-UE taqdi rwol kruċjali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, u għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ dan il-kompitu, permezz tal-prijoritajiet kif stabbiliti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE – l-Artikolu 21(2)) u fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE – l-Artikolu 208); jappoġġja wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel li l-Kunsens il-ġdid dwar l-Iżvilupp jikkontribwixxi biex jattwa l-prijoritajiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea, kif definiti fl-Istrateġija Globali tal-UE dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea;

14.

jappoġġja lill-Kummissjoni fl-għan li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-politika tal-iżvilupp u politiki oħra tal-UE implimentati fil-livell internazzjonali, inklużi l-għajnuna umanitarja, il-kummerċ, l-integrazzjoni reġjonali, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-enerġija, is-sajd, l-agrikoltura, l-ambjent, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-migrazzjoni u l-asil u l-Politika Ewropea tal-Viċinat; jenfasizza, madankollu, li mhuwiex biżżejjed li jitjiebu l-livelli ta’ koordinazzjoni tal-politiki, iżda jeħtieġ ukoll li jkun hemm livelli ogħla ta’ koerenza bejn dawn il-politiki u l-għanijiet ta’ żvilupp li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-livell internazzjonali;

15.

jaqbel mal-Kummissjoni li, biex tkun effettiva, it-tweġiba għandha tkun komuni u skont kriterji kondiviżi min-naħa tal-Unjoni Ewropea; madankollu, jenfasizza li din il-koordinazzjoni għandha ssir mhux biss bejn l-UE u l-Istati Membri, iżda wkoll bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, f’liema livell titwettaq parti mill-kompetenzi meħtieġa b’mod li l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli jsiru realtà;

16.

jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tissejjes fuq approċċ ta’ drittijiet, li jagħti lill-individwi rwol ta’ protagonist fl-isforzi ta’ żvilupp kif ukoll ikunu l-iżjed li jibbenefikaw minnhom; josserva, barra minn hekk, li dan l-approċċ huwa konsistenti mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u mal-prinċipju li jispira l-Aġenda 2030 li “ħadd ma jitħalla barra”, bil-għan li l-progress miksub fil-qasam tal-iżvilupp jilħaq lill-iżjed setturi fraġli u vulnerabbli tas-soċjetà;

17.

jaqbel mal-Kummissjoni meta tisħaq li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija fil-qalba ta’ dan l-approċċ ta’ drittijiet u għandu jispira kull azzjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll dwar il-kooperazzjoni deċentralizzata, li ma jinvolvix biss azzjoni kontra l-inugwaljanzi li jeżistu f’dan il-qasam, iżda wkoll il-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom u l-aċċess għall-edukazzjoni fil-livelli kollha;

Il-prijoritajiet komuni tagħna

18.

josserva li wieħed mill-għanijiet ċentrali tal-politika ta’ żvilupp tal-UE u tal-Istati Membri huwa li l-pajjiżi jiġu appoġġjati fil-ġlieda tagħhom kontra l-faqar, fost l-oħrajn billi jitjiebu l-livelli tal-forniment u l-kwalità tas-servizzi soċjali bażiċi lill-popolazzjoni kollha, kif inhu stabbilit fl-Aġenda 2030; madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li parti kbira minn dawn is-servizzi tiġi pprovduta mill-awtoritajiet deċentralizzati, li jagħmel kruċjali l-appoġġ li jingħataw l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

19.

jaqbel mal-għan tal-Aġenda 2030 li jinbnew soċjetajiet inklużivi, permezz tal-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali; fl-istess ħin, josserva li l-amministrazzjoni deċentralizzata taqdi rwol ċentrali fl-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-proċessi ta’ esklużjoni u emarġinazzjoni soċjali li jikkawżaw dawn l-inugwaljanzi;

20.

josserva l-importanza li jinbnew soċjetajiet paċifiċi u gvernati kif imiss, li jeliminaw l-insigurtà u l-vjolenza u jsaħħu istituzzjonijiet effettivi u trasparenti; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li dan il-proċess jibda fl-iżjed livell lokali qrib iċ-ċittadini, b’mod li jiġi appoġġjat it-titjib tal-istituzzjonijiet lokali u reġjonali, sabiex b’dan il-mod jiġu stabbiliti għodod għall-persuni li jimpenjaw ruħhom li jiksbu l-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 li jieħdu sehem u jeżerċitaw kontroll demokratiku; għaldaqstant, l-edukazzjoni għaċ-ċittadinanza globali għandha ssir dimensjoni essenzjali tal-politiki u l-istrateġiji tad-diversi partijiet interessati u atturi, governattivi u mhumiex, li jiffurmaw parti mis-sistema internazzjonali ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp;

21.

jaqbel mal-għan tal-Aġenda 2030 li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà ambjentali tal-proċessi ta’ żvilupp, billi jittejbu l-ġestjoni tar-riżorsi naturali u l-protezzjoni tal-iżjed ekosistemi fraġli; għal darb’oħra, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma essenzjali biex jiġu indirizzati dawn il-politiki, li jinvolvu li s-sostenibbiltà tkun kompatibbli mal-progress ekonomiku u soċjali tal-komunitajiet affettwati; dan l-għan huwa partikolarment importanti f’dak li jirrigwarda l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 11, li jistabbilixxi l-ħtieġa li jinbnew bliet u insedjamenti umani inklużivi, siguri, reżiljenti u sostenibbli;

22.

huwa tal-fehma li huwa importanti li fil-pajjiżi titħeġġeġ rotta ta’ tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli, bil-kapaċità li tiġġenera xogħol deċenti, kif stabbilit fl-Aġenda 2030; jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li jistgħu jaqdu l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-promozzjoni ta’ dawn il-proċessi, billi jiġġeneraw il-produzzjoni f’bażijiet territorjali ddefiniti b’mod tajjeb, permezz ta’ alleanzi bejn l-atturi, bl-inklużjoni tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju;

23.

fil-qosor, jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li għandha l-amministrazzjoni pubblika deċentralizzata fil-pajjiżi msieħba biex l-Aġenda 2030 tkun effettiva; jisħaq fuq ir-rwol li tista’ taqdi l-kooperazzjoni deċentralizzata biex tittrasferixxi esperjenzi u kapaċitajiet bejn dawn l-atturi; u jħeġġeġ li l-Kunsens il-ġdid dwar l-Iżvilupp jirrikonoxxi u jippromovi l-potenzjal ta’ dan il-mod ta’ kooperazzjoni;

Sħubija: l-Unjoni Ewropea bħala qawwa għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030

24.

jirrikonoxxi li, minkejja li kull pajjiż għandu jkun responsabbli għall-iżvilupp proprju tiegħu, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli jistgħu jintlaħqu biss jekk tiġi stabbilita Alleanza Globali li tilqa’ fi ħdanha l-pajjiżi kollha, l-istituzzjonijiet multilaterali u l-bqija tal-atturi soċjali, li jaħdmu b’mod kooperattiv bil-għan li jinħolqu strateġiji ta’ żvilupp inklużivi u sostenibbli, kif titlob l-Aġenda 2030; fl-istess ħin, jafferma mill-ġdid li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jagħmlu parti minn dan l-isforz kooperattiv, billi jipprovdu l-kapaċitajiet u r-riżorsi proprji tal-ambitu ta’ azzjoni tagħhom;

25.

jisħaq fuq ir-rwol kruċjali li tista’ taqdi l-kooperazzjoni deċentralizzata fil-konfigurazzjoni tal-alleanzi b’diversi atturi li jkollhom l-għan li jippromovu l-kummerċ fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, abbażi ta’ dak li stabbilixxiet l-Aġenda 2030; il-kontribut ta’ dan il-mod ta’ kooperazzjoni u l-komplementarjetà tiegħu ma’ modi oħra għandu jiġi rikonoxxut fil-Kunsens il-ġdid dwar l-Iżvilupp;

26.

jenfasizza l-benefiċċji maħluqa meta l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jiffaċilitaw il-proċessi ta’ koordinazzjoni, il-kondiviżjoni tal-kompiti u l-koerenza bejn l-atturi fil-qafas ta’ din l-Alleanza Globali; josserva li dan l-għan jintlaħaq b’mod iżjed faċli jekk l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jsaħħu l-ippjanar komuni fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, abbażi ta’ viżjonijiet kondiviżi nnegozjati mal-pajjiżi msieħba; madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jipparteċipaw f’dan il-proċess ta’ djalogu u konċertazzjoni;

27.

bl-istess mod, josserva li l-isforz ta’ koordinazzjoni għandu, mil-lat operattiv, jieħu l-forma ta’ programmi indikattivi komuni fil-pajjiżi msieħba; jenfasizza wkoll l-importanza li ssir ħidma, meta jkun possibbli, permezz ta’ azzjonijiet komuni, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali, favur it-titjib tal-impatt kollettiv tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha; barra minn hekk, jenfasizza li l-atturi tal-kooperazzjoni deċentralizzata għandhom jipparteċipaw ukoll fil-proċessi għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi, kif ukoll fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tagħhom;

28.

iħeġġeġ li, meta jkun possibbli fil-pajjiżi msieħba, jintużaw dawk il-modi ta’ kooperazzjoni, bħall-appoġġ dirett għall-baġit jew il-fondi fiduċjarji tal-UE li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-atturi u jippermettu użu aktar integrat u flessibbli tar-riżorsi fil-pajjiżi msieħba;

29.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza ta’ mobilizzazzjoni massiva tar-riżorsi pubbliċi u privati u domestiċi u internazzjonali, li jaqdu l-għanijiet tal-Aġenda 2030, kif spjegat fl-Aġenda ta’ Accra għall-Azzjoni; huwa tal-fehma li, għal dan il-għan, huwa importanti li jintużaw riżorsi pubbliċi bil-għan li jiġu mobilizzati u ingranati riżorsi privati għall-iżvilupp permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u l-finanzjament imħallat (taħlita ta’ donazzjonijiet u self); madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi ggarantit b’mod adegwat li r-riżorsi mobilizzati: i) ikollhom għan ċar ta’ żvilupp; ii) jissodisfaw il-prijoritajiet tal-pajjiż imsieħeb; iii) jipprovdu addizzjonalità ċara fir-rigward tar-riżorsi pubbliċi; u iv) ikunu soġġetti għal mekkaniżmi ta’ kontroll effettiv tal-użu/il-mira tagħhom u għal spezzjonijiet progressivi dwar il-kisba tal-għanijiet ta’ żvilupp iddikjarati;

30.

jenfasizza l-importanza li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE u tal-Istati Membri tinvolvi, timmobilizza u tintegra l-akbar numru possibbli ta’ atturi fl-appoġġ tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, bl-inklużjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-settur privat, is-soċjetà ċivili u l-qasam akkademiku, fost l-oħrajn, abbażi tal-kapaċitajiet, l-esperjenza u r-riżorsi rispettivi tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kooperazzjoni deċentralizzata hija mod ta’ kooperazzjoni partikolarment adatt għall-promozzjoni u l-istabbiliment ta’ dan it-tip ta’ alleanzi b’diversi atturi, ibbażati fil-post; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw lill-amministrazzjonijiet pubbliċi reġjonali u lokali biex ikunu jistgħu jintegraw l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-politiki tagħhom; jenfasizza li l-kooperazzjoni deċentralizzata hija ambitu partikolarment propizju sabiex jinħolqu l-ispazji għaċ-ċittadinanza globali, bil-għan li ċ-ċittadini jirreflettu dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jipparteċipaw fil-politiki pubbliċi sabiex jiksbu dawn l-għanijiet, kif ukoll jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-Aġenda 2030;

31.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li għandu t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi u istituzzjonali tal-pajjiżi msieħba, sabiex ikunu jistgħu jħeġġu t-tranżizzjoni għal strateġiji ta’ żvilupp inklużivi u sostenibbli, kif mitlub mill-Aġenda 2030; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li dan il-proċess jilħaq ukoll lill-amministrazzjoni deċentralizzata tal-pajjiżi msieħba;

32.

jenfasizza l-benefiċċji meta l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE u tal-Istati Membri tagħha tqassam ir-riżorsi tagħha skont regoli ċari u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet, in-nuqqasijiet strutturali u l-kapaċità ta’ mobilizzazzjoni tar-riżorsi alternattivi tal-pajjiżi msieħba; fl-istess ħin, jisħaq li l-applikazzjoni tar-riżorsi u l-attivitajiet għandhom isiru b’mod li jikkonformaw mal-prinċipju li “ħadd ma jitħalla barra”;

33.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, b’mod konformi ma’ dak li ntqal hawn fuq, il-pajjiżi bl-iżjed dħul baxx u, b’mod partikolari, il-pajjiżi l-inqas żviluppati kif ukoll dawk bi Stati fraġli jew f’sitwazzjonijiet ta’ wara l-konflitt għandhom ikunu l-benefiċjarji prijoritarji tal-elementi bl-aktar konċessjonijiet tal-għajnuna internazzjonali tal-UE u l-Istati Membri tagħha;

34.

iwissi, madankollu, li gruppi kbar ta’ pajjiżi bi dħul medju jbatu minn limitazzjonijiet strutturali serji, b’ċirkustanzi domestiċi eteroġenji ħafna, istituzzjonijiet fraġli u soċjetajiet frammentati; il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluża l-kooperazzjoni finanzjarja, tista’ tkun siewja biex tagħmilha possibbli li dawn il-pajjiżi jissuperaw il-limitazzjonijiet tagħhom u jippromovu proċess ta’ żvilupp sostenibbli li, barra minn hekk, itejjeb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw b’mod iżjed attiv biex tiġi implimentata l-Aġenda 2030;

35.

huwa tal-fehma li l-migrazzjoni ordnata tista’ tikkostitwixxi xprun għall-progress kemm għall-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll għal dak ta’ destinazzjoni, apparti l-fatt li tkun ta’ benefiċċju għall-migranti nnifishom; huwa tal-fehma li l-ġestjoni ordnata tal-migrazzjoni għandha tkun integrata fl-għanijiet tal-azzjoni ta’ żvilupp, f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ tweġibiet regolatorji u appoġġ adegwat, għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti matul it-triq migratorja u fil-pajjiż ta’ destinazzjoni u jipprovdulhom opportunitajiet fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, sabiex tittaffa l-pressjoni tal-flussi migratorji bla rażan;

36.

josserva li l-qasam strumentali tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp imur lil hinn mis-sempliċi assistenza internazzjonali u jinkorpora riżorsi li, minkejja li ma jistgħux jiġu kkalkulati bħall-ODA, għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw opportunitajiet ta’ żvilupp; huwa tal-fehma li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE u tal-Istati Membri tagħha għandha tintegra b’mod attiv dawn ir-riżorsi strumentali kollha u tadatta s-sorsi u l-istrumenti użati għall-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull wieħed mill-pajjiżi msieħba, inklużi l-pajjiżi bi dħul medju;

37.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li timplimenta Pjan ambizzjuż ta’ Investiment Estern bil-għan li tipprova timmobilizza l-investiment privat, issaħħaħ l-assistenza teknika bil-għan li l-awtoritajiet lokali u n-negozji jkunu jistgħu jsawru proġetti b’mod effettiv, fejn jiġu kkunsidrati kif imiss il-prijoritajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-iżvilupp territorjali; huwa tal-fehma li l-Pjan għandu jiġi allinjat mal-għanijiet definiti fl-Aġenda 2030 u għandu jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiġi implimentat b’mod adatt;

38.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza li jiġu appoġġjati l-iskemi ta’ integrazzjoni reġjonali sabiex ikunu jistgħu jissaħħu l-proċessi ta’ żvilupp tal-pajjiżi kkonċernati u jittejjeb il-forniment tal-beni pubbliċi reġjonali, bil-għan li tiġi implimentata aħjar l-Aġenda 2030; u jieħu nota tar-rieżami tal-Politika tal-Viċinat abbażi tal-prijoritajiet ġodda li jinbtu mill-Aġenda 2030; fl-istess ħin jenfasizza l-ħtieġa li, fil-qafas ta’ din il-politika, tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ adatti;

Intejbu l-impatt tal-Unjoni Ewropea

39.

jenfasizza l-ħtieġa li jitkompla l-isforz għat-titjib tal-effettività tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, billi jiġi applikat dak li ntlaħaq ftehim dwaru fis-Summits ta’ Ruma, Pariġi, Accra u Busan; fl-istess ħin, huwa tal-fehma li huwa importanti li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet istituzzjonali fil-pajjiżi msieħba, u fost affarijiet oħra, il-pajjiżi msieħba jitħeġġu jikkunsidraw ukoll l-aktar prijoritajiet importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-dokumenti ta’ pjanar nazzjonali tagħhom bil-għan li l-isforzi tal-kooperazzjoni jagħtu l-frott u jirriflettu l-ħtiġijiet tar-reġjuni rispettivi u l-abitanti tagħhom;

40.

jaqbel li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp waħidha ma tistax tiffinanzja t-tibdil li titlob l-Aġenda 2030; għalhekk, jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri jużaw il-kooperazzjoni bħala mekkaniżmi ta’ ingranaġġ ta’ riżorsi addizzjonali, ipprovduti minn sorsi oħra u li jaġixxu bħala xprun biex jibdlu l-inċentivi u jippromovu tibdil pożittiv fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

41.

itenni li, jekk il-pajjiżi tal-UE jixtiequ jkunu punt ta’ referenza kredibbli fix-xena internazzjonali, jeħtieġ li jissodisfaw l-impenji tagħhom; għalhekk, huwa tal-fehma li l-pajjiżi għandhom jilħqu l-miri tal-UE fil-qafas tal-aġenda internazzjonli fir-rigward tal-finanzjament għall-iżvilupp; u jappoġġja wkoll li l-pajjiżi għandhom jissodisfaw l-impenn li kkommettew ruħhom għalih fil-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, inklużi l-ftehimiet fil-qasam tal-finanzjament ambjentali;

42.

jikkonferma l-interess li l-kooperazzjoni tiġi adattata għal dawk l-istrumenti u l-azzjonijiet li, lil hinn mill-għajnuna, qed ikollhom influwenza fis-sistema internazzjonali permezz tal-appoġġ li jipprovdu lill-proċessi ta’ żvilupp; f’dan ir-rigward, jaqbel mal-idea li jingħata segwitu lill-isforzi tal-OECD biex jiġi pprovdut metodu ġdid biex jitkejjel il-finanzjament tal-iżvilupp, fost affarijiet oħra billi jiġi ġġenerat il-kunċett tal-Appoġġ Uffiċjali Totali għall-Iżvilupp Sostenibbli;

43.

jirrikonoxxi li għal ħafna mill-problemi li talludi għalihom l-Aġenda 2030 ma hemmx tweġibiet tekniċi affidabbli, u jeħtieġ li jinstabu alternattivi bbażati fuq il-kreattività, il-promozzjoni tal-għarfien u l-innovazzjoni teknoloġika u soċjali; huwa tal-fehma li f’dan l-ambitu, il-kooperazzjoni deċentralizzata tista’ taqdi rwol importanti, permezz tal-użu mifrux tal-esperjenza fl-ambiti lokali u reġjonali;

44.

huwa tal-fehma li l-Aġenda 2030 mhux ser titwettaq jekk ma titjiebx b’mod sostanzjali l-koerenza tal-politiki, filwaqt li jitqies l-effett li jiġġeneraw il-politiki pubbliċi kollha fuq l-għanijiet ta’ żvilupp; barra minn hekk, jinsisti li l-progress fil-qasam tal-koerenza għandu jinkiseb kemm bejn l-oqsma tal-azzjoni pubblika (orizzontali) kif ukoll bejn il-livelli tal-gvern (lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE) permezz ta’ approċċ ta’ gvern sħiħ fil-politiki u l-programmi pubbliċi fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil;

45.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-atturi kollha tal-kooperazzjoni tal-UE jipparteċipaw fi sforz ta’ trasparenza, li għandu jikkonċerna r-riżorsi mobilizzati minn kull wieħed minnhom; huwa tal-fehma li l-awtoritajiet pubbliċi (UE, nazzjonali, reġjonali u lokali) għandhom ikunu minn ta’ quddiem nett f’dan l-isforz, bħala mezz biex jitjiebu r-responsabbilizzazzjoni u l-kwalità tal-interventi tagħhom;

46.

huwa tal-fehma li l-ankrament tal-azzjonijiet trasformattivi fit-territorju, bis-sehem tal-atturi li jgħixu fih u bl-appoġġ tal-kooperazzjoni deċentralizzata, jista’ jkun l-aħjar mod biex jiġi promoss proċess approfondit u mifrux ta’ tranżizzjoni għal mudelli inklużivi u sostenibbli ta’ żvilupp;

47.

b’rabta ma’ dan, il-Kumitat tar-Reġjuni jtenni l-offerta tiegħu li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u għall-iskambju tal-għarfien u l-esperjenza ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra u mal-kontropartijiet tagħhom fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp permezz tal-pjattaforma ta’ informazzjoni u diskussjoni (portal) tal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-iżvilupp, id-djalogu ta’ kull sentejn dwar il-kooperazzjoni deċentralizzata u l-forums internazzjonali tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) u l-Konferenza annwali tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP). Il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq isaħħaħ u jikkoordina l-kooperazzjoni deċentralizzata bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Unjoni Ewropea u dawk fil-pajjiżi ġirien fil-kuntest ta’ inizjattivi speċifiċi, bħall-Inizjattiva ta’ Nikosija għal-Libja;

48.

jemmen li huwa importanti li titnieda politika affidabbli ta’ komunikazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli sabiex tinbena viżjoni aktar informattiva dwar l-isfidi u l-politiki li għandhom jiġu applikati u li twassal għal appoġġ iktar sensibbli u attiv taċ-ċittadini, anke rigward il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-impenn fil-konfront tal-Aġenda 2030 bħala investiment għall-futur; jeħtieġ ukoll li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jafu dwar ir-rilevanza tal-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, u jkun hemm sensibilizazzjoni dwar il-benefiċċji reċiproċi li jirriżultaw minn din il-politika, bħall-ħolqien ta’ żoni ta’ stabbiltà reġjonali; fl-aħħar, jeħtieġ li tingħata viżibbiltà lill-azzjoni tal-atturi differenti involuti fil-proċess, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u, fi ħdanhom, ir-reġjuni ultraperiferiċi li ilhom is-snin jiżviluppaw politiki ta’ kooperazzjoni ta’ suċċess mal-pajjiżi ġirien tagħhom;

Segwitu tal-impenji tagħna

49.

jappoġġja l-fatt li l-atturi kollha tal-kooperazzjoni jadattaw b’mod gradwali s-sistemi tagħhom ta’ rappurtar u l-indikaturi ta’ segwitu tagħhom għall-kontenut tal-Aġenda 2030; jappoġġja wkoll il-fatt li jitfasslu rapporti komuni ta’ sinteżi li fihom jingħata rendikont tal-progress miksub fil-qasam tal-Aġenda 2030, sabiex ikunu jistgħu jitressqu quddiem il-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti; u jisħaq li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfassil ta’ dawn ir-rapporti, u għandhom jirrappurtaw dwar l-azzjonijiet meħuda fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom u permezz tal-kooperazzjoni deċentralizzata;

50.

jappoġġja l-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi statistiċi sabiex jingħata segwitu lill-Aġenda 2030; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li dan it-tisħiħ isir ukoll b’rabta mal-produzzjoni ta’ informazzjoni ta’ natura reġjonali u lokali, sabiex jiġi żgurat li l-progress jilħaq lis-setturi u t-territorji kollha.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/45


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Sistema effettiva għall-ġestjoni tal-ilma: approċċ għal soluzzjonijiet innovattivi

(2017/C 207/09)

Relatur:

Cees Loggen (NL/ALDE) Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Olanda tat-Tramuntana

Dokument ta’ referenza:

mhux applikabbli (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jinnota li ilma nadif u suffiċjenti, bħala s-sors tal-ħajja, huwa essenzjali għal saħħitna u għall-benesseri tagħna. L-ilma joffri ħafna opportunitajiet għall-iżvilupp, iżda min-naħa l-oħra jikkostitwixxi wkoll theddida. L-għargħar, in-nixfiet u kwalità fqira tal-ilma jheddu ħajjitna, saħħitna u ġidna;

2.

ifaħħar lill-Kummissjoni Ewropea li fl-2000 introduċiet id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma li, ikkomplementata b’leġislazzjoni Komunitarja iktar speċifika (1), armonizzat parti kbira tal-leġislazzjoni eżistenti, irregolat approċċ għall-ġestjoni tal-ilma abbażi tal-baċiri tax-xmajjar u introduċiet objettivi ambizzjużi fit-tul għall-ġestjoni tal-ilma;

3.

ġie infurmat li l-Kummissjoni Ewropea qed taħdem fuq l-elementi li ġejjin tal-politika Ewropea dwar l-ilma:

(a)

Ir-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) fl-2019: is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew wettaq analiżi intitolata “Water Legislation – Cost of Non-Europe Report”. L-analiżi tidentifika lista ta’ problemi ta’ implimentazzjoni.

(b)

Azzjonijiet, inkluża proposta għal strument leġislattiv sabiex jiġi żviluppat l-użu mill-ġdid tal-ilma: l-użu mill-ġdid tal-ilma huwa komponent prinċipali tax-xena ekoindustrijali tal-UE. L-inizjattiva biex jiġi promoss l-użu mill-ġdid tal-ilma hija fattur prinċipali fil-pjan ta’ azzjoni għal ekonomija ċirkolari bil-bżonn għal proposta leġislattiva dwar ir-rekwiżiti ta’ kwalità minimi għall-ilma li jintuża mill-ġdid, pereżempju għat-tisqija u għat-tiġdid tal-ilma ta’ taħt l-art.

(c)

Ir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb fl-2017 (98/83/KE): il-konsultazzjonijiet u l-istudji preparatorji enfasizzaw li hemm bżonn li tittejjeb il-politika tal-UE dwar l-ilma tax-xorb fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità.

(d)

Ir-reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (91/271/KEE);

4.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-maġġoranza tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet u kompetenzi istituzzjonali u politiċi relatati mal-ġestjoni tal-ilma u għalhekk ifasslu l-implimentazzjoni tal-maġġoranza tad-direttivi tal-UE dwar l-ilma. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma ġeneralment responsabbli wkoll għal oqsma ta’ politika li huma rilevanti għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, fosthom il-ġestjoni tat-territorju, l-infrastruttura, il-politika tal-mobbiltà, il-liċenzji, il-ġestjoni tal-agrikoltura u l-pajsaġġ, il-provvista tal-ilma, il-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħarsien kontra l-għargħar;

5.

jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma tas-17 ta’ Ottubru 2016. Il-Kumitat jappoġġja l-konklużjonijiet tal-Kunsill li l-ilma huwa prijorità ewlenija u jaqbel mar-rikonoxximent li l-kwistjonijiet tal-ilma huma differenti fi ħdan l-Istati Membri u li, għalhekk, hemm bżonn ta’ flessibbiltà fl-għażla tal-miżuri, fosthom il-ħtieġa li jiġu ffaċċjati infrastrutturi ta’ regolamentazzjoni tar-riżorsi tal-ilma sabiex jinkiseb grad għoli ta’ stat ekoloġiku u tal-korpi tal-ilma u li tiġi ggarantita d-domanda;

6.

jenfasizza għalhekk l-importanza li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Pereżempju, il-kuntest nazzjonali, reġjonali u lokali huwa determinanti fir-rigward tal-miżuri marbuta mal-użu mill-ġdid tal-ilma jew mat-titjib tal-effiċjenza min-naħa tad-domanda (frankar fl-ilma), peress li l-ilma mhuwiex disponibbli kullimkien bl-istess mod. Huwa importanti, għalhekk, li, minn perspettiva Ewropea, ikun possibbli li tiġi analizzata l-kwistjoni u li jittieħdu l-miżuri neċessarji fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

7.

jirrikonoxxi l-“Aġenda għall-Ilma Urban għall-2030” ambizzjuża ħafna u volontarja stabbilita mill-Konferenza dwar il-Bliet u l-Ilma li seħħet f’Leeuwarden fi Frar 2016 u jħeġġeġ lill-bliet fl-Ewropa biex jieħdu impenn favoriha;

8.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija ċirkolari, tressaq fl-2017 proposta għal rekwiżiti minimi fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-ilma u reviżjoni (REFIT) tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (2) għalkemm għandu jiġi żgurat li ma jkunx hemm xi effetti negattivi sproporzjonati fuq setturi oħra, pereżempju l-agrikoltura;

9.

jenfasizza li d-differenzi bejn ir-reġjuni fir-rigward tad-disponibbiltà tal-ilma għandhom jiġu kkunsidrati. M’għandu jkun hemm l-ebda obbligu għall-użu mill-ġdid ta’ ilma sakemm dan ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat. Essenzjalment, l-użu mill-ġdid tal-ilma kapaċi joffri soluzzjonijiet f’reġjuni fejn id-disponibbiltà tal-ilma toħloq il-problemi;

10.

f’dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura, bħala parti minn approċċ bilanċjat u koerenti, li l-użu mill-ġdid tal-ilma jkun biss bħala alternattiva ta’ provvista addizzjonali tal-ilma u jkun soġġett għal titjib parallel fl-effiċjenza fuq in-naħa tad-domanda, u li l-impatti possibbli ta’ tnaqqis fid-disponibilità tal-ilma jiġu analizzati u kkunsidrati;

11.

iqis partikolarment essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jressqu, permezz ta’ din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja, rakkomandazzjonijiet sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE dwar l-ilma, u li jibqgħu involuti mill-qrib fil-politika futura Ewropea dwar l-ilma.

Kuntest u limiti tal-opinjoni fuq inizjattiva proprja

12.

Fil-passat, il-Kumitat diġà esprima ruħu kemm-il darba dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-ilma. L-opinjoni fuq inizjattiva proprja hija segwitu ta’ opinjonijiet preċedenti tal-KtR, bħall-

(a)

Opinjoni dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma, CdR 1120/2012 (3);

(b)

Opinjoni dwar Is-seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, CdR 593/2013 (4)

(c)

Opinjoni dwar L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, CdR 100/2012 (5);

(d)

Opinjoni dwar Ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-promozzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma, CdR 5/2011 (6);

13.

jenfasizza, sa fejn jirrigwardaw l-effetti tat-tibdil tal-klima fuq il-ġestjoni tal-ilma, il-bżonn li l-miżuri politiċi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE jkunu marbuta mill-qrib mal-miżuri fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, u jirreferi f’dan ir-rigward għall-Opinjoni dwar “Approċċ integrat għal strateġija ġdida tal-UE għall-adattament għat-tibdil tal-klima” CdR 2430/2016;

14.

jirrikonoxxi kemm hi vasta l-politika dwar l-ilma u huwa tal-fehma li din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tpoġġi enfasi fuq il-ġestjoni tal-ilma domestiku, jiġifieri l-kwalità tal-ilma, in-nuqqas tal-ilma ħelu, kif ukoll il-ħarsien kontra l-għargħar. Għalhekk ma tqisx il-ġestjoni tal-ilma tal-baħar u tal-oċean, id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u d-Direttiva dwar l-ippjanar tal-ispazju marittimu kif indirizzati minn opinjonijiet preċedenti tal-KtR.

L-importanza ta’ ġestjoni tajba tal-ilma

15.

jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi prinċipali li qegħdin niffaċċjaw fil-qasam tal-ġestjoni tal-ilma b’riżultat tat-tibdil tal-klima u l-intensifikazzjoni dejjem tiżdied tal-użu tal-art:

(a)

fuq perjodu qasir, il-varjabbiltà dejjem tiżdied tas-sistema tal-preċipitazzjoni tiggrava r-riskju ta’ għargħar jew nixfiet. Iż-żidiet fit-temperatura tal-ilma u l-varjazzjoni tal-fenomeni estremi, inklużi l-għargħar u n-nixfiet, jaffettwaw il-kwalità tal-ilma; bl-istess mod, it-tibdil fil-kwantità u l-kwalità tal-ilma jaffettwaw id-disponibbiltà, l-istabbiltà u l-aċċessibbiltà tiegħu u jkollhom impatt fuq il-funzjonament u l-użu tal-infrastrutturi eżistenti u kif ukoll fuq il-prattiki ta’ ġestjoni;

(b)

Fuq perjodu medju ta’ żmien, l-isfida tkun li verament jintlaħqu l-għanijiet tal-kwalità tal-ilma mixtieqa.

(c)

L-isfidi prinċipali fuq perjodu itwal ta’ żmien huma l-impatt taż-żieda fil-livelli tal-baħar u l-iskarsezza tal-ilma (ħelu), b’konsegwenzi soċjoekonomiċi kbar bħal pereżempju l-migrazzjoni minn żoni fejn ser jiġu mgħarrqa bil-baħar u/jew fejn m’għadx hemm ilma ħelu disponibbli minħabba l-iskarsezza; bl-istess mod, it-tibdil imbassar fil-preċipitazzjoni u t-temperatura, probabbilment jaffettwaw ukoll il-frekwenza ta’ għargħar, b’konsegwenzi soċjoekonomiċi u għas-saħħa kbar;

16.

jiġbed l-attenzjoni għall-valur ekonomiku sinifikanti tas-settur tal-ilma u l-importanza ekonomika ta’ ġestjoni tajba tal-ilma. Xi eżempji jinkludu:

(a)

Il-provvista, it-trattament u d-distribuzzjoni globali tal-ilma huma fattur kruċjali għas-soċjetà tagħna: jiggarantixxu l-ikel, is-sanità, is-saħħa u l-benesseri tagħna. Mill-ekonomija dinjija totali ta’ madwar EUR 70 triljun, madwar EUR 63 triljun jiddependi direttament fuq l-ilma (7).

(b)

Rapport reċenti tan-NU jikkalkula li biljun impjieg mad-dinja kollha, madwar 40 % tat-total tal-impjiegi, huma dipendenti ħafna fuq l-ilma u biljun impjieg ieħor huma parzjalment dipendenti fuq l-ilma. Dan ifisser li madwar 80 % tal-postijiet tax-xogħol mad-dinja kollha huma dipendenti fuq l-ilma (8).

(c)

Is-settur tal-ilma Ewropew jinkludi 9 000 intrapriża zgħira u ta’ daqs medju attiva u jipprovdi 600 000 impjieg fl-utilitajiet biss (9).

(d)

Il-valur miżjud gross totali stmat tal-industrija, li jkopri s-servizzi sanitarji u tal-provvista tal-ilma laħaq EUR 44 biljun fl-2010 u kien jirrappreżenta madwar l-ekwivalenti ta’ 500 000 impjieg dik is-sena (10).

(e)

F’dawn l-aħħar 15-il sena, l-għargħar wasslu għal mill-inqas EUR 25 biljun f’dannu assigurat, apparti d-dannu mhux assigurat. Fl-2014 biss, il-ħsara stmata kienet ta’ kważi EUR 5 biljun. Skont il-previżjonijiet, l-ammont ta’ dannu kull sena ser ikun ħames darbiet aktar fl-2050 (11).

Il-ħtieġa għal tip differenti ta’ politika

17.

Minħabba li għad hemm ħafna inċertezzi dwar il-firxa u l-impatt tal-problemi futuri tal-ilma, kif ukoll minħabba li l-qafas legali huwa differenti, il-Kumitat jemmen li politika bbażata fuq “blueprint” tista’ titqies bħala punt ta’ tluq tajjeb għat-titjib tar-relazzjoni bejn id-diversi istituzzjonijiet u sabiex jiġu esplorati approċċi innovattivi ġodda għall-mod kif issir il-politika li jippermettu kollaborazzjoni bejn id-diversi oqsma settorjali, billi jiġu mfittxa sinerġiji u jiġu evitati l-kunflitti. Huwa meħtieġ li tiġi implimentata l-hekk imsejħa “politika ta’ adattament”. It-tabella ta’ hawn taħt turi sommarju tal-għażliet differenti.

 

Standards u valuri

konsistenti

differenti

Għarfien

kunsens

Politika ppjanata

Negozjar dwar standards

kontroversja

Negozjar dwar għarfien

Politika adattata

18.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tesplora l-għażliet possibbli għal politika ta’ adattament fi ħdan il-qasam tal-politika tal-ilma bħala parti mir-reviżjoni li ġejja tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, il-miżuri dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma, ir-reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi u, fl-aħħar, ir-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Din il-kwistjoni għandha tkun iffukata fuq l-aktar rekwiżiti importanti għall-politika ta’ adattament, jiġifieri l-integralità, l-iskambju tal-informazzjoni, il-flessibbiltà u d-divrenzjar fl-għanijiet u fl-isforzi u l-innovazzjoni. Meta tistħarreġ il-possibbiltajiet għal politika ġdida, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex tiżgura li kwalunkwe proposta futura tkun fl-aħjar interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u tappoġġja pjuttost milli tnaqqas il-kompetenzi tagħhom;

Politika integrata

19.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tibdel il-politiki tagħha tal-ilma li huma prinċipalment settorjali f’politika integrata u għaldaqstant jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li l-ġestjoni tal-ilma hija inkluża bħala element orizzontali f’oqsma oħra ta’ politika li huma marbutin mill-qrib ma’ din ir-riżorsa, bħall-konsum mill-bniedem, l-enerġija, l-agrikoltura, is-sajd, it-turiżmu, l-ambjent, eċċ.;

20.

jemmen li l-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas għandhom ikomplu jintużaw bħala l-punt tat-tluq fil-qasam tal-politika tal-ilma. Madankollu, meta jittieħed approċċ divrenzjat, il-possibilitajiet kollha għandhom jibqgħu miftuħin bil-għan li jiġu adottati s-soluzzjonijiet l-aktar effettivi u effiċjenti, b’tali mod li f’każijiet eċċezzjonali, wieħed ikun jista’ jitbiegħed mill-punt inizjali nnifsu. Dawn is-soluzzjonijiet jistgħu jinkisbu permezz ta’ approċċi xjentifiċi innovattivi u speċifiċi u ambjentalment sostenibbli.

21.

jiġbed l-attenzjoni f’dan il-kuntest għall-fatt li l-enerġija u/jew l-ispejjeż tal-enerġija jistgħu jkunu ta’ ostaklu kbir biex jiġu applikati soluzzjonijiet innovattivi u mhux konvenzjonali għall-iskarsezza tal-ilma, bħalma huwa t-trasport tal-ilma f’żoni niexfa jew f’impjanti tad-desalinizzazzjoni u jenfasizza li l-użu tal-enerġija rinnovabbli f’dan il-kuntest, kif ukoll il-potenzjal tal-ilma nnifsu bħala sors ta’ enerġija, għandhom jitqiesu meta jkunu qed jitfasslu politiki tal-UE;

22.

jiġbed l-attenzjoni għaż-żieda fl-użu ta’ mediċini, bħal pereżempju l-antibijotiċi, fejn is-sustanzi attivi jgħaddu mis-sistema tad-drenaġġ u jilħqu l-ilma tal-wiċċ. Dan iwassal mhux biss għall-ħtieġa ta’ sforz akbar sabiex jiġi prodott l-ilma tax-xorb mill-ilma tal-wiċċ, iżda jista’ jwassal ukoll għal riskju akbar ta’ immunità għall-batterji. Is-soluzzjoni għal din il-problema tinsab f’approċċ li jiffoka fuq is-sorsi mxerrda tal-mediċina residwa: skart tal-mediċina u mediċina li tibqa’ fl-awrina u fil-ħmieġ;

23.

iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex, fil-politiki tal-ilma tagħhom, jinkludu l-kunċetti tal-infrastruttura ekoloġika u tal-miżuri għaż-żamma tal-ilma naturali minflok jew flimkien ma’ miżuri strutturali (grey structural measures) tradizzjonali (eż. biex jitnaqqsu l-pressjonijiet idromorfoloġiċi fil-baċini tax-xmajjar) fil-programmi operazzjonali tagħhom taħt il-FSIE (eż. għar-restawr tal-artijiet mistagħdra u l-foresti), jew fl-ippjanar urban (eż. għall-ħżin tal-ilma tax-xita (biex jintuża mill-ġdid) jew biex tiżdied iż-żamma tal-ilma biex jitnaqqas l-impatt tal-għargħar);

24.

jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma billi tingħata għajnuna għall-protezzjoni tal-provvisti ta’ ilma nadif fi żminijiet ta’ diżastri naturali (12);

25.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jinvolvu ruħhom ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-gvern nazzjonali biex jiżguraw li l-djar, l-irziezet u n-negozji kollha li jistgħu jiġu affettwati minn għargħar jistgħu jiksbu assigurazzjoni raġonevoli. Aktar xogħol huwa wkoll meħtieġ biex ikun iggarantit li l-partijiet interessati kollha jagħrfu li l-bini tar-reżiljenza fil-bidu huwa l-aktar mod effettiv biex jimminimizzaw ir-riskji u jnaqqsu l-ispejjeż fit-tul mid-diżastri naturali;

L-iskambju ta’ informazzjoni fost dawk li jfasslu l-politika u dawk li jimplimentawha

26.

peress li l-objettivi tad-diversi oqsma ta’ politika huma aċċettabbli (politika ppjanata), iżda l-miżuri meħtieġa huma ħafna drabi konfliġġenti fl-implimentazzjoni, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-reġjuni u l-bliet, bħala l-livell fejn issir l-implimentazzjoni, ta’ spiss iridu jilħqu kompromess bejn dawn il-miżuri konfliġġenti;

27.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi intensifikat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika tal-ilma, u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fi Brussell u tiġi integrata l-informazzjoni dwar l-għanijiet konfliġġenti, pereżempju, fil-politika l-ġdida tagħha jew fl-emendi tal- politika tagħha.

Ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti

28.

jistenna li r-reviżjoni ppjanata tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb ittejjeb is-sistemi ta’ monitoraġġ u l-parametri ta’ analiżi, tiżgura aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb għaċ-ċittadini, tindirizza l-problema tat-tnixxijiet, tiżviluppa l-qafas regolatorju għall-provvisti individwali tal-ilma tax-xorb żgħar jew individwali, tipproponi soluzzjonijiet għall-problemi kkawżati minn materjali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb, u taġġorna d-derogi mil-leġislazzjoni attwali;

29.

jisħaq li reviżjoni futura tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi għandu jkollha l-għan, b’mod partikolari, li ttejjeb il-monitoraġġ, ir-rappurtar u t-tixrid pubbliku tad-data, u jenfasizza bil-qawwa li jitqiesu r-rabtiet għall-ekonomija ċirkolari u l-effiċjenza tar-riżorsi fl-UE. Lill-Istati Membri għandu jitnaqqsilhom ir-rekwiżiti ta’ rappurtar tagħhom mill-inqas sal-limitu tal-obbligi li jkunu diġà ntlaħqu;

30.

jilqa’ l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea li tevalwa “id-distanza għall-konformità” li tiffoka fuq il-lakuni li fadal fl-ilma ħażin li fil-fatt jinġabar b’mod korrett, konness u trattat u tikkumplementa l-valutazzjoni uffiċjali tal-konformità mal-obbligi legali li jirriżultaw mid-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD); jinnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni Ewropea fit-8 rapport ta’ implimentazzjoni tagħha tal-UWWTD għall-ewwel darba pproċessat u inkludiet riżultati fil-livell reġjonali u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex iżżomm kemm “id-distanza għall-konformità” kif ukoll l-approċċi reġjonali u tiżviluppahom aktar f’kooperazzjoni ma ‘atturi lokali u reġjonali;

31.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex inaqqsu l-iskarsezza tal-ilma u jżidu aktar l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, b’mod partikolari billi:

(a)

jipprijoritizzaw il-ġestjoni tad-domanda tal-ilma, u l-effiċjenza tal-ilma fit-tisqija, fil-binjiet u fis-settur tal-enerġija;

(b)

jindirizzaw l-estrazzjoni żejda permezz ta’ reviżjoni tal-permessi jew infurzar aħjar skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

(c)

jieħdu azzjoni fl-aktar stadju bikri possibbli fil-politika dwar il-prodotti, inkluża leġislazzjoni futura biex iżidu l-effiċjenza tal-ilma tat-tagħmir fil-pjani ta’ ħidma taħt id-Direttiva tal-Eko-disinn;

(d)

ikomplu jappoġġjaw l-użu ta’ miters tal-ilma fost is-setturi u l-utenti kollha;

(e)

jindirizzaw it-telf ta’ ilma mit-tnixxijiet billi jinkoraġġixxu l-investiment fl-infrastruttura, iffinanzjat ukoll permezz ta’ prezzar tal-ilma u miżuri ta’ infurzar adatti;

Flessibbiltà u divrenzjar tal-għanijiet

32.

jinnota li hemm tensjoni bejn l-għanijiet tal-kwalità tal-ilma u l-Politika Agrikola Komuni (PAK), u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura koordinazzjoni aħjar bejn dawn iż-żewġ oqsma ta’ politika. L-UE għandha tevita li żżid dawn il-kontradizzjonijiet u l-piż amministrattiv relatat biex timplimenta leġislazzjoni potenzjalment konfliġġenti, iżda pjuttost għandha tfittex l-aktar kompromessi effiċjenti, kosteffettivi u li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku;

33.

jikkunsidra li huwa xieraq u meħtieġ li jkun hemm progress fl-integrazzjoni fi ħdan id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tad-Direttiva 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli bil-għan li jiġu omoġenizzati l-miżuri sabiex jinżammu fi stat tajjeb il-korpi tal-ilma u li tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-ilma tax-xorb;

34.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tesplora l-possibbiltajiet għal politika aktar flessibbli u divrenzjata dwar l-ilma. Il-flessibbiltà hija meħtieġa minħabba l-inċertezza rigward il-problemi futuri marbuta mal-ilma. Dan ifisser li huwa inevitabbli li l-għanijiet u l-approċċ tal-politika dwar l-ilma jeħtieġ li jsibu bilanċ bejn iċ-ċertezza legali meħtieġa sabiex minn naħa waħda tippermetti ippjanar fit-tul u investimenti bi spejjeż intensivi multiannwali, u min-naħa l-oħra il-ħtieġa li jiġu adattati għal ċirkostanzi ġodda meta meħtieġ. Id-divrenzjar tal-għanijiet skont il-mument u l-post huwa utli sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-miżuri u jiżdied l-appoġġ tagħhom (13), mingħajr ma dan iwassal biex jitnaqqsu l-ambizzjonijiet.

35.

Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa alternattiva għall-istandard ta’ monitoraġġ “one-out = all-out” fid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Il-prinċipju “one out = all out” ma jipprovdix stampa ċara tal-qagħda ekoloġika u kimika attwali u tal-isforzi li diġà saru biex tittejjeb il-kwalità tal-ilma. Jeħtieġ li jiġi żviluppat strument ta’ monitoraġġ, li jirrifletti r-riżultati miksuba fl-Istati Membri, fost affarijiet oħra sabiex jiġi garantit li jiġu aċċettati l-miżuri meħtieġa.

Riċerka u Innovazzjoni

36.

huwa konvint li apparti innovazzjoni fil-politika, innovazzjonijiet tekniċi ulterjuri huma tal-akbar importanza biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u futuri fil-qasam tal-ilma (14). Sabiex jiġi appoġġat dan it-tip ta’ innovazzjoni, jenfasizza l-benefiċċju possibbli ta’ aġenda ta’ azzjoni ta’ innovazzjoni fil-livell tal-UE dwar l-ilma lejn soċjetà intelliġenti sostenibbli u ċirkolari fir-rigward tal-ilma. Qafas bħal dan għandu jgħin jinkoraġixxi lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, biex japplikaw l-approċċi innovattivi sistemiċi u biex jiżviluppaw sħubijiet fil-kuntest ta’ proġetti ta’ innovazzjoni fil-qasam tal-ilma. Għalkemm il-pjattaformi ta’ għarfien u l-possibbiltajiet ta’ finanzjament attwali qegħdin jiġu żviluppati, jissaħħu u jespandu b’mod konsiderevoli, il-Kumitat jidentifika żewġ ostakoli li ma jippermettux li jiġu introdotti soluzzjonijiet innovattivi. Il-Kumitat għalhekk jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex:

(a)

tkompli tnaqqas il-piż amministrattiv biex wieħed ikollu aċċess għall-fondi Ewropej tal-innovazzjoni permezz ta’ kollaborazzjoni u investiment biex jiġu evitati sfidi ewlenin fuq perjodu ta’ żmien twil għall-immaniġġjar tal-ilma madwar l-UE. Aspett li jistħoqqlu attenzjoni partikulari huwa l-leġislazzjoni konfliġġenti bejn il-politika dwar l-għajnuna mill-Istat u d-diffikultà li jiffaċċjaw l-intrapriżi sabiex jaċċessw il-fondi ta’ innovazzjoni;

(b)

tesplora l-possibbiltà li jkun hemm lok għall-esperimentazzjoni f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn restrizzjonijiet minn oqsma ta’ politika oħrajn qegħdin jostakolaw l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi;

Konklużjoni

37.

jenfasizza li l-ġestjoni tal-ilma hija qasam politiku kbir ta’ kapital intensiv fejn isiru investimenti kbar. Fil-futur, dawn l-investimenti ser ikomplu biss jiżdiedu. Permezz ta’ ambitu usa’ tad-definizzjoni tal-problemi u s-soluzzjonijiet possibbli u t-titjib tal-integrazzjoni diġà proposta għar-regolament attwali bejn oqsma ta’ politika relatati (bħall-agrikoltura, l-enerġija, is-saħħa) jista’ jitnaqqas ir-riskju ta’ inqas investiment, jinfetħu opportunitajiet ġodda u jinħolqu l-kondizzjonijiet għall-innovazzjoni. L-isfida tinsab fit-tfassil ta’ deċiżjonijiet raġonevoli li jqisu dak li rridu nippreservaw issa, iżda li jipprovdu wkoll ambitu suffiċjenti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi futuri inċerti biex naslu għal Manage the source of life!

Brussell, id-9 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Id-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art (2006), Id-Direttiva dwar standards ta’ kwalità ambjentali (2008), id-Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi (1991), id-Direttiva dwar in-Nitrati (1991), id-Direttiva l-ġdida dwar l-Ilma għall-Għawm (2006), id-Direttiva dwar l-Ilma għax-Xorb (1998), id-Direttiva dwar l-Għargħar (2007), id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008) u żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (2005 u 2008) dwar l-istat ekoloġiku;

(2)  Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2017, COM(2016) 710 final, Anness I.

(3)  ĠU C 17, 19.1.2013, p. 91.

(4)  ĠU C 218, 30.7.2013, p. 53.

(5)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 74.

(6)  ĠU C 259, 2.9.2011, p. 13.

(7)  WssTP Water Vision 2030 “The Value of Water: Towards a Future proof model for a European water-smart society”, Ottubru 2016. http://wsstp.eu/publications/

(8)  Rapport tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-iżvilupp tal-ilma fid-dinja, 2016.

(9)  COM(2012) 216 final.

(10)  Eurostat (2013) in COM(2014) 363 final.

(11)  Forzieri, G. et al., “Multi-hazard assessment in Europe under climate change”, Climatic Change, Volum 137, Ħarġa 1, Lulju 2016, pp. 105-119.

(12)  CdR 2646/2014.

(13)  Pereżempju, f’żona ta’ baċir, il-miżuri upstream huma ħafna iktar effettivi mill-miżuri downstream sabiex jiġu miġġielda l-għargħar jew titjieb il-kwalità tal-ilma. Fl-istess ħin, huwa evidenti li r-reġjuni downstream għandhom jikkontribwixxu għall-miżuri upstream.

(14)  Wara purifikazzjoni sekondarja, l-ilma mormi huwa sors tajjeb għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb, speċjalment meta mqabbel mad-desalinazzjoni. Madankollu, l-isfida hija l-aċċettazzjoni mill-pubbliku.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/51


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn strateġija ġdida tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima — approċċ integrat

(2017/C 207/10)

Relatur:

Sirpa Hertell (FI/PPE), Kunsillier tal-Belt ta’ Espoo

Dokumenti ta’ referenza:

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet oriġinali tiegħu dwar l-istrateġija ta’ adattament tal-UE (CoR 3752/2013) għadhom validi u għandhom jinqraw flimkien ma’ din l-Opinjoni; jiġbed l-attenzjoni għas-suġġerimenti biex tinħoloq rabta iżjed diretta bejn l-istrateġija ta’ adattament u l-kunċett ta’ reżiljenza għall-klima u jiġi żviluppat aktar il-kunċett/valutazzjonijiet tal-“vulnerabbiltà” tat-territorji differenti; għall-proposta biex ikun hemm aktar enfasi fuq is-soluzzjonijiet ta’ adattament ibbażati fuq l-infrastruttura ekoloġika kif ukoll il-konsiderazzjonijiet tal-bijodiversità u tal-ekosistema; u anke għat-twissija li jista’ jkun meħtieġ ukoll li jiġu żviluppati xenarji għall-adattament għal żieda fit-temperatura li mhijiex limitata għal 2 gradi, jekk ma jirnexxux l-isforzi globali fil-kuntest tal-ftehim ta’ Pariġi;

2.

jirrikonoxxi li bħalissa għaddejja ħidma dwar kull waħda mit-tmien azzjonijiet tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima u r-riżultati qed jibdew jidhru (eż. l-adozzjoni ta’ strateġiji nazzjonali tal-adattament f’75 % tal-Istati Membri tal-UE, it-tnedija tal-inizjattiva “Mayors Adapt”, li issa ġiet integrata fil-Patt tas-Sindki) u għalhekk jistenna bil-ħerqa l-valutazzjoni u r-rieżami tal-Istrateġija min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea. Jenfasizza li dan huwa proċess kontinwu li fih l-Istati Membri għandhom ukoll jaġġornaw b’mod kontinwu l-istrateġiji tagħhom stess biex jibqgħu aġġornati mal-bażi tal-għarfien li dejjem qed tevolvi kif ukoll l-oqfsa legali u l-ftehimiet internazzjonali rilevanti;

A.    GOVERNANZA

Insaħħu l-qafas tal-governanza f’diversi livelli

3.

jirrikonoxxi li, għalkemm il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma atturi ewlenin fit-twaqqif tal-oqfsa ta’ politika u dawk regolatorji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem nett biex inaqqsu l-vulnerabbiltà tat-territorju tagħhom għad-diversi impatti tat-tibdil fil-klima permezz ta’ azzjonijiet konkreti ta’ adattament, u għalhekk jenfasizza li qafas ta’ governanza f’diversi livelli li jaħdem kif imiss huwa ta’ importanza kruċjali;

4.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tħeġġeġ kollaborazzjoni iżjed b’saħħitha bejn il-livelli differenti ta’ gvern (l-UE, l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali) sabiex tallinja l-prijoritajiet, tnaqqas kemm jista’ jkun il-proċessi paralleli mingħajr l-ebda konnessjoni ma’ dan jew saħansitra kontradittorji, u tħeġġeġ l-aqwa sinerġiji possibbli bejn l-istrateġiji u l-pjani żviluppati fil-livell tal-UE u dak nazzjonali u dawk żviluppati fil-livell reġjonali u lokali, u b’hekk tiġi żgurata koerenza akbar tal-politika iżda wkoll azzjoni koordinata u komplementari;

5.

jappoġġja l-inizjattivi tal-UE bħalma huma l-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija u s-Sħubijiet il-ġodda tal-Aġenda Urbana tal-UE li jrawmu l-emerġenza ta’ skemi ta’ governanza u pjattaformi ta’ kooperazzjoni kkoordinati fuq diversi livelli. Għandhom jitqiesu li jaqdu rwol f’li jirriflettu l-ħtiġijiet tal-bliet u r-reġjuni u li jtejbu l-kollaborazzjoni. Barra minn hekk il-KtR jistenna bil-ħerqa l-ħolqien f’waqtu ta’ sħubija tal-aġenda urbana dwar il-prijorità tematika tal-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluża d-dimensjoni ekonomika, soċjali u ambjentali tagħha;

6.

jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa għal kontribut akbar min-naħa tal-bliet u r-reġjuni fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-pjani nazzjonali ta’ adattament. Jitlob għalhekk lill-Istati Membri tal-UE joħolqu l-istrutturi istituzzjonali jew il-pjattaformi adatti biex irawmu konsultazzjoni kontinwa u kooperazzjoni aktar mill-qrib (eż. permezz ta’ gruppi ta’ ħidma), filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja u tħeġġeġ dan l-iżvilupp;

7.

huwa tal-fehma li r-rwol essenzjali tar-reġjuni għandu jiġi rifless aħjar fir-rieżami tal-istrateġija dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (pereżempju permezz ta’ kapitolu ddedikat), u l-isforzi tagħhom jiġu appoġġjati aħjar. Ir-reġjuni jistgħu saħansitra jaqdu rwol intermedjarju/ta’ koordinazzjoni fil-proċess ta’ adattament, u jiżguraw li l-prijoritajiet definiti mill-Istati Membri jikkorrispondu għall-ħtiġijiet u l-istennijiet espressi fuq il-post u viċi versa. Huma jistgħu wkoll jaġixxu bħala xpruni, billi jappoġġjaw l-isforzi tal-awtoritajiet lokali fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom kontra l-perikli tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali, il-bini tal-kapaċitajiet u l-użu tal-finanzjament disponibbli – kif muri mir-reġjuni li diġà huma involuti fil-Patt tas-Sindki bħala “Koordinaturi”. Il-KtR jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrikonoxxi iżjed ir-responsabbiltajiet meħuda u l-azzjonijiet imwettqa mhux biss mill-awtoritajiet lokali iżda wkoll dawk reġjonali fil-qafas tal-inizjattiva tiegħu tal-Patt tas-Sindki (eż. b’mod simili għal dak li qed tagħmel bħalissal-inizjattiva RegionsAdapt);

8.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta’ qafas leġislattiv preskrittiv jitqies mill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala ostaklu għall-azzjoni f’ċerti Stati Membri. Dawn għalhekk huma favur mandat aktar ċar mill-UE u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jieħdu azzjoni dwar l-adattament. Fil-livell nazzjonali, il-KtR jilqa’ l-isforzi reċenti meħuda minn xi Stati Membri biex jintegraw il-konsiderazzjonijiet għall-adattament f’leġislazzjoni speċifika (eż. skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar);

9.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea teżamina kemm hemm awtoritajiet lokali u reġjonali, fl-UE u għal kull Stat Membru, li għandhom strateġija jew pjan ta’ adattament. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni Ewropea, bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tista’ tipproponi miri fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex jitrawwem iżjed l-iżvilupp tal-istrateġiji/pjani lokali u reġjonali ta’ adattament min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

B.    INVOLVIMENT U ĠESTJONI

Insaħħu l-kontribut tad-diversi partijiet interessati u ntemmu l-ħsieb b’mod kompartimentalizzat (silo-thinking)

10.

jisħaq fuq il-fatt li – apparti qafas ta’ governanza f’diversi livelli li jaħdem kif imiss – ir-rieżami tal-Istrateġija dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima għandu jpoġġi aktar enfasi fuq il-ħtieġa ta’ parteċipazzjoni min-naħa tal-partijiet interessati diversi u approċċ transsettorjali (minflok dak kompartimentalizzat) għal azzjoni aktar effiċjenti u integrata għal adattament lokali. Ir-rieżami jista’ jintegra (jew jidderieġi mill-ġdid lejn) ftit eżempji konkreti li juru l-benefiċċji li wieħed jaħdem flimkien iktar milli f’mod iżolat għall-kokreazzjoni ta’ soluzzjonijiet fil-livell reġjonali/lokali. Tali approċċi parteċipattivi għandhom jitħeġġu u jiġu appoġġjati bil-qawwa, pereżempju permezz ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE (eż. taħt LIFE futur jew sejħiet fil-qafas tal-Orizzont 2020);

11.

jenfasizza l-importanza li jiġu eżaminati fil-fond il-fatturi ta’ suċċess u l-ostakli għad-diversi forom ta’ kooperazzjoni bejn ix-xjenzjati, il-prattikanti u dawk responsabbli għat-tfassil tal-politika fil-livell lokali/reġjonali. Din l-informazzjoni għandha twassal għal rakkomandazzjonijiet prattiċi abbażi ta’ eżempji konkreti ta’ sħubijiet (b’diversi partijiet interessati/pubbliċi-privati) li għandhom jixterdu b’mod wiesa’, eż. permezz tal-Pjattaforma Ewropea dwar l-Adattament għall-Klima (Climate-ADAPT);

12.

ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm sensibilizzazzjoni permezz tal-mezzi kollha possibbli ta’ komunikazzjoni dwar il-bżonn li tittieħed azzjoni u l-mitigazzjoni sabiex jinkisbu l-akbar sinerġiji possibbli bejn iż-żewġ elementi tal-politika tal-klima u jiġi evitat il-“maladattament”. Għal dan il-għan, il-KtR jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tanalizza fir-rieżami mekkaniżmi innovattivi għas-sensibilizzazzjoni, u b’hekk tiżdied l-aċċettazzjoni fost l-atturi lokali u reġjonali (inklużi ċ-ċittadini u n-negozji) u titħeġġeġ bidla fl-imġiba;

Ninvestu fil-bini tal-kapaċità u l-iskambju tal-għarfien

13.

jenfasizza l-importanza li tinbena kapaċità aħjar u li jiġu indirizzati l-lakuni fl-għarfien fil-bliet u r-reġjuni Ewropej; u huwa tal-fehma li l-portal Climate-ADAPT – u l-Għodda ta’ Appoġġ għall-Adattament Urban relatata – huwa bażi tajba għal dan. Din l-għodda madankollu jeħtieġ li tiġi kkonsolidata u mtejba kontinwament, promossa aktar u għandha tintrabat iżjed mal-pjattaforma tal-Patt tas-Sindki, u għandha ssir iżjed faċli biex tintuża. Il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-bliet u lir-reġjuni jidentifikaw flimkien kif il-portal Climate-ADAPT jista’ jiġi adattat biex jissodisfa bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tagħhom, u jiddeċiedu jekk l-għodda għandhiex tiġi integrata fis-sit web tal-Patt tas-Sindki;

14.

jenfasizza l-ħtieġa li jitkompla l-ġbir ta’ eżempji ta’ prattika tajba li jkunu ġew ittestjati fuq il-post. Il-prattiki tajbin identifikati fil-bliet u r-reġjuni jridu jiġu maħżuna f’repożitorju wieħed, aċċessibbli pubblikament u li jistgħu jsiru tfittxijiet fih faċilment (bħall-portal Climate-ADAPT u/jew il-katalgu ta’ parametri ta’ referenza fis-sit web tal-Patt tas-Sindki) biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-esperjenza bejn il-pari. B’mod partikolari, bażi tad-data bħal din għandu jkollha l-elementi adatti sabiex jiġu identifikati l-eżempji li huma bbażati fuq ċirkustanzi simili (eż. riskji ta’ inċidenti marbutin mal-klima, id-densità tal-popolazzjoni) jew li għandhom karatteristiċi ġeografiċi simili (eż. pożizzjoni fuq jew ħdejn il-muntanji, xmara jew il-baħar) bil-għan li jiġu żviluppati tipoloġiji ta’ adattament. Il-KtR huwa lest jikkontribwixxi fl-identifikazzjoni ta’ prattiki reġjonali ta’ suċċess u l-mobilizzazzjoni ta’ reġjuni pijunieri, l-ewwel nett permezz tal-ħidma tal-membri tiegħu fil-Kummissjoni ENVE u l-grupp tiegħu ta’ “Ambaxxaturi tal-Patt tal-KtR” li għandu jiġi estiż u promoss aktar;

15.

jenfasizza li t-trasferiment tal-għarfien għandu jkun iffaċilitat ukoll permezz tal-kooperazzjoni bejn il-bliet. Għandhom jiġu identifikati attivitajiet adatti bejn il-pari u attivitajiet ta’ mentoring, promossi u ffinanzjati b’mod adegwat mill-Kummissjoni Ewropea. Il-programmi ta’ ġemellaġġ diġà proposti mill-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki wrew li kienu ta’ suċċess u ta’ valur, u għalhekk għandhom jiġu replikati u estiżi fil-ġejjieni (eż. permezz ta’ sejħiet annwali għall-applikazzjonijiet);

16.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkonsolida l-isforzi biex jinħoloq qafas li jiffaċilita l-bini tal-kapaċità fil-bliet u r-reġjuni. L-abbundanza ta’ inizjattivi, strumenti u programmi tal-UE li diġà joffru diversi opportunitajiet għall-bini tal-kapaċità għall-bliet u r-reġjuni (eż. workshops, webinars, materjal ta’ gwida) attwalment tikkawża konfużjoni fost il-benefiċjarji tagħhom;

17.

għalkemm qed isiru xi sforzi – b’mod partikolari t-tnedija reċenti ta’ portal ġdid “one-stop shop” fil-qafas tal-Aġenda Urbana tal-UE – il-Kummissjoni għandha tiċċara l-ispeċifiċitajiet iżda wkoll il-komplementaritajiet bejn id-diversi servizzi proposti lill-bliet u r-reġjuni fil-qasam/fl-oqsma marbutin mal-adattament, u timpenja ruħha li timla l-lakuni fl-għarfien li jistgħu jinqalgħu matul dan l-eżerċizzju ta’ identifikazzjoni u ta’ ġbir. F’dan il-proċess, il-KtR jitlob lill-Kummissjoni biex:

a.

tagħmel l-aħjar użu mill-inizjattiva ewlenija tal-UE għall-bliet u r-reġjuni dwar l-adattament, il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, u tippożizzjonaha bħala l-aktar inizjattiva kumplessiva għal azzjonijiet lokali dwar il-klima;

b.

tkompli tintegra l-konsiderazzjonijiet għall-adattament f’inizjattivi eżistenti oħra tal-UE b’dimensjoni urbana, reġjonali jew rurali;

c.

issaħħaħ is-sinerġiji ma’ inizjattivi oħra msieħba (eż. Regions Adapt, Under2MoU, il-Kampanja għal Bliet Reżiljenti) biex jużaw l-esperjenza u l-għarfien tagħhom, jiżguraw koerenza akbar u jħeġġu azzjonijiet konġunti għall-benefiċċju tal-bliet u r-reġjuni;

d.

tinkoraġġixxi rabtiet ma’ inizjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali, li jsegwu miri ambizzjużi huma jew mhumiex involuti fi kwalunkwe waħda mill-inizjattivi msemmijin hawn fuq, u joffru opportunitajiet ta’ netwerking u sħubijiet.

Inżidu l-bażi tal-għarfien dwar ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet klimatiċi

18.

jirrikonoxxi li l-livelli kollha tal-gvern – inklużi l-bliet u r-reġjuni – għandhom bżonn fehim sod tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet klimatiċi fit-territorju tagħhom biex jiggwidaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politika tagħhom. F’dan ir-rigward, il-KtR jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja l-oqfsa ta’ valutazzjoni tar-riskji u tal-vulnerabbiltà minħabba li dawn jikkostitwixxu l-punt ta’ tluq ta’ kwalunkwe strateġija ta’ adattament u jappoġġjaw kwalunkwe azzjoni bbażata fuq l-evidenza;

19.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali regolarment jiġbdu l-attenzjoni dwar 1) in-nuqqas ta’ (aċċess għal) informazzjoni utli u li tinftiehem dwar il-klima; u 2) in-nuqqas ta’ għarfien espert u esperjenza fl-interpretazzjoni ta’ din l-informazzjoni bħala ostakli għal azzjoni ta’ adattament. Għalhekk, tinħtieġ aktar għajnuna – permezz ta’ dokumentazzjoni u ta’ kondiviżjoni ta’ prattiki tajba – biex l-ewwel nett jiġu ggwidati permezz ta’ informazzjoni li diġà teżisti, u t-tieni nett, jiġu megħjuna fl-eżerċizzju tat-tnaqqis u l-interpretazzjoni tal-impatti f’livell ta’ belt/reġjun;

20.

jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja l-isforzi kontinwi tal-bliet u r-reġjuni fil-projezzjoni klimatika u l-valutazzjoni tar-riskji billi ssaħħaħ l-attivitajiet (ta’ riċerka) relatati mal-identifikazzjoni ta’ għodod u metodi adatti (tal-immudellar tar-riskji), l-iżvilupp ta’ xenarji (makro)reġjonali tal-impatt tal-klima u l-ħolqien ta’ netwerks ta’ servizzi dwar il-klima (taħt il-programm Orizzont 2020) fil-livell internazzjonli, Ewropew u (sotto)nazzjonali. Tali netwerks ta’ servizzi dwar il-klima jimmobilizzaw l-esperti u l-fornituri tad-data rilevanti (eż. il-komunità tar-riċerka) u jagħmlu l-informazzjoni u t-tagħrif eżistenti aċċessibbli u li jinftiehmu minn dawk responsabbli għat-tfassil tal-politika fil-livell lokali;

21.

jenfasizza l-importanza li l-iżvelar tar-riskji klimatiċi jingħata appoġġ sabiex titħeġġeġ l-azzjoni għall-adattament u jiġi stimulat l-investiment. Qed jitfaċċaw diversi inizjattivi volontarji u/jew immexxija mis-settur privat dwar l-iżvelar ta’ riskji klimatiċi u jistgħu jkomplu jiġu appoġġjati u promossi mill-Kummissjoni;

22.

jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, l-inizjattiva tal-Kummissjoni li teżamina l-opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni mas-settur tal-assigurazzjoni bħala fornitur prinċipali tad-data u investiment potenzjali. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-mekkaniżmi tal-assigurazzjoni li jistgħu jipprovdu inċentiv għall-prevenzjoni tar-riskji u jappoġġjaw it-tnaqqis tal-ħsara u biex taħdem ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni sabiex jiġi żgurat li huma jaqsmu l-għarfien u l-kompetenzi tagħhom fl-immudellar tar-riskji kif ukoll fil-ġestjoni tar-riskji ta’ diżastri mas-settur pubbliku. Fir-rieżami għandhom jiġu promossi iżjed is-sħubijiet ta’ suċċess eżistenti sabiex jispiraw u jimmotivaw lill-oħrajn. Jenfasizza wkoll f’dan il-kuntest li, għall-kuntrarju, il-bliet u r-reġjuni meqjusa mill-assiguraturi bħala “f’riskju għoli” jistgħu jħabbtu wiċċhom ukoll ma’ ostakli partikolari għall-investiment u l-iżvilupp u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex fir-rieżami tanalizza kif jistgħu jiġu indirizzati tali problemi;

Nesploraw il-benefiċċji soċjoekonomiċi

23.

huwa tal-fehma li r-rieżami għandu jippromovi aktar il-vantaġġi ta’ valutazzjoni tal-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi tal-adattament. Tali analiżi soċjoekonomika tiggwida lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet peress li jiġu pprovduti b’ħarsa ġenerali aktar ċara tal-ispejjeż u l-benefiċċji possibbli ta’ azzjoni ta’ adattament għall-kuntrarju ta’ nuqqas ta’ azzjoni, u għalhekk tgħin biex ikun hemm sensibilizzazzjoni, jinxteħet dawl fuq il-limitazzjonijiet tal-kapaċità u jiġu identifikati l-aktar għażliet ekonomikament vijabbli ta’ politika;

24.

josserva li l-bliet u r-reġjuni jeħtieġu aktar informazzjoni dwar id-diversi metodi eżistenti li jistgħu jiġu applikati għal tali valutazzjoni (eż. kostbenefiċċji, diversi kriterji, deċiżjoni tal-partijiet interessati, esperimentazzjoni u osservazzjoni) u r-rilevanza tagħhom f’kuntesti differenti, u għalhekk jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ adatt permezz tal-pjattaformi ta’ referenza tagħha, Climate-ADAPT u l-Patt tas-Sindki;

Monitoraġġ, rappurtar u valutazzjoni tal-azzjonijiet

25.

jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom l-għodod u l-indikaturi adatti ta’ monitoraġġ, rappurtar u valutazzjoni biex jinfurmaw u jappoġġjaw l-ippjanar tal-adattament lokali. Dan tal-aħħar jista’ għal darb’oħra jiġi promoss permezz tal-pjattaformi ta’ referenza għall-adattament (Climate-ADAPT u l-Patt tas-Sindki);

26.

jinsab konvint dwar l-importanza li jiġi żgurat li l-oqfsa internazzjonali, Ewropej, nazzjonali u reġjonali/lokali ta’ monitoraġġ, rappurtar u valutazzjoni jkunu kompatibbli b’mod reċiproku u jibnu fuq xulxin – dan jiggarantixxi l-koerenza u jnaqqas il-piż fuq il-bliet u r-reġjuni;

27.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress li nkiseb għal dan il-għan minn mindu ġiet ippubblikata l-istrateġija dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp ta’ “tabella ta’ valutazzjoni dwar it-tħejjija tal-adattament” għall-Istati Membri tal-UE u t-“template tal-Patt tas-Sindki għall-monitoraġġ u r-rappurtar” għall-bliet firmatarji u jinsab kuntent dwar ir-rabtiet b’saħħithom bejniethom it-tnejn, iżda jqis li jinħtieġu aktar promozzjoni u gwida dwar l-użu tagħhom (eż. permezz tas-sit web tal-Patt tas-Sindki);

28.

jenfasizza li għad iridu jiġu eżaminati aktar sinerġiji ma’ inizjattivi msieħba oħrajn proposti b’mod parallel fil-livell internazzjonali jew Ewropew (eż. RegionsAdapt, CRAFT, Bliet Reżiljenti) li għandhom is-sistemi proprji tagħhom ta’ monitoraġġ, rappurtar u valutazzjoni, iżda josserva li l-isforzi addizzjonali ta’ armonizzazzjoni jew ta’ kollaborazzjoni ma għandhomx isiru għad-detriment tal-bżonnijiet u l-interessi tal-bliet/tar-reġjuni;

C.    FINANZJAMENT

Nappoġġjaw l-aċċess għall-finanzi pubbliċi

29.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-istrumenti ta’ finanzjament eżistenti tal-UE għall-appoġġ ta’ azzjonijiet lokali u reġjonali marbuta mal-klima (eż. il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, iżda wkoll Orizzont 2020, LIFE, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, il-Faċilità ta’ Finanzjament Kapitali Naturali), iżda jenfasizza li l-aċċess għal dawn il-fondi għadu l-akbar sfida li jiffaċċjaw il-bliet u r-reġjuni. Jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej 1) b’informazzjoni aċċessibbli faċilment u li tinftiehem dwar il-fondi u l-istrumenti finanzjarji disponibbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ azzjoni tagħhom u 2) aktar gwida u appoġġ dwar kif jaċċessaw u japplikaw l-istrumenti eżistenti, kif ukoll possibbilment jinġabru flimkien (eż. permezz ta’ taħriġ imfassal apposta);

30.

ifakkar fil-proposta tiegħu li jiġi adottat approċċ ta’ “ċiklu ta’ ħajja sħiħ” sabiex jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kapital għall-iżgurar ta’ ħlas lura fit-tul assoċjati ma’ investimenti reżiljenti għall-klima. Għandu jkun meħtieġ li r-reġistri tal-kontabbiltà u tar-riskji jkunu jinkludu l-implikazzjonijiet soċjali, ambjentali u soċjali tal-azzjoni u l-investimenti tal-kapital li jonqsu milli jqisu t-tibdil tal-klima, jew tal-għażla li ma tittieħed l-ebda azzjoni;

31.

jittama li r-rieżami se jagħmel aktar enfasi fuq ir-rwol potenzjali tar-reġjuni biex jiffaċilitaw l-aċċess għal ċerti skemi ta’ finanzjament. Ċerti reġjuni diġà jgħinu fil-ġestjoni u d-distribuzzjoni mill-ġdid tal-Fondi Strutturali tal-UE, billi jlaqqgħu flimkien proġetti iżgħar stabbiliti minn muniċipalitajiet fit-territorju tagħhom, jew billi joffru direttament il-finanzjament. Madankollu, il-KtR jenfasizza li għadha meħtieġa aktar gwida sabiex tgħin lil dawn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jużaw il-potenzjal sħiħ tal-fondi Ewropej disponibbli u l-istrumenti finanzjarji innovattivi;

32.

jitlob lill-Kummissjoni teżamina aktar l-idea ta’ aċċess rapidu għall-istrumenti finanzjarji għal awtoritajiet lokali u reġjonali partikolari, abbażi ta’ fatturi, pereżempju li jkunu diġà pubblikament impenjaw ruħhom favur l-adattament komprensiv (pereżempju, permezz ta’ sħubija fl-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki), wara li jkunu wettqu valutazzjoni komprensiva tar-riskji u l-vulnerabilità, u wara li jkunu żviluppaw pjan ta’ azzjoni għall-adattament. Ir-rieżami tal-prekundizzjonijiet ta’ aċċess għal ċerti fondi jew kriterji għas-selezzjoni u għall-aġġudikazzjoni tal-għotjiet taħt il-programmi differenti (jiġifieri Orizzont 2020 u LIFE) mill-Kummissjoni jista’ jippermetti u jrawwem tali “aċċess rapidu”; Dan il-metodu għandu jiġi eżaminat b’iżjed reqqa wkoll fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, u jirrakkomanda li l-awtoritajiet kollha ta’ ġestjoni jagħżlu l-alternattiva diġà mħaddna f’xi programmi operattivi reġjonali li jiġu prijoritizzati inizjattivi fil-pjani ta’ azzjoni għall-enerġija sostenibbli (SEAPs) u l-pjani ta’ azzjoni għall-enerġija sostenibbli u l-azzjoni klimatika (SECAPs) adottati mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fil-Patt tas-Sindki;

L-irfinar tal-istrumenti finanzjarji eżistenti

33.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea – fit-tħejjija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss – biex jiġi vvalutat il-progress fl-implimentazzjoni tad-diversi fondi tal-UE kif ukoll l-użu ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji oħra (eż. lezzjonijiet mill-programm LIFE u l-integrazzjoni tal-azzjoni marbuta mal-klima fil-Fondi SIE). Dan għandu jgħin biex 1) jipproponi t-taħlita adatta kemm tal-istrumenti finanzjarji integrati kif ukoll dawk speċifiċi għal aktar adattament mingħajr ma jitnaqqsu r-riżorsi baġitarji neċessarji għall-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima, u 2) ifassal rakkomandazzjonijiet għas-sejħiet għall-proġetti li ġejjin (pereżempju, skont il-programmi LIFE u l-Orizzont 2020) – u b’hekk jimtlew il-lakuni li jifdal għall-iffinanzjar ta’ azzjoni relatata mal-adattament għat-tibdil fil-klima lokali.

34.

jenfasizza li l-programm LIFE – u b’mod aktar speċifiku l-Proġetti Integrati (IPs) ta’ Azzjoni marbuta mal-programm LIFE (Azzjoni Klimatika) – huwa meqjus mill-bliet u r-reġjuni bħala wieħed mill-għodod finanzjarji ewlenin biex jiġu ttestjati, immexxija u murija l-azzjonijiet ta’ adattament permezz ta’ approċċ transsettorjali u b’mod ġenerali l-iskala territorjali (reġjonali, multireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali), u għalhekk iħeġġeġ ħafna lill-Kummissjoni biex testendih u tappoġġjah aktar;

Inrawmu l-investimenti

35.

jirrikonoxxi li ħafna bliet u reġjuni Ewropej għandhom potenzjal kbir mhux sfruttat biex jattiraw aktar investiment u ħafna minnhom jiffaċċjaw ukoll ostakli serji fl-implimentazzjoni tal-investimenti tagħhom stess;

36.

huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha għalhekk tkompli teżamina modi innovattivi kif tidderieġi l-investimenti għal azzjonijiet ta’ adattament għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdihom b’pariri tal-esperti, gwida u appoġġ xierqa fit-tħejjija ta’ investimenti vijabbli (eż. permezz taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti jew attivitajiet oħra mmirati u li għandhom x’jaqsmu mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet) u l-iżgurar tal-finanzjament. Ir-rieżami jista’ jipprovdi eżempji ta’ mekkaniżmi li jkollhom x’jaqsmu ma’ investituri privati u jikkooperaw ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni – u l-Kummissjoni għandha tkompli tappoġġja inizjattivi pilota li jmorru f’din id-direzzjoni;

Ir-raggruppament jew it-taħlit tal-fondi pubbliċi u privati

37.

jenfasizza li l-bliet u r-reġjuni għandhom jingħataw għajnuna biex isibu t-taħlita ta’ fondi pubbliċi u privati – minn sorsi internazzjonali, Ewropej, nazzjonali u lokali – li hija l-aktar adatta fiċ-ċirkustanzi lokali tagħhom għall-finanzjament tal-azzjoni ta’ adattament. Kif ġie enfasizzat fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, il-Kummissjoni għandha tkompli teżamina modi biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ investiment li jifdal billi tiġbor flimkien il-fondi tal-UE, u dawk nazzjonali u privati;

D.    IL-BIDU tal-istadju internazzjonali

Sfida internazzjonali li titlob rispons internazzjonali

38.

jirrikonoxxi li, f’dawn l-aħħar snin, id-djalogu internazzjonali dwar il-klima ġie intensifikat u wassal għal ftehimiet internazzjonali ġodda – bħall-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli kif ukoll il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima – u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-azzjoni tagħha aktar f’dawn oqfsa globali, issaħħaħ ir-rwol eżemplari tagħha kif ukoll tgħin biex jinbnew is-sinerġiji bejniethom.

39.

jenfasizza li r-rieżami għandu jirrifletti aħjar fuq l-aspett transkonfinali tal-kwistjoni relatata mal-ġestjoni tar-riskji klimatiċi. F’dan ir-rigward, il-kooperazzjoni makroreġjonali tidher bħala approċċ rilevanti biex ikun hemm progress fl-adattament għat-tibdil fil-klima tal-UE billi jitrawmu l-iskambji tal-informazzjoni u jiġu kkoordinati l-isforzi bejn il-fruntieri amministrattivi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li testendi u tkompli tappoġġja l-inizjattivi transnazzjonali pilota tagħha – bħal dawk fir-Reġjun tad-Danubju, tal-Baħar Baltiku, tal-Alpi, u dak Adrijatiku u Joniku – f’makroreġjuni oħra fl-Ewropa u lil hinn minnha;

40.

jistieden lill-Kummissjoni tagħmel aktar enfasi fuq il-benefiċċji ta’ kooperazzjoni bejn reġjun u ieħor (kif ukoll bejn belt u oħra). F’dan ir-rigward, il-Patt Globali l-ġdid tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija għandu jipprovdi lil reġjuni oħra fid-dinja b’opportunitajiet ġodda biex jisfruttaw l-esperjenza u l-eżempji fil-livell Ewropew, iżda joffri wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej il-possibbiltà li jitgħallmu mill-pari tagħhom f’kontinenti oħra.

41.

josserva li, fid-dawl tal-previżjonijiet reċenti tal-UNFCCC għall-futur tal-flussi migratorji, ir-rieżami għandu jelabora dwar ir-rabta bejn l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni u b’hekk jintegra kapitolu ġdid dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li ġġib magħha l-migrazzjoni kkawżata mill-klima. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mezzi biex tappoġġja aktar bliet u reġjuni li jħabbtu wiċċhom mal-mobbiltà u possibbilment l-integrazzjoni ta’ migranti u refuġjati.

42.

Fl-aħħar nett, il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq jesprimi l-ħerqa tiegħu biex jieħu sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni tal-partijiet interessati dwar ir-rieżami tal-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima li għandu jsir mill-Kummissjoni Ewropea kmieni fl-2017 u jqis ir-rakkomandazzjonijiet inklużi f’din l-Opinjoni – iżda wkoll f’Opinjonijiet oħra dwar suġġetti b’rabta mal-adattament (1) – bħala bażi tajba għall-iskambju tal-ġejjieni.

Brussell, id-9 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  “Sistema effettiva għall-ġestjoni tal-ilma: approċċ għal soluzzjonijiet innovattivi” – Relatur: Cees Loggen.

“Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm LIFE” – Relatur: Witold Stepien.

“Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030 – approċċ ta’ diżastru bbażati fuq ir-riskji għall-politiki kollha tal-UE”– Relatur: Adam Banaszak.

“L-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar il-klima – approċċ territorjali għall-COP22 f’Marrakesh” – Relatur: Francesco Pigliaru.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/57


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ Ewropej

(2017/C 207/11)

Relatur:

Arnold Hatch (UK/KRE), Membru tal-Kunsill tal-Borough ta’ Craigavon

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li fl-UE, 6 % biss ta’ dawk li jmexxu l-irziezet għandhom taħt il-35 sena, filwaqt li iżjed minn nofshom għandhom ‘il fuq minn 55 sena. Iż-żieda fil-proporzjon ta’ anzjani hija karatteristika ġenerali tal-popolazzjoni tal-UE minħabba li l-aspettattiva tal-ħajja żdiedet u tnaqqsu r-rati tat-twelid. Madankollu, din ix-xejra hija iżjed enfasizzata fl-agrikoltura meta mqabbel ma’ setturi oħrajn tal-ekonomija. Billi bdiewa ta’ età ikbar qed jgħixu iżjed, u b’inċentivi sinfikanti għalihom biex jibqgħu fil-qasam tal-biedja u ftit inċentivi biex jitilqu, il-forza tax-xogħol tal-irziezet Ewropej gradwalment qed tixjieħ, u dan joħloq ostakli sostanzjali għal persuni ġodda li jridu jkunu attivi fil-qasam;

2.

b’mod ġenerali, in-nuqqas ta’ rieda ta’ bdiewa ta’ età ikbar li jittrasferixxu r-razzett tagħhom huwa influwenzat ukoll mill-fatt li l-biedja hija stil ta’ ħajja msejsa fil-komunità u li jkompli wara l-età legali tal-irtirar. F’dan ir-rigward, il-biedja hija differenti minn attivitajiet ekonomiċi oħrajn. Ostakli għat-trasferimenti ġieli jirriżultaw mill-fatt li huwa diffiċli għall-anzjani li huma maniġers ta’ rziezet biex iħallu l-proprjetà tagħhom u l-agrikolutra, peress li l-post fejn jgħixu u tal-attivitajiet agrikoli huma l-istess. Il-brain drain ġenerali ta’ żoni rurali qed tiggrava s-sitwazzjoni, peress li l-forza tax-xogħol dejjem iżjed edukata m’għadhiex interessata f’impjiegi fl-agrikoltura.

3.

jemmen li ħafna żgħażagħ għandhom il-ħabta jaraw l-agrikoltura bħala professjoni mhux attraenti minħabba d-dħul baxx, introjtu baxx mill-investiment, sigħat ta’ ħidma twal, ftit opportunitajiet biex tieħu vaganzi – speċjalment il-bdiewa li jrabbu l-annimali – u r-riskji u l-inċertezzi varji assoċjati max-xogħol. Filwaqt li s-suċċessjoni diretta fl-istess familja għadha l-mekkaniżmu l-iżjed komuni biex l-ewwel persuna jkollha aċċess għall-biedja, hemm indikazzjonijiet li l-għadd ta’ persuni ġodda li ma wirtux l-irziezet tagħhom qed jikber. L-isfidi li qed jiffaċċjaw żoni rurali – aċċess limitat jew diffiċli għat-trasport; nuqqas ta’ komunikazzjoni; nuqqasijiet fis-servizzi edukattivi, kulturali, soċjali jew tas-saħħa – ikabbru din il-problema. Sabiex jibqgħu f’żoni rurali, iż-żgħażagħ jesiġu ekonomija rurali żviluppata b’servizzi u opportunitajiet ta’ ħin liberu; inkella, se jippreferu jemigraw għall-ibliet u lejn impjiegi mhux agrikoli;

4.

jaħseb li n-nuqqas ta’ żgħażagħ li qed ifittxu karriera fil-biedja qed jipperikola s-sostenibilità ekonomika u soċjali taż-żoni rurali. L-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ huwa prerekwiżit biex l-agrikoltura tinżamm fit-territorji kollha u tinżamm nisġa rurali ħajja sabiex jintlaħaq l-għan tal-koeżjoni territorjali stabbilit fit-Trattat ta’ Lisbona.

5.

itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikunu iżjed proattivi fit-tħeġġiġ u l-iffaċilitar tal-istabbiliment ta’ żgħażagħ f’żoni rurali, partikularment nisa, permezz tal-promozzjoni ta’ attivitajiet li jgħinu lill-bdiewa jilħqu iżjed faċilment bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol (1);

6.

jaħseb li għandu jsir aktar xogħol biex jiġu identifikati u indirizzati l-ostakli li n-nisa għadhom jiffaċċjaw meta jibdew u jkunu qed jibnu karriera fis-settur;

7.

jinnota l-Manifest tal-Bdiewa Żgħażagħ, li tnieda fl-2015 mill-Kunsill Ewropew tal-Bdiewa Żgħażagħ, li jappella għal: aċċess għall-art u l-kreditu permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ pubbliku; regolazzjoni sabiex jitwaqqfu prattiki kummerċjali mhux ġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel; miżuri sabiex titnaqqas il-volatilità tal-introjtu tal-bdiewa żgħażagħ; protezzjoni legali tal-istandards tal-UE kollha fin-negozjati kummerċjali u żieda fl-appoġġ tal-promozzjoni għall-produtturi tal-UE; u appoġġ għall-aċċess għal art sabiex tiġi salvagwardjata u protetta l-ħamrija u jiġi ottimizzat l-użu tal-art minn bdiewa żgħażagħ għall-produzzjoni tal-ikel;

8.

jaqsam it-tħassib espress fid-Dikjarazzjoni 2.0 ta’ Cork tas-6 ta’ Settembru 2016 dwar l-eżodu rurali u taż-żgħażagħ (youth drain), u l-bżonn li jiġi żgurat li ż-żoni u l-komunitajiet rurali (kampanja, rziezet, rħula u bliet żgħar) jibqgħu postijiet attraenti biex tgħix u taħdem, billi jitjieb l-aċċess għas-servizzi u l-opportunitajiet għaċ-ċittadini rurali u t-tħeġġiġ tal-intraprenditorija fl-oqsma tradizzjonalment rurali, kif ukoll fis-setturi ġodda tal-ekonomija;

Finanzjament

9.

jaħseb li l-kriżi ekonomika attwali wasslet biex l-aċċess għall-kreditu sar iżjed diffiċli għal ħafna intraprendituri rurali żgħażagħ, li ta’ spiss ma jkollhomx is-sigurtà meħtieġa biex jiggarantixxu s-self tagħhom, u jistgħu jaffaċċjaw burokrazija eċċessiva;

10.

jilqa’ l-ħolqien ta’ strument ta’ garanzija agrikola, propost mill-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment f’Marzu 2015, li għandu jiffaċilita l-aċċess għal kreditu għall-bdiewa żgħażagħ;

11.

jilqa’ l-fatt li r-riforma tal-PAK tal-2014-2020 introduċiet miżuri ġodda biex il-bdiewa żgħażagħ jiġu appoġġati fl-istabbiliment ta’ rziezet. Jesprimi tħassib madankollu li l-burokrazija tista’ xxekkel l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-bdiewa żgħażagħ ma jiġux mxekkla minn regoli burokratiċi eċċessivi milli jagħmlu l-aħjar użu mill-miżuri ġodda. F’għadd ta’ Stati Membri, il-bdiewa żgħażagħ jagħmlu użu, pereżempju, minn strutturi ta’ sħubija. Il-miżuri minn Brussell għalhekk għandhom jikkorrespondu ma’ dawn it-tip ta’ strutturi finanzjarji u legali lokali.

12.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw il-possibilitajiet ipprovduti taħt il-PAK il-ġdida għall-appoġġ tal-bdiewa żgħażagħ u t-tiġdid ġenerazzjonali, bħall-appoġġ taħt l-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

13.

jiġbed l-attenzjoni għall-opportunitajiet għall-bdiewa żgħażagħ offruti mill-FSIE (2) biex ifasslu u jimplimentaw strumenti finanzjarji fil-għamla ta’ self, garanzjia jew fondi ta’ ekwità sabiex jingħata aċċess għall-finanzjament għal dawk li jeħtiġuh;

14.

iqis, madankollu, li l-pożizzjoni ekonomika tal-bdiewa żgħażagħ tissaħħaħ l-aħjar u bl-aktar mod effettiv wara li jkunu verament ħadu f’idejhom l-impriża. Sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tal-bdiewa żgħażagħ li jieħdu f’idejhom l-impriża fi strutturi ta’ sħubija, għandu jiġi emendat l-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk jipproponi li, f’każ li fil-futur jiġi rivedut dan ir-Regolament, it-tieni sentenza tal-Artikolu 50(5) titħassar kompletament, sabiex it-test ikun jaqra hekk “Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ għandu jingħata għal kull bidwi għal perijodu massimu ta’ ħames snin.”. Il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob ukoll lill-Kummissjoni Ewropea biex timplimenta soluzzjoni temporanja, li tippermetti lill-bdiewa żgħażagħ jagħmlu l-aħjar użu possibbli minn dawn il-miżuri.

15.

jinnota li fir-Regolament Omnibus propost mill-Kummissjoni fl-2016 hemm l-intenzjoni li tiġi estiża l-possibilità li jintuża appoġġ li jinvolvi strument finanzjarju anke għall-għajnuna lil start-ups ta’ bdiewa żgħażagħ, li se jippermetti livell ogħla ta’ finanzjament lejn dan il-grupp, fid-dawl tan-natura ta’ dawn it-tipi ta’ strumenti (il-parti tas-self jew garanzija li hija għajnuna hija ħafna iżgħar milli fil-każ ta’ għotja);

16.

jaħseb li l-appoġġ għandu jingħata l-ewwel u qabel kollox lill-irziezet tal-familja abbażi tal-fatt li huma joħolqu valur miżjud u impjiegi, u tingħata għajnuna sabiex ġenerazzjonijiet ġodda ta’ bdiewa jidħlu fis-settur billi huwa iżjed faċli li tgħaddi lill-ġenerazzjoni ta’ wara dawk l-irziezet li huma vijabbli u ta’ daqs raġonevoli;

L-aċċess għall-art u l-ġlieda kontra l-ħtif tal-art  (3)

17.

ifakkar li r-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtiġijiet tal-bdiewa żgħażagħ juri li d-disponibbiltà tal-art għall-bejgħ jew għall-kiri hija l-ikbar problema li jiffaċċjaw bdiewa żgħażagħ u dawk li għadhom jidħlu fis-settur tal-biedja (4);

18.

jirrikonoxxi bi tħassib li l-biedja qed timxi dejjem iżjed malajr ‘il bogħod mill-mudell ta’ razzett tal-familja, sal-punt li l-2014 intgħażlet bħala s-Sena Internazzjonali tal-Biedja tal-Familja, sabiex tinxteħet attenzjoni globali fuq il-kwistjoni. Jemmen li għaliex l-art għandha t-tendenza li tkun investiment sikur għal investituri mhux agrikoli, l-aċċess għall-art qed isir dejjem iktar diffiċli għall-bdiewa żgħażagħ li jridu jibdew negozju tal-biedja tagħhom;

19.

jappella lill-Kummissjoni biex tevalwa l-effetti diretti u indiretti tal-politika Ewropea fuq il-konċentrazzjoni u l-ħtif tal-art fl-Ewropa; pereżempju, il-Politika Agrikola Komuni (PAK) u s-sussidji mogħtija taħtha jiffavorixxu b’mod espliċitu l-irziezet il-kbar u jimmarġinalizzaw lill-irziezet iż-żgħar, u jistgħu iħallu impatt fuq setturi differenti b’modi differenti;

20.

filwaqt li jinnota li diversi Stati Membri għandhom regolamenti nazzjonali għall-prevenzjoni tal-konċentrazzjoni furzata tal-art u x-xiri tal-art minn barranin – pereżempju billi ssir dispożizzjoni għal dritt ta’ prelazzjoni – huwa jemmen li l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jingħataw iżjed setgħa biex jirregolaw l-art agrikola u jistabbilixxu restrizzjonijiet għal dan l-għan, b’mod partikolari biex jindirizzaw il-fenomenu fl-Ewropa tal-ħtif u l-konċentrazzjoni tal-art, li qed jillimita l-alternattivi tal-bdiewa żgħażagħ meta jkunu għadhom jibdew;

21.

għalkemm hemm skop limitat għal azzjoni biex il-Kummissjoni Ewropea tintervjeni fil-leġislazzjoni tas-suq tal-art (li hija kompetenza nazzjonali), dawn l-ideat li ġejjin għandhom jiġu meqjusa:

L-istimolar tal-użu tal-possibilitajiet taħt ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex jiġu appoġġati azzjonijiet ġodda għat-trawwim tal-mobilità tal-art (banek tal-art, inizjattivi ta’ tlaqqigħ ta’ artijiet agrikoli u inizjattivi oħrajn promossi fil-livell lokali sabiex iħeġġu l-aċċess għall-art għal atturi ġodda).

It-twessigħ tal-ambitu tal-azzjonijiet ta’ appoġġ għal mudelli ġodda ta’ negozju tal-irziezet (b’mod partikolari tipi ta’ sħubijiet innovattivi bejn il-bdiewa).

It-tħeġġiġ ta’ politiki nazzjonali iżjed attivi b’rakkomandazzjonijiet tal-UE dwar l-aċċess għall-art bl-aħjar prattiki (skont il-livell ta’ ambizzjoni).

22.

huwa tal-fehma li l-industrija, il-ħin liberu u fuq kollox, it-tkabbir fl-urbanizzazzjoni, qed iwasslu għal zvilupp mill-ġdid rapidu hekk kif l-art agrikola qed tisparixxi. Għaldaqstant jaħseb li komunitajiet lokali għandhom ikunu involuti f’deċiżjonijiet dwar l-użu tal-art u b’hekk jingħataw drittijiet u opportunitajiet addizzjonali;

L-impjiegi u t-taħriġ

23.

jenfasizza l-ħtieġa biex il-bdiewa żgħażagħ ikollhom prospetti fit-tul sabiex tiġi indirizzata d-depopolazzjoni rurali, jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintroduċu inizjattivi bħala appoġġ għall-intraprenditorija, l-industriji emerġenti u s-suq tax-xogħol fl-agrikoltura u l-forestrija, sabiex jinħolqu impjiegi agrikoli ġodda u jinżammu dawk li diġà jeżistu, kif ukoll li jkunu iżjed attraenti għaż-żgħażagħ;

24.

jinnota li l-ħtiġijiet ta’ taħriġ u ta’ informazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ huma konsiderevoli u varjati ħafna: għal xi bdiewa żgħażagħ, fil-quċċata hija l-ħtieġa għal ħiliet teknoloġiċi u ħiliet relatati mal-iżvilupp ta’ strateġija għar-razzett, għal oħrajn hemm bżonn ta’ ħiliet intraprenditorjali – bħal marketing, netwerking, ħiliet ta’ komunikazzjoni u finanzjarji – biex iżommu r-razzett tagħhom vijabbli. Mhumiex dejjem mgħarrfa li jistgħu jibbenefikaw minn dawn it-tipi kollha ta’ ħiliet, u għandhom it-tendenza li jmexxu r-razzett b’mod tradizzjonali u ma jarawx il-bżonn ta’ bidla;

25.

jemmen għalhekk li għandhom isiru sforzi għas-sensibilizzazzjoni ta’ dawn l-opportunitajiet u l-benefiċċji ta’ titjib fil-kompetenzi fl-edukazzjoni sekondarja u terzjarja. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-aġenziji nazzjonali u tal-UE, għandhom rwol importanti x’jaqdu f’dan ir-rigward;

26.

jenfasizza li l-bdiewa żgħażagħ huma wkoll intraprendituri żgħażagħ, u dan jenfasizza l-potenzjal importanti li jirrappreżenta l-programm “Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ” (iffinanzjat permezz tal-programm qafas COSME għall-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju). Il-programm, li jippermetti l-kummerċ transkonfinali li jipprovdi lill-imprendituri ġodda – jew dawk li jaspiraw li jkunu – l-opportunità li jitgħallmu s-sigrieti tas-sengħa minn intraprendituri ta’ esperjenza, għandu jiġi valorizzat u implimentat fis-settur primarju ukoll;

27.

ifakkar li, fl-Opinjoni tiegħu dwar l-innovazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija rurali, il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda l-immodernizzar tat-taħriġ vokazzjonali mogħti fir-reġjuni rurali u l-adattament tiegħu għall-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni globali u l-ħtiġijiet tan-negozji lokali, kif ukoll li jiżdied il-finanzjament tal-FSE allokat għal taħriġ vokazzjonali f’żoni rurali (5).

Brussell, id-9 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 174.

(2)  Regolat fl-Artikoli 37-46 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru 1303/2013 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(3)  “Il-ħtif tal-art” huwa l-akkwist fuq skala kbira ta’ art agrikola mingħajr ma ssir konsultazzjoni man-nies lokali minn qabel jew mingħajr ma jingħata l-kunsens tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, dan inaqqas l-opportunitajiet għall-popolazzjoni lokali biex imexxu negozji agrikoli b’mod indipendenti.

(4)  http://ec.europa.eu/agriculture/external-studies/2015/young-farmers/final-report-1_en.pdf

(5)  ĠU C 120, 5.4.2016, p. 10.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/61


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-ħtieġa għal strateġija tal-UE dwar kwistjonijiet relatati mal-alkoħol u kif ħa naslu għaliha

(2017/C 207/12)

Relatur:

Ewa-May Karlsson (SE/ALDE) Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Vindeln

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

REKWIŻITI GĦAL ĦIDMA TAL-UE DWAR KWISTJONIJIET MARBUTA MAL-ALKOĦOL

Jeħtieġ li jitqiesu s-sussidjarjetà, il-kuntest u l-opportunitajiet ta’ impjiegi

1.

jirrakkomanda b’mod ġenerali l-ħtieġa li t-termini konsum “eċċessiv”, konsum “perikoluż” u konsum “abbużiv” jiġu ddefiniti permezz ta’ kriterji xjentifiċi;

2.

josserva li l-użu perikoluż tal-alkoħol jinvolvi spejjeż għolja għas-soċjetà, u jenfasizza li l-benessri u s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej għandhom jieħdu preċedenza fuq l-interessi ekonomiċi;

3.

josserva li, skont it-Trattat, l-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għandha l-għan li ttejjeb is-saħħa pubblika, tippromovi r-riċerka u timpedixxi l-mard u t-theddid għas-saħħa, fosthom perikli marbuta ma’ stili ta’ ħajja dannużi bħall-abbuż tal-alkoħol;

4.

jirrikonoxxi l-vulnerabbiltà partikolari waqt it-tqala, it-tfulija u l-adoloxxenza għall-esponiment għall-alkoħol u l-ħsara newroloġika minħabba disturbi fl-iżvilupp newroloġiku;

5.

jenfasizza li l-ħidma marbuta mal-kwistjonijiet relatati mal-alkoħol għandha tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà u tfittex li tikkomplementa l-politiki nazzjonali fil-qasam u l-ħidma tal-Istati Membri dwar is-saħħa pubblika u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri;

6.

jiġbed l-attenzjoni li hemm bżonn li jitqiesu x-xejriet nazzjonali tal-konsum tal-alkoħol, il-kundizzjonijiet tas-saħħa u d-disparitajiet fil-qasam tas-saħħa, u l-kuntest kulturali, ġeografiku u storiku. Huwa importanti li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet differenti fid-diversi reġjuni u l-muniċipalitajiet fl-Ewropa.

7.

jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom rwol importanti x’jaqdu fl-appoġġ għall-Istati Membri f’diversi modi għall-promozzjoni tar-riċerka kif ukoll biex jivvalutaw l-oqsma ta’ politika, miżuri, azzjonijiet u l-effetti tat-tibdil fil-liġijiet u r-restrizzjonijiet;

8.

jinnota l-importanza tas-settur tal-inbid li jipprovdi 3 miljun impjieg għaċ-ċittadini (1), l-industrija tal-birra li tipprovdi 2,3 miljun impjieg tul il-katina kollha tal-produzzjoni (2), kif ukoll is-settur tal-ispirti li jimpejga ‘l fuq minn ruħ fil-produzzjoni u l-bejgħ (3). Barra minn hekk, il-produzzjoni tibbenefika l-industrija tat-turiżmu, u b’hekk tikkontribwixxi għal aktar impjiegi;

Il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-abbuż tal-alkoħol

9.

josserva li l-alkoħol huwa l-akbar fatturi ta’ riskju responsabbli għall-piż globali tal-mard għall-persuni bejn il-15 u d-49 sena, qabel it-tipjip (4). L-istatistika tal-Istati Membri turi li l-konsum tal-alkoħol huwa responsabbli għal waħda minn kull seba’ mewtiet fost l-irġiel u mewta waħda minn kull tlettax għan-nisa ta’ bejn il-15 u l-64 sena (5).

10.

huwa konxju li l-konsum perikoluż u abbużiv tal-alkoħol u d-dipendenza minnu jinvolvu spejjeż ekonomiċi sostanzjali mil-lat ta’ telf tal-produzzjoni (EUR 11,3-il biljun) u l-qgħad (EUR 17,6-il biljun) (6);

11.

jinnota li l-ispejjeż soċjali diretti ta’ ħsara relatata mal-alkoħol fl-UE ġew stmati għal EUR 155,8 biljun, li l-biċċa l-kbira tagħhom (EUR 82,9 biljun) jinsabu barra mis-sistema tal-kura tas-saħħa (7). Meta titqies ukoll il-ħsara għas-soċjetà u l-minorenni bniet u subien u n-nisa u l-irġiel qrib persuni li jixorbu l-alkoħol, jirduppjaw l-ispejjeż soċjali tal-alkoħol (8);

12.

jinsisti dwar il-ħtieġa li jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni tal-vjolenza, u tingħata attenzjoni speċjali lill-persuni l-aktar vulnerabbli u lil sitwazzjonijiet speċifiċi, pereżempju l-abbuż sesswali fil-postijiet ta’ divertiment ta’ billejl;

13.

jenfasizza li l-ispejjeż soċjali relatati mal-alkoħol huma stmati għal medja ta’ madwar 1,3 % tal-PDG ta’ pajjiż kwalunkwe (9);

14.

josserva li l-abbuż tal-alkoħol huwa fattur ta’ riskju għal aktar minn 60 marda kronika. Il-mard kroniku qed jiżdied fl-UE u l-ispiża tal-kura hija stmat għal EUR 700 biljun fis-sena (10);

Ħidma fil-ġejjieni dwar kwistjonijiet marbuta mal-alkoħol fil-livell tal-UE

15.

jappella għall-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE ġdida dwar l-alkoħol u jixtieq jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-UE jkomplu jsaħħu l-kapaċità u l-koordinazzjoni effettiva tal-Istati Membri. Għalhekk, il-Kumitat tar-Reġjuni jappoġġja t-talba kemm tal-Kunsill tal-Ministri kif ukoll tal-Parlament Ewropew għal tmexxija politika b’saħħitha dwar din il-kwistjoni (11);

16.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-isforzi fil-livell tal-UE għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet u eżempji tajbin ta’ x’jista’ jsir biex jissaħħu l-attivitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

17.

jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tippromovi u mhux timpedixxi lil dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jiżviluppaw il-ħidma tagħhom marbuta mal-prevenzjoni tal-alkoħol;

18.

jisħaq fuq l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw l-opportunità biex jikkontribwixxu l-esperjenza u l-għarfien tagħhom, fid-dawl tal-fatt li dawn għandhom l-aħjar għarfien tal-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet għall-prevenzjoni tal-użu dannuż tal-alkoħol, u sabiex jillimitaw l-effetti negattivi tal-alkoħol fuq is-soċjetà. L-awtoritajiet lokali huma partikolarment importanti għaliex huma l-eqreb għall-persuni u għall-komunitajiet tagħhom;

19.

huwa tal-fehma li l-ħidma tal-Kummissjoni għall-prevenzjoni tal-alkoħol fil-qafas tal-azzjoni futura dwar il-mard kroniku hija tajba iżda mhijiex biżżejjed peress li ma tinkludix l-approċċ imsejjes fuq il-prevenzjoni u l-ħsara lill-oħrajn (12);

20.

huwa tal-fehma li l-miżuri konġunti tal-UE għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet bil-għan li jiġi evitat li l-konsum abużiv tal-alkoħol u r-riskji assoċjati miegħu jkunu fattur ta’ attrazzjoni fir-reklamar ta’ destinazzjonijiet turistiċi;

21.

jemmen li huwa importanti li l-ħidma dwar kwistjonijiet marbuta mal-alkoħol, jappoġġjaw u jiġu kkoordinati ma’ ħidma internazzjonali kontinwa. B’rabta ma’ dan, il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza li l-ħidma kontinwa għandha tfittex livell ogħla ta’ sinerġiji mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) (13) u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU;

22.

josserva li l-NGOs bl-għarfien espert u l-esperjenza tagħhom fil-livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali huma atturi prinċipali għall-kooperazzjoni;

L-ORJENTAZZJONI TAL-ĦIDMA FIL-ĠEJJIENI DWAR KWISTJONIJIET MARBUTA MAL-ALKOĦOL FIL-LIVELL TAL-UE

Il-ħtieġa għal pjattaformi ta’ kooperazzjoni fil-livell tal-UE

23.

josserva li, l-erba’ snin li għaddew wara l-Istrateġija preċedenti dwar l-Alkoħol (2006-2012) (14), sa ċertu punt tkomplew il-ħidma u l-pjattaformi ta’ kooperazzjoni stabbiliti, il-Kumitat dwar il-Politika u l-Azzjoni Nazzjonali dwar l-Alkoħol (CNAPA) u l-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa (EAHF). Għad hemm il-ħtieġa għal dawn u pjattaformi oħra fejn jistgħu jiġu organizzati kwistjonijiet marbuta mal-alkoħol. Il-kompetenzi u l-esperjenzi ġġenerati għandhom jintużaw u jiġu żviluppati;

24.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar ix-Xorb fost iż-Żgħażagħ u x-Xorb Bla Rażan Episodiku (binge drinking) u l-Azzjoni Konġunta dwar it-Tnaqqis tal-Ħsara Relatata mal-Alkoħol ser jintemmu fl-2016; jinnota li tinħtieġ l-estensjoni u/jew l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni ġdid għat-tfal u ż-żgħażagħ;

25.

jisħaq fuq l-importanza ta’ appoġġ mil-livell tal-UE għar-riċerka u l-għarfien li jista’ jiġi implimentati aktar malajr fil-prattika u modi ġodda ta’ ħidma. Huwa importanti li jiġi enfasizzat kif l-azzjoni tista’ fl-istess ħin tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa;

26.

huwa favur l-iskambju tal-aħjar prattiki fi ħdan u bejn l-Istati Membri. Huwa strateġikament importanti li jitħeġġu t-tagħlim, l-għarfien u l-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet komuni. Il-miżuri u l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza u l-aħjar prattiki għall-kosteffettività;

27.

jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ effettiv tal-iżvilupp tal-politika dwar l-alkoħol. Huwa importanti li jiġu żviluppati aktar il-bażijiet eżistenti tad-data b’indikaturi komparabbli, affidabbli u standardizzati li jintużaw għall-monitoraġġ u l-analiżi;

28.

huwa tal-fehma li jista’ jitwaqqaf grupp xjentifiku li jappoġġja l-ġbir tad-data;

Il-promozzjoni u r-reklamar tax-xorb alkoħoliku

29.

jenfasizza li l-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar jaqsmu l-fruntieri nazzjonali u għalhekk il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri hija kruċjali;

30.

huwa tal-fehma li l-miżuri biex jitnaqqas l-esponiment tat-tfal u ż-żgħażagħ minorenni għall-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar tax-xorb alkoħoliku għandhom ikunu restrittivi u koerċittivi, jiġifieri għandhom jipprojbixxu kemm l-aċċess għall-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol għall-minorenni kif ukoll ir-reklamar;

31.

jenfasizza l-importanza li l-produtturi u d-distributuri tax-xorb alkoħoliku jikkonformaw bis-sħiħ mar-regolamenti fis-seħħ fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni u l-pubbliċità;

32.

huwa tal-fehma li l-isforzi għat-tnaqqis tal-esponiment tat-tfal u ż-żgħażagħ għall-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar tal-alkoħol għandhom iqisu l-promozzjoni permezz tal-midja soċjali u l-Internet, kif ukoll l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali fix-xandir u prodotti oħra relatati mad-ditti tal-alkoħol. Il-Finlandja ilha mill-2015 tipprojbixxi l-użu ta’ kompetizzjonijiet u logħob fil-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol u l-użu tar-reklamar tal-alkoħol f’żoni pubbliċi u fil-midja soċjali (15);

33.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-isponsorjar ta’ avvenimenti sportivi u kulturali huwa suq li qed jikber kif ukoll strateġija kosteffettiva ta’ kummerċjalizzazzjoni. B’hekk, iż-żgħażagħ jintlaħqu u jiġu esposti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol, kemm fuq il-post kif ukoll permezz ta’ avvenimenti fuq it-televiżjoni;

34.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li f’kull attività marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni u l-pubbliċità tax-xorb alkoħoliku tiġi inkluża informazzjoni dwar ir-riskji tal-konsum abbużiv;

35.

huwa konxju li l-awtomonitoraġġ/l-awtoregolazzjoni huma użati b’mod wiesa’ fl-UE fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol, minkejja l-fatt li kemm nuqqas ta’ qbil dwar jekk hemmx provi li jiġġustifikaw dan l-approċċ fis-settur tal-alkoħol (16) u li mhuwiex biżżejjed biex it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu protetti mill-konsegwenzi negattivi tal-alkoħol (17);

Id-drittijiet tat-tfal u taż-żgħażagħ.

36.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm wisq tfal u żgħażagħ li jitrabbew f’familji b’dipendenza mill-alkoħol u l-abbuż tal-alkoħol. L-għadd ta’ tfal li jgħixu f’familji b’konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel ħsara huwa stmat bejn 5 u 9 miljun tifel u tifla fl-UE (18). Dawn it-tfal għandhom inqas opportunitajiet li jkollhom edukazzjoni u saħħa tajba;

37.

jemmen li huwa importanti li jiġu identifikati l-oqsma ta’ azzjoni li għandhom jiġu żviluppati fl-Istati Membri biex jitnaqqas il-konsum massiv tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ biex jiġi żgurat ambjent sigur u tajjeb għas-saħħa għat-tfal u ż-żgħażagħ; f’dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza li jiġu promossi attivitajiet ta’ divertiment u festi li ma jinvolvux il-konsum tal-alkoħol;

38.

jirrikonoxxi li l-perjodi tat-tqala u tat-treddigħ huma partikolarment vulnerabbli, peress li f’dawn il-perjodi jistgħu jiżviluppaw disturbi tal-ispettru alkoħoliku fil-fetu (foetal alcohol spectrum disorders – FASD); l-alkoħol jista’ jaffettwa l-iżvilupp tal-fetu fi kwalunkwe stadju tat-tqala u mhuwa rikonoxxut l-ebda ammont sigur ta’ alkoħol li jista’ jinxtorob matul it-tqala;

39.

jaqbel li l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tesiġi li t-tfal u ż-żgħażagħ jitħarsu mill-effetti ħżiena tal-alkoħol. B’konformità mal-Artikolu 33, l-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni għandhom jaġixxu fl-aħjar interess tat-tfal u jiksbu u jqisu l-perspettiva tagħhom f’kull azzjoni relatata mat-tfal;

40.

iqis li huma ta’ prijorità l-azzjonijiet preventivi waqt it-tqala, it-tfulija u l-adoloxxenza, sabiex tiġi promossa kultura ta’ prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa;

41.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iskejjel huma qasam importanti għall-promozzjoni tas-saħħa, billi jsaħħu l-fatturi protettivi għat-tfal; u biex jinqabdu kmieni kemm l-abbuż tal-alkoħol kif ukoll it-tfal f’riskju. Edukazzjoni bbażata fuq l-iskola għat-tfal dwar ir-riskji tal-alkoħol għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza xjentifika, peress li l-programmi u l-attivitajiet purament informattivi mhux ser ikollhom l-effett meħtieġ, u għandhom jilħqu lill-atturi kollha tal-komunità edukattiva, jiġifieri l-istudenti, il-familja u l-għalliema, b’mod komprensiv;

42.

jenfasizza l-importanza li jitnaqqas l-abbuż tal-alkoħol fost l-adulti, fost l-oħrajn permezz ta’ miżuri edukattivi, peress li l-adulti li l-imġiba tagħhom isservi ta’ eżempju pożittiv huma fattur ewlieni biex ikollhom l-aqwa impatt possibbli. Il-materjal edukattiv kemm għalll-adulti kif ukoll dak għat-tfal għandu jiġi żviluppat minn korp indipendenti abbażi tar-riċerka. Għal dan il-għan ser ikun importanti li ssir ħidma mas-settur tal-lukandi u tar-ristoranti fit-taħriġ dwar kif wieħed għandu jservi x-xarbiet alkoħoliċi b’mod responsabbli bil-għan li jiġi mminimizzat il-konsum abużiv tal-alkoħol mill-adulti;

43.

jikkunsidra bħala prijorità li jitwettqu programmi ta’ prevenzjoni ffokati fuq il-familja, peress li dan huwa ambjent fundamentali fl-edukazzjoni u t-taħriġ tat-tfal u fit-twassil ta’ strateġiji, valuri, kapaċitajiet u kompetenzi;

Tagħrif għall-konsumatur – listi tal-ingredjenti b’informazzjoni dwar in-nutrizzjoni u l-kaloriji

44.

iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex itejbu t-tikkettar tal-alkoħol fil-livell tal-UE u jiffinalizzaw ir-rapport dwar kif l-imballaġġ tal-alkoħol għandu jiġi inkluż f’liġijiet eżistenti dwar dikjarazzjonijiet li jkun fihom l-ingredjenti, il-kontenut nutrittiv u l-kaloriji; jenfasizza li l-konsumaturi għandhom dritt li jkunu jafu l-prodotti xi jkun fihom sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati;

45.

huwa tal-fehma li twissija speċjali għan-nisa tqal, it-tfal, iż-żgħażagħ u s-sewwieqa ta’ vetturi hija komplement importanti u għodda biex jiġu ppubbliċizzati u jonqsu r-riskji assoċjati mal-konsum tal-alkoħol. Huwa importanti li l-messaġġi jiġu adattati għall-gruppi fil-mira differenti. jilqa’ b’sodisfazzjon l-azzjoni li diġà ttieħdet f’dan il-qasam minn xi produtturi u distributuri;

46.

jirrakkomanda li l-kampanji edukattivi u ta’ informazzjoni jiffukaw fuq iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar il-perikli tax-xorb bla rażan (binge drinking) u fuq fejn huma disponibbli konsulenza, appoġġ u kura;

47.

jenfasizza r-rwol importanti tal-mezzi tal-komunikazzjoni biex jipprovdu informazzjoni korretta dwar ir-riskji tal-konsum tal-alkoħol;

L-aċċess għall-alkoħol u l-bejgħ ta’ alkoħol irħis

48.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li gruppi vulnerabbli soċjoekonomikament u ż-żgħażagħ huma f’riskju akbar li jkunu fi stat ħażin ta’ saħħa, u huwa ħerqan li jimpedixxi żieda fl-inugwaljanzi fis-saħħa. Waħda mill-problemi hija alkoħol irħis wisq u faċilment aċċessibbli, li jirriskja li jwassal għal konsum eċċessiv tal-alkoħol, li min-naħa tiegħu jista’ jwassal għal mard tal-fwied u mewt qabel il-waqt (19). L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw miżuri komuni, fosthom ir-riċerka, biex jimpedixxu l-bejgħ ta’ alkoħol irħis ħafna, inkluż il-bejgħ onlajn;

49.

josserva li l-aċċess għall-alkoħol għandu impatt kbir fuq il-livelli tal-konsum dannuż tal-alkoħol u l-ħsara relatata mal-alkoħol. Ir-riċerka turi li ż-żieda fid-disponibbiltà tal-alkoħol tikkawża żieda fil-konsum minħabba żieda fil-problemi tas-saħħa u l-ħsara (20);

50.

huwa tal-fehma li l-Istati Membri jistgħu jsaħħu iżjed ir-restrizzjonijiet u l-kontroll tal-bejgħ u x-xiri tal-alkoħol, għalkemm il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom limitu ta’ età ta’ 18-il sena. Fost għażliet oħra jista’ jiġi limitat in-numru tal-postijiet tal-bejgħ, il-projbizzjoni tal-konsum u l-bejgħfil-pubbliku f’ċerti ħinijiet, il-ħinijiet tal-ftuħ, u l-liċenzji, u l-adozzjoni ta’ servizzi li jipprovdu xorb responsabbli permezz ta’ mezzi ta’ taħriġ għall-professjonisti, id-distributuri u s-settur tal-lukandi. Ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu kkomplementati mill-infurzar;

Ħidma preventiva fil-post tax-xogħol

51.

josserva li l-konsum perikoluż u abbużiv tal-alkoħol u d-dipendenza minnu jistgħu jżidu r-riskju kemm tal-assenzi minħabba l-mard kif ukoll dak tat-tnaqqis fil-produttività, u għandu impatt negattiv fuq persuni oħra. Il-persuni xurbana huma ta’ riskju għas-sigurtà: 20 sa 25 % tal-inċidenti kollha fil-post tax-xogħol jinvolvu persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol. Il-post tax-xogħol huwa qasam importanti għall-miżuri preventivi kontra l-konsum dannuż (21);

52.

jindika li għandha tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li l-persuna li tabbuża mill-alkoħol tattendi programmi edukattivi u ta’ taħriġ bħala alternattiva għall-multi u mezzi oħra ta’ kontroll, b’mod speċjali jekk il-persuni li allegatament jabbużaw mill-alkoħol ikunu minorenni;

53.

jenfasizza li l-konsum tal-alkoħol għandu jiġi indirizzat fuq il-post tax-xogħol, permezz ta’ intervent bikri. Il-postijiet tax-xogħol għandu jkollhom struzzjonijiet dwar x’għandhom jagħmlu f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Dan jikkostitwixxi kura tas-saħħa okkupazzjonali u preventiva tajba;

54.

jenfasizza l-fatt li s-settur pubbliku jista’ jkun minn ta’ quddiem nett fil-ħidma relatata mal-prevenzjoni tal-alkoħol biex jiġi żgurat ambjent tax-xogħol sigur, mhux l-inqas minħabba l-fatt li ħafna mill-ħaddiema fis-settur jipprovdu servizzi essenzjali għaċ-ċittadini;

Azzjoni preventiva fis-settur tal-kura tas-saħħa

55.

jemmen li hemm bżonn ta’ aċċess għal intervent bikri u kura, u huwa tal-fehma li huwa importanti li t-tfal ta’ ġenituri li jkunu qed jirċievu kura minħabba dipendenza mill-alkoħol jew abbuż jingħataw attenzjoni partikolari u jirċievu konsulenza u appoġġ. Wieħed mill-mezzi ta’ prevenzjoni tal-mard huwa l-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa u billi jingħata appoġġ għal bidla fl-imġiba relatata mal-konsum perikoluż tal-alkoħol;

56.

jikkunsidra li huwa neċessarju li fl-ambjent tax-xogħol jiġu promossi ftehimiet bejn it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, li jinvolvu lill-impjegaturi fil-mezzi ta’ prevenzjoni li jkunu qed jiġu żviluppati;

57.

jinnota li l-mard tal-fwied marbut mal-alkoħol spiss jaffettwa nies fl-età tax-xogħol. Hemm ukoll rabta medika bejn l-abbuż tal-alkoħol u ħafna mard serju ieħor: il-kanċer, il-mard kardjovaskulari u l-problemi tas-saħħa mentali (22);

Is-sikurezza fit-toroq

58.

josserva li l-limiti marbutin mas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, il-kampanji ta’ informazzjoni, l-edukazzjoni u l-infurzar jikkontribwixxu għal aktar sikurezza fit-toroq. L-alkoħol huwa responsabbli għal 25 % tal-inċidenti kollha tat-traffiku li jseħħu fi ħdan l-UE (23);

59.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-istudju ppubblikat mill-Kummissjoni fl-2014 dwar l-użu ta’ sistema li tidentifika l-użu tal-alkoħol u kif jista’ jitnaqqas l-għadd ta’ inċidenti tat-traffiku relatati mal-alkoħol (24);

60.

huwa tal-fehma li jistgħu jittieħdu aktar passi biex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq fl-UE, fost l-oħrajn billi jiġu ssorveljati l-inċidenti tat-triq relatati mal-alkoħol u permezz tal-iskambju ta’ esperjenzi bejn l-Istati Membri dwar azzjoni effettiva f’dan il-qasam. Huwa importanti li s-sewwieqa ġodda jkunu konxji dwar l-impatt tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Brussell, 9 ta’ Frar 2017

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  http://www.ceev.eu/about-the-eu-wine-sector

(2)  http://www.brewersofeurope.org/uploads/mycms-files/documents/publications/2016/EU_economic_report_2016_web.pdf

(3)  http://spirits.eu/spirits/a-spirit-of-growth/introduction-2

(4)  http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0008/178163/E96726.pdf?ua=1

(5)  http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0017/190430/Status-Report-on-Alcohol-and-Health-in-35-European-Countries.pdf

(6)  Ċentru għad-Dipendenza u s-Saħħa Mentali (2012). Alcohol consumption, alcohol dependence and attributable burden of disease in Europe.

(7)  Ibid.

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(9)  http://ec.europa.eu/health/archive/ph_determinants/life_style/alcohol/documents/alcohol_europe_en.pdf

Anderson P & Baumberg B (2006).Alcohol in Europe: A public health perspective. Londra: Institute of Alcohol Studies.

(10)  http://ec.europa.eu/health/major_chronic_diseases/docs/reflection_process_cd_en.pdf

(11)  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52015XG1216%2801%29

(12)  L-espressjoni “ħsara lill-oħrajn” tirreferi għall-ħsara li tista’ ssir lis-soċjetà u individwi qrib min jixrob l-alkoħol.

(13)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(14)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Strateġija tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol” (ĠU C 197, 24.8.2007).

(15)  http://www.finlex.fi/sv/esitykset/he/2013/20130070.pdf

(16)  Babor, T. F. (2010). Alcohol: No Ordinary Commodity – a summary of the second edition. Addiction.

(17)  CAMY. (2003). Alcohol Advertising on Sports Television 2001 to 2003: Center on Alcohol Marketing and Youth, Madden, P. A., & Grube, J. W. (1994). The frequency and nature of alcohol and tobacco advertising in televised sports, 1990 through 1992. Am J Public Health.

(18)  http://ec.europa.eu/health/archive/ph_determinants/life_style/alcohol/documents/alcohol_europe_en.pdf, page 6.

(19)  http://www.easl.eu/medias/EASLimg/News/3f9dd90221ef292_file.pdf

(20)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(21)  http://ec.europa.eu/health/alcohol/docs/science_02_en.pdf

(22)  http://www.eurocare.org/library/updates/eurocare_eu_alcohol_strategy2

(23)  http://ec.europa.eu/transport/road_safety/topics/behaviour/fitness_to_drive/index_en.htm

(24)  https://ec.europa.eu/transport/road_safety/sites/roadsafety/files/pdf/behavior/study_alcohol_interlock.pdf


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-121 Sessjoni Plenarja tat-8 u d-9 ta’ Frar 2017

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/67


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil — It-tieni pakkett u qafas tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni

(2017/C 207/13)

Relatur:

Vincenzo Bianco (PSE/IT), Sindku ta’ Katanja

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

COM(2016) 465 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

COM(2016) 466 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

COM(2016) 467 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM(2016) 468 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL EMENDI

COM(2016) 466 final (Standards għall-kwalifika ta’ ċittadini bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni)

Emenda 1

Artikolu 8.3 – Protezzjoni interna

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fl-eżami ta’ jekk applikant għandux biża’ ġustifikata li jkun ippersegwitat jew huwiex f’riskju reali li jsofri dannu serju, jew għandux aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju f’parti mill-pajjiż ta’ oriġini f’konformità mal-paragrafu 1, l-awtoritajiet determinanti għandhom, fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, iqisu ċ-ċirkostanzi ġenerali fis-seħħ f’dik il-parti tal-pajjiż u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant skont l-Artikolu 4. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet determinanti għandhom jiżguraw li informazzjoni preċiża u aġġornata tinkiseb mis-sorsi rilevanti kollha, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] kif ukoll informazzjoni u gwida maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati.

Fl-eżami ta’ jekk applikant għandux biża’ ġustifikata li jkun ippersegwitat jew huwiex f’riskju reali li jsofri dannu serju, jew għandux aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju f’parti mill-pajjiż ta’ oriġini f’konformità mal-paragrafu 1, l-awtoritajiet determinanti għandhom, fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, iqisu ċ-ċirkostanzi ġenerali fis-seħħ f’dik il-parti tal-pajjiż u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant skont l-Artikolu 4. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet determinanti għandhom jiżguraw li informazzjoni preċiża u aġġornata tinkiseb mis-sorsi rilevanti kollha, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] kif ukoll informazzjoni u gwida maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati. Tista’ wkoll issir valutazzjoni tal-informazzjoni u l-gwida mogħtija minn sorsi u esperti indipendenti.

Raġuni

Jitqies li l-informazzjoni u l-valutazzjonijiet indipendenti jistgħu jgħinu biex jipprovdu elementi li mhux dejjem ikunu disponibbli minn sorsi uffiċjali.

Emenda 2

Artikolu 15 – Ir-rieżami ta’ status ta’ rifuġjat

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 14(1), l-awtorità determinanti għandha teżamina mill-ġdid l-istatus ta’ rifuġjat, b’mod partikolari:

Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 14(1), l-awtorità determinanti għandha teżamina mill-ġdid l-istatus ta’ rifuġjat, b’mod partikolari:

(a)

fejn l-informazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini fil-livell tal-Unjoni u analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini kif imsemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] tindika bidla sinifikanti fil-pajjiż ta’ oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-applikant,

(a)

fejn l-informazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini fil-livell tal-Unjoni u analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini kif imsemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] tindika bidla sinifikanti fil-pajjiż ta’ oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-applikant,

(b)

meta jiġi mġedded, għall-ewwel darba, il-permess ta’ residenza maħruġ lil rifuġjat.

(b)

meta jiġi mġedded, għall-ewwel darba, il-permess ta’ residenza maħruġ lil rifuġjat , bi proċedura semplifikata: fejn waqt il-proċedura semplifikata jirriżultaw elementi bħal dawk speċifikati fil-paragrafu (a) fid-dawl tal-possibbiltà ta’ rifjut ta’ tiġdid, din għandha immedjatament tiġi konvertita fi proċedura ordinarja, u l-persuna kkonċernata tingħatalha informazzjoni dwar dan; u, f’kull każ, titħares il-possibbiltà ta’ rikors ġudizzjarju għan-nuqqas ta’ tiġdid .

Raġuni

Il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi r-rieżami tal-istatus mogħti lir-refuġjati; dan jirriżulta: a) awtomatikament kull meta jiġu rrappurtati, permezz tal-EASO, bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini; b) fi kwalunkwe każ, f’intervalli regolari, anki meta ma jkunux ġew irrappurtati bidliet; madankollu, jitqies li, f’dan it-tieni każ, it-tiġdid jista’ u għandu jsir bi proċedura semplifikata biex jiġu evitati piżijiet żejda fuq ir-refuġjati u ma jinħolqux sentimenti ta’ instabilità eċċessiva.

COM(2016) 467 final (Proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali)

Emenda 3

Artikolu 7(4) – Obbligi tal-applikanti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-applikant għandu jinforma lill-awtorità determinanti tal-Istat Membru fejn huwa meħtieġ li jkun preżenti dwar il-post tar-residenza jew l-indirizz tiegħu jew numru tat-telefon fejn jistgħu jikkuntattjawh l-awtorità determinanti jew awtoritajiet responsabbli oħra. Hu għandu jinnotifika lil dik l-awtorità determinanti bi kwalunkwe bidla. L-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fl-aktar post ta’ residenza jew indirizz reċenti li jkun indika, b’mod partikolari meta jippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 28.

L-applikant għandu jinforma lill-awtorità determinanti tal-Istat Membru fejn huwa meħtieġ li jkun preżenti dwar il-post tar-residenza jew l-indirizz tiegħu u dwar in- numru tat-telefon fejn jistgħu jikkuntattjawh l-awtorità determinanti jew awtoritajiet responsabbli oħra. Hu għandu jinnotifika lil dik l-awtorità determinanti bi kwalunkwe bidla. L-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fl-aktar post ta’ residenza jew indirizz reċenti li jkun indika, b’mod partikolari meta jippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 28.

Raġuni

L-applikant għandu jinforma lill-awtoritajiet responsabbli dwar il-post ta’ residenza u l-indirizz u mhux biss in-numru tat-telefon tiegħu sabiex ikun jista’ jiġi infurmat dwar kwalunkwe deċiżjoni li taffettwa l-proċedura.

Emenda 4

Artikolu 15.5 – Assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas (fil-proċedura amministrattiva)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-għoti ta’ assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura tal-appell tista’ tkun eskluża fejn:

L-għoti ta’ assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura tal-appell tista’ tkun eskluża fejn:

(a)

l-applikant ikollu riżorsi suffiċjenti;

(a)

l-applikant ikollu riżorsi suffiċjenti.

(b)

l-appell jitqies li ma għandux prospett tanġibbli ta’ suċċess;

 

(c)

l-appell jew ir-reviżjoni hija fit-tieni livell ta’ appell jew ogħla kif previst fil-liġi nazzjonali, inkluż smigħ mill-ġdid jew reviżjonijiet tal-appell.

 

Fejn tittieħed deċiżjoni li ma tingħatax assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas minn awtorità li mhix qorti jew tribunal minħabba li jkun meqjus li l-appell ma għandux prospett tanġibbli ta’ suċċess, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni, u għal dak il-għan hu se jkun intitolat li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Jekk jirriżulta li l-applikazzjoni titressaq għal raġunijiet purament strumentali jew manifestament bla bażi, il-qorti tista’ tiddeċiedi li tirtira l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas u li titnaqqas jew titwaqqaf ir-remunerazzjoni dovuta mill-Istat lill-konsulent (fejn stipulat).

Raġuni

Jitqies, b’mod partikolari fil-każ ta’ proċedura ta’ appell (kemm fl-ewwel livell u/jew f'livelli ogħla), li ċ-ċaħda tad-dritt għal assistenza legali għandha ssir abbażi ta’ kriterju neċessarjament riġidu u kemm jista' jkun mhux abbażi ta' probabbiltà jew diskrezzjoni, u li għandu neċessarjament ikun imħallef li jwettaq il-valutazzjoni kkonċernata.

Emenda 5

Artikolu 33.2 – L-eżami tal-applikazzjonijiet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   L-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonjiet għall-protezzjoni internazzjonali wara eżami xieraq fir-rigward tal-ammissibilità jew il-merti ta’ applikazzjoni. L-awtorità determinanti għandha teżamina applikazzjonijiet oġġettivament, b’mod imparzjali u fuq bażi individwali. Għall-finijiet tal-eżami tal-applikazzjoni, din għandha tqis:

2.   L-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonjiet għall-protezzjoni internazzjonali wara eżami xieraq fir-rigward tal-ammissibilità jew il-merti ta’ applikazzjoni. L-awtorità determinanti għandha teżamina applikazzjonijiet oġġettivament, b’mod imparzjali u fuq bażi individwali. Għall-finijiet tal-eżami tal-applikazzjoni, din għandha tqis:

(a)

id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti preżentati mill-applikant inkluż informazzjoni dwar jekk l-applikant kienx jew jistax jiġi soġġett għal persekuzzjoni jew ħsara serja;

(a)

id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti preżentati mill-applikant inkluż informazzjoni dwar jekk l-applikant kienx jew jistax jiġi soġġett għal persekuzzjoni jew ħsara serja;

(b)

l-informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata kollha relatata mas-sitwazzjoni li tkun attwalment teżisti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, inklużi liġijiet u regolamenti tal-pajjiż ta’ oriġini u mod li bih jiġu applikati, kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti miksuba mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem rilevanti, jew minn sorsi oħra;

(b)

l-informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata kollha relatata mas-sitwazzjoni li tkun attwalment teżisti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant fil-mument li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, inklużi liġijiet u regolamenti tal-pajjiż ta’ oriġini u mod li bih jiġu applikati, kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti miksuba mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem rilevanti, jew minn sorsi oħra;

(c)

l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil);

(c)

l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Asil);

(d)

il-pożizzjoni individwali u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, inkluż fatturi bħalma huma l-ambjent minn fejn ikun ġej, is-sess, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru sabiex jiġi stmat jekk, abbażi taċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, l-atti li għalihom l-applikant kien jew jista’ jiġi espost ikunux jammontaw għal persekuzzjoni jew ħsara serja;

(d)

il-pożizzjoni individwali u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, inkluż fatturi bħalma huma l-ambjent minn fejn ikun ġej, is-sess, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru sabiex jiġi stmat jekk, abbażi taċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, l-atti li għalihom l-applikant kien jew jista’ jiġi espost ikunux jammontaw għal persekuzzjoni jew ħsara serja;

(e)

jekk l-attivitajiet li kien involut fihom l-applikant minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta’ oriġini kinux imwettqa mill-applikant għall-għan waħdieni jew ewlieni li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex jiġi stmat jekk dawk l-attivitajiet jesponux lill-applikant għal persekuzzjoni jew ħsara serja jekk jiġi ritornat lejn dak il-pajjiż;

(e)

jekk l-attivitajiet li kien involut fihom l-applikant minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta’ oriġini kinux imwettqa mill-applikant għall-għan waħdieni jew ewlieni li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex jiġi stmat jekk dawk l-attivitajiet jesponux lill-applikant għal persekuzzjoni jew ħsara serja jekk jiġi ritornat lejn dak il-pajjiż;

(f)

jekk l-applikant ikun mistenni b’mod raġonevoli li japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ pajjiż ieħor fejn ikun jista’ jiddikjara ċ-ċittadinanza.

(f)

jekk l-applikant ikun mistenni b’mod raġonevoli li japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ pajjiż ieħor fejn ikun jista’ jiddikjara ċ-ċittadinanza;

 

(g)

id-dikjarazzjonijiet, jekk appoġġjati minn dokumenti uffiċjali u d-dokumenti mressqa mill-applikant sabiex jagħti prova tal-preferenzi tiegħu, ir-rabtiet familjari, ir-rabtiet mal-komunità mal-pajjiż ta’ oriġini, il-ħiliet lingwistiċi jew professjonali li jistgħu jiffaċilitaw l-inseriment f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri ta’ destinazzjoni.

Raġuni

Din l-emenda hija konsistenti ma’ dik inkluża fl-opinjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament ta’ Dublin (…) diġà approvata mill-Kummissjoni CIVEX, u skont liema għandhom jitqiesu l-preferenzi u r-rabtiet tal-applikant sabiex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli.

Emenda 6

Artikolu 34 – It-tul tal-proċedura tal-eżami

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-eżami biex tkun determinata l-ammissibilità ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 36(1) ma għandhiex tieħu aktar minn xahar mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.

1.   L-eżami biex tkun determinata l-ammissibilità ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 36(1) ma għandhiex tieħu aktar minn xahar mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.

Il-limitu ta’ żmien għal tali eżami għandu jkun ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol fejn, skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), l-Istat Membru tal-ewwel applikazzjoni japplika l-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ asil jew pajjiż terz bla periklu msemmi fl-Artikolu 36(1)(a) u (b).

 

2.   L-awtorità determinanti għandha tiżgura li proċedura tal-eżami fuq il-merti tiġi konkluża kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn sitt xhur mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ.

2.   L-awtorità determinanti għandha tiżgura li proċedura tal-eżami fuq il-merti tiġi konkluża kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn sitt xhur mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ.

3.   L-awtorità determinanti tista’ testendi dak il-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur b’perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur fejn:

3.   L-awtorità determinanti tista’ testendi dak il-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur b’perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur oħra fejn:

(a)

numru sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat japplikaw simultanjament għall-protezzjoni internazzjonali, bir-riżultat li jsir diffiċli fil-prattika li l-proċedura tiġi ffinalizzata fil-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur;

(a)

numru sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat japplikaw simultanjament għall-protezzjoni internazzjonali, bir-riżultat li jsir diffiċli fil-prattika li l-proċedura tiġi ffinalizzata fil-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur;

(b)

ikun hemm kwistjonijiet kumplessi ta’ fatt jew liġi;

(b)

ikun hemm kwistjonijiet kumplessi ta’ fatt jew liġi;

Raġuni

Il-varjabbiltà tat-termini tista’ ddgħajjef l-eżerċitar tad-drittijiet tad-difiża filwaqt li żżid l-obbligi ta’ verifika u ta' aġġornar għad-difensur dwar il-pożizzjoni tal-persuna assistita.

Minħabba li jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew dħul eċċessiv, filwaqt li jitqies l-appoġġ speċjali mill-EASO jew Stati Membri oħra, huwa rakkomandabbli li t-tul ta’ żmien massimu tal-proċedura jiżdied minn disa’ xhur għal sena (b’mod kumplessiv).

Emenda 7

Artikolu 36.2 – Deċiżjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni u dwar il-kompetenza

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata fuq il-merti tagħha f’każijiet fejn applikazzjoni mhix eżaminata b’konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), inkluż fejn Stat Membru ieħor ikun ta protezzjoni internazzjonali lill-applikant, jew meta applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont il-paragrafu 1.

Applikazzjoni ma għandhiex tkun eżaminata fuq il-merti tagħha f’każijiet fejn applikazzjoni mhix eżaminata b’konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), inkluż fejn Stat Membru ieħor ikun ta protezzjoni internazzjonali lill-applikant, jew meta applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli skont il-paragrafu 1 jew meta, fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta’ Dublin), l-applikant ikun esprima preferenza għal Stat wieħed jew iktar ta’ destinazzjoni fejn, skont id-dejta pprovduta kull tliet xhur mill-EASO, ma jkunx intlaħaq il-limitu minimu previst fl-Artikoli 7 u 35 ta’ dak ir-Regolament .

Raġuni

Anke f'dan il-każ, l-emenda hija konsistenti mal-opinjoni dwar il-proposta għal reviżjoni tar-Regolament ta’ Dublin diġà adottata mill-Kummissjoni CIVEX; fil-fatt, fl-ipotesi eżaminata, l-eżami tal-mertu irid isir mill-Istat nominat abbażi tal-kriterju ta' preferenza/rabta u mhux tal-ewwel pajjiż tal-wasla, li għandu sempliċement jiżgura t-trasferiment tal-persuna lejn il-pajjiż responsabbli.

Emenda 8

Artikolu 39 – Irtirar impliċitu ta’ applikazzjonijiet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala abbandunata meta:

1.   L-awtorità determinanti għandha tirrifjuta applikazzjoni bħala abbandunata meta:

[…]

[…]

2.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b’mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta’ xahar mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub.

2.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha twaqqaf l-eżami tal-applikazzjoni u tibgħat notifika bil-miktub lill-applikant fil-post tar-residenza jew l-indirizz imsemmi fl-Artikolu 7(4), fejn tinformah li l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jkun twaqqaf u li l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b’mod definit bħala abbandunata sakemm l-applikant ma jirrapportax lura lill-awtorità determinanti fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data meta tintbagħat in-notifika bil-miktub.

3.   Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f’dak il-perjodu ta’ xahar u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni.

3.   Meta l-applikant jirrapporta lill-awtorità determinanti f’dak il-perjodu ta’ xahrejn u juri li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tkompli l-eżami tal-applikazzjoni.

4.   Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f’dak il-perjodu ta’ xahar u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b’mod impliċitu.

4.   Meta l-applikant ma jirrapportax lill-awtorità determinanti f’dak il-perjodu ta’ xahrejn u ma jurix li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, l-awtorità determinanti għandha tqis li l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata b’mod impliċitu.

Raġuni

Jitqies li, minħabba d-diffikultajiet ta’ komunikazzjoni li jista’ jiltaqa’ magħhom l-applikant, għandu jiġi introdott perjodu ta' garanzija itwal.

Emenda 9

Artikolu 43 – Eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju f’applikazzjonijiet sussegwenti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta:

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ nonrefoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju tagħhom u jagħtu deroga mill-Artikolu 54(1), meta:

(a)

applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(a)

applikazzjoni sussegwenti tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità determinanti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

(b)

it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.

(b)

it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.

Id-dispożizzjoni msemmija f’punt b) ma għandhiex tapplika jekk l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet sottomessa qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u, f’dan il-każ, l-applikant ma jkunx ibbenefika minn għajnuna legali;

Raġuni

Peress li l-obbligi ta’ informazzjoni, rappreżentanza u assistenza huma introdotti fil-livelli kollha biss permezz ta' dan il-pakkett ta’ proposti tal-Kummissjoni, jitqies li l-Istati Membri ma jistgħux jevitaw li jagħtu d-dritt ta' permanenza fit-territorju tagħhom meta l-applikant ma jkunx diġà bbenefika minn għajnuna legali matul l-ewwel applikazzjoni.

Emenda 10

Artikolu 45.3 – Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-awtorità determinanti għandha tqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għal applikant partikolari, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, biss meta hi tkun sodisfatta bis-sigurtà tal-pajjiż terz għal applikant partikolari skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u tkun stabbiliet li:

L-awtorità determinanti għandha tqis li pajjiż terz huwa pajjiż terz bla periklu għal applikant partikolari, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, biss meta hi tkun sodisfatta bis-sigurtà tal-pajjiż terz għal applikant partikolari skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u tkun stabbiliet li:

a)

ikun hemm konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f’dak il-pajjiż, inkluż minħabba li l-applikant ikun għadda in tranżitu minn dak il-pajjiż terz li jkun ġeografikament viċin tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant ;

a)

ikun hemm konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz inkwistjoni li abbażi tagħha ikun raġonevoli għal dik il-persuna li tmur f’dak il-pajjiż, inkluż minħabba li l-applikant ikun irrisjeda f'dak il-pajjiż terz għal perjodu konsiderevoli jew ikun hemm rabtiet jew relazzjonijiet familjari jew maċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż ;

b)

l-applikant ma jkunx ippreżenta raġunijiet serji biex il-pajjiż jitqies li mhuwiex pajjiż terz bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

b)

l-applikant ma jkunx ippreżenta raġunijiet serji biex il-pajjiż jitqies li mhuwiex pajjiż terz bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

Raġuni

It-tranżitu fih innifsu minn pajjiż terz fit-triq lejn l-UE (jew il-waqfien biss għaż-żmien meħtieġ fit-tħejjija għat-tluq) ma jistax jiġi kkunsidrat bħala kriterju suffiċjenti biex l-applikant jintbagħat fil-pajjiż inkwistjoni.

Emenda 11

Artikolu 53.6 – Id-dritt għal rimedju effettiv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-applikanti għandhom jippreżentaw appelli kontra kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:

L-applikanti għandhom jippreżentaw appelli kontra kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:

a)

fi żmien ġimgħa fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

a)

fi żmien ħmistax-il ġurnata fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni sussegwenti bħala inammissibbli jew manifestament mingħajr bażi;

b)

fi żmien ġimgħatejn fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta’ eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f’detenzjoni;

b)

fi żmien ħmistax-il ġurnata fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala inammissibbli jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrfijuta applikazzjoni bħala espliċitament irtirata jew abbandunata, jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja wara proċedura aċċellerata ta’ eżami jew proċedura fuq il-fruntiera, jew meta l-applikant ikun qed jinżamm f’detenzjoni;

c)

fi żmien xahar fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

c)

fi żmien xahar fil-każ ta’ deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni bħala mingħajr bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja jekk l-eżami ma jkunx aċċellerat jew fil-każ ta’ deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reviżjoni ex officio ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu skont proċedura fuq il-fruntiera.

Il-limiti ta’ żmien previsti f’dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Il-limiti ta’ żmien previsti f’dan il-paragrafu għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti tiġi notifikata lill-applikant, jew mill-mument meta jinħatar il-konsulent legali jekk l-applikant ikun introduċa talba għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Raġuni

Jitqies li, anke fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jiġu introdotti limiti ta’ żmien minimi pariġġ u mhux divrenzjati bejniethom.

COM(2016) 465 final (Standards dwar l-akkoljenza)

Emenda 12

Artikolu 7(5) – Residenza u libertà ta’ moviment

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta’ residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b’numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta’ residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom u b’numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli.

Raġuni

L-applikant għandu jinforma lill-awtoritajiet responsabbli dwar il-post ta’ residenza u l-indirizz u mhux biss in-numru tat-telefon tiegħu sabiex ikun jista’ jiġi infurmat dwar kwalunkwe deċiżjoni li taffettwa l-proċedura.

Emenda 13

Artikolu 19 – Sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2:

1.   Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2:

(a)

jibdlu l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali mhux tal-ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji u vawċers, b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti in natura; jew

(a)

jibdlu l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali mhux tal-ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji u vawċers, b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti in natura; jew

(b)

inaqqsu jew, f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-benefiċċji għal kull jum.

(b)

inaqqsu l-benefiċċji għal kull jum.

2.   Il-paragrafu 1 japplika meta applikant:

2.   Il-paragrafu 1 japplika meta applikant:

(a)

jabbanduna l-post ta' residenza ddeterminat mill-awtorità kompetenti mingħajr ma jinformaha jew, jekk dan ikun mitlub, mingħajr permess, jew jaħrab; jew

(a)

jabbanduna l-post ta' residenza ddeterminat mill-awtorità kompetenti mingħajr ma jinformaha jew, jekk dan ikun mitlub, mingħajr permess, jew jaħrab għal tul ta’ żmien raġonevoli stabbilit fil-liġi nazzjonali ; jew

(b)

ma jikkonformax ma’ obbligi ta’ rrapportar jew ma’ talbiet biex jipprovdi informazzjoni jew jidher għal intervisti personali dwar il-proċedura tal-asil matul perjodu raġonevoli stipulat fil-liġi nazzjonali; jew

(b)

ma jikkonformax ma’ obbligi ta’ rrapportar jew ma’ talbiet biex jipprovdi informazzjoni jew jidher għal intervisti personali dwar il-proċedura tal-asil matul perjodu raġonevoli stipulat fil-liġi nazzjonali; jew

(c)

ikun ippreżenta applikazzjoni sussegwenti kif definit fl-Artikolu [4(2)(i)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]; jew

(c)

ikun ippreżenta applikazzjoni sussegwenti kif definit fl-Artikolu [4(2)(i)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]; jew

(d)

meta applikant ikun ħeba riżorsi finanzjarji u għalhekk ikun ibbenefika minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali indebitament; jew

(d)

meta applikant ikun ħeba riżorsi finanzjarji u għalhekk ikun ibbenefika minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali indebitament; jew

(e)

ikun kiser serjament ir-regoli taċ-ċentru tal-akkomodazzjoni jew ikun ġab ruħu b'mod serjament vjolenti; jew

(e)

ikun kiser serjament ir-regoli taċ-ċentru tal-akkomodazzjoni jew ikun ġab ruħu b'mod serjament vjolenti; jew

(f)

ikun naqas jattendi miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji; jew

(f)

ikun naqas jattendi miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji; jew

(g)

ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkun ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkun għamel applikazzjoni hemm; jew

(g)

ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkun ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkun għamel applikazzjoni hemm; jew

(h)

ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor.

(h)

ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor.

Rigward il-punti (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta’ xi wħud mill-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa kollha.

Rigward il-punti (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta’ xi wħud mill-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali sostitwiti, irtirati jew imnaqqsa kollha.

3.   Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, ï tnaqqis jew irtirar ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b’mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b’mod speċjali fir-rigward ta’ applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

3.   Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, ï tnaqqis jew irtirar ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b’mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b’mod speċjali fir-rigward ta’ applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali ma jkunux ð sostitwiti, ï irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafu 3 .

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali ma jkunux ð sostitwiti, ï irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafu 3 .

Raġuni

Jitqies li l-ħarba għandha tiġi ddikjarata biss meta l-assenza tilħaq perjodu ta' żmien pariġġ, sabiex jiġi evitat li t-tluq sporadiku jew minħabba bżonn iwasslu għal penali eċċessivi. Fir-rigward tas-sussidju, qed tiġi proposta biss il-possibbiltà ta’ tnaqqis, peress li l-irtirar sħiħ jista’ jwassal għal sitwazzjonijiet ta’ instabbiltà soċjali.

Emenda 14

Artikolu 23 – Minorenni mhux akkompanjati

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Minorenni mhux akkumpanjati

Minorenni mhux akkumpanjati

L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest'ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f’din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali , jew fl-iqsar żmien possibbli, jieħdu miżuri biex jiżguraw li sponsor jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f’din id-Direttiva.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'perjodu ta' tranżizzjoni sakemm jinħatar sponsor jew rappreżentant, kull forma adegwata ta' rappreżentant ta' Stat Membru, li huwa intitolat biex jiżgura l-protezzjoni tat-tfal, u li jista' jinħatar ukoll mil-liġi fir-rigward ta’ kwistjonijiet urġenti li jistgħu jikkawżaw dannu irreparabbli għall-minorenni, hija suffiċjenti wkoll għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Raġuni

Fi żminijiet meta jkun hemm akkoljenza ta’ numru kbir ta' minuri mhux akkumpanjati, jista' jkun meħtieġ li jiġi evitat li jiġu stabbiliti skadenzi vinkolanti għall-ħatra ta' sponsor. Il-kunċett ta' “gwardjan” u t-terminu stess jistgħu jkunu qarrieqa u inkompatibbli mal-liġi f'ħafna Stati Membri: nitolbu biex jintuża “sponsor” minflok.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ komprensiv u globali li jippromovi s-sostenibbiltà tal-politiki dwar l-asil u l-integrazzjoni tal-applikanti, u li jinvolvi lill-Unjoni kollha kemm hi u f’kuntest ta' sistema effettiva ta’ solidarjetà anke fost l-Istati Membri;

2.

jenfasizza, barra minn hekk, l-interess primarju kbir tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala msieħba meħtieġa tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea fil-ġestjoni u l-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu l-asil, għal regolamentazzjoni ġusta u trasparenti f'dan il-qasam, għall-ħarsien tal-kundizzjonijiet tal-integrazzjoni soċjali u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem; jenfasizza barra minn hekk, li l-awtoritajiet lokali, li huma garanti tad-drittijiet taċ-ċittadini inġenerali, ikunu jistgħu jwettqu dan il-kompitu aħjar jekk ikollhom dispożizzjonijiet legali Komunitarji għal xiex jirreferu kif ukoll il-mezzi adatti biex jiżguraw is-sikurezza taċ-ċittadini u d-drittijiet fundamentali tal-persuni li jfittxu asil;

3.

ifakkar, kif diġà enfasizzat fl-opinjoni tiegħu dwar l-ewwel pakkett ta’ proposti, fil-ħtieġa għal soluzzjonijiet dejjiema li jindirizzaw din il-kwistjoni b’mod strutturali, filwaqt li titwarrab l-illużjoni li jiġu indirizzati emerġenzi fuq bażi individwali; madankollu, filwaqt li japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex tipprovdi soluzzjonijiet b'rispons għall-urġenza u l-pressjoni politika li jirriżultaw, iqis li tinħtieġ riflessjoni aktar profonda tal-oriġini tal-problema, b’kunsiderazzjoni tal-obbligi internazzjonali, id-drittijiet tal-migranti u l-ħtiġiet tad-diversi livelli ta’ governanza u fiż-żoni ġeografiċi kollha tal-Unjoni, mingħajr ma jinħoloq piż żejjed, għal raġunijiet ta’ formalità u ta' prinċipju, għall-Istati fuq il-fruntiera jew dawk aktar esposti jew imfittxija mill-applikanti;

4.

jilqa’ tajjeb l-approċċ u l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' assistenza mogħtija lill-applikanti, anke biex jiskoraġġixxu l-movimenti sekondarji interni fi ħdan l-UE; iqis, madankollu, li approċċ ibbażat biss fuq l-ugwaljanza tal-kundizzjonijiet materjali u l-penali relatati maċ-ċaqliq sekondarju mhux awtorizzat ma jkunx biżżejjed;

5.

iqis fil-fatt li, sabiex titħeġġeġ l-integrazzjoni u jitneħħew kemm jista’ jkun il-kawżi prinċipali tal-movimenti sekondarji, huwa importanti kif ukoll meħtieġ li jitqiesu r-rabtiet effettivi, il-ħiliet tax-xogħol u l-preferenzi tal-applikanti fir-rigward ta' Stat Membru wieħed jew aktar, kif diġà ġie enfasizzat fl-opinjoni dwar l-ewwel pakkett ta’ proposti tal-Kummissjoni Ewropea u, għal dan l-għan, jenfasizza l-importanza li tinġabar id-data rilevanti, bil-kooperazzjoni tal-partijiet interessati, biex tiffaċilita l-inklużjoni soċjali u professjonali;

6.

filwaqt li jqis b’mod pożittiv it-tħaffif tal-proċeduri għall-analiżi tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenfasizza madankollu li dan ma għandux jirriżulta fi tnaqqis tad-drittijiet fundamentali u li l-proċeduri sommarji previsti fil-pakkett ta’ proposti għandhom jintużaw b’kawtela kbira u wara verifika bir-reqqa tal-kundizzjonijiet li jippermettu l-użu tagħhom;

7.

jesprimi tħassib serju dwar is-soluzzjoni regolatorja adottata skont il-Qafas Komuni għar-Risistemazzjoni – COM(2016) 468 final – (adozzjoni tal-qafas ta' riferiment b’att tal-Kunsill u implimentazzjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni) li teskludi lill-Parlament Ewropew u li rari tiġri f’dan il-qasam, b’kuntrast mal-politika barranija u ta’ sigurtà;

8.

jilqa’ b’mod pożittiv il-proposti tal-Kummissjoni maħsubin biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol u t-taħriġ, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw mekkaniżmi flessibbli u effettivi li jagħmlu possibbli r-rikonoxximent taċ-ċertifikazzjoni u tal-kwalifiki professjonali bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq tax-xogħol għal dawk il-persuni li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali;

9.

jilqa’ tajjeb it-tisħiħ tar-rwol tal-EASO fl-appoġġ għall-Istati Membri;

10.

jilqa’ tajjeb il-previżjoni ta' dritt ġeneralizzat għal għajnuna legali, filwaqt li jenfasizza l-impatt pożittiv potenzjali anke biex jitnaqqsu l-ħin u l-għadd ta’ appelli fil-qorti;

11.

jirrakkomanda li l-implimentazzjoni tal-miżuri relatati mal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tkun appoġġjata permezz ta’ rinfurzar tal-aċċess u tal-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE, filwaqt li jiġi ffaċilitat l-aċċess għar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, li jeħtieġ li jkollhom il-kundizzjonijiet adatti biex jipprovdu akkoljenza adatta lill-applikanti għall-asil u lill-individwi li jkunu għadhom kif jaslu;

12.

jilqa’ l-fatt li l-proposti tal-Kummissjoni jqisu l-interessi u l-benesseri tal-minorenni mhux akkumpanjati u, fost oħrajn, jistabbilixxu l-ħatra ta’ rappreżentant jew sponsor kemm jista’ jkun malajr. Fi żminijiet meta jkun hemm akkoljenza ta’ numru kbir ta’ minorenni mhux akkumpanjati, jista’ jkun meħtieġ li jiġi evitat li jiġu stabbiliti skadenzi vinkolanti għal tali ħatra ta’ gwardjan, li f’ħafna Stati Membri tinvolvi proċediment ġudizzjarju. Tali proċediment jiġi akkumpanjat b’garanziji proċedurali adegwati, bħall-ħatra ta’ interpretu, kif ukoll b’rekwiżiti speċifiċi għall-investigazzjoni, li ma jistgħux jitwettqu fi ħdan il-limiti ta’ żmien proposti mill-Kummissjoni;

13.

jirrikonoxxi li l-proposti huma konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, filwaqt li jindirizzaw b’mod komprensiv il-problemi ta’ natura transnazzjonali, bħalma huma s-solidarjetà fost l-Istati Membri, il-ħolqien ta’ sistema ta’ asil aktar integrata u t-tisħiħ tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri: objettivi li ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri waħidhom; jirrikonoxxi li l-miżuri proposti, li jistabbilixxu regoli uniformi applikabbli għall-Unjoni Ewropea kollha, josservaw ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità; jittama li jkun hemm monitoraġġ kontinwu matul il-proċess kollu tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b’mod li jiġi vverifikat li dawn il-prinċipji qegħdin jiġu rrispettati.

COM(2016) 467 final

14.

jirrakkomanda li d-definizzjoni ta’ “gwardjan” (Artikolu 4(2) (f)) tenfasizza l-indipendenza mill-amministrazzjoni, tal-persuna jew tal-organizzazzjoni maħtura sabiex tassisti u tirrappreżenta lill-minuri mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament;

15.

jirrakkomanda li l-minorenni dejjem għandu jiġi assistit minn avukat fit-taħditiet mal-awtorità amministrattiva li teżamina l-applikazzjoni tiegħu (Arikolu 22);

16.

jirrakkomanda wkoll (dejjem b’referenza għall-Artikolu 22), li r-rappreżentant tal-minorenni fit-taħditiet tkun persuna jew korp indipendenti fir-rigward tal-amministrazzjoni u tinħatar mil-liġi jew minn awtorità ġudizzjarja, fl-interess biss tal-minorenni stess;

17.

jirrakkomanda, b'referenza għal applikazzjonijiet sussegwenti (Artikolu 42) li jiġi previst li, fl-eżami preliminari tal-applikazzjoni għall-finijiet tal-ammissibbiltà tagħha, jiġi vverfikat jekk l-applikant, fl-applikazzjoni preċedenti tiegħu, ikunx ibbenefika minn informazzjoni effettiva u assistenza legali u li n-nuqqas ta’ informazzjoni jew assistenza legali ma kinux ir-raġuni biex tiġġustifika l-applikazzjoni mill-ġdid;

18.

jirrakkomanda li ssir reviżjoni tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 22(4) tal-proposta għal Regolament li tistabbilixxi li l-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta l-awtoritajiet responsabbli jqisu li din ma tkunx wettqet b’mod adegwat il-kompiti tagħha ta’ gwardjan. Pereżempju, l-għażla ta’ rappreżentant ieħor fuq il-post tista’ tiġi offruta wkoll f’każ li jinbidel il-post tar-residenza tal-minorenni;

19.

jirrakkomanda, fir-rigward tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ asil, li l-inċiż “l-applikant ikun gawda protezzjoni” jiġi interpretat fis-sens li din il-protezzjoni tkun ġiet rikonoxxuta formalment u mhux sempliċement mogħtija;

20.

fir-rigward tat-tul ta’ żmien għall-ewwel livell ta’ appell (Artikolu 55) jenfasizza u jirrakkomanda li l-iskadenzi relatati ma għandhomx jiġu interpretati bħala preskrittivi u li (kif jistipula b'mod ċar l-Artikolu) ma jeskludux eżami adatt u komplet tal-applikazzjoni.

COM(2016) 466 final

21.

jopponi bil-qawwa l-introduzzjoni ta’ rieżami regolari u l-proċedura għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali: dawn fil-fatt mhux biss jistgħu jikkawżaw piż addizzjonali potenzjali għall-amministrazzjonijiet (inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali) fil-qadi tal-prattiki u l-kompiti relatati mal-integrazzjoni tar-refuġjati, iżda huma wkoll sors ta’ inċertezza għall-partijiet interessati. F’dan ir-rigward, jikkundanna d-diskorsi politiċi, ksenofobiċi u populisti li jrewħu n-nirien tal-vjolenza u l-kriminalizzazzjoni ta’ dawk kollha li jfittxu l-asil, li b’hekk jiġġeneraw tensjoni soċjali bla bżonn, u jitlob li l-awtoritajiet u l-atturi politiċi jġibu ruħhom b’mod responsabbli;

22.

jesprimi tħassib serju rigward l-introduzzjoni ta’ limitu ta’ żmien għat-terminu massimu tal-protezzjoni internazzjonali u rigward il-leġittimità ta’ din l-introduzzjoni, filwaqt li jistieden lill-koleġislaturi biex janalizzaw aktar dan il-punt;

23.

jirrakkomanda li, fil-każ tal-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, titqies il-possibbiltà li jingħata perjodu itwal minn dak previst fil-proposta tal-Kummissjoni (eż. sitt xhur) biex jinkiseb permess ta’ residenza għal raġunijiet oħra (eż. tfittxija ta' xogħol) peress li l-proposta tipprevedi perjodu relattivament qasir (tliet xhur).

COM(2016) 465 final

24.

jirrakkomanda li jitqiesu mill-ġdid id-dispożizzjonijiet indikati fl-Artikolu 17a tal-proposta tal-Kummissjoni, skont liema fl-Stati Membri differenti minn dak ta’ kompetenza, l-applikant m'huwa intitolat għal ebda mill-kundizzjonijiet materjali ta’ assistenza previsti mir-Regolament, sabiex jiġi previst li meta jkun ġustifikat, għal raġunijiet ta' bżonn jew ta’ force majeure, dawn il-kundizzjonijiet, eventwalment bit-tnaqqis previst fl-Artikolu 19, ikunu jistgħu jiġu garantiti għal perjodu limitat;

25.

jirrakkomanda li ssir reviżjoni tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 23(1) tal-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi li l-persuna li taġixxi bħala gwardjan tinbidel biss “f’każ ta’ emerġenza”. Pereżempju, l-għażla ta’ rappreżentant ieħor fuq il-post tista’ tiġi offruta wkoll f’każ li jinbidel il-post tar-residenza tal-minorenni;

26.

jirrakkomanda li terġa’ titqies id-dispożizzjoni tal-Artikolu 17a tal-proposta tal-Kummissjoni, li skontha l-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta’ għajxien dinjituż għall-applikanti kollha, fejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jingħataw ir-responsabbiltà li jappoġġjaw, anke finanzjarjament, l-awtoritajiet lokali li jikkontribwixxu sabiex dan jiġi garantit.

COM(2016) 468 final

27.

jirrakkomanda li titqies mill-ġdid id-deċiżjoni li teskludi r-risistemazzjoni għal applikanti li fl-aħħar ħames snin daħlu irregolarment fit-territorju tal-Unjoni Ewropea; meta jitqiesu l-kundizzjonijiet mifruxa ta' illegalità relatati ma’ tluq minn pajjiżi tal-viċinat, din l-għażla tidher wisq penalizzanti għall-applikanti li ta’ spiss ikunu vittmi ta’ dan il-fenomenu.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/80


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Id-dritt tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali

(2017/C 207/14)

Relatur:

Mauro D'Attis (IT/PPE), Kunsillier ta' Brindisi

Dokumenti ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Li tippromwovi ekonomija Ewropea bbażata fuq id-drittijiet tal-awtur ġusta, effiċjenti u kompetittiva fis-Suq Uniku Diġitali

COM (2016) 592 final

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali

COM (2016) 593 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Proposta għal Direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

M’hemm l-ebda bżonn li jkun prevedut kumpens għad-detenturi tad-drittijiet rigward użi fl-ambitu tal-eċċezzjoni tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta introdotta b'din id-Direttiva peress li fid-dawl tan-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjoni, il-ħsara għandha tkun minima.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens għad-detenturi tad-drittijiet rigward użi fl-ambitu tal-eċċezzjoni tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta introdotta b'din id-Direttiva peress li fid-dawl tan-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjoni, il-ħsara – anke jekk minima – xorta timplika vantaġġ konkret għall-benefiċjarji tad-deroga .

Raġuni

Fil-premessa 10, it-test tal-Kummissjoni jinkludi fost il-benefiċjarji anke dawk l-istituti ta’ riċerka “involuti fis-sħubijiet pubbliċi-privati”. B’konsegwenza, is-settur privat jista’ jikseb vantaġġ indirett minħabba d-deroga. F’dan is-sens, il-Kummissjoni ma għandhiex teskludi approċċ aktar miftuħ fir-rigward tal-kumpens.

Emenda 2

Proposta għal Direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Għall-finijiet ta’ dawk il-mekkaniżmi ta’ liċenzjar, hija importanti sistema ta' mmaniġjar kollettiv li taħdem sew. Din is-sistema tinkludi b’mod partikolari regoli ta’ governanza tajba, trasparenza u rappurtar, kif ukoll it-tqassim u l-pagamenti regolari, diliġenti u preċiżi ta' ammonti dovuti lil detenturi tad-drittijiet individwali, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE. Salvagwardji xierqa addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għad-detenturi kollha tad-drittijiet, li għandhom jingħataw l-opportunità li jeskludu l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi bħal dawn fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materji oħra protetti. Kundizzjonijiet mehmuża ma’ dawn il-mekkaniżmi ma għandhomx jaffettwaw r-rilevanza prattika tagħhom għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali.

Għall-finijiet ta’ dawk il-mekkaniżmi ta’ liċenzjar kif ukoll għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet involuti, huwa essenzjali li jkun hemm sistema ta' mmaniġjar kollettiv li taħdem sew. Din is-sistema għandha tkun ibbażata b’mod partikolari fuq regoli ta’ governanza tajba, trasparenza u rappurtar, kif ukoll it-tqassim u l-pagamenti regolari, diliġenti u preċiżi ta' ammonti dovuti lil detenturi tad-drittijiet individwali, bl-użu tal-avvanzi teknoloġiċi disponibbli għal dan il-għan, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE. Salvagwardji xierqa addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għad-detenturi kollha tad-drittijiet, li għandhom jingħataw l-opportunità li jeskludu l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi bħal dawn fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materji oħra protetti. Kundizzjonijiet mehmuża ma’ dawn il-mekkaniżmi ma għandhomx jaffettwaw r-rilevanza prattika tagħhom għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali.

Raġuni

Il-Kummissjoni tenfasizza r-rwol ewlieni tal-kumpaniji tal-amministrazzjoni kollettiva, iżda għandha tinkoraġġixxi b’mod espliċitu modernizzazzjoni aktar ambizzjuża ta’ dawn l-organizzazzjonijiet. Dan qed isir fid-dawl ta’ avvanzi teknoloġiċi li, jekk jiġu adottati u żviluppati b’mod sħiħ mill-kumpaniji tal-amministrazzjoni, jistgħu jtejbu l-proċessi attwali biex jinkisbu l-liċenzji, u biex jinġabru u jiġu distribwiti d-drittijiet, u għalhekk, il-prosperità tal-membri.

Emenda 3

Proposta għal Direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Fejn fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materja oħra protetta bid-drittijiet tal-awtur mtella’ mill-utenti tagħhom, u għalhekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta' att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, huma obbligati li jikkonkludu kuntratti ta’ liċenzja flimkien ma’ detenturi tad-drittijiet, sakemm dawn ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà pprovduta fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Fir-rigward tal-Artikolu 14, għandu jiġi vverifikat jekk il-fornitur tas-servizz għandux rwol attiv, inkluż bit-titjib tal-preżentazzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew suġġetti jew il-promozzjoni tagħhom, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan.

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta’ kwalunkwe ftehim ta’ liċenzjar, il-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materji oħra mtellgħa mill-utenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ xogħlijiet jew materja oħra, bħall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji effettivi. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE.

Fejn fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materja oħra protetta bid-drittijiet tal-awtur mtella’ mill-utenti tagħhom, u għalhekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta' att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, huma obbligati li jikkonkludu kuntratti ta’ liċenzja flimkien ma’ detenturi tad-drittijiet, sakemm dawn ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà pprovduta fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Fir-rigward tal-Artikolu 14, għandu jiġi vverifikat jekk il-fornitur tas-servizz għandux rwol attiv, inkluż bit-titjib tal-preżentazzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew suġġetti jew il-promozzjoni tagħhom, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan.

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta’ kwalunkwe ftehim ta’ liċenzjar, il-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materji oħra mtellgħa mill-utenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ xogħlijiet jew materja oħra, bħall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji effettivi sabiex jiggarantixxu ridistribuzzjoni ġusta tal-valur lid-detenturi tad-drittijiet . Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE.

Raġuni

Fl-Artikolu 13(3), il-Kummissjoni ġustament tenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti prattiki ta’ rikonoxximent tal-kontenut.

Il-kwistjoni dwar ir-ridistribuzzjoni tal-valur, favur id-detenturi, li jinħoloq mix-xogħlijiet ladarba jkunu rikonoxxuti, hija marbuta mill-qrib ma’ dan l-aspett. Għal raġunijiet ta’ konsistenza akbar bejn iż-żewġ punti (premessa 38 u Artikolu 13(3)), aħna nemmnu li t-test għandu jiċċara dan il-punt, peress li s-sempliċi rikonoxximent tax-xogħlijiet huwa biss l-ewwel stadju fil-katina tal-valur.

Emenda 4

Proposta għal Direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta’ xogħlijiet jew materji oħra li għalih għandhom aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika.

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta’ xogħlijiet jew materji oħra li għalih għandhom aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika.

2.   Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli.

2.   Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli.

3.   Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra . Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

3.   Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà f’termini tal-integrità, id-disponibilità u l-konfidenzjalità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra . Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

4.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka li jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3.

4.   4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka li jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3, inklużi dawk sabiex jiggarantixxu ridistribuzzjoni ġusta tal-valur lid-detenturi tad-drittijiet.

Raġuni

Il-mudell tradizzjonali ta’ sigurtà għad-data għandu tliet għanijiet: il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibilità. Kull għan jindirizza aspett differenti tal-protezzjoni tad-data. F’dan il-punt il-Kummissjoni tista’ tispeċifika għan espliċitu, jiġifieri li jitħeġġu miżuri sabiex jingħalaq id-distakk fil-valur iġġenerat bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi li jintużaw ix-xogħlijiet tagħhom.

Emenda 5

Proposta għal Direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mekkaniżmi ta' negozjar

Mekkaniżmi ta' negozjar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet, jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta’ korp imparzjali b’esperjenza rilevanti. Dak il-korp għandu jipprovdi assistenza fin-negozjati u biex jintlaħaq ftehim.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet awdjoviżivi , jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta’ korp imparzjali b’esperjenza rilevanti. Dak il-korp għandu jipprovdi assistenza fin-negozjati u biex jintlaħaq ftehim.

Sa mhux aktar tard minn [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)] l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-entità msemmija fil-paragrafu 1.

Sa mhux aktar tard minn [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)] l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-entità msemmija fil-paragrafu 1.

Raġuni

L-Artikolu oriġinali jista’ jiġi interpretat b’mod ambigwu jekk ma jispeċifikax li qed issir referenza għad-drittijiet awdjoviżivi, u mhux pereżempju għad-drittijiet li x-xogħlijiet mużikali jiġu inklużi fi produzzjonijiet awdjoviżivi. Din l-addizzjoni tneħħi din l-ambigwità.

Emenda 6

Proposta għal Direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal ammonti kbar ta’ xogħlijiet jew materji oħra mtella’ mill-utenti tagħhom għandhom, b’kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta’ ftehimiet konklużi ma’ detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materji oħra jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta’ xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta’ kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta’ teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati. Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b’informazzjoni xierqa dwar l-iskjerament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta’ xogħlijiet u materji oħra.

1.   Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal ammonti kbar ta’ xogħlijiet jew materji oħra mtella’ mill-utenti tagħhom għandhom, b’kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta’ ftehimiet konklużi ma’ detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ materji oħra jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta’ xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta’ kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta’ teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati , u maħsuba biex jiggarantixxu ridistribuzzjoni ġusta tal-valur lid-detenturi tad-drittijiet . Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b’informazzjoni xierqa dwar l-iskjerament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta’ xogħlijiet u materji oħra.

Raġuni

Fl-Artikolu 13(3), il-Kummissjoni ġustament tenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti prattiki ta’ rikonoxximent tal-kontenut.

Il-kwistjoni dwar ir-ridistribuzzjoni tal-valur, favur id-detenturi, li jinħoloq mix-xogħlijiet ladarba jkunu rikonoxxuti, hija marbuta mill-qrib ma’ dan l-aspett. Għal raġunijiet ta’ konsistenza akbar bejn iż-żewġ punti (Artikolu 13(1) u (3)), aħna nemmnu li t-test għandu jiċċara dan il-punt, peress li s-sempliċi rikonoxximent tax-xogħlijiet huwa biss l-ewwel stadju fil-katina tal-valur.

Emenda 7

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur, informazzjoni f’waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u l-wirjiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-modi ta’ sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu , għall-inqas darba fis-sena u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur, informazzjoni f’waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u l-wirjiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-modi ta’ sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut.

2.   L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell xieraq ta’ trasparenza f’kull settur. Madankollu, f’dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa’ l-istess u li jiżgura livell xieraq ta’ trasparenza.

2.   L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell xieraq ta’ trasparenza f’kull settur. Madankollu, f’dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa’ l-istess u li jiżgura livell xieraq ta’ trasparenza.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kontribuzzjoni ta’ awtur jew artist ma tkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kontribuzzjoni ta’ awtur jew artist ma tkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni.

Raġuni

Il-frażi “fuq bażi regolari”, kif stabbilit fil-punt 1, tista’ tkun ambigwa. Skont il-prattika fis-settur, perjodu ta’ 12-il xahar jidher li huwa adegwat, għad li perjodi iqsar huma ovvjament aħjar u ta’ spiss huma possibbli.

Emenda 8

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mekkaniżmu tal-aġġustament tal-kuntratt

Mekkaniżmu tal-aġġustament tal-kuntratt

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jitolbu aktar, remunerazzjoni xierqa mill-parti li magħha jkunu daħlu f’kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jitolbu aktar, remunerazzjoni xierqa mill-parti li magħha jkunu daħlu f’kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet. Dan il-mekkaniżmu jrid jiggarantixxi li jintlaħaq kumpens ekwu li jqis il-partikolaritajiet tas-setturi diversi.

Raġuni

Dan il-mekkaniżmu jista’ joħloq inċertezza legali jekk jiġi applikat b’mod uniformi għas-setturi kollha tal-industrija kreattiva, kif il-Kummissjoni stess tinnota fil-premessa 42.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti preliminari

1.

jikkonferma r-rwol kruċjali u l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tas-servizzi diġitali għaċ-ċittadini kif ukoll tal-ħolqien u l-ġestjoni tal-infrastruttura diġitali, ta’ spiss f’kuntest ta’ kooperazzjoni transkonfinali jew interreġjonali, bil-għan li jitnaqqsu l-ostakli għall-attivitajiet onlajn;

2.

jilqa' l-miżuri proposti għas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma kapaċi jħaffu l-iżvilupp dinamiku u sostenibbli tas-setturi ekonomiċi kollha u joħolqu impjiegi ġodda, kif ukoll il-miżuri proposti li għandhom l-għan li jiżguraw l-aġġornament tal-leġislazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur, waqt li titqies ir-rivoluzzjoni diġitali u t-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi;

3.

jilqa’ l-iżvilupp ta’ miżuri sabiex titjieb il-pożizzjoni tad-detenturi sabiex jinnegozjaw dwar l-isfruttament tal-kontenut tagħhom, b’mod partikolari f’każ ta’ użu mis-servizzi onlajn li jagħtu aċċess għal kontenut imniżżel mill-utenti, mingħajr ma tiġi proposta rimunerazzjoni ġusta għal dan l-użu; jenfasizza, madankollu, li l-atturi reġjonali u lokali, l-istart-ups u n-negozji ż-żgħar ta’ spiss jinsabu f’pożizzjoni aktar dgħajfa minn detenturi tad-drittijiet kbar u m’għandhomx ikunu limitati għal xejn b’xejn;

4.

jinnota li l-Kummissjoni tippreżenta argumenti kompletament konvinċenti dwar il-valur miżjud tal-leġislazzjoni f'dan il-qasam fil-livell Ewropew u għalhekk hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-istess japplika għall-argumenti relatati mal-proporzjonalità (1);

Id-drittijiet tal-awtur fis-suq diġitali

5.

japprezza li l-Kummissjoni ħalliet ċerta libertà lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tad-derogi għall-użu ta’ xogħlijiet protetti għal għan edukattiv. B’dan il-mod jiġu rispettati l-identitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll, konsegwentement, il-preżenza ta’ tipi partikolari ta’ liċenzji li jkunu oriġinaw minn kuntesti soċjali u politiċi differenti;

6.

jitlob li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumpaniji tal-amministrazzjoni kollettiva fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-awtur li tkun ġusta, moderna u effettiva fl-istess ħin;

7.

jirrimarka li huwa importanti għal riżorsi ta’ tagħlim online li jkun disponibbli għall-użu wkoll għat-tagħlim mill-bogħod u perijodi ta’ residenza temporanja f’pajjiż barrani, pereżempju, u mhux biss fil-pajjiż fejn l-istabbiliment edukattiv jinsab fiżikament;

8.

jissuġġerixxi b’mod partikolari li l-Kummissjoni tfakkar kif, fin-nuqqas ta’ investiment fl-għodod tal-immodernizzar, il-kumpaniji tal-amministrazzjoni jiċħdu lis-suq u lill-membri tagħhom minn servizz li jtejjeb is-sistemi ta’ liċenzja, minn naħa, u l-ġbir u d-distribuzzjoni tal-introjtu, min-naħa l-oħra;

9.

jappoġġja l-appell għal prattiki ta’ trasparenza f’suq li ilhom nieqsa minnu, fejn inqdew l-interessi ta’ kategoriji privileġġjati u ta’ spiss wassal għal ftehimiet kuntrattwali li huma ta’ ħsara għall-awturi;

10.

jiddispjaċih barra minn hekk bl-intenzjoni li tiġi introdotta deroga għall-obbligu ta’ trasparenza fejn il-kontribut ta’ awtur jew artist ma jkunx sinifikanti. It-teknoloġiji attwali ta’ rikonoxximent u dokumentazzjoni tar-repertorju jistgħu jiddeterminaw b’biżżejjed preċiżjoni l-valur totali ta’ xogħol u tad-diversi partijiet interessati, irrispettivament mil-livell tal-kontribut individwali;

11.

jaqbel mal-idea li t-tisħiħ tal-klawżoli ta’ trasparenza fil-kuntratti bejn l-awturi u l-kontropartijiet tagħhom ikollu l-għan prinċipali li jerġa’ jintlaħaq bilanċ fis-setgħa kuntrattwali fis-sitwazzjonijiet li jkunu ta’ detriment għall-awturi. Jinnota, għalhekk, li kwalunkwe miżura bħal din ma tiksirx il-libertà kuntrattwali, u għaldaqstant tirrispetta r-rwol tas-suq fid-definizzjoni ta’ offerti adattati għall-ħtiġijiet ta’ dawk ikkonċernati;

12.

jipproponi li l-Kummissjoni tħeġġeġ il-fornituri ta’ servizzi u l-organizzazzjonijiet fil-katina tal-valur biex jiżviluppaw b’mod konġunt standards għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-użu tax-xogħlijiet, bil-għan li tiġi garantita effiċjenza akbar ta’ ġestjoni u interoperabbiltà;

Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali

13.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-preservazzjoni ta’ xogħlijiet soġġetti għal obsolexxenza teknoloġika jew għal degradazzjoni tas-sostenni oriġinali. Huwa konvint li din l-eċċezzjoni ser tiffaċilita l-proċedura sabiex tiġi ppreservata r-rikkezza kulturali u artistika li għandhom l-Istati Membri u jispera li din ser tħeġġeġ sħubiji maħluqa għall-iskopijiet ta’ preservazzjoni fl-interess pubbliku, li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ wirt kulturali u organizzazzjonijiet ta’ riċerka (2);

It-tkabbir tal-katalgu awdjoviżiv Ewropew

14.

japprova l-intenzjoni tal-Kummissjoni li l-katalgu awdjoviż Ewropew ikun aktar preżenti fil-pjattaformi diġitali differenti, speċjalment minħabba n-nuqqas ta’ xogħlijiet li minħabba l-valur ekonomiku limitat tagħhom ikollhom diffikultà biex isibu spazju fil-mezzi tradizzjonali ta’ distribuzzjoni;

15.

jappoġġja l-estensjoni tal-liċenzji kollettivi għal xogħlijiet li m’għadhomx fis-suq bejn kumpaniji tal-ġestjoni tad-drittijiet u istituzzjonijiet għall-ħarsien tal-wirt kulturali. Jenfasizza, b’mod partikolari, il-benefiċċji ta’ tali miżuri biex tiġi żgurata rimunerazzjoni xierqa għad-detenturi tad-drittijiet, kif ukoll iċ-ċertezza legali għall-istituzzjonijiet;

16.

jikkritika, madankollu, li fit-test ma tissemmiex n-natura lokali u reġjonali ta’ dawn ix-xogħlijiet. B’mod partikolari, huwa importanti li jiġi ppreċiżat li, mingħajr il-kollaborazzjonijiet spissi bejn artisti, intraprendituri u awtoritajiet lokali li jipprovdu sussidji kulturali, ħafna minn dawn ix-xogħlijiet ħadd ma jkun jaf bihom;

Ir-rwol tal-pubblikaturi

17.

jappoġġja l-ħarsien tar-rwol fundamentali tal-pubblikaturi fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni ta’ pubblikazzjonijiet ta’ kwalità, li għalihom hemm bżonn ta’ investimenti kbar biex tkun żgurata l-indipendenza u l-integrità;

18.

japprova l-appoġġ mogħti lill-pubblikaturi sabiex ikollhom strumenti legali adegwati li jippermettulhom li jkunu kompetittivi fid-dinja diġitali.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(1)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(1)  Skont ir-rapport tal-Grupp tal-Esperti dwar is-Sussidjarjetà tal-KtR, imsejjes fuq konsultazzjoni li saret mill-4 sal-14 ta’ Ottubru 2016.

(2)  Diġà fl-1996, il-kollaborazzjoni bejn il-Laboratorio di Informatica Musicale tal-Università statali ta’ Milan u t-Teatro La Scala f’Milan wasslet għad-diġitalizzazzjoni ta’ aktar minn 5 000 tejp manjetiku mill-arkivju foniku – u b’hekk ġew aċċessibbli għal ġenerazzjonijiet futuri b’mod permanenti u bi kwalità ogħla.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/87


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-reviżjoni tal-pakkett tat-telekom

(2017/C 207/15)

Relatur:

Mart Võrklaev (EE/ALDE), Sindku tal-Muniċipalità ta’ Rae

Dokumenti ta' referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits

COM(2016) 587 final

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar 5G għall-Ewropa: Pjan ta’ Azzjoni

COM(2016) 588 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014, fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

COM(2016) 589 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Proposta għal emenda ġdida

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni u l-urġenza li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu esperjenza tal-internet ta’ kwalità kbira mal-UE kollha bbażati fuq servizzi tal-broadband b’veloċità kbira ħafna, l-għajnuna finanzjarja għandha tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament.

Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni u l-urġenza li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu esperjenza tal-internet ta’ kwalità kbira mal-UE kollha bbażati fuq servizzi tal-broadband b’veloċità kbira ħafna, l-għajnuna finanzjarja għandha tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament li tikkontribwixxi – fi ħdan il-limiti tal-proposti li ġew riċevuti fil-verità, u b’konformità sħiħa mal-prinċipji għal forom finanzjarji speċifiċi ta’ assistenza kif definiti fir-Regolament Finanzjarju – għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE billi jitqiesu b’mod partikolari l-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali .

Raġuni

Għalxejn ikun hemm distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament jekk ma sservix l-għan tal-koeżjoni.

Emenda 2

Proposta għal emenda ġdida

Premessa 11

Żid punt ġdid:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

 

Sabiex jiġi żgurat li l-punti ta’ aċċess bla fili lokali jiġu installati wkoll fi bliet iżgħar u f’żoni rurali, kampanja ddedikata ta’ komunikazzjoni dwar din l-għajnuna finanzjarja trid tiġi implimentata f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rilevanti tal-awtoritajiet lokali.

Raġuni

Huwa essenzjali li l-informazzjoni dwar l-inizjattiva WIFI4EU tilħaq ukoll bliet u muniċipalitajiet rurali iżgħar.

Emenda 3

Proposta għal emenda ġdida

Artikolu 2.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

3.   L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

3.   L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

a)

il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

 

“7.   L-ammont totali tal-baġit allokat għall-istrumenti finanzjarji għan-networks tal-broadband ma għandux jaqbeż il-minimu meħtieġ għall-istabbiliment ta’ interventi kosteffiċjenti li għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ valutazzjonijiet ex-ante kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

 

“7.   L-ammont totali tal-baġit allokat għall-istrumenti finanzjarji għan-networks tal-broadband ma għandux jaqbeż il-minimu meħtieġ għall-istabbiliment ta’ interventi kosteffiċjenti li għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ valutazzjonijiet ex-ante kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

 

Dak l-ammont għandu jkun sa 15 % tal-pakkett finanzjarju għas-settur tat-telekomunikazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.”

 

Dak l-ammont għandu jkun sa 15 % tal-pakkett finanzjarju għas-settur tat-telekomunikazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.”

b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“5a.   L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu appoġġati permezz ta’:

 

“5a.   L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta’ interess komuni u l-konformità ma’ standards tekniċi minimi definiti fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu appoġġati permezz ta’:

 

(a)

għotjiet; u/jew

 

(a)

għotjiet; u/jew

 

(b)

forom ta’ għajnuna finanzjarja minn strumenti finanzjarji oħrajn.”

 

(b)

forom ta’ għajnuna finanzjarja minn strumenti finanzjarji oħrajn.

 

 

(c)

il-Kummissjoni tistabbilixxi l-istandards tekniċi minimi msemmija fil-punt 5a permezz ta’ att delegat .”

Raġuni

Ir-rekwiżiti tekniċi minimi għan-netwerk tal-WiFi4EU huma essenzjali. L-iżvilupp ta’ rekwiżiti uniformi jevita sitwazzjoni fejn jinħoloq netwerk li huwa bbażat fuq teknoloġija skaduta jew li jkollu problemi ta’ kwalità.

Amendment 4

Proposta għal emenda ġdida

Artikolu 2(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

6.   Fl-Anness għandha tiddaħħal din it-taqsima:

6.   Fl-Anness għandha tiddaħħal din it-taqsima:

“TAQSIMA 4. KONNETTIVITÀ BLA FILI FIL-KOMUNITAJIET LOKALI

“TAQSIMA 4. KONNETTIVITÀ BLA FILI FIL-KOMUNITAJIET LOKALI

L-azzjonijiet immirati għall-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, u li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja.

L-azzjonijiet immirati għall-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, u li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja.

L-għajnuna finanzjarja għandha tkun disponibbli għall-entitajiet b’missjoni pubblika bħalma huma l-awtoritajiet lokali u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu konnettività lokali bla fili u mingħajr bl-installazzjoni ta’ punti tal-aċċess lokali bla fili.

L-għajnuna finanzjarja għandha tkun disponibbli għall-entitajiet b’missjoni pubblika bħalma huma l-awtoritajiet lokali u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu konnettività lokali bla fili u mingħajr bl-installazzjoni ta’ punti tal-aċċess lokali bla fili.

Il-proġetti għall-forniment tal-konnettività bla fili permezz ta’ punti tal-aċċess lokai bla fili aċċessibbli liberament jistgħu jirċievu finanzjament jekk:

Il-proġetti għall-forniment tal-konnettività bla fili permezz ta’ punti tal-aċċess lokai bla fili aċċessibbli liberament jistgħu jirċievu finanzjament jekk:

1)

timplimentahom entità b’missjoni pubblika li tkun kapaċi tippjana u tissorvelja l-installazzjoni tal-punti tal-aċċess lokali bla fili interni u esterni fl-ispazji pubbliċi;

1)

timplimentahom entità b’missjoni pubblika li tkun kapaċi tippjana u tissorvelja l-installazzjoni tal-punti tal-aċċess lokali bla fili interni u esterni fl-ispazji pubbliċi;

2)

jissejsu fuq konnettività tal-broadband b’veloċità kbira ħafna ħalli l-utenti jkunu jistgħu jesperjenzaw internet ta’ kwalità kbira u:

2)

jissejsu fuq konnettività tal-broadband b’veloċità kbira ħafna u jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi minimi msemmija fl-Artikolu 5b, ħalli l-utenti jkunu jistgħu jesperjenzaw internet ta’ kwalità kbira u:

 

a.

mingħajr ħlas, faċli li jiġi aċċessat, u li juża tagħmir avvanzat ħafna, u

 

a.

mingħajr ħlas, faċli li jiġi aċċessat, u li juża tagħmir avvanzat ħafna, u

 

b.

mingħajr ħlas, faċli li jiġi aċċessat, u li juża tagħmir avvanzat ħafna, u

 

b.

mingħajr ħlas, faċli li jiġi aċċessat, u li juża tagħmir avvanzat ħafna, u

3)

juża l-identità viżiva komuni li tipprovdi l-Kummissjoni u r-rabta mal-għodod online assoċjati.

3)

juża l-identità viżiva komuni li tipprovdi l-Kummissjoni u r-rabta mal-għodod online assoċjati.

Ma għandhomx jiġu koperti proġetti li jidduplikaw offerti privati jew pubbliċi eżistenti b’karatteristiċi simili, inkluż il-kwalità, fl-istess żona.

Ma għandhomx jiġu koperti proġetti li jidduplikaw offerti privati jew pubbliċi eżistenti b’karatteristiċi simili, inkluż il-kwalità, fl-istess żona.

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b’mod bilanċjat ġeografikament għall-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq fid-dawl tal-proposti li jaslu u, fil-prinċipju, skont min japplika l-ewwel .”

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat għall-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq b’mod bilanċjat ġeografikament li jikkontribwixxu – fi ħdan il-limiti tal-proposti li ġew riċevuti fil-verità, u b’konformità sħiħa mal-prinċipji għal forom finanzjarji speċifiċi ta’ assistenza kif definiti fir-Regolament Finanzjarju – għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE billi jitqiesu b’mod partikolari l-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokal .”

Raġuni

Ir-rekwiżiti tekniċi minimi għan-netwerk tal-WiFi4EU huma essenzjali. L-iżvilupp ta’ rekwiżiti uniformi jevita sitwazzjoni fejn jinħoloq netwerk li huwa bbażat fuq teknoloġija skaduta jew li jkollu problemi ta’ kwalità.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

1.

jinnota li, għall-ewwel darba, l-aċċess bażiku għall-broadband huwa meqjus bħala servizz universali. Iċ-ċittadini Ewropej għandhom id-dritt li jaċċessaw konnessjoni tal-Internet funzjonali, bi prezzijiet affordabbli u li tippermetilhom jipparteċipaw bis-sħiħ favur l-ekonomija u s-soċjetà diġitali madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Dan huwa pass importanti ħafna fit-triq lejn l-inklużjoni diġitali, inkluża wkoll il-ħtieġa għal alternattivi ta’ tariffi speċjali jew għoti ta’ vawċers liċ-ċittadini bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll lill-muniċipalitajiet u l-bliet bl-għan li jiġu stabbiliti punti ta’ aċċess għall-WiFi pubbliku mingħajr ħlas;

2.

iqis li l-iżgurar ta’ aċċess bażiku għall-broadband huwa għan ta’ interess ġenerali u li r-rikonoxximent tiegħu bħala servizz universali jrid jimxi id f’id mar-rikonoxximent sħiħ tal-obbligi ta’ servizzi universali; dan huwa ta’ importanza kbira f’żoni fejn is-suq ma jwettaqx il-funzjoni tiegħu u fejn l-investiment pubbliku huwa kruċjali;

3.

jirrikonoxxi li seħħew bidliet konsiderevoli mir-reviżjoni tal-qafas regolatorju tat-telekomunikazzjoni tal-UE fl-2009. Dan il-qafas għen biex tiġi żgurata l-kopertura broadband bażika fl-UE kollha, iżda qed jinħolqu, b’mod drammatiku, ħtiġijiet u xejriet ta’ konsum ġodda, u jidher li din it-tendenza ser tissokta fis-snin li ġejjin. L-iżvilupp tal-internet tal-oġġetti, ir-realtá virtwali u intensifikata, il-cloud computing, l-immaniġġjar ta’ ammonti kbar ta’ data, is-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-ekonomija kollaborattiva, l-industrija 4.0 – dan kollu se jintensifika d-domanda għal sistemi ta’ trażmissjoni u interkonnessjonijiet b’kapaċità għolja;

4.

jenfasizza li qed infasslu l-infrastrutturi ta’ għada llum;

5.

jenfasizza li ż-żieda fil-konsum tad-data (1) u ż-żieda fl-aċċess għall-informazzjoni simultanji, it-tendenza ta’ upload u download b’veloċità għolja, kif ukoll il-ħtieġa għal trasferimenti f’ħin reali, immedjati u kullimkien li jkunu wkoll affidabbli, ser jirrikjedu provvista ta’ netwerks veloċi ħafna, dejjem aktar u aktar viċin tal-utenti aħħarin madwar l-Ewropa. Il-konnettività gigabit diġà teżisti f’xi pajjiżi (il-Ġappun, il-Korea) u l-Ewropa għandha tiksibha għat-tkabbir u l-impjiegi, il-kompetittività u l-koeżjoni interna tagħha;

6.

iqis li huwa importanti li l-atturi ekonomiċi u soċjali bħal skejjel, universitajiet, ċentri ta’ riċerka u ċentri tat-trasport, servizzi pubbliċi bħal sptarijiet u ċentri edukattivi kif ukoll kumpaniji li jkollhom konnessjoni bl-Internet b’veloċità għolja li lill-utenti tipprovdilhom upload u download ta’ data b’veloċità ta’ mill-inqas1 Gigabit kull sekonda;

7.

huwa tal-fehma li l-unitajiet domestiċi rurali u urbani kollha fl-UE għandu jkollhom konnessjoni tal-internet b’veloċità ta’ tniżżil ta’ mill-inqas 100 Megabit kull sekonda li tista’ tiżdied sa 1 Gigabit kull sekonda;

8.

jaqbel mal-Kummissjoni li ż-żoni urbani kollha u t-toroq tat-trasport l-aktar importanti għandu jkollhom kopertura sħiħa ta’ 5G; japprova l-mira intermedja li sal-2020 mill-inqas belt prinċipali waħda f'kull Stat Membru tal-UE jkollha konnessjoni 5G disponibbli bħala servizz kummerċjali. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkonkludi malajr kemm jista’ jkun l-istandardizzazzjonineċessarja li fadal għal din it-teknoloġija mingħajr fili ġdida sabiex jiġu evitati applikazzjonijiet iżolati. L-għan tal-adozzjoni sal-2020 huwa ambizzjuż ħafna għal raġunijiet oħra wkoll: in-netwerks 4G li diġà lesti biss għandhom il-potenzjal li jżidu l-kapaċità tagħhom b’aktar minn 1 000 Mbit/s, il-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni għamlu investimenti kbar għall-espansjoni tagħhom, għalhekk ir-rieda għat-tibdil mill-ġdid fit-teknoloġija tista’ tkun pjuttost baxxa, mingħajr il-ħolqien tal-kundizzjonijiet xierqa;

9.

jilqa’ s-sistema l-ġdida ta’ vawċers ta’ servizz ta’ Wi-Fi bla ħlas, it-tnedija tal-fond broadband f’kooperazzjoni mal-BEI, kif ukoll l-għan ta’ għajnuna finanzjarja futura taħt l-ipprogrammar finanzjarju għal wara l-2020, u jqis li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba;

10.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjattaforma tal-broadband parteċipattiva f'kooperazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni sat-tmiem l-2016, bl-għan li tiżgura li l-istituzzjonijiet pubbliċi u privati jaħdmu flimkien u jimpenjaw ruħhom li jinvestu fl-iżvilupp ta’ netwerk tal-broadband u li jieħdu aktar passi għall-progress fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta' netwerks tal-broadband; huwa jinsab lest għal kooperazzjoni sħiħa u kostruttiva fl-istabbiliment tal-pjattaforma;

11.

jissuġġerixxi t-temi ewlenin li ġejjin għad-diskussjoni fil-laqgħa tal-pjattaforma: għażliet f'termini tal-politika : jiġu eżaminati l-aħjar alternattivi ta’ politika, filwaqt li jitqiesu l-poteri lokali u reġjonali differenti u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-livell lokali u reġjonali; għażliet f'termini ta’ teknoloġija : diskussjoni dwar l-użu tal-aktar teknoloġiji adegwati għal dawn iż-żoni; għażliet fir-rigward ta’ finanzjament : il-parteċipazzjoni tal-BEI fid-diskussjonijiet u l-analiżi tas-sinerġiji possibbli bejn il-Fondi (CEF, FEIS, il-Fondi SIE) kif ukoll l-iskema l-ġdida tal-vawċers proposta WIFI4EU; aktar għażliet : f'dak li jirrigwarda l-miżuri għall-bini tal-kapaċità fil-livell lokali u reġjonali, l-immappjartal-investimenti tal-IT u tal-kopertura tal-broadband u l-promozzjoni tas-servizzi tal-ħiliet diġitali u l-gvern elettroniku;

12.

huwa tal-fehma li l-effett prinċipali tal-pjattaforma għall-broadband ser ikun li din tikkontribwixxi għallimplimentazzjoni aħjar, aktar veloċi, u aktar sostenibbli ta’ netwerks tal-broadband b’veloċità għolja f’żoni rurali u skarsament popolati tal-UE u b’hekk jitnaqqas id-distakk diġitali f’dawn ir-reġjuni;

13.

jinnota li l-pjanijiet jikkonformaw mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, peress li dawn il-kwistjonijiet jaffettwaw lill-Istati Membri kollha u jistgħu jiġu regolati biss b’mod uniformi b’livell ta’ kwalità u effikaċja madwar l-UE;

14.

jieħu nota tal-fatt li s-suq uniku diġitali Ewropew għandu l-għan li jkisser struttuti riġidi u jagħmel is-suq intern tal-UE diġitali. L-għan tar-reviżjoni tal-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni hu li tagħti spinta lill-ekonomija Ewropea u tiġi promossa l-kompetittività, u tħeġġeġ lill-muniċipalitajiet sabiex huma jkun jista’ jkollhom rwol attiv fis-suq uniku diġitali, u li tissodisfa l-ħtiġijiet dejjem jikbru tal-Ewropej fir-rigward tal-konnettività;

15.

ifakkar li karatteristiċi bħal “rurali”, “ultraperiferiċità” u “periferiċità” u “żoni skarsament popolati” jiskoraġġixxu investituri privati milli jinvestu f’dawn iż-żoni fl-infrastruttura tal-ICT. Meta mqabbla ma’ żoni urbani, dawn iż-żoni jiffaċċjaw sfidi komuni li jirrigwardaw l-implimentazzjoni ta’ netwerk tal-broadband, bħalma hija domanda strutturalment aktar baxxa u frammentata kif ukoll spejjeż ta’ implimentazzjoni u ta' manutenzjoni tal-infrastruttura ogħla għal kull unità (għal kull utent finali);

16.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, b’mod partikolari, il-konnettività hija inċentiv deċiżiv għall-investiment privat, li jfisser li l-parteċipanti fis-suq m’għandhomx konvenjenza ekonomika f’żoni fejn id-densità tal-popolazzjoni ma tiggarantixxix id-domanda għal servizz biex tiġġustifika l-ispiża tal-implimentazzjoni. F’żoni affettwati minn falliment tas-suq u distorsjonijiet tas-suq, l-awtoritajiet għandhom firxa wiesgħa ta’ kompiti. Tabilħaqq, hemm evidenza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej jaġixxu bħala istituzzjonijiet finanzjarji, dawk li jieħdu r-riskji jew l-inizjaturi/faċilitaturi fir-rigward ta’ inizjattivi għall-implimentazzjoni jew modernizzar tal-broadband;

Is-soċjetà tal-gigabit

17.

jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ netwerks tal-broadband b’veloċità għolja, b’mod partikolari f’żoni b’popolazzjoni baxxa. Il-miżuri regolatorji kollha kif ukoll il-miżuri finanzjarji kollha f’dan il-kuntest għandhom jintlaqgħu b’sodisfazzjon;

18.

iwissi kontra l-konġestjoni eċċessiva li tista’ tiġġenera disponibbiltà wiesgħa ta’ konnessjonijiet b’kapaċità għolja fiż-żoni ta’ eċċellenza u/jew għarfien. Dan iwassal biex il-produzzjoni tiżdied f’dawn iż-żoni u jkun hemm influss kbir ħafna ta’ popolazzjoni b’effetti territorjali negattivi. Għall-kuntrarju, f’żoni oħrajn il-produzzjoni tonqos drastikament, l-iżjed f’dak li jirrigwarda attivitajiet innovattivi diġitali u professjonali teknoloġiċi. Għaldaqstant, il-konnessjonijiet b’kapaċità għolja għandhom jitħeġġu bl-iżjed mod uniformi possibbli;

19.

jenfasizza li s-soluzzjoni tal-problema tal-hekk imsejjaħ “last mile” hija importanti għall-iżvilupp tal-UE kollha, u tirrikjedi miżuri flessibbli;

20.

jipproponi li, mill-bidu tal-perjodu finanzjarju li jmiss, flimkien mal-fondi allokati għall-iżvilupp ta’ netwerk bażiku, ikun hemm ukoll fondi għall-bini ta’ netwerks ta’ aċċess f’żoni rurali u ultraperiferiċi;

21.

jirrimarka li l-prezzijiet għall-konnettività jipprovdu tagħrif utli dwar l-intensità tal-kompetizzjoni u l-effiċjenza fis-swieq ta’ komunikazzjoni. Valutazzjoni komparattiva ta’ dawn il-prezzijiet tippermetti lill-partijiet interessati, inklużi operaturi tat-telekomunikazzjoni, il-konsumaturi, u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi biex jevalwaw il-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi tagħhom. Indikaturi li jqabblu l-prezzijiet għal konnettività jistgħu jkunu interessanti, kif iddikjarat mill-OECD fir-rapport tagħha “Measuring the Digital Economy. A New Perspective” (2);

22.

jenfasizza li, waqt l-iżvilupp u l-ippjanar tan-netwerk, huwa importanti li l-awtoritajiet pubbliċi ikollhom aċċess dirett konnessjoni tal-internet affidabbli. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità ta’ dawn il-konnessjonijiet, huwa importanti li jkun hemm gwida u pariri statali fil-livell lokali sabiex jiġu ottimizzati l-investimenti u biex is-servizzi jiġu adottati malajr mill-akbar numru possibbli ta’ utenti;

23.

jinnota li sabiex jinkisbu l-miri għall-broadband fl-Unjoni Ewropea sal-2020 fir-rigward tal-provvista u t-tixrid tal-broadband, diġà huma disponibbli fondi pubbliċi tal-UE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għall-ammont ta’ madwar EUR 22 biljun biex tkun aġġornata l-infrastruttura tal-broadband diġà eżistenti u biex jiġu żviluppati oħrajn ġodda. Il-fondi tal-UE huma kruċjali mhux biss minħabba l-kontribuzzjoni diretta tagħhom għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-broadband, iżda wkoll għall-effett ta’ lieva li huma mistennija jipprovdu biex jattiraw investimenti minn sorsi oħra, inkluż minn sorsi privati;

Il-pjan ta’ azzjoni “5G”

24.

jenfasizza li l-ħames ġenerazzjoni tas-sistemi tat-telekomunikazzjoni jew 5G, ser tkun l-aktar element kruċjali fil-bini ta’ soċjetà diġitali fl-għaxar snin li ġejjin; L-Ewropa għamlet sforzi konsiderevoli biex tidderieġi l-iżvilupp globali lejn din it-teknoloġija strateġika fejn il-komunikazzjonijiet, bil-fili u mingħajr fili, ser jużaw l-istess infrastruttura u jmexxu ’l quddiem is-soċjetà f’netwerk tal-ġejjieni. Din ser tipprovdi konnettività tal-broadband kważi universali, ultraveloċi mhux biss lill-utenti individwali, iżda wkoll lill-oġġetti konnessi (Internet tal-oġġetti). Għalhekk huwa mistenni li l-infrastruttura futura 5G ser isservi firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet u setturi, inklużi użi professjonali (pereżempju sewqan assistit, is-saħħa elettronika, il-ġestjoni tal-enerġija, possibbilment applikazzjonijiet ta’ sikurezza, eċċ.);

25.

ifakkar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (3) ppubblikata f’April dwar l-Istandards tal-ICT, li tiffoka fuq miżuri konkreti biex jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ standards komuni billi tiffoka fuq ħames oqsma ta’ prijorità, inkluża l-5G;

26.

jenfasizza li, fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li jiġu evitati li jiġu introdotti f’reġjuni differenti standards 5G li mhumiex kompatibbli ma xulxin;

27.

juri li l-livell lokali jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp tan-netwerk, kif ukoll għat-tfassil ta’ proposti u jista’ jkun utli fl-ippjanar tan-netwerk. B’dan il-mod, il-pjanijiet tal-awtoritajiet lokali għall-bini ta’ toroq ġodda u infrastrutturi oħra jistgħu jiġu kkunsidrati diġà fil-fażi ta’ ppjanar u l-iżvilupp ta’ netwerk 5G ġdid;

28.

jikkunsidra li huwa importanti li jiġi nnotat li l-introduzzjoni fl-UE kollha ta’ prodotti u servizzi li huma bbażati fuq konnessjonijiet tan-netwerk ta' veloċità għolja 5G hija possibbli biss jekk l-UE kollha tgawdi mill-kopertura sħiħa ta’ konnessjoni tal-Internet veloċi; iqis ukoll li huwa importanti li jiġu evitati l-iżbalji li saru bl-introduzzjoni tan-netwerks 4G u li jiġi żgurat li l-kwalità u l-ħeffa tan-netwerks fl-Istati Membri individwali tal-UE ma jkunux differenti ħafna minn xulxin. Il-ħolqien tan-netwerk 5G għandu jsir fl-istess ħin u bl-istess veloċità madwar l-UE kollha;

L-inizjattiva “WiFi4EU”

29.

jilqa’ l-inizjattiva li l-awtoritajiet lokali kollha interessati jingħataw l-opportunità li jipprovdu liċ-ċittadini konnessjoni bil-Wi-Fi ta' kwalità għolja bla ħlas, fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fiż-żoni tal-madwar tagħhom u fil-parks, postijiet pubbliċi, eċċ. Fl-UE għad hemm ħafna postijiet li ma għandhomx konnessjoni bl-Internet adegwat; hemm ukoll ċittadini li ma jistgħux jaffordjaw l-internet. Dan il-programm ser isolvi din il-problema;

30.

jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li din l-iskema tibqa’ limitata għall-punti ta’ aċċess għall-WiFi komplementari ġodda. Għandu jiġi evitat li inizjattivi ffinanzjati pubblikament jikkompetu ma’ inizjattivi privati eżistenti;

31.

29. jilqa’ l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex toħloq malajr alternattivi għall-implimentazzjoni tal-programm “WiFi4EU”, li permezz tagħhom l-awtoritajiet lokali ser ikunu jistgħu diġà, skont l-iskeda attwali, iressqu l-proposti rilevanti tagħhom fil-bidu tas-sajf 2017;

32.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri ta' finanzjament rapidu, li għad iridu jintużaw b’rabta mal-assistenza finanzjarja tal-UE u bbażati fuq vawċers mis-settur pubbliku, li jistgħu jiġu implimentati malajr u jwasslu għal riżultati minnufih u b'inqas burokrazija; jindika, madankollu, li għandhom jiġu antiċipati kif dovut il-punti dgħajfin potenzjali tas-sistema tal-vawċer (nuqqas ta’ trasparenza, dewmien jew problemi relatati mal-pagament, differenzi fil-kondizzjonijiet ta’ akkwist fl-Istati Membri) b’mod li ma jkunux ta’ deterrent għall-intrapriżi milli jużaw is-sistema tal-vawċer għall-proġetti;

33.

jenfasizza li għandu jinsab mod kif tiġi distribwita l-assistenza finanzjarja sabiex ikun żgurat li muniċipalitajiet iżgħar u żoni rurali jibbenefikaw ukoll mill-WiFi4EU;

34.

jenfasizza li l-fondi li jridu jiġu allokati huma limitati u li l-Kummissjoni qed tfittex li timplimenta l-inizjattiva WiFi4EU kemm jista’ jkun bl-aktar mod immedjat u komprensiv, u għalhekk l-awtoritajiet lokali għandhom jiġu infurmati mill-aktar fis possibbli dwar il-programm propost u l-kundizzjonijiet rilevanti.

35.

Notifika bikrija tippermetti wkoll lill-awtoritajiet lokali biex jibdew il-preparazzjoni, u b'hekkmeta joħorġu s-sejħiet għal proposti tkun tista’ ssir applikazzjoni malajr għall-fondi, u r-riżorsi disponibbli jkunu jistgħu jiġu implimentati b’mod effiċjenti għall-benefiċċju tal-popolazzjoni lokali, tal-pajjiż u tal-UE fit-totalità tagħha;

36.

iqis li l-Kumitat tar-Reġjuni ċertament għandu jkollu rwol deċiżiv minħabba l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u bil-għan li jiġu promossi l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattika;

37.

jemmen li huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu konxji li huma obbligati jipprovdu konnessjonijiet bil-broadband għan-netwerk tal-Wi-Fi li attwalment qed jiġi żviluppat u biex jiżguraw il-manutenzjoni ta’ kuljum tan-netwerk. Jirrimarka li l-inizjattiva WiFi4EU trid tkun sostenibbli u bi spejjeż amministrattivi baxxi għall-awtoritajiet lokali biex jimplimentawha;

38.

jirrakkomanda li jitfasslu r-rekwiżiti minimi għan-netwerk WiFi4EU. L-iżvilupp ta’ rekwiżiti uniformi jevita sitwazzjoni fejn jinħoloq netwerk li huwa bbażat fuq teknoloġija skaduta jew li jkollu problemi ta’ kwalità. Barra minn hekk, jirrakkomanda l-ħolqien ta’ paġna dwar l-Inizjattiva WiFi4EU li tipprovdi informazzjoni dwar l-inizjattiva u l-postijiet fejn tinsab;

39.

ifakkar li n-netwerks il-ġodda għandhom ikunu sikuri għall-utent, u għalhekk jirrakkomanda l-użu ta’ mudelli tan-netwerk ibbażati fuq eduroam (4)/govroam (5). Mudell bħal dan jiffaċilita r-roaming għall-utenti diġà awtentikati fuq in-netwerk, u jistgħu jintużaw soluzzjonijiet eIDAS (6) biex jiġu awtentikati l-utenti;

40.

sabiex ikun garantit li s-sistema tkun faċli għall-utent, jemmen li għandu jiġi evitat l-użu ta’ captive portal u li minflok għandu jkun hemm paġna ta’ akkoljenza (landing page) li tinfetaħ biss wara l-awtentikazzjoni. Din tippermetti lill-utent aħħari użu aktar faċli u rapidu tal-internet. Il-landing page li titfaċċa wara l-awtentikazzjoni tippermetti lill-utenti biex jaċċessaw informazzjoni dwar is-servizzi offruti mill-awtoritajiet lokali u tinkludi informazzjoni fil-qosor dwar l-objettivi tal-inizjattiva WiFi4EU;

41.

jenfasizza li d-data tal-utenti m'għandhiex tintalab, peress li dan mhuwiex xieraq u jista’ jwassal għal biża’ li d-data ser tintuża għal skopijiet kummerċjali jew skopijiet mhux mixtieqa oħra; Jilqa’ għalhekk il-fatt li l-għoti tad-data personali tissemma fost it-tipi ta’ kunsiderazzjoni li jistgħu jimpedixxu lill-konnettività lokali bla fili milli tikkwalifika bħala bla ħlas;

42.

jilqa’ l-idea li n-netwerk WiFi4EU ser ikun soġġett għal kontroll tal-kwalità kontinwu u li r-riżultati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku;

43.

jemmen li huwa essenzjali li jinħoloq netwerk komuni pan-Ewropew permezz tal-WiFi4EU (SSID) li, minn naħa, jservi ta’ reklam tajjeb għal inizjattiva tal-UE biex jinħolqu netwerks tal-WiFi bla ħlas, u min-naħa l-oħra, iservi ta’ trade mark għal Wi-Fi rapidu u sikur madwar l-Ewropa kollha. Skemi simili li diġà jeżistu u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi minimi u l-kriterji kollha l-oħra tal-inizjattiva WiFi4EU, iżda li ma ngħatawx assistenza finanzjarja, għandhom ukoll ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-branding komuni fuq talba tagħhom, sabiex jitwessa’ l-ambitu tal-inizjattiva.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Studji juru li l-kumpaniji li jadottaw l-analiżijiet tal-big data jistgħu jżidu l-produttività tagħhom b’5-10 % aktar minn dawk il-kumpaniji li ma jadottawhomx, u li l-analiżi u l-ipproċessar tal-big data fl-Ewropa jistgħu jirriżultaw f’żieda ta’ 1,9 % fil-livell tal-PDG bejn l-2014 u l-2020.

(2)  Ippubblikat fit-8 ta’ Diċembru 2014, http://www.oecd.org/sti/measuring-the-digital-economy-9789264221796-en.htm

(3)  COM(2016) 176 final, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-Istandards tal-ICT bħala l-Pedament tas-Suq Uniku Diġitali.

(4)  eduroam – World Wide Education Roaming for Research & Education https://www.eduroam.org/.

(5)  Govroam hija taqsira għal “government roaming” u hija infrastruttura li tibbaża fuq RADIUS http://govroam.be/.

(6)  Trust Services and eID https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/trust-services-and-eid.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/95


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn Strateġija tal-UE dwar ir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali

(2017/C 207/16)

Relatur:

Apostolos Tzitzikostas (EL/PPE), Gvernatur tal-Maċedonja Ċentrali

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Lejn Strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali,

JOIN(2016) 29 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-Komunikazzjoni Konġunta “Lejn Strateġija tal-UE dwar ir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali” (1) u l-azzjonijiet li hemm fiha, billi hija bażi importanti għall-bini ta’ approċċ strateġiku komprensiv u integrat għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali mmirat sabiex jippromovi l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi msieħba u jsaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni Ewropea bħala attur globali b’saħħtu;

2.

huwa tal-fehma li ma kienet tagħmel ebda differenza sinifikanti li kieku l-proposta kienet ippreżentat l-istrateġija finali minflok il-passi li jwasslu għal dan, peress li l-kwistjoni li qed tiġi diskussa hija ta’ importanza ewlenija. Għaldaqstant il-KtR jistieden lill-Istati Membri biex iħaffu l-proċess tal-adozzjoni tal-istrateġija;

3.

jenfasizza li l-kultura għandha tkun fil-qofol tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE, mhux l-inqas minħabba li fl-ambjent globalizzat tal-lum, id-diplomazija internazzjonali ġiet arrikkita b’responsabbiltajiet ġodda u ħarġu fid-dieher forom alternattivi u approċċi ġodda. Dawn jinkludu d-diplomazija kulturali, xi ħaġa li għaliha ssir referenza limitata fil-Komunikazzjoni;

4.

jappoġġja l-enfasi li titpoġġa fuq l-obbligu tal-Istati li jirrispettaw, jipproteġu u jippromovu d-drittijiet għal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni, inkluża l-espressjoni artistika u kulturali. L-għan tal-politika kulturali huwa li tiżgura li l-kultura jkollha l-opportunità taġixxi bħala forza ħielsa, indipendenti u provokattiva fis-soċjetà. Dan għandu jkun il-punt ta’ tluq ta’ kull ħidma li tippromovi r-rispett reċiproku u d-djalogu interkulturali;

5.

għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprijoritizza l-iżvilupp ulterjuri tad-diplomazija kulturali bl-għan li tiġi introdotta fil-politika barranija tal-UE;

6.

japprezza l-fatt li tul il-komunikazzjoni, il-kultura u l-wirt kulturali huma rikonoxxuti bħala strumenti għall-iżvilupp reġjonali u lokali. Li jiġu stabbiliti qafas komprensiv u approċċ konsistenti sabiex jitjiebu l-attivitajiet kulturali minn naħa waħda għandu joħloq valur miżjud Ewropew qawwi u, min-naħa l-oħra, jista’ jinkoraġġixxi d-disinn u l-iżvilupp ta’ programmi fil-livell reġjonali u fil-livell ta’ belt fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll ma’ pajjiżi terzi msieħba, li ser ikun ta’ benefiċċju reċiproku għal dawk kollha involuti;

7.

jenfasizza li d-diversità kulturali hija parti integrali tal-valuri tal-UE u li l-UE hija impenjata bis-sħiħ biex tippromovi ordni internazzjonali bbażat fuq il-paċi, l-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni, il-fehim reċiproku u r-rispett tad-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, bħala sieħeb prinċipali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-UE għandha tkompli tikkoopera mill-qrib mal-Unesco (2) sabiex jitħares il-patrimonju kulturali tad-dinja. Bħala firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Unesco 2005 (3), l-UE għandha wkoll tirrispetta l-impenn tagħha li tippromovi d-diversità tal-espressjoni kulturali fir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tagħha;

8.

jilqa’ r-rikonoxximent tar-rwol tal-kultura fil-qafas ġeografiku tal-UE għall-kooperazzjoni, inkluż a) il-poltika tat-tkabbir, b) il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), c) il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u d) il-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou ffirmat f’Ġunju 2000 (4);

9.

id-diplomazija kulturali Ewropea hija kkonċentrata fuq il-promozzjoni tal-Ewropa u l-Istati Membri tagħha, li tinkludi l-iskambju edukattiv u kulturali. Iżda hija orjentata wkoll lejn l-opinjoni pubblika ta’ pajjiżi terzi u ċ-ċittadini tagħhom, b’interess ċar lejn il-promozzjoni tal-immaġni pożittiva tal-Ewropa u l-Istati Membri tagħha. L-importanza tad-diplomazija kulturali testendi għad-djalogu bejn il-pajjiżi, għall-promozzjoni tal-paċi u tad-diversità kulturali u għall-iskambju ekonomiku;

10.

L-importanza tad-diplomazija kulturali ħarġet fid-dieher fil-mod kif qed tintwera fi snin reċenti fil-pajjiżi emerġenti u tal-Lvant. Huwa importanti li tiġi żviluppata diplomazija kulturali fl-Unjoni Ewropea u li b’hekk tkun tista’ tikkompeti fix-xena internazzjonali mal-potenzi ġodda emerġenti f’kull livell, inkluż fil-livell kulturali;

11.

ifakkar li wieħed mill-prinċipji ta’ gwida għal azzjoni tal-UE fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali huwa li “jiġi żgurat ir-rispett tal-komplementarjetà u tas-sussidjarjetà” (5). Fil-qasam tal-kultura, l-Unjoni għandha kompetenza li tieħu azzjonijiet sabiex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri (6). Il-konklużjonijiet riċenti tal-Kunsill dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE enfasizzaw il-ħtieġa għal koordinazzjoni aħjar tal-isforzi lejn approċċ strateġiku Ewropew (7);

12.

jirrimarka bil-qawwa dwar il-ħtieġa għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha u profonda fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali meta jingħata bidu u jiġu żviluppati strateġiji li jappoġġjaw ir-relazzjonijiet u l-attivitajiet kulturali internazzjonali. L-għan għandu jkun li jiġu kkonsolidati l-istrateġiji tagħhom bħala mezz kif tinħoloq identità kulturali Ewropea iktar distintiva u pluralista li tiġi rikonoxxuta kemm internazzjonalment kif ukoll fi ħdan l-UE mill-popli tal-Istati Membri kollha;

13.

jemmen li huwa importanti li s-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-klabbs, il-gruppi, in-negozji, l-artisti, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet jikkontribwixxu b’mod aktar attiv u koordinat biex jiġu żviluppati inizjattivi bħala parti mill-istrateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

Prijoritajiet

14.

jinnota li l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali se jkollha impatt limitat jekk tonqos milli tipproduċi azzjonijiet konsolidati u benefiċċji tanġibbli direttament, jew jekk dawn il-benefiċċji jinħassu biss fil-futur imbiegħed;

15.

jenfasizza l-valur intrinsiku tal-produzzjoni artistika u kulturali u jiċċara li l-kultura m’għandhiex tkun biss mezz biex jinkiseb għan. Għal din ir-raġuni, għandha tingħata attenzjoni għall-iskambju ta’ professjoniisti fil-qasam kulturali. Il-promozzjoni tal-mobilità tal-artisti u tal-kontenut kulturali hija għan ewllieni tal-politika kulturali fil-livell tal-UE, għaliex din tiżgura valur miżjud Ewropew;

16.

huwa tal-fehma li l-istrateġija proposta tal-UE dwar relazzjonijiet kulturali internazzjonali trid tkun immirata f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, u għalhekk għandha tinkludi dispożizzjonijiet għal: a) mekkaniżmi ta’ politika operattivi u ta’ infurzar, imsejsa fuq qafas ta’ koordinazzjoni komuni li jinvolvi l-partijiet kollha u b) objettivi speċifiċi u skadenza ċara għall-implimentazzjoni tal-politiki diversi tagħha. Ikun tajjeb ukoll li jkunu jistgħu jiġu mkejla l-effikaċja u l-effiċjenza tal-istrateġiji implimentati;

17.

ifakkar fil-pożizzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-setturi kulturali u kreattivi għat-tkabbir u l-impjiegi (8), u l-appelli tiegħu minn naħa biex is-setturi kulturali u kreattivi jkunu inkorporati aħjar fl-Istrateġija Ewropa 2020 u, min-naħa l-oħra, li tiġi rikonoxxuta l-importanza tar-rabtiet bejn dawn is-setturi u oqsma oħra ta’ politika, bħall-industrija, it-turiżmu, l-ambjent, l-edukazzjoni u l-finanzjament;

18.

jaħseb li prijorità għall-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi msieħba tagħha trid tkun li attivitajiet kulturali jsiru tassew inklużivi u aċċessibbli għal kulħadd, irrispettivament mill-età, il-ġeneru, id-diżabilità, in-nazzjonalità, ir-razza, l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew l-isfond soċjoekonomiku tal-persuna. L-inkoraġġiment favur involviment u parteċipazzjoni akbar taż-żgħażagħ fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet kulturali inkużivi huwa essenzjali għall-integrazzjoni soċjali;

19.

L-industriji kulturali (iċ-ċinema, l-arti, il-letteratura, eċċ.) huma wieħed mis-setturi li għandu l-akbar influwenza fid-diplomazija kulturali u minħabba l-forma ta’ disseminazzjoni tagħhom jilħqu pubbliku ferm varjat. Id-diplomazija kulturali għandha tappoġġja b’mod tajjeb id-disseminazzjoni ta’ dawn l-industriji esternament bil-għan li tissaħħaħ l-immaġni tal-Ewropa fid-dinja;

20.

iqis li aspett partikolari tal-istrateġija tal-UE dwar ir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali huwa l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-UE ma’ dawk tal-pajjiżi msieħba tagħha fil-qasam tar-refuġjati u l-migranti. Il-kriżi riċenti u ż-żieda tal-flussi tar-refuġjati fl-UE jippreżentaw sfidi ġodda li jeħtieġ li jkunu indirizzati b’mod xieraq. F’dan ir-rigward jista’ jkollu rwol essenzjali l-iżvilupp ta’ attivitajiet kulturali li: a) itaffu l-ansjetà, l-inkwiet u n-nuqqas ta’ fiduċja, b) jikkontribwixxu biex nifhmu aħjar il-karatteristiċi uniċi u l-oriġini kulturali, c) jintensifikaw il-proċess ta’ inklużjoni soċjali tar-refuġjati, d) jikkonsolidaw u jipproġettaw mudell stabbilit fl-Unjoni ta’ soċjetà ħielsa, demokratika u tolleranti, e) isaħħu r-rispett reċiproku bejn il-komunitajiet tar-refuġjati u dawk ospitanti u f) juru lis-soċjetà Ewropea l-akkoljenza li minnha gawdew l-antenati tagħna meta fl-imgħoddi kellhom jemigraw barra mill-kontinent għal raġunijiet ekonomiċi, politiċi, reliġjużi u ta’ gwerra;

21.

jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għaż-żieda reċenti f’manifestazzjonijiet ta’ estremiżmu u l-popoliżmu b’aġenda ksenofobika li jista’ jiġi espress f’diversi forom ta’ Ewroxettiċiżmu. Il-KtR iqis, għalhekk, li hemm ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-attivitajiet kulturali li għandhom l-għan li jippromovu għarfien aħjar tal-espressjoni artistika u kulturali u tal-wirt kulturali tal-Ewropa. Iqis li l-għodod importanti hawnhekk huma l-programmi ta’ mobilità, bħal Erasmus+, il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-Orizzont 2020, li huwa l-akbar programm ta’ riċerka u innovazzjoni multilaterali fid-dinja, peress li jservu li jżommu l-mezzi tal-komunikazzjoni miftuħa u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ ideat, indipendentement mill-kuntest kulturali, etniku jew reliġjuż tan-nies;

Żieda fl-impatt ekonomiku

22.

jilqa’ l-enfasi li tpoġġiet fuq it-tħeġġiġ tal-industriji kulturali u kreattivi, peress li dawn huma entitajiet importanti li jipprovdu impjiegi ta’ kwalità tajba u jippromovu tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

23.

jtenni l-fehmiet preċedenti tiegħu dwar is-setturi kulturali u kreattivi għal tkabbir u impjiegi (9), li skonthom jekk il-benefiċċji ekonomiċi għandhom jiġu massimizzati, ser ikun hemm bżonn li jiġu ffaċilitati l-produzzjoni u l-konsum ta’ prodotti kulturali u li tiġi stimulata l-kreattività. Il-KtR jenfasizza l-importanza li jitrawmu l-ħiliet kreattivi minn età bikrija, kemm fl-edukazzjoni kif ukoll bħala attività rikreattiva, b’tali mod li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tkun tista’ tibbenefika bis-sħiħ mill-forom ġodda ta’ aċċess għall-kultura;

24.

jirrikonoxxi li xi reġjuni, minħabba l-kundizzjonijiet ġeografiċi tagħhom, bħall-gżejjer jew ir-reġjuni ultraperiferiċi, ma jistgħux jiżviluppaw l-industriji kulturali u kreattivi tagħhom bl-istess mod bħal reġjuni Ewropej oħrajn. Ir-reġjuni tal-fruntiera u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE jaqdu rwol importanti billi jagħtu valur miżjud uniku lill-Unjoni Ewropea bis-saħħa tar-rabtiet storiċi, kulturali u lingwistiċi li żviluppaw ma’ kontinenti l-oħrajn matul is-sekli. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu ffaċilitati l-iskambju u l-komunikazzjoni kulturali bejn dawn ir-reġjuni mal-kumplament tal-UE, billi jiġu introdotti miżuri li jiffaċilitaw il-mobilità tal-artisti u tal-kreazzjonijiet tagħhom minn dawn ir-reġjuni biex jivvjaġġaw lejn il-kumplament tal-UE, u l-pajjiżi ġirien tagħha u viċi versa. B’dan il-mod ikunu jistgħu jgawdu mill-istess vantaġġi kompetittivi disponibbli għall-industriji kulturali u kreattivi, b’mod speċjali permezz tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, kif stqarr b’mod ċar il-KTR fl-Opinjoni tiegħu CDR2391-2012_00_00_TRA_AC;

25.

jiġbed l-attenzjoni għall-konsegwenzi li l-għażliet ta’ politika, speċjalment f’termini ta’ baġit u l-allokazzjoni tar-riżorsi, għandhom fuq il-patrimonju kulturali u l-politika kulturali, anke fuq żmien itwal;

26.

jikkunsidra li jkun fundamentali li jiġi żviluppat strument orjentat speċifikament lejn it-talenti żgħażagħ, li jippromovi l-mobilità u l-possibbiltajiet ta’ taħriġ tagħhom u l-iskambju ma’ pajjiżi oħrajn, mhux biss fl-UE iżda wkoll lil hinn minnha. Tista’ tintuża bħala bażi l-idea tal-Erasmus għall-artisti żgħażagħ, li jagħti attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, peress li, minħabba l-karatteristiċi speċjali tar-reġjuni fejn jgħixu, ħafna drabi jsibu ruħhom limitati meta jiġu biex jaċċessaw il-programmi ta’ mobilità taħt l-istess kundizzjonijiet bħaż-żgħażagħ tal-kontinent;

27.

jinnota li fi żminijiet ta’ diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji, f’ħafna Stati Membri tal-UE l-investimenti fil-qasam tal-kultura ġew affettwati b’mod sinifikanti u tnaqqsu;

28.

jenfasizza li l-infiq fil-qasam tal-kultura mhuwiex lussu iżda investiment, u li huwa meħtieġ l-appoġġ strateġiku għall-potenzjal ta’ tkabbir ta’ settur li jimpjega aktar minn tliet miljun persuna u jinvolvi miljun kumpanija fl-Ewropa;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

29.

jirrimarka li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għas-setturi msemmija fil-Komunikazzjoni Konġunta, b’mod partikolari l-kultura u l-wirt kulturali, ir-riċerka, l-edukazzjoni, it-turiżmu, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-impjiegi;

30.

jenfasizza l-benefiċċju li l-qasam kulturali jiġi inkluż fil-pjani ta’ internazzjonalizzazzjoni reġjonali u nazzjonali u li l-industriji kulturali tagħhom jiġu internazzjonalizzati;

31.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jiġi ppreservat l-aspett tradizzjonali tal-pajsaġġ u taż-żoni abitati, u għar-rwol prijoritarju ta’ din il-kwistjoni fil-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali. Sabiex iż-żoni abitati jkunu attraenti, jeħtieġ li jiġu appoġġjati l-programmi li, mil-lat arkitettoniku, jirrispettaw it-tradizzjonijiet, kemm mill-perspettiva tal-ippjanar kif ukoll minn dik tal-użu tal-materjali, filwaqt li jiġu ssodisfati l-esiġenzi attwali f’dak li jirrigwarda l-ispazju;

32.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istrateġija futura tista’ tikkontribwixxi biex jitqiegħdu l-pedamenti għal turiżmu sostenibbli fil-pajjiżi ġirien tal-UE u għall-promozzjoni tar-rikonoxximent tal-benefiċċji sinifikanti li l-wirt kulturali joħloq fil-livell lokali u reġjonali;

33.

jistieden lill-Kummissjoni tinkludi lill-Kumitat tar-Reġjuni fil-fażi ta’ ppjanar kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-oqsma differenti tal-azzjoni u l-miżuri proposti fil-Komunikazzjoni Konġunta, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

34.

iqis li huwa importanti li jiġu semplifikati u mħaffa l-proċeduri ta’ finanzjament għal attivitajiet kulturali, sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkollhom aċċess aktar dirett għall-qafas eżistenti ta’ kooperazzjoni u għall-finanzjament taħt il-programmi tematiċi tal-UE għall-promozzjoni ta’ relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

35.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta biex jiġu stabbiliti Djar Kulturali Ewropej imsejsa fuq il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiż sieħeb ikkonċernat, jemmen li tinħtieġ aktar analiżi baġitarja dwar dan u jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti flimkien mal-istituti kulturali u atturi oħra. Il-KtR jinnota li ċ-ċentri jistgħu jieħdu diversi forom. Dawn jistgħu pereżempju jitmexxew bħala libreriji, diġitali jew mod ieħor. F’dan ir-rigward, it-taħriġ kontinwu tal-partijiet interessati involuti se jiżgura s-suċċess tal-inizjattiva biss jekk ikun hemm kooperazzjoni reali, għall-kuntrarju tal-kompetizzjoni bejn l-atturi tal-UE f’pajjiżi msieħba;

36.

jissuġġerixxi li l-partijiet interessati lokali u reġjonali jiġu inklużi fil-Pjattaforma ta’ Diplomazija Kulturali tal-UE stabbilita fi Frar 2016, li tiffoka fuq imsieħba strateġiċi;

37.

ifakkar fil-pożizzjonijiet preċedenti tal-KtR dwar il-Kapitali Ewropej tal-Kultura (ECoC) bħala inizjattiva ta’ valur li tenfasizza r-rikkezza, id-diversità u l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej (10). Flimkien mal-inizjattiva taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, jistgħu jintużaw ukoll bħala laboratorji għall-kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini;

38.

itenni l-pożizzjoni preċedenti tiegħu favur il-ftuħ tal-inizjattiva ECoC għall-parteċipazzjoni mhux biss ta’ bliet mill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, iżda anke għal pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-EFTA (11). L-inizjattiva ECoC tirrappreżenta kontribut potenzjali għall-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) kif ukoll għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi Ewropej oħra billi ma tgħinx biss biex issaħħaħ il-kooperazzjoni kulturali fl-UE iżda anke tgħin sabiex jiġu żviluppati rabtiet iktar mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi fil-viċinat tagħha fil-Lvant u n-Nofsinhar, bil-għan tal-promozzjoni tal-prosperità, l-istabbiltà u s-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE;

39.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi importanti għall-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, peress li ħafna inizjattivi interkulturali huma kkoordinati fil-livell lokali u/jew reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma, minħabba l-prossimità tagħhom lejn iċ-ċittadini, f’pożizzjoni strateġika tajba biex jirrispondu għall-ħtiġijiet u t-talbiet speċifiċi tal-gruppi kulturali differenti fit-territorji tagħhom, u li jimmobilizzawhom b’mod effettiv biex jippromovu djalogu interkulturali akbar (12);

40.

jistenna bil-ħerqa l-proposta leġislattiva tal-Kummissjoni bl-għan li jiġi miġġieled it-traffikar tal-wirt; jenfasizza li din il-proposta għandha tkopri mhux biss l-importazzjoni ta’ oġġetti kulturali fl-UE iżda anke l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali tal-UE bil-għan li jiġi miġġieled it-traffikar u li jiġu protetti teżori nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; jisħaq, madankollu, li din il-proposta ma għandhiex tipprevedi restrizzjonijiet sproporzjonati għall-kummerċ leġittimu ta’ oġġetti kulturali u għandu jkollha l-anqas piż amministrattiv possibbli għan-negozjanti leġittimi. Iqis li huwa essenzjali li jiġu proposti miżuri stetti b’rabta mal-iskavi mhux awtorizzati fl-UE;

41.

jenfasizza l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni biex l-2018 tintgħażel bħala s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, fost affarijiet oħra, se tipprovdi opportunità biex jiġu promossi d-djalogu interkulturali u r-rwol tal-kultura għal relazzjonijiet interkomunitarji paċifiċi.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  JOIN(2016) 29 final (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura.

(3)  http://portal.unesco.org/en/ev.php-URL_ID=31038&URL_DO=DO_TOPIC&URL_SECTION=201.html

(4)  http://ec.europa.eu/europeaid/node/1584

(5)  JOIN(2016) 29 final (mhux disponibbli bil-Malti).

(6)  Artikolu 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

(7)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b’attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, 24 ta’ Novembru 2015.

(8)  CdR 181/2010 fin.

(9)  CDR181-2010_FIN_AC.

(10)  CDR191-2011_FIN_AC.

(11)  CDR2077-2012_00_00_TRA_AC.

(12)  CDR11-2006_FIN_RES.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/100


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Politika tal-Unjoni dwar l-Artiku

(2017/C 207/17)

Relatur:

Relatur: is-Sinjura Haijanen (FI/PPE), Kunsillier tal-Belt ta’ Laitila

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Sistema integrata tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-Artiku

JOIN(2016) 21 – final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni Konġunta ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà fis-27 ta’ April 2016 u jemmen li l-oqsma ta’ prijorità għal politika integrata futura tal-UE dwar l-Artiku deskritti fil-Komunikazzjoni huma pass fid-direzzjoni t-tajba;

2.

jenfasizza li l-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun tal-Artiku jirrikjedu sforzi koordinati fil-livell lokali, reġjonali u internazzjonali, u jfaħħar lill-Kummissjoni talli żgurat li l-politiki integrati bil-għan li jgħinu li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet u l-għanijiet reġjonali huma bbażati fuq il-karatteristiċi ġeografiċi u demografiċi speċifiċi tar-reġjun;

3.

jinnota li din hija t-tielet Komunikazzjoni dwar ir-reġjun tal-Artiku. Fl-ewwel Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fl-2008, tressqu proposti għal miżuri biex jipproteġu u jippreservaw ir-reġjun tal-Artiku, fost l-oħrajn abbażi ta’ diversi ftehimiet ambjentali u kooperazzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, ġew proposti miżuri għall-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u mudell ta’ governanza multilaterali fir-reġjun tal-Artiku. L-għan tal-Komunikazzjoni kien li jiġi promoss approċċ strutturat u kkoordinat għall-kwistjonijiet marbutin mal-Artiku u li jinfetħu perspettivi ġodda ta’ kooperazzjoni mal-istati tal-Artiku;

4.

josserva li, fl-2012, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni Konġunta mar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li fiha ħarġet fid-dieher il-possibbiltà li jinfetħu konnessjonijiet ġodda tat-trasport (inkluż il-Passaġġ Tramuntana-Lvant) minħabba t-tibdil fil-klima u t-titjib tal-potenzjal favur l-użu sostenibbli tar-riżorsi abbażi ta’ teknoloġija u għarfien ġodda u b’hekk tiġi kkompletata dimensjoni b’saħħitha għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali biex jissaħħu l-paċi u s-sigurtà;

5.

jixtieq jenfasizza t-tliet prijoritajiet għal politika integrata futura tal-UE stabbilita fl-aħħar Komunikazzjoni: it-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent tal-Artiku, l-iżvilupp sostenibbli fi ħdan u madwar l-Artiku u kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet marbutin mal-Artiku. Waħda mill-akbar sfidi hija li jinstab bilanċ bejn l-iżgurar tal-benessri ambjentali u li jiġu sfruttati l-opportunitajiet ġodda offruti mill-iżvilupp soċjoekonomiku;

6.

josserva li l-Komunikazzjoni tkompli bl-approċċi stabbiliti qabel b’relazzjoni għall-klima u l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni ġenerali. L-Opinjoni tal-KtR għandha l-għan li tiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari fuq dawk il-kwistjonijiet li ngħataw inqas attenzjoni fil-Komunikazzjonijiet preċedenti (bħall-kwistjonijiet soċjoekonomiċi) jew li ġew identifikati bħala prijoritajiet ġodda;

7.

jappoġġja l-għanijiet tal-Komunikazzjoni dwar is-sigurtà, l-istabbiltà, l-iżvilupp sostenibbli u l-prosperità reġjonali. Il-Komunikazzjoni tagħti stampa sħiħa tal-attivitajiet tal-UE fir-reġjun tal-Artiku. L-iżvilupp sostenibbli jibqa’ ċentrali għall-politika tal-UE b’relazzjoni għad-dimensjoni tal-Artiku, iżda tissemma aktar il-kapaċità ta’ adattament. Il-Komunikazzjoni tgħid li l-attivitajiet tal-ġejjieni għandhom jenfasizzaw l-ambjenti tradizzjonali li jgħixu fihom l-abitanti tar-reġjun, kif ukoll l-impatt tal-iżvilupp ekonomiku fuq l-ambjent fraġli tal-Artiku. Il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Komunikazzjoni tenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa li tissaħħaħ il-koordinazzjoni fi kwistjonijiet relatati mar-reġjun tal-Artiku.

8.

josserva li l-Komunikazzjoni tqis lir-reġjun tal-Artiku minn żewġ perspettivi differenti. Mill-perspettiva tal-Ewropa, ir-reġjuni mbiegħda tat-Tramuntana tal-Ewropa jinsabu fir-reġjun tal-Artiku u huma kkaratterizzati minn kemm jinsabu ‘l bogħod, minn kundizzjonijiet li joffru sfida u livelli baxxi ta’ popolazzjoni u popolazzjoni li qed tixjieħ. Mill-perspettiva tal-Artiku b’mod ġenerali, il-Komunikazzjoni tenfasizza r-riżorsi naturali (minerali, foresti, l-ekonomija marittima u s-sajd), komunitajiet żviluppata ħafna u għarfien sod, pereżempju fir-rigward tal-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi li huma ambjentalment sostenibbli. L-analiżi ppreżentata f’din l-Opinjoni tiffoka fuq il-perspettiva Ewropea;

9.

josserva li, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, it-terminu “reġjun tal-Artiku” jkopri ż-żona madwar il-Pol tat-Tramuntana, ‘il fuq miċ-Ċirklu Artiku (latitudni ta’ 66 grad, 32 minuta Tramuntana). Din iż-żona tinkludi l-Oċean Artiku u t-territorji tat-tmien stati tal-Artiku: l-Istati Uniti, il-Kanada, id-Danimarka (inklużi Greenland u l-Gżejjer Faeroe), il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja, il-Federazzjoni Russa u l-Iżvezja. Greenland u l-Gżejjer Faeroe, li għandhom grad għoli ta’ awtonomija iżda huma uffiċjalment parti mid-Danimarka, mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea iżda ffirmaw ftehimiet dwar is-sajd u l-kummerċ mal-UE. Greenland għandha wkoll l-istatus speċjali ta’ territorju tal-UE extra-Ewropew. Jgħixu 4 miljun ruħ fir-reġjun tal-Artiku, li minnhom madwar terz huma membri ta’ gruppi indiġeni;

10.

josserva li d-definizzjoni tar-reġjun tal-Artiku użata fil-Komunikazzjoni tirreferi b’mod strett ħafna għar-reġjun fit-Tramuntana taċ-Ċirklu Artiku. L-impatt tal-politika integrata tal-UE ser testendi lil hinn ħafna minn dan ir-reġjun. Il-Kumitat tar-Reġjuni jipproponi li titwessa’ d-definizzjoni ġeografika tar-reġjun tal-Artiku mogħtija fil-Komunikazzjoni, fid-dawl ta’ kwistjonijiet bħalma huma l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, l-adattament għat-tibdil fil-klima u t-trawwim tal-kompetittività Ewropea, u l-indirizzar tal-ħtiġijiet u l-potenzjal tal-komunitajiet lokali u l-popolazzjonijiet indiġeni;

It-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent tal-Artiku

11.

jemmen li huwa sinifikanti li l-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, flimkien mal-protezzjoni tal-ambjent fraġli tal-Artiku, huma prominenti ħafna fost il-miżuri ta’ politika mressqin fil-Komunikazzjoni. Huwa importanti wkoll nosservaw kif, apparti l-konsegwenzi tat-tisħin tar-reġjun tal-Artiku li għandhom impatt ukoll fuq l-attività tal-UE, l-azzjoni Ewropea u globali għandha effett ukoll fuq l-iżvolġiment tat-tibdil fil-klima fir-reġjun. Il-ftehim globali dwar il-klima ser ikollu impatt sostanzjali fuq il-futur tar-reġjun tal-Artiku wkoll. Il-Komunikazzjoni tiġbed l-attenzjoni wkoll għal ftehimiet internazzjonali oħra jew il-bżonn li jiġu konklużi tali ftehimiet, anke fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali;

12.

jirrikonoxxi l-importanza – kemm issa kif ukoll fil-ġejjieni – tal-attività ta’ riċerka u l-kollaborazzjoni xjentifika dwar ir-reġjun tal-Artiku li huma enfasizzati mill-Kummissjoni. L-inizjattiva EU-PolarNet ippreżentata fil-Komunikazzjoni hija eżempju tajjeb ta’ kooperazzjoni xjentifika sinifikanti u fuq skala wiesgħa li tinvolvi universitajiet u istituti ta’ riċerka minn madwar l-Ewropa. L-inizjattiva għandha l-għan li ssaħħaħ il-koperazzjoni interdixxiplinari u li tiddetermina l-prijoritajiet xjentifiċi fuq medda qasira u twila ta’ żmien fir-rigward ta’ riċerka dwar ir-reġjun tal-Artiku. F’dan ir-rigward, l-għan propost tan-netwerk huwa li titwessa’ l-kooperazzjoni mal-partijiet interessati fl-Artiku. Il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li, meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar l-għanijiet u l-mezzi biex issir riċerka dwar ir-realtà multidimensjonali tar-reġjun tal-Artiku, huwa partikolarment importanti li jkun hemm kooperazzjoni mar-rappreżentanti lokali u reġjonali wkoll;

13.

jitlob li ssir aktar enfasi fuq ir-rwol li jaqdu l-bliet tal-Artiku fil-ħidma ta’ żvilupp. Il-bliet huma atturi ewlenin f’din il-ħidma u fl-adattament għall-kuntest li qed jinbidel. L-investimenti fl-infrastruttura muniċipali u soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija, pereżempju, u s-soluzzjonijiet meħtieġa għas-servizzi pubbliċi, speċjalment fir-reġjuni b’popolazzjoni baxxa, qed iwasslu għal attivitajiet ġodda ta’ negozju. Il-Kumitat tar-Reġjuni josserva, madankollu, li l-isfidi partikolari kkawżati minn distanzi twal, żoni b’popolazzjoni baxxa u popolazzjoni li qed tixjieħ ser ikomplu jeħtieġu attenzjoni speċjali fi ħdan il-qafas tal-politika tal-iżvilupp;

L-iżvilupp sostenibbli fl-Artiku u madwaru

14.

iqis l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi naturali bħala aspett ewlieni tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-isforzi biex tiżdied il-prosperità fir-reġjun tal-Artiku. Prerekwiżit għal dan huwa li jkun hemm konnessjonijiet effiċjenti tat-trasport u t-telekomunikazzjoni. Huwa importanti li jiġu żviluppati aktar konnessjonijiet komprensivi tat-trasport bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, bħall-konnessjoni TEN-T mill-Finlandja sal-Oċean Artiku vija n-Norveġja kif ukoll il-konnessjonijiet bejn il-Lvant u l-Punent b’mod li r-reġjuni tat-Tramuntana tan-Norveġja, l-Iżvezja u l-Finlandja jiġu konnessi man-netwerk tat-trasport tal-UE. L-investiment fir-reġjun tal-Artiku – inkluż l-investiment fit-toroq, il-linji ferrovjarji, il-broadband u n-netwerks tal-elettriku – ġeneralment jinfirex lejn ir-reġjun usa’ u b’hekk ikollu impatt pożittiv fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali fil-pajjiż inkwistjoni, inklużi dawk fl-industrija;

15.

jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-istrateġija tal-UE tat-Tkabbir Blu, li tippromovi żvilupp marittimu sostenibbli u fit-tul. Il-miżuri inklużi fl-istrateġija li huma assoċjati mal-għarfien dwar il-baħar, l-ippjanar tal-ispazju marittimu u s-sorveljanza marittima integrata qed jiġu promossi wkoll fl-Oċean Artiku. Il-miżuri ta’ żvilupp marbuta mal-promozzjoni tal-akkwakultura u l-isfruttar tal-enerġija marittima huma ta’ importanza partikolari fir-reġjun tal-Artiku;

16.

jenfasizza li l-użu tal-għarfien dwar l-Artiku fl-oqsma tal-industrija, l-enerġija, it-teknoloġija nadifa (“cleantech”) u l-iżvilupp tal-infrastruttura, kif ukoll it-turiżmu, ser jagħti spinta lill-kompetittività tal-Ewropa kollha kemm hi. Huwa importanti li tiġi promossal-kooperazzjoni fir-riċerka bejn l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka fl-Artiku. Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u t-trasformazzjoni tagħha fi prodotti u servizzi kummerċjali, huwa partikolarment fiċ-ċentru tal-attenzjoni bħala mezz biex jitmexxa ‘l quddiem l-iżvilupp sostenibbli. It-titjib tal-ambjent tan-negozju fir-reġjun tal-Artiku huwa aspett tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-suq uniku diġitali;

17.

josserva li l-prijoritajiet għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE fir-reġjun tal-Artiku huma r-riċerka u l-innovazzjoni, il-kompetittività tal-SMEs u t-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. L-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tar-reġjuni tat-Tramuntana u, f’dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni transkonfinali, il-Programm Interreg tal-Periferija tat-Tramuntana u l-Artiku, l-Interreg Nord, il-Botnia-Atlantica u l-programmi bejn in-Norveġja-l-Iżvezja – bil-għan li jinħolqu komunitajiet b’saħħithom, kompetittivi u sostenibbli – ser jipprovdu bażi soda għall-proġetti fir-reġjuni tal-Artiku tal-UE ffinanzjati permezz tal-fondi strutturali. Il-programm tal-UE dwar il-fruntiera esterna Kolarctic CBC ser jappoġġja wkoll il-koperazzjoni mar-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja, l-Iżvezja u n-Norveġja kif ukoll ir-reġjun ta’ Barents;

18.

jisħaq li l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni tal-ġejjieni għandha wkoll tagħmel disponibbli firxa ta’ strumenti finanzjarji għall-isforzi ta’ żvilupp fir-reġjun tal-Artiku, strumenti li jistgħu jintużaw biex jinstabu modi biex tiġi promossal-industrija lokali, u biex jittejbu l-għarfien, l-innovazzjoni, il-prodotti u s-servizzi li jsaħħu l-kompetittività tal-UE kollha kemm hi. Kwistjonijiet ġodda li huma ta’ importanza ċentrali jinkludu l-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari fl-Artiku, kif ukoll il-kunċett ġenerali ta’ disinn Artiku. Huwa importanti għall-UE li tkun involuta mill-qrib fl-attività ta’ riċerka u ta’ investiment fir-reġjun tal-Artiku, inkluż fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

19.

jenfasizza r-referenza li tagħmel il-Komunikazzjoni għall-potenzjal tat-teknoloġija ġdida marbuta mal-komunikazzjonijiet elettroniċi, pereżempju fiż-żamma u l-iżvilupp tan-negozji, l-għarfien u l-kultura lokali. Dan huwa partikolarment importanti għar-rappreżentanti tal-popli indiġeni. Il-Komunikazzjoni ssemmi l-laqgħat annwali tal-Kummissjoni mar-rappreżentanti tal-popli indiġeni tar-reġjun tal-Artiku. Huwa partikolarment importanti li jiġu kkunsidrati l-fehmiet tal-popli indiġeni tal-Artiku u li jiġu involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, anke fl-affarijiet nazzjonali u reġjonali;

20.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi qawwija dwar l-importanza tal-kooperazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ politika integrata għall-Arktiku. Kwistjoni oħra enfasizzata hija l-ħtieġa għal użu aktar effettiv tal-istrumenti differenti ta’ finanzjament għall-promozzjoni tal-investiment fir-reġjun tal-Artiku, u huwa għalhekk li l-Kummissjoni tipproponi forum temporanju għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Artiku (forum Ewropew tal-partijiet interessati tal-Artiku). Ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma mistiedna jieħdu sehem f’dan il-forum ta’ kooperazzjoni, li għandu r-rwol li jiddetermina l-prijoritajiet prinċipali ta’ investiment u riċerka għall-finanzjament tal-UE sa tmiem l-2017. Il-Kumitat tar-Reġjuni jipproponi li l-konfigurazzjoni preċiża u l-mandat tal-forum jiġu speċifikati, peress li l-forum għadu fi stadju bikri;

21.

jipproponi li, bħala parti mill-ħidma tal-forum ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tħejji gwida dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli fir-reġjun tal-Artiku (kif ġara fil-każ tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Baħar Baltiku) u li tipprovdi informazzjoni dwar is-suġġett permezz ta’ diversi avvenimenti u laqgħat ta’ netwerking. Dan għandu jinkludi wkoll, flimkien mal-ħidma tal-Forum Ewropew tal-Partijiet Interessati tal-Artiku, kontribut għall-Forum annwali tal-UE dwar l-Artiku, li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tistabbilixxi fl-2018;

Kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet marbutin mal-Artiku

22.

iqis il-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali bħala waħda mill-kwistjonijiet ewlenin fil-Komunikazzjoni. L-importanza strateġika dejjem tikber tar-reġjun tal-Artiku tista’ jwassal għal kunflitti ta’ interess, li jfisser li l-kooperazzjoni internazzjonali mill-qrib ser issir dejjem aktar importanti. Il-kooperazzjoni fl-Artiku sseħħ fil-qafas ta’ diversi strutturi eżistenti. Il-Kunsill tal-Artiku hu forum intergovernattiv ewlieni li jippromovi li l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tal-Artiku bejn il-pajjiżi, il-komunitajiet indiġeni u persuni oħrajn li jgħixu fir-reġjun tal-Artiku. Il-Kunsill Ewro-Artiku ta’ Barents u l-Kunsill Reġjonali ta’ Barents jaħdmu biex jippromovu l-iżvilupp stabbli u sostenibbli fir-reġjun ta’ Barents. Il-kooperazzjoni tal-UE f’dak li jirrigwarda l-Baħar Baltiku hija marbuta wkoll mal-qafas ġenerali tal-kooperazzjoni fl-Artiku;

23.

jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni li għaddejja mar-Russja fil-qafas tad-Dimensjoni tat-Tramuntana. Il-possibbiltajiet li l-kooperazzjoni tlaqqa’ flimkien l-intrapriżi, ir-riċerkaturi u ċ-ċittadini għenu biex jiġu żviluppati proġetti ambjentali, kummerċjali u kulturali speċifiċi;

24.

jemmen li huwa importanti li l-istrutturi eżistenti ta’ kooperazzjoni jintużaw fil-ħidma biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunikazzjoni. L-UE hija attivament involuta fil-ħidma ta’ organizzazzjonijiet u forums internazzjonali differenti. Hija applikat għal status ta’ osservatur fil-Kunsill tal-Artiku, u huwa importanti li l-Istati Membri jħabirku favur l-ikkompletar ta’ dan il-proċess;

25.

fl-aħħar nett, jinnota li l-importanza strateġika tar-reġjun tal-Artiku għall-UE qed tiżdied il-ħin kollu, kif qed jiżdied ukoll il-bżonn li l-UE tieħu passi biex jingħelbu l-isfidi tal-ambjent naturali tar-reġjun tal-Artiku u kundizzjonijiet soċjoekonomiċi speċifiċi. L-UE għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi li mhumiex fl-UE biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-ambjent globali tar-reġjun tal-Artiku. Huwa importanti li jissaħħaħ l-approċċ integrat mhux l-inqas billi jinħolqu rabtiet u sinerġiji bejn id-diversi programmi ta’ finanzjament u għodod oħra ta’ finanzjament. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti fi programmi u proġetti ewlenin għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali, il-konnessjonijiet tat-trasport u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli fir-reġjun tal-Artiku.

Brussell, it-8 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/104


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm LIFE

(2017/C 207/18)

Relatur:

Witold Stępień (PL/PPE), Marixxall tar-Reġjun ta’ Łódz

Dokument ta’ referenza:

Ittra mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Settembru 2016

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ t-talba tal-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni ta’ prospettiva dwar is-suġġett, u permezz tal-opinjoni jfittex li jikkontribwixxi għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm LIFE 2014-2020 kif previst fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (“ir-Regolament LIFE”), l-att ta’ implimentazzjoni li jadotta t-tieni Programm ta’ Ħidma Pluriennali LIFE (MAWP) 2018-2020 (l-Artikolu 24(4) tar-Regolament LIFE), u l-iżvilupp tal-programm LIFE li jmiss taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2020-2027;

2.

jemmen li l-protezzjoni tal-ambjent u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, fil-futur se ssir ukoll waħda mill-għanijiet prinċipali tal-Unjoni Ewropea. Il-programm ambjentali LIFE isaħħaħ il-kapital naturali tal-Ewropa, kif ukoll is-servizzi tal-ekosistema assoċjati miegħu u jikkontribwixxi, skont l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat tar-reġjuni (KtR), għall-ħolqien ta’ impjiegi “ekoloġiċi”, intraprenditorija lokali kif ukoll għal tkabbir ekonomiku intelliġenti u sostenibbli li jippromovi l-inklużjoni soċjali; Il-ħolqien ta’ strumenti ġodda bħas-subprogramm dwar l-azzjoni klimatika jitqies essenzjali fid-dawl tal-isfidi klimatiċi Ewropej li qed ifiġġu, kif ukoll minħabba li dan huwa pijunier importanti għall-aġenda lokali u reġjonali fil-qafas tal-istrateġija tal-UE għall-adattament tat-tibdil fil-klima (1), kif ukoll jgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika u tal-enerġija tal-UE fil-perjodu 2020-2030 (2), u jikkontribwixxi għall-Ftehim ta’ Pariġi (3).

3.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fost il-benefiċjarji ewlenin tal-programm LIFE li jagħmlu użu dirett minnu – permezz tal-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE – kif ukoll billi jiżviluppaw sħubijiet lokali u reġjonali. L-attraenza tal-programm għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tirriżulta mill-firxa wiesgħa ta’ prijoritajiet tematiċi ffinanzjati, l-opportunitajiet għall-kooperazzjoni ma’ bosta partijiet interessati, kif ukoll id-diversità ta’ mudelli ta’ finanzjament;

4.

jafferma mill-ġdid li huwa jappoġġja b’mod qawwi l-kontinwazzjoni tal-programm LIFE wara l-2020 bħala programm indipendenti, ġestit b’mod dirett u ddedikat esklużivament għall-ambjent, kif ukoll jappoġġja żieda sostanzjali fil-baġit tiegħu u b’impatt sinifikattiv f’termini ta’ żieda fl-impjiegi u fit-tkabbir (4). Fid-dawl tal-isfidi ġodda li qed ifiġġu fil-qasam ambjentali u klimatiku, kif ukoll il-ħtieġa għall-innovazzjoni, huma meħtieġa approċċi speċifiċi li jindirizzaw l-integrazzjoni inkonsistenti tal-objettivi relatati mal-ambjent u l-klima fil-prattiki tal-Istati Membri individwali u fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni:

Sezzjoni 1. Tibdil fl-eliġibbiltà tan-nefqa

B’rabta mal-prijoritajiet tal-UE

5.

iqis li l-prijoritajiet tematiċi tal-programm LIFE elenkati fl-Anness III tar-Regolament LIFE (5) għadhom validi, u għalhekk huwa ma jara l-ebda ħtieġa f’dan ir-rigward li jitwettaq rieżami ta’ nofs it-terminu abbażi ta’ att delegat skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament LIFE:

6.

għadu mħasseb ħafna li l-baġit totali allokat għas-subprogramm tan-Natura u tal-Bijodiversità taħt LIFE 2014-2020 huwa ta’ madwar EUR 1 155 biljun, filwaqt li l-KE tistma li jinħtieġu EUR 5 8 biljuni (6) f’investimenti annwali għan-netwerk kollu Natura 2000 għal protezzjoni adatta tan-natura fl-UE, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Il-KtR jistenna li wieħed mir-riżultati sinifikanti tal-eżerċizzju li għaddej bħalissa dwar l-idoneità tad-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar jkun in-nuqqas ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni adatta tagħhom, kif ġie enfasizzat ukoll mill-KtR (7). Għaldaqstant, il-KtR jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta att delegat, skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament LIFE, biex iżżid l-allokazzjoni ta’ fondi għall-għotjiet għal azzjoni taħt il-programm LIFE għan-Natura u l-Bijodiversità u biex iżżomm baġit sostanzjalment ogħla wara l-2020, biex b’hekk tiżdied b’mod sostanzjali l-kontribuzzjoni tal-programm LIFE għall-finanzjament tan-Natura 2000;

7.

jirrakkomanda bil-qawwa ż-żamma u t-tisħiħ tas-subprogramm dwar il-klima fit-tieni MAWP u wara l-2020, peress li dan huwa pijunier importanti għall-azzjoni lokali u reġjonali fl-aġenda politika dwar il-klima tal-UE u dik internazzjonali. Dan jista’ jsir permezz ta’ żieda sostanzjali fil-baġit allokat għal azzjonijiet klimatiċi u ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, u filwaqt li titqies ir-reviżjoni li jmiss tal-istrateġija għall-adattament tat-tibdil fil-klima tal-UE (8); Barra minn hekk, il-prijoritajiet tematiċi u s-suġġetti tal-proġetti taħt is-sottoprogramm Azzjoni Klimatika għandhom jiġu definiti u konnessi mal-għotjiet ta’ azzjoni. B’mod partikolari, fir-rigward tal-qasam prijoritarju “Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima”, huma għandhom jirreferu għall-prijoritajiet ta’ politika tal-UE u l-kontribut tas-setturi ewlenin tal-ekonomija, bħall-enerġija u t-trasport għax-xejriet tal-emissjonijiet tal-GHG;

8.

jemmen li l-programm LIFE jaqdi rwol importanti fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-klima, il-promozzjoni tal-ekoinnovazzjoni u l-bini tal-kapaċità għal strumenti ġodda bħall-infrastruttura ekoloġika (9) u s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (10); iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tissokta b’dan l-approċċ kemm fil-programm pluriennali attwali, kif ukoll wara l-2020;

9.

jenfasizza li l-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari kif imsemmi fil-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ekonomija ċirkolari, kif ukoll li huwa appoġġjat mill-KtR (11), ser jeħtieġ sorsi pubbliċi u privati ta’ finanzjament, sabiex ikomplu jiżdiedu t-teknoloġiji u l-proċessi mtejba, jinħolqu infrastrutturi u tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-atturi fil-katina tal-valur; iqis li l-prijoritajiet tematiċi għall-iskart u l-effiċjenza tar-riżorsi huma konformi b’mod ġenerali ma’ dan l-approċċ u jirrikjedu li t-tieni MAWP jitkompla f’dan ir-rigward, filwaqt li ssir referenza espliċita għall-ekonomija ċirkolari u tingħata preferenza għal kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fl-istrateġija li jmiss dwar il-plastik f’ekonomija ċirkolari u dwar l-iskart tal-kostruzzjoni u l-binjiet fi ħdan programm LIFE futur;

10.

jilqa’ bi pjaċir ir-rwol tal-programm LIFE li indirizza l-implimentazzjoni inkonsistenti u mhux adatta, kif ukoll l-infurzar tal-leġislazzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri, li huwa wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-KtR (12). Dan l-approċċ għandu jitkompla u jiġi rinfurzat sew fil-programm li jmiss permezz tal-implimentazzjoni ulterjuri tal-proġetti integrati, kif ukoll permezz tal-qasam prijoritarju tal-Governanza Klimatika u Informazzjoni tal-programm LIFE;

11.

jisħaq ukoll, f’dan il-kuntest, dwar il-kontribut tal-programm LIFE għall-għan tal-UE għal regolamentazzjoni aħjar, għall-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli u impjiegi u għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-protezzjoni tal-klima billi jiġu stabbiliti u adattati l-objettivi rispettivi u permezz ta’ mekkaniżmi aħjar biex jingħataw rispons u esperjenzi mill-proġetti appoġġjati; jisħaq ukoll, madankollu, li l-għan primarju tal-programm LIFE għandu jibqa’ l-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità bħala għan proprju, għaliex ikunu f’riskju l-wirt bijoloġiku tal-Ewropa u tal-umanità.

Il-baġit u l-istruttura tal-infiq

12.

itenni t-tħassib tiegħu dwar il-finanzjament limitat għall-programm LIFE li, fl-MAWP 2014-2020, jammonta biss għal madwar 0,3 % tal-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1311/2013. Il-KtR jtenni t-talba tiegħu espressa fl-2012 biex tiġi applikata żieda sostanzjali fil-baġit tal-programm wara l-2020 (13);

13.

jinnota li r-rati inferjuri ta’ kofinanzjament (14) jistgħu jkunu ta’ detriment biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm LIFE, minħabba li l-benefiċjarji jiddeċiedu b’mod selettiv dwar l-applikazzjoni għall-finanzjament, b’mod partikolari fil-każ ta’ msieħba li ma għandux skop ta’ qligħ; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tgħolli r-rati ta’ kofinanzjament fil-programm LIFE li jmiss, sabiex tallinja aħjar ir-rati ta’ kofinanzjament tal-programm LIFE mar-rati u d-divrenzjar tagħhom, kif applikati fi programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-UE ġestiti b’mod konġunt jew dirett għal reġjuni anqas żviluppati. Rati speċifiċi ta’ kofinanzjament għall-għotjiet relatati mal-azzjoni dwar in-natura u l-bijodiversità jistgħu jiġu determinati abbażi ta’ fattur ibbażat fuq il-kopertura taż-żoni protetti kif ukoll fuq il-prosperità ekonomika ta’ reġjun (pereżempju livell NUTS 3) mingħajr, madankollu, ma jinħoloq żbilanċ ta’ detriment għar-reġjuni aktar żviluppati;

14.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-regola ta’ 102 % għal istituzzjonijiet pubbliċi, li skontha l-kontribut proprju għall-baġit tal-proġett għandu jkun mill-inqas 2 % ogħla mill-ispiża totali stmata għar-remunerazzjoni tal-impjegati pubbliċi. Din ir-regola spiss tagħmilha diffiċli jew impossibbli għall-awtoritajiet pubbliċi (b’mod partikolari għaċ-ċentri xjentifiċi u ta’ riċerka, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi) biex jipparteċipaw fi proġetti, għalkemm il-parteċipazzjoni tagħhom hija ta’ spiss kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġett LIFE;

15.

għandu dubji dwar ir-restrizzjoni fuq il-finanzjament tal-infrastruttura disponibbli skont il-programm LIFE, b’mod partikolari għal proġetti infrastrutturali kbar; Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-evalwazzjoni tqis ir-riskju potenzjali li proġetti ffinanzjati mill-programm LIFE jistgħu jiffukaw aktar fuq il-bini tal-kapaċità pjuttost milli biex iħallu impatt reali fuq l-ambjent jew il-klima;

16.

jitlob li jiġu applikati aktar rati u ammonti fissi biex jissemplifikaw ir-rapportar dwar il-VAT, mingħajr ma tiġi affettwata l-eliġibbiltà (15), kif diġà huwa previst fi premessa 38 fir-Regolament LIFE eżistenti. jafferma mill-ġdid il-fehma tiegħu li l-esklużjoni tal-VAT mill-ispejjeż eliġibbli ser tiskoraġġixxi lil bosta applikanti potenzjali milli jfasslu proposta. Il-VAT għandha tkompli tiġi rikonoxxuta bħala spiża eliġibbli, jekk il-benefiċjarji jkunu jistgħu jipprovdu evidenza li ma tkunx tista’ tiġi rkuprata (16);

17.

jenfasizza li x-xiri ta’ art (skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament LIFE) għandu jibqa’ eliġibbli għall-finanzjament fil-qafas tal-Programm LIFE, iżda anke li tinżamm il-kundizzjoni li l-art mixtrija għandha tiġi riżervata għall-konservazzjoni tan-natura fuq tul ta’ żmien. Ix-xiri tal-art spiss huwa prerekwiżit għall-konservazzjoni tas-siti Natura 2000 u biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tan-natura fuq perjodu ta’ żmien twil;

Is-semplifikazzjoni tal-amministrazzjoni

18.

jenfasizza li l-piż amministrattiv relatat mat-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-proġetti, ta’ spiss jiskoraġġixxu lir-reġjuni milli japplikaw għall-għotjiet tal-programm LIFE. Dan japplika b’mod partikolari għal proġetti kbar (bħalma huma l-proġetti integrati), fejn l-applikanti, b’mod partikolari dawk l-imsieħba b’inqas esperjenza, iridu jinvestu ħafna ħin, enerġija u riżorsi personali, sabiex jissottomettu applikazzjoni sħiħa u promettenti. Għalhekk, bħalma diġà rrimarka l-KtR f’opinjoni preċedenti (17), huma meħtieġa semplifikazzjoni tal-proċeduri tal-applikazzjoni u tal-amministrazzjoni, kif ukoll ħinijiet iqsar ta’ stennija sakemm tittieħed id-deċiżjoni dwar il-finanzjament tal-proġett;

19.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra l-possibbiltà ta’ applikazzjonijiet għal proġetti tradizzjonali taħt il-programm LIFE li jiġu sottomessi f’żewġ stadji, kif kien jiġri s’issa fil-każ ta’ proġetti integrati. L-ewwel stadju għandu jikkonsisti f’ħarsa ġenerali qasira tal-proġett propost (dokumenti kunċettwali) u, jekk jirċievi valutazzjoni pożittiva, il-benefiċjarju għandu mbagħad jibgħat proposta sħiħa. Iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex issib modi kif jiġu ssemplifikati l-proċeduri għall-approvazzjoni finali tal-elementi finanzjarji u tekniċi ta’ proġetti u biex tifrixhom tul il-perjodu kollu tal-proġett. Dan ser jagħti lill-operaturi flessibbiltà akbar u jitnaqqas ir-riskju li ssir enfasi fuq l-aspetti finanzjarji u amministrattivi a skapitu tal-kontenut tekniku tal-proġett;

20.

jilqa’ l-fatt li fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE, kif ukoll fl-ewwel MAWP 2014-2017, issir enfasi fuq l-evalwazzjoni tas-suċċess tal-programm LIFE b’indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi ġodda; jitlob madankollu aktar simplifikazzjoni, minħabba li bosta indikaturi ma jistgħux jiġu vvalutati b’mod affidabbli matul il-proġett. Dawn għandhom jitfasslu b’mod aktar flessibbli u għandhom jiġu adattati għall-karatteristiċi lokali u reġjonali, u għandu jitqassar il-ħin għar-rapportar;

Sezzjoni 2. Il-kumplementarjetà tas-sistemi ta’ finanzjament u implimentazzjoni fost il-programmi ffinanzjati mill-UE

Il-kumplementarjetà ma’ fondi oħra tal-UE

21.

jirrikonoxxi li l-kumplementarjetà u l-koerenza tal-programm LIFE ma’ fondi oħrajn tal-UE, bħall-fondi għall-politika ta’ koeżjoni (FSE, FEŻR, Fond ta’ Koeżjoni), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) ġew imsaħħa fil-MAWP attwali; Huwa jħeġġeġ sabiex jiġu stabbiliti sinerġiji u kooperazzjoni strutturata ma’ fondi oħra tal-UE għall-iżvilupp ulterjuri tal-programm LIFE wara l-2020 (18);

22.

jemmen li l-programm LIFE huwa programm żgħir, iżda flessibbli, li jappoġġja miri ambizzjużi ta’ protezzjoni ambjentali u tal-klima li mhumiex appoġġjati b’mod dirett minn programmi oħrajn tal-UE jew li jiġu implimentati f’qasam differenti minn dawn il-programmi. Il-programm jappoġġja proġetti speċifiċi fil-livell reġjonali, li huwa katalista eċċellenti għal proġetti oħra u għall-mobilizzazzjoni tal-fondi nazzjonali u privati (19). Il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa mudell għal koordinazzjoni komprensiva bejn il-programm LIFE u programmi oħrajn tal-UE relatati b’mod dirett jew indirett mal-protezzjoni ambjentali u tal-klima;

L-użu fl-Istati Membri

23.

jinsab imħasseb dwar l-użu inkonsistenti tal-programm LIFE fl-Istati Membri u r-reġjuni. Huwa meħtieġ pjan ta’ azzjoni robust sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-programm LIFE fil-pajjiżi b’inqas suċċess u sabiex jiżdied l-interess għall-parteċipazzjoni fih (20), kemm fit-tieni MAWP, kif ukoll fi programm LIFE futur. Il-pjan ta’ azzjoni jista’ jiġi introdott fir-reviżjoni annwali tal-effiċjenza ta’ użu ta’ fondi f’kull Stati Membru;

24.

jissuġġerixxi, fid-dawl tal-osservazzjonijiet preċedenti, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-abolizzjoni gradwali li għaddejja bħalissa tal-allokazzjonijiet nazzjonali għal proġetti tradizzjonali tal-programm LIFE. L-abolizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali tista’ żżid id-disparitajiet ġeografiċi fl-użu tal-fondi tal-programm LIFE u tista’ tnaqqas il-possibilitajiet tal-pajjiżi b’inqas esperjenza, filwaqt li jibqgħu jiffaċċjaw sfidi ambjentali u tal-klima; jissuġġerixxi li titqies sistema fejn l-allokazzjonijiet isiru għal perjodu ta’ sena, minflok erba’ snin, sabiex b’hekk ikun hemm aktar flessibbiltà fir-rigward tar-riżorsi baġitarji disponibbli u d-distribuzzjoni ġeografika tal-użu tal-fondi, iżda jenfasizza li l-proġetti li jiġu ffinanzjati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti f’termini ta’ innovazzjoni u r-riproduċibbiltà sabiex jinħoloq valur miżjud Ewropew. Bħala alternattiva, jipproponi li tinżamm parti tal-baġit biex tiġi allokata individwalment għal kull pajjiż filwaqt li l-parti li jifdal tkun disponibbli b’mod konġunt għall-Istati Membri fuq bażi kompetittiva għalkollox;

25.

jirrikonoxxi li xi punti ta’ kuntatt nazzjonali għamlu sforzi addizzjonali biex jattiraw applikanti ġodda; Jitlob lil dawk l-Istati Membri li ftit għamlu użu mill-fondi biex jimpenjaw lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom għall-promozzjoni attiva tal-programm fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

26.

jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-miżuri ta’ taħriġ f’dawk l-Istati Membri b’inqas esperjenza u li ftit għamlu użu mill-fondi. L-għan għandu jkun li tissaħħaħ il-kapaċità tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali u reġjonali u li l-applikanti jiġu appoġġjati b’mod attiv, sabiex jiżdied in-numru ta’ applikazzjonijiet ta’ kwalità tajba, b’mod partikolari fil-pajjiżi li jiffaċċjaw sfidi ambjentali u tal-klima sinifikanti, kif ukoll dawk li għandhom inqas esperjenza fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal fondi tal-programm LIFE;

Sezzjoni 3. L-iżvilupp ta’ kunsens pubbliku u t-tisħiħ ta’ sħubiji reġjonali u interreġjonali

Ir-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u l-aspetti soċjali

27.

jinnota li l-programm LIFE joffri bosta għodod u proċeduri li jippromovu r-replikazzjoni u t-trasferiment ta’ soluzzjonijiet, u li huwa perfettament adattat biex juri l-vantaġġi tal-investimenti fil-protezzjoni ambjentali u tal-klima lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Id-durabilità tar-relazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati tiddependi fuq l-esperjenza tagħhom, il-kuntatti fil-livell lokali u bejn ir-reġjuni, u l-impenn tagħhom għal koperazzjoni u sensibilizzazzjoni. L-iżvilupp ta’ din is-sensibilizzazzjoni huwa proċess fit-tul. Il-KtR iħeġeġġ aktar investimenti għall-iżvilupp ta’ din il-kapaċità (21), permezz tal-finanzjament ta’ proġetti ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet anke wara l-2020;

28.

jemmen li l-protezzjoni tal-ambjent u n-natura u l-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima dejjem għandhom isibu bilanċ fost għanijiet differenti filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà tal-bniedem, il-ħajja u l-proprjetà. Hemm bżonn ta’ azzjoni u appoġġ għall-proġetti biex jintlaħqu kompromessi aċċettabbli f’dan il-qasam fost il-partijiet interessati kollha u l-proġetti LIFE jistgħu jikkontribwixxu għal dan. Il-KtR iħeġġeġ lill-KE sabiex, hija u tevalwa l-applikazzjonijiet għall-proġetti, tikkunsidra l-potenzjal ta’ proġett li jippromovi t-tfassil ta’ regoli ġodda li jarmonizzaw il-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem mhedda minn ċerti speċijiet mal-protezzjoni ta’ speċijiet mhedda. Jissuġġerixxi wkoll li waħda mill-kundizzjonijiet għal proġett biex jingħata valutazzjoni pożittiva għandu jkun pjan għal dibattitu pubbliku miftuħ għall-partijiet interessati fit-territorju inkwistjoni u għall-analiżi tal-proposti tagħhom;

L-ekoinnovazzjoni u l-adozzjoni mis-suq

29.

jirrikonoxxi l-importanza tal-programm LIFE biex l-innovazzjoni tiżviluppa fl-UE u jitlob li jiġi kkunsidrat kif il-kummerċjalizzazzjoni tal-prototipi u s-soluzzjonijiet żviluppati fi ħdan il-programm LIFE jistgħu jiġu msaħħa permezz ta’ mudell ta’ finanzjament adatt. L-introduzzjoni ta’ proċedura rapida (“fast-track”) ladarba jitlestew il-proġetti LIFE għandha tippermetti li l-innovazzjoni żviluppata permezz ta’ proġetti LIFE titqiegħed fis-suq b’mod aktar effettiv. Dan ser itejjeb il-kompetittività tal-UE fis-swieq dinjija u jagħmilha possibbli biex jinħolqu impjiegi ekoloġiċi ġodda;

30.

jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza fundamentali tal-involviment tal-istituti xjentifiċi u tar-riċerka u tas-settur privat fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ekoinnovazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissokta b’mekkaniżmi li jiffaċilitaw kooperazzjoni ta’ dan it-tip. Fost affarijiet oħra, il-Kumitat jitlob li jsir rieżami tal-klawsola li tippermetti li l-prototipi żviluppati permezz ta’ proġetti LIFE jitqiegħdu fis-suq biss wara t-tlestija tagħhom. Tali dispożizzjoni tiskoraġġixxi lin-negozji u lill-istituti tax-xjenza u r-riċerka milli jipparteċipaw fi proġetti ta’ innovazzjoni;

31.

jemmen li, sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-programm LIFE għat-trasformazzjoni tal-ekonomija Ewropea f’waħda ċirkolari b’sistema ta’ produzzjoni u konsum dekarbonizzata, sfida ewlenija għat-tieni MAWP u għal programm LIFE futur hija l-iżvilupp minn proġetti ekoinnovattivi, ta’ dimostrazzjoni u proġetti pilota għal livell industrijali. Għandhom jiġu mistħarrġa possibbiltajiet ġodda, sabiex tiġi promossa d-disseminazzjoni, kif ukoll l-kummerċjalibbiltà tar-riżultati ta’ proġetti LIFE innovattivi; Il-KtR jistieden lill-KE tevalwa jekk għal programm LIFE futur ikunux siewi li jingħata appoġġ addizzjonali għal proġetti li jkunu rnexxew, pereżempju biex jappoġġja l-iżvilupp tal-aħjar ekoinnovazzjonijiet permezz ta’ strumenti finanzjarji oħra wkoll;

Is-sostenibbiltà fit-tul, ir-riproduċibbiltà u t-trasferibbiltà tar-riżultati tal-proġetti

32.

jirrikonoxxi li l-proġetti LIFE għandhom impatt pożittiv fit-tul, kif ukoll riżultati riproduċibbli u trasferibbli (22), iżda xorta waħda jara li hemm lok għal titjib. Fit-tieni MAWP u wara l-2020, għandu dejjem jiġi żgurat li r-riżultati tal-proġetti jkunu sostenibbli, jiġu trażmessi u riprodotti, minħabba li dawn huma essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm LIFE, għall-użu effettiv tal-fondi, għat-titjib tal-ekoinnovazzjoni u għall-promozzjoni ta’ tkabbir sostenibbli u responsabbli; jistieden lill-KE tistabbilixxi kriterji tal-għażla ċari għall-evalwazzjoni tal-potenzjal għas-sostenibbiltà, ir-riproduċibbiltà u t-trasferibbiltà (SRT – sostenibbiltà, riproduċibbiltà/kapaċità ta’ replikazzjoni, trasferibbiltà) fit-tul tar-riżultati tal-proġett matul l-istadju tal-applikazzjoni, u indikaturi għall-evalwazzjoni tal-effiċjenza f’termini ta’ SRT matul u wara l-implimentazzjoni;

33.

jagħti importanza partikolari lill-appoġġ għal proġetti li għandhom l-għan li jfasslu stħarriġ statistiku dwar il-popolazzjoni tal-ispeċijiet li jaqgħu fil-kategorija ta’ annimali protetti u dwar id-daqs tal-ħabitat tagħhom, u jipprevedi dak l-għan biex jiġi studjat kemm il-ħabitats naturali li huma kklassifikati bħala protetti huma fil-periklu, ir-raġunijiet għal dan u l-fatturi ta’ riskju;

34.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-annimali selvaġġi qegħdin dejjem iżjed jiġu spustati barra mill-ħabitat naturali tagħhom u, għalhekk, jitlob li jiġu żviluppati u implimentati b’mod integrat miżuri innovattivi għall-ġestjoni ta’ kriżijiet sabiex jikkonservaw il-ħabitat naturali tal-annimali;

35.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea għandha tiżviluppa pjan ta’ SRT għall-programm LIFE, sabiex tkompli ttejjeb il-prestazzjoni tal-programm f’dan ir-rigward. Dan jista’ jinkludi l-miżuri li ġejjin (23): l-iżvilupp ulterjuri ta’ “pjattaforma ta’ innovazzjoni” – abbażi tal-bank tad-data onlajn dwar proġetti LIFE għat-tiftix ta’ ekoideat li jistgħu jiġu riprodotti; it-tixrid ta’ tagħrif dwar l-innovazzjoni, b’mod effiċjenti u mmirat; il-ħolqien ta’ pjattaformi tematiċi, netwerks u raggruppamenti ta’ proġetti skont oqsma ta’ prijorità; l-użu aħjar tal-għodod ta’ komunikazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-programm LIFE; l-iżvilupp ulterjuri tal-għażla u t-tixrid tar-riżultati “tal-aħjar fost l-aħjar” mill-proġetti LIFE (24);

36.

sabiex tkompli tissaħħaħ is-sostenibbiltà fit-tul tal-proġetti LIFE, irid li jinżamm l-obbligu li jiġi sottomess pjan għall-perjodu ta’ wara t-tlestija (after-LIFE) tal-proġetti sabiex jagħti prova dwar il-finanzjament ulterjuri għaż-żamma tar-riżultati tal-proġett, jidentifika l-korp responsabbli għall-kontinwità tal-persunal, l-għajnuna formali tal-awtoritajiet u l-komunikazzjoni mal-partijiet interessati lokali;

It-tipi ta’ investiment u strumenti ta’ finanzjament ġodda

37.

iqis li l-forom ta’ finanzjament tal-programm LIFE stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament LIFE huma validi u jappoġġjaw varjetà kbira ta’ alternattivi ta’ finanzjament għar-reġjuni, iżda jappella sabiex jiġu riveduti r-riżultati miksuba matul il-perjodu 2014-2017 bil-għan li dawn jitjiebu fil-programm LIFE li jmiss;

38.

jirrikonoxxi l-funzjoni katalitika importanti ta’ proġetti integrati għall-awtoritajiet pubbliċi biex inaqqsu d-disparitajiet fl-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-UE. Filwaqt li jemmen li għad ma hemmx biżżejjed esperjenza disponibbli dwar dan it-tip ta’ finanzjament, jissuġġerixxi li il-baġit tiegħu fit-tieni MAWP jinżamm fil-livell speċifikat fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament LIFE. Il-KtR jissuġġerixxi li ssir valutazzjoni tar-riżultati tal-proġett integrat fl-aħħar tal-2020, u jemmen li dan jista’ jkun saħansitra strument aktar importanti fil-programm LIFE futur; dan jgħodd b’mod partikolari għall-appoġġ ta’ proġetti integrati għal Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata sabiex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni għan-Natura 2000;

39.

jitlob li fil-programm LIFE li jmiss jinżammu l-“proġetti tal-għajnuna teknika”, sabiex jiġu appoġġjati dawk il-benefiċjarji li għadhom ma wettqux proġett integrat fid-dawl tal-kumplessità, id-dewmien u r-riżorsi meħtieġa għat-tħejjija tal-applikazzjoni għall-proġett integrat (25);

40.

jilqa’ bi pjaċir żewġ strumenti finanzjarji ġodda: il-Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE) u l-Faċilità ta’ Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF), li joffru opportunitajiet ġodda biex jattiraw investituri privati, sabiex dawn jiffinanzjaw proġetti relatati mal-effiċjenza enerġetika u l-kapital naturali, kif ukoll jgħinu fit-tnedija ta’ tranżizzjoni ġenerali lejn il-finanzjament ekoloġiku. Jirrikonoxxi li ż-żewġ strumenti għadhom ma laħqux il-potenzjal sħiħ tagħhom, l-aktar minħabba n-novità tal-proġetti u livell ta’ kumplessità amministrattiva fl-ewwel xhur tal-implimentazzjoni; Il-KtR jistieden lill-KE biex tkompli tissorvelja l-programmi u tiżviluppa metodoloġija għall-valutazzjoni tal-effiċjenza tagħhom; Huwa jistieden ukoll lill-KE tikkunsidra l-estensjoni tal-istrumenti eżistenti jew l-introduzzjoni ta’ strument finanzjarju ġdid, iffinanzjat tajjeb, bl-għan li jiġu attirati wkoll investituri għall-qasam prijoritarju dwar l-Ambjent u l-Effiċjenza fir-Riżorsi. Jappoġġja t-talba tal-Parlament Ewropew li l-PF4EE għandu jiggarantixxi li l-proġetti jkollhom impatti adatti, pożittivi u li jistgħu jintwerew b’mod xjentifiku fuq id-diversità bijoloġika;

41.

jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-PF4EE, li jappoġġja l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, billi jipprovdi finanzjament kif ukoll appoġġ tekniku u għarfien speċjalizzat lill-benefiċjarji. Il-Kumitat jissuġġerixxi li, biex isir użu aħjar mill-potenzjal tal-PF4EE, għandha titqies il-possibilità li dan il-mekkaniżmu jiġi ttrattat bħala finanzjament komplementari tal-proġetti LIFE fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Il-KE għandha tagħmel referenza għall-possibbiltà ta’ finanzjament komplementari ta’ dan it-tip fil-linji gwida annwali maħruġa għall-applikanti. Dan il-mudell għandu jinżamm sat-tmiem tat-tieni MAWP, kif ukoll wara l-2020 f’każ ta’ evalwazzjoni pożittiva tal-istrument;

42.

jilqa’ l-fatt li l-NCFF indirizzat l-isfida diffiċli u ġdida għal kollox fir-rigward ta’ finanzjament għal proġetti relatati ma’ servizzi tal-ekosistema u inċentivi sabiex is-settur privat jinvesti f’dan il-qasam; iqis li l-investimenti fis-servizzi tal-ekosistema huma l-futur tal-Ewropa u jilqa’ bi pjaċir il-fatt li dawn l-isfidi huma indirizzati fil-programm LIFE. Il-Kumitat jirrakkomanda li tiġi analizzata u evalwata l-operazzjoni tal-mekkaniżmu NCFF abbażi kemm tar-riżultati attwali u dawk proġettati tiegħu, sabiex jiġi żgurat li dan jintuża b’mod effettiv sal-aħħar tat-tieni MAWP, u sal-2020 f’każ ta’ valutazzjoni pożittiva;

43.

jirrikonoxxi r-rwol innovattiv tal-programm LIFE u jqis li l-miżuri ambjentali u tal-klima mhux dejjem jirrikjedu l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi, iżda bosta drabi jiddependu fuq il-kontinwazzjoni ta’ miżuri eżistenti jew inkella fuq l-applikazzjoni fil-prattika ta’ innovazzjonijiet żviluppati fi proġetti oħra; Il-KtR jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippromovi żewġ tipi ta’ proġetti: proġetti innovattivi, u proġetti li jqisu l-ħtiġijiet ambjentali u tal-klima attwali. L-għoti tas-sussidji ma jkunx marbut mal-ħolqien ta’ innovazzjoni ġdida, iżda pjuttost mal-kontinwazzjoni tal-attivitajiet li diġà qed isiru bl-użu tal-innovazzjoni u l-aħjar prattiki minn proġetti LIFE oħrajn;

Brussell, id-9 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2013) 216 final.

(2)  COM(2014) 015 final.

(3)  Ara wkoll COR-2016-01412-00-01-AC-TRA.

(4)  CDR86-2012_FIN_AC.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013.

(6)  http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/financing/docs/financing_natura2000.pdf. Għandu jiġi nnotat li dan jeskludi l-Kroazja.

(7)  COR-2015-02624-00-01-AC-TRA, CDR86-2012_FIN_AC.

(8)  Ara wkoll l-opinjoni tal-KtR ENVE-VI/015 li qed titħejja.

(9)  COM(2013) 249 final.

(10)  Towards an EU Research and Innovation policy agenda for Nature-Based Solutions & Re-Naturing Cities, Kummissjoni Ewropea 2015.

(11)  COR-2016-01415-00-01-AC-TRA, COM(2015) 614 final.

(12)  COR-2015-05660-00-00-AC-TRA.

(13)  COM(2015) 614 final, appoġġjata mill-Opinjoni tal-KtR CdR 1415/2016.

(14)  Proġetti tradizzjonali fil-qasam tan-natura u l-bijodiversità”: 60 % ta’ kofinanzjament, iżda 75 % għall-proġetti li jindirizzaw l-ħabitats u l-ispeċijiet prijoritarji. Proġetti integrati, proġetti preparatorji u proġetti ta’ assistenza teknika: 60 % ta’ kofinanzjament. Proġetti tal-bini tal-kapaċità: 100 % ta’ kofinanzjament. Il-proġetti l-oħrajn kollha, jiġifieri proġetti tradizzjonali tas-subprogramm dwar l-azzjoni klimatika u proġetti tradizzjonali skont il-prijoritajiet ta’ “Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi” u “Governanza Ambjentali u Informazzjoni” tas-subprogramm dwar l-ambjent: 60 % ta’ kofinanzjament fl-ewwel MAWP (2014-2017), 55 % ta’ kofinanzjament fit-tieni MAWP (2018-2020).

(15)  CDR86-2012_FIN_AC, CDR6-2011_FIN_AC.

(16)  CDR86-2012_FIN_AC.

(17)  CDR112-2010_FIN_AC

(18)  COM(2013) 840 final

(19)  CDR86-2012_FIN_AC, CDR6-2011_FIN_AC.

(20)  Ara wkoll GHK et al. (2011), Combined Impact Assessment and Ex Ante Evaluation of the Review of the LIFE+ Regulation.

(21)  CDR86-2012_FIN_AC.

(22)  Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent (2014): LIFE Focus “Long-term impact and sustainability of LIFE Nature”, Parlament Ewropew, DĠ IPOL (2016). (Mhux disponibbli bil-Malti).

(23)  Qorti Ewropea tal-Awdituri (2014), Rapport Speċjali (SR 15/2013); Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent (2014): LIFE Focus “Long-term impact and sustainability of LIFE Nature”, (Mhux disponibbli bil-Malti); Parlament Ewropew, DĠ IPOL (2016), Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, Dokument ta’ Ħidma dwar ir-Rapport Speċjali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (PE535.987), LIFE+ Final Evaluation, (Mhux disponibbli bil-Malti).

(24)  Programm LIFE, Sit web tad-DĠ Ambjent, Għodod ta’ komunikazzjoni huma disponibbli minn: http://ec.europa.eu/environment/life/toolkit/comtools/index.htm.

(25)  CDR86-2012_FIN_AC.