ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 206

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
30 ta' Ġunju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 206/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Anness tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 206/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Inkoraġġiment tal-Kooperazzjoni Volontarja Mmexxija mill-Istati Membri bejn is-Sistemi tas-Saħħa

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 206/03

Rata tal-kambju tal-euro

8

2017/C 206/04

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Vacqueyras (DOP))

9

2017/C 206/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2013 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni rigward il-Każ C.39914 — Derivattivi tar-Rata tal-Imgħax f’Euro (Saldu) — Relatur: in-Netherlands

15

2017/C 206/06

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro (EIRD) (AT.39914)

16

2017/C 206/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2013 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (il-Każ AT.39914 — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro) (notifikat taħt id-dokument C(2013)8512)

17

2017/C 206/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

21

2017/C 206/09

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

22

2017/C 206/10

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

23

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 206/11

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifika tal-obbliġi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

24

2017/C 206/12

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

25


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 206/13

Sejħa għal kontribuzzjonijiet IX-2018/01 — Kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej

26

2017/C 206/14

Sejħa għal proposti IX-2018/02 — Għotjiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

37

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 206/15

Avviż li jikkonċerna l-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti bi grani orjentati rrumblati ċatti ta’ azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw, fost l-oħrajn, fil-Federazzjoni Russa: bidla fl-isem ta’ kumpanija suġġetta għal miżuri antidumping

47

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 206/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8546 — Intermediate Capital Group/Domusvi Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

48

2017/C 206/17

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8309 — Volvo Car Corporation/First Rent A Car) ( 1 )

49

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 206/18

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

50


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Anness tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien

(2017/C 206/01)

I.   INTRODUZZJONI

(1)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien (1) („il-Komunikazzjoni“) tistipula fil-paragrafu 13, li l-assiguraturi tal-Istat (2) ma jistgħux jipprovdu assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien għal riskji kummerċjabbli. Ir-riskji kummerċjabbli huma definiti fil-paragrafu 9 bħala riskji kummerċjali u politiċi b’perjodu massimu ta’ riskju ta’ anqas minn sentejn, fuq xerrejja pubbliċi u mhux pubbliċi fil-pajjiżi elenkati fl-Anness ta’ dik il-Komunikazzjoni.

(2)

Bħala konsegwenza tal-qagħda diffiċli fil-Greċja, mill-2012 ġie osservat nuqqas ta’ kapaċità ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni biex tkopri l-esportazzjonijiet lejn il-Greċja. Dan wassal lill-Kummissjoni biex temenda l-Komunikazzjoni billi temporanjament tneħħi lill-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi b’riskji kummerċjabbli fl-2013 (3), fl-2014 (4), fl-ewwel sitt xhur tal-2015 (5), f’Ġunju tal-2015 (6) u f’Ġunju tal-2016 (7). L-iktar estensjoni reċenti ta’ din l-emenda tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2017. B’konsegwenza ta’ dan, mill-1 ta’ Lulju 2017 ‚il quddiem, il-Greċja tkun fil-prinċipju kkunsidrata għal darb’oħra bħala kummerċjabbli, peress li l-Istati Membri kollha tal-UE huma inklużi fil-lista ta’ pajjiżi kummerċjabbli elenkati fl-Anness tal-Komunikazzjoni.

(3)

Madankollu, b’konformità mal-paragrafu 36 tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni bdiet tirrieżamina s-sitwazzjoni bosta xhur qabel it-tmiem tat-tneħħija temporanja tal-Greċja sabiex tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet preżenti tas-suq jiġġustifikawx l-iskadenza tat-tneħħija tal-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli sa mill-1 ta’ Lulju 2017, jew jekk il-kapaċità tas-suq għadhiex insuffiċjenti biex tkopri kull riskju ekonomikament ġustifikabbli, b’tali mod li tkun meħtieġa prolongazzjoni.

II.   VALUTAZZJONI

(4)

Bis-saħħa tat-Taqsima 5.2 tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni se twettaq il-valutazzjoni tagħha skont il-kriterja stipulati fil-premessa (33): assigurazzjoni privata tal-kreditu, klassifikazzjoni sovrana, prestazzjoni tas-settur korporattiv (fallimenti).

(5)

Meta ġie determinat jekk in-nuqqas ta’ kapaċità privata suffiċjenti biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli jkunx jiġġustifika l-estensjoni tat-tneħħija temporanja tal-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli, il-Kummissjoni kkonsultat u talbet għal informazzjoni mill-Istati Membri, l-assiguraturi tal-kreditu privati u partijiet oħra interessati. Fl-10 ta’ April 2017 il-Kummissjoni ppubblikat talba għall-informazzjoni dwar id-disponibbiltà għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien għall-esportazzjonijiet lejn il-Greċja (8). Id-data tal-iskadenza għat-tweġibiet kienet it-12 ta’ Mejju 2017. Il-Kummissjoni rċeviet wieħed u għoxrin tweġiba mill-Istati Membri u mill-assiguraturi privati.

(6)

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni fil-kuntest tat-talba ta’ informazzjoni pubblika tindika li l-assiguraturi ta’ kreditu għall-esportazzjoni baqgħu restrittivi fl-għoti ta’ kopertura tal-assigurazzjoni għal esportazzjonijiet lejn il-Greċja fis-setturi kollha tan-negozju. Fl-istess ħin, l-assiguraturi tal-Istat komplew jirreġistraw id-domanda konsiderevoli għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjonijiet lejn il-Greċja, li jikkonferma t-tnaqqis ta’ disponibbiltà tal-assigurazzjoni privata.

(7)

Fil-preżent, il-klassifikazzjonijiet sovrani tal-Greċja huma Caa3 (Moody’s), B– (Standard & Poor’s), u CCC (Fitch). Dawn kollha jqiegħdu l-Greċja fil-kategorija tal-grad mhux ta’ investiment u jinnotaw ir-riskji sostanzjali għall-kredituri. Minn Ġunju 2016 ‚il quddiem, il-bonds Griegi huma aċċettati mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħala kollateral imma bi skont sinifikanti li għandu jiġi applikat fuq il-valur nominali tiegħu. Barra minn hekk, il-BĊE qed ikompli jirrifjuta li jiġu inklużi fil-programm tiegħu tal-bonds.

(8)

Il-bond tal-gvern Grieg ta’ 10 snin bħalissa qed jinnegozja b’rendiment ta’ madwar 6 %. Filwaqt li dan ir-rendiment naqas meta mqabbel ma’ sena ilu, xorta waħda jibqa’ ferm ogħla meta mqabbel mal-Istati Membri l-oħra tal-UE (9).

(9)

Minkejja l-inċertezza kbira, l-ekonomija Griega rritornat lura għal tkabbir ħafif fl-ewwel kwart tal-2017. Id-dejta maħruġa mill-awtorità tal-Istatistika Griega f’Ġunju 2017 żvelat li l-PDG reali żdied b’0,4 % meta mqabbel mat-tliet xhur ta’ qabel f’termini aġġustati staġjonalment u skont il-kalendarju u b’0,4 % meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2016 (10). It-tkabbir reali tal-PDG fl-2017 huwa mistenni li jammonta għal 2,1 % (11), li hija reviżjoni ‚l isfel meta mqabbel mal-valutazzjoni preċedenti. Il-limiti tas-sistema finanzjarja biex tiffinanzja l-investiment huma mistennija li jonqsu gradwalment.

(10)

F’dawn iċ-ċirkostanzi l-Kummissjoni tistenna li l-assiguraturi privati tal-kreditu għall-esportazzjoni se jkomplu jkunu kawti ħafna meta jipprovdu kopertura tal-assigurazzjoni lill-Greċja, jew saħansitra jirtiraw għalkollox mis-suq Grieg. L-assiguraturi privati x’aktarx se jerġgħu jżidu l-esponiment tagħhom, iżda dan issir biss jekk ikun hemm aktar viżibbiltà u ċarezza rigward il-politiki politiċi u ekonomiċi fil-Greċja u jekk jiġi nnutat titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ekonomika.

(11)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni stabbiliet li hemm nuqqas ta’ kapaċità privata suffiċjenti sabiex tkopri r-riskji ekonomikament ġustifikabbli kollha u ddeċidiet li ttawwal it-tneħħija tal-Greċja mil-lista ta’ pajjiżi b’riskji kummerċjabbli sat-30 ta’ Ġunju 2018. Il-kundizzjonijiet ta’ kopertura stipulati f’Taqsima 4.3 tal-Komunikazzjoni huma applikabbli f’dan il-każ.

III.   EMENDA GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

(12)

L-emenda li ġejja għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq żmien qasir se tapplika mill-1 ta’ Lulju 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018:

l-Anness jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS

Lista ta’ pajjiżi b’ riskji kummerċjabbli

L-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tal-Greċja

L-Awstralja

Il-Kanada

L-Iżlanda

Il-Ġappun

New Zealand

In-Norveġja

L-Iżvizzera

L-Istati Uniti tal-Amerika”.


(1)  ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1.

(2)  Assiguratur tal-Istat huwa definit permezz tal-Komunikazzjoni bħala kumpanija jew organizzazzjoni oħra li tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni bl-appoġġ ta’ Stat Membru jew f’ismu, jew Stat Membru li jipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni.

(3)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 6

(4)  ĠU C 372, 19.12.2013, p. 1.

(5)  ĠU C 28, 28.1.2015, p. 1.

(6)  ĠU C 215, 1.7.2015, p. 1.

(7)  ĠU C 244, 5.7.2016, p. 1.

(8)  http://ec.europa.eu/competition/consultations/2017_export_greece/index_en.html

(9)  Dan jikkorrispondi għal firxa ta’ madwar 5,5 % tar-rendiment ta’ 10 snin tal-Bonds tal-Gvern Ġermaniż.

(10)  http://www.statistics.gr/en/home/

(11)  Il-previżjoni tar-Rebbiegħa tal-2017 ta’ DĠ ECFIN, https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/ecfin_forecast_spring_110517_el_en.pdf


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/3


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Inkoraġġiment tal-Kooperazzjoni Volontarja Mmexxija mill-Istati Membri bejn is-Sistemi tas-Saħħa

(2017/C 206/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.

Skont l-Artikolu 168(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fit-tifsira u l-implimentazzjoni tal-linji politiċi u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni; li l-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika; li l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika u, jekk meħtieġ, tagħti sostenn lill-azzjoni tagħhom, u li l-azzjoni tal-Unjoni għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u kura medika kif ukoll għall-allokazzjoni tar-riżorsi assenjati lilhom.

2.

IFAKKAR li skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f’rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati, skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.

3.

IFAKKAR fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti (1) li tenfasizza l-valur miżjud għall-Istati Membri li jsaħħu ulterjorment il-kooperazzjoni.

4.

IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kriżi ekonomika u l-kura tas-saħħa (2), adottati fl-20 ta’ Ġunju 2014.

5.

IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-investiment fil-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa tal-Ewropa ta’ għada: Possibbiltajiet ta’ innovazzjoni u kollaborazzjoni (3), adottati fis-7 ta’ Diċembru 2010.

6.

IFAKKAR fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa (4), adottati fl-10 ta’ Ġunju 2008, li, fost l-oħrajn, jiddefinixxu lill-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Saħħa Pubblika f’Livell Għoli bħala forum għad-diskussjoni ta’ kwistjonijiet strateġiċi komuni ewlenin fis-saħħa u l-kooperazzjoni strateġika fost l-Istati Membri.

7.

IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-bilanċ fis-sistemi farmaċewtiċi fl-UE u l-Istati Membri tagħha (5), adottati fis-17 ta’ Ġunju 2016.

8.

IFAKKAR fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar azzjoni fil-qasam tal-mard rari (6), adottata fid-9 ta’ Ġunju 2009.

9.

JIEĦU NOTA tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Aċċess għall-Mediċini (7), adottata fit-2 ta’ Marzu 2017.

10.

JENFASIZZA l-importanza li l-kooperazzjoni volontarja fost l-Istati Membri tiġi inkoraġġita sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u azzjonijiet sostenibbli u effettivi u biex l-impatt tal-inizjattivi ta’ kooperazzjoni jiġi massimizzat.

11.

IFAKKAR fid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (8), u b’mod partikolari l-Kapitolu IV tagħha, fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-kura tas-saħħa.

12.

Filwaqt li JTENNI li s-saħħa hija ta’ valur fiha nnifisha, IQIS li s-sistemi tas-saħħa jagħtu benefiċċju soċjali akbar li jmur lil hinn mill-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u jagħtu kontribut kbir lill-koeżjoni soċjali, il-ġustizzja soċjali u t-tkabbir ekonomiku.

13.

IQIS li t-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea f’oqsma magħżula jista’ jagħti riżultati aħjar għall-pazjenti u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa, filwaqt li jżid l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa.

14.

JINNOTA li t-“teknoloġija tas-saħħa” tfisser prodott mediċinali, tagħmir mediku jew proċeduri mediċi u kirurġiċi kif ukoll miżuri għall-prevenzjoni, id-dijanjożi jew it-trattament ta’ mard użati fil-kura tas-saħħa (9).

15.

JINNOTA li r-referenza hawnhekk għat-terminu “aċċess għat-teknoloġija tas-saħħa” tiġbor fiha wkoll il-kunċetti aktar wiesgħa ta’ proċessi ta’ akkwist li jvarjaw minn ġbir u kondiviżjoni ta’ informazzjoni sa monitoraġġ wara x-xiri u l-akkwist, kif ukoll ipprezzar u rimborż. Dan it-terminu huwa mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (10) u tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (11).

16.

IQIS li l-kwalità tal-kura tal-pazjenti hija importanti ħafna u li forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa hija neċessarja biex tiġi żgurata kura ta’ kwalità għolja. In-nuqqasijiet globali fil-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa li jaffettwaw serjament il-kapaċità tal-maġġoranza tal-Istati Membri, għalkemm l-aktar fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jistgħu jiġu indirizzati b’mod aktar effikaċi billi tiżdied il-kooperazzjoni volontarja biex titjieb id-disponibbiltà tal-ħiliet u r-riżorsi fl-Unjoni Ewropea kollha.

17.

ITENNI li l-kooperazzjoni bejn is-sistemi tas-saħħa li tinvolvi l-kompetenzi tal-Istati Membri jenħtieġ li tkun immexxija esklużivament mill-Istati Membri u tkun ta’ natura volontarja.

18.

JINNOTA li l-kooperazzjoni volontarja bejn is-sistemi tas-saħħa tista’ tipprovdi strutturi flessibbli adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri parteċipanti u li tali kooperazzjoni tista’ teħtieġ l-użu ta’ strumenti definiti minn dawk l-Istati Membri.

19.

JIEĦU KONT tad-differenzi li jeżistu bejn is-sistemi tas-saħħa u l-benefiċċju li tingħata promozzjoni lit-tixrid rapidu u effiċjenti ta’ prattiki innovattivi bbażati fuq l-evidenza.

20.

JINNOTA li l-indirizzar tal-karatteristiċi u l-isfidi speċifiċi li jinħolqu fis-suq tal-kura tas-saħħa għal innovazzjonijiet terapewtiċi, b’mod partikolari fil-qasam tal-mard rari, u l-iżvilupp ta’ mediċina personalizzata, jistgħu jibbenefikaw minn kooperazzjoni volontarja biex jiġi żgurat bilanċ bejn l-aċċess, il-kwalità, l-affordabbiltà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa.

21.

JINNOTA li diversi Stati Membri qed jinvolvu ruħhom f’mudelli ta’ kooperazzjoni volontarja transfruntiera u reġjonali biex itejbu l-aċċess għat-teknoloġija tas-saħħa u li jistgħu jinstiltu lezzjonijiet importanti minn dawn l-esperjenzi.

22.

IQIS li l-kooperazzjoni volontarja biex jitjieb l-aċċess għal teknoloġiji tas-saħħa hija kompletament konformi mal-valuri u l-prinċipji Ewropej komuni.

23.

JINNOTA li bidla fit-teknoloġija tas-saħħa u l-imġiba tas-suq tista’ tirrikjedi approċċi differenti minn dawk applikati fl-imgħoddi biex jitjieb l-aċċess għat-teknoloġiji tas-saħħa, fost l-oħrajn permezz ta’ kooperazzjoni volontarja.

24.

JINNOTA d-domanda minn diversi Stati Membri għal aktar kooperazzjoni volontarja bejniethom, bħala mezz biex jitjieb l-aċċess għat-teknoloġiji tas-saħħa, inkluż:

bit-tisħiħ tat-trasparenza permezz ta’ kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni;

billi jkun possibbli t-tagħlim transfruntier permezz tal-kondiviżjoni tal-esperjenza;

bit-tisħiħ tas-setgħa tan-negozjar, b’mod partikolari għal swieq iżgħar, permezz ta’ aggregazzjoni volontarja tad-domanda;

bl-iżgurar tal-aċċess għat-teknoloġiji tas-saħħa permezz ta’ skambju transfruntiera ta’ informazzjoni u prodotti skarsi, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

25.

JINNOTA li l-għoti ta’ kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna (HSHC) tinvolvi d-dijanjożi, it-trattament u/jew il-ġestjoni ta’ kundizzjonijiet kumplessi bi spejjeż għoljin marbuta magħhom, u ta’ spiss tista’ tingħata biss permezz ta’ professjonisti fil-kura medika mħarrġa adegwatament li jaħdmu f’ċentri ta’ kompetenza esperta, biex b’hekk jinħolqu sfidi speċifiċi għall-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa.

26.

JINNOTA li n-Netwerks Ewropej ta’ Referenza (ERNs), meta jkunu żviluppati b’mod sħiħ, jippreżentaw opportunità għat-tisħiħ ta’ kapaċitajiet fl-Ewropa kollha fil-forniment ta’ servizzi tas-saħħa speċjalizzati, b’mod partikolari fil-qasam tal-mard rari sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-kura u d-disseminazzjoni tal-għarfien u tal-prattiki innovattivi.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

27.

Jesploraw, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan fora eżistenti u rilevanti dwar is-saħħa, oqsma ta’ kontenut ta’ prijorità u proċessi xierqa għall-iżvilupp ta’ kooperazzjoni volontarja mmexxija mill-Istati Membri, bħala mezz biex iżidu l-effikaċja, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tagħhom, u biex jiġu identifikati proċessi ta’ prijorità u kategoriji ta’ prodotti li għalihom il-kooperazzjoni volontarja bejn is-sistemi tas-saħħa ta’ Stati Membri differenti tista’ żżid il-valur bħala mezz biex jiġu żgurati affordabbiltà akbar u aċċess aħjar għat-teknoloġiji tas-saħħa.

Id-diskussjonijiet jistgħu wkoll:

(a)

Jesploraw il-fatturi li jappoġġaw u jxekklu l-kooperazzjoni volontarja biex jittejjeb l-aċċess għat-teknoloġiji tas-saħħa, fil-kuntest tas-saħħa, li hija kompetenza tal-Istat Membru;

(b)

Jidentifikaw oqfsa tal-aħjar prattika għal kooperazzjoni volontarja transfruntiera u reġjonali biex jitjieb l-aċċess għall-innovazzjoni, għal dawk l-Istati Membri li jkunu lesti jiżviluppaw strateġiji bħal dawn;

(c)

Jesploraw soluzzjonijiet biex tiżdied l-effikaċja tal-kooperazzjoni u biex jiġu antiċipati aħjar l-ostakli potenzjali għall-aċċess, minħabba li jfeġġu teknoloġiji tas-saħħa ġodda, inkluż billi jikkontribwixxu b’mod attiv għall-hekk imsejjaħ skannjar konġunt tal-orizzont;

(d)

Jesploraw mekkaniżmi għal kondiviżjoni volontarja ta’ informazzjoni fil-fażi ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni, bil-ħsieb li jiġu evalwati l-eżiti, inkluż l-impatt, li l-adozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi tas-saħħa jkollha fuq il-pazjenti u s-sistemi tas-saħħa;

(e)

Jikkondividu informazzjoni dwar il-kriterji u l-proċessi użati mill-Istati Membri għal diżinvestiment fit-teknoloġiji tas-saħħa li ma jibqgħux kosteffiċjenti;

(f)

Jevalwaw il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ aċċess aħjar għal trattamenti għal pazjenti b’mard rari u uġigħ kroniku, filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn l-innovazzjoni, id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà;

(g)

Jesploraw oqsma li fihom il-kumpilazzjoni transfruntiera volontarja ta’ data u l-iżvilupp ta’ prinċipji komuni għall-ġbir ta’ data f’konformità mal-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data (12) jistgħu jipprovdu valur miżjud, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri (13).

28.

Jidentifikaw oqsma ta’ kooperazzjoni volontarja potenzjali bejn l-Istati Membri biex isaħħu u jtejbu l-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa tal-Istati Membri parteċipanti, bil-ħsieb li:

(a)

Jiġu esplorati possibilitajiet u mekkaniżmi għal kooperazzjoni volontarja biex jitjieb it-trasferiment tal-għarfien u ħiliet u biex tiġi żviluppata aktar il-kapaċità tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa;

(b)

Isir użu mill-esperjenza lokali dokumentata tal-kooperazzjoni volontarja tal-kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna biex tkun ta’ informazzjoni għal politiki fil-livell makro, fejn xieraq;

(c)

Issir promozzjoni tal-kooperazzjoni volontarja dwar prattiki etiċi ta’ reklutaġġ;

(d)

Jiġi inkuraġġit u appoġġat il-ħolqien ta’ evidenza dwar it-trasferibbiltà ta’ prattiki innovattivi, inkluż il-kooperazzjoni volontarja, permezz ta’ mobilità strutturata f’servizzi speċjalizzati ħafna, bħala għodda għad-disseminazzjoni ta’ servizzi tas-saħħa innovattivi ta’ kwalità għolja.

29.

Filwaqt li jikkunsidraw l-eżistenza ta’ prattiki differenti ta’ informazzjoni fi ħdan is-suq tal-farmaċewtika, u filwaqt li jirrikonoxxu l-benefiċċji potenzjali ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-politiki nazzjonali ta’ pprezzar u ta’ rimborżar, jikkondividu aktar informazzjoni dwar ftehimiet ta’ pprezzar u fil-qafas tagħhom b’rabta ma’ prodotti mediċinali fuq bażi volontarja, bil-ħsieb li tiżdied it-trasparenza u tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Istati Membri individwali f’negozjati mal-industrija u – konsegwentement – tiżdied l-affordabbiltà ta’ dawn il-prodotti fl-UE kollha.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI BIEX:

30.

Jippromwovu l-kisba ta’ ħiliet innovattivi u speċjalizzati għall-professjonisti stabbiliti kif ukoll għal apprendisti gradwati permezz tal-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni volontarja bejn l-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa orjentati lejn il-promozzjoni ta’ riżultati aħjar għall-pazjenti, il-kontinwità tal-kura u t-tisħiħ tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa.

31.

Jinkoraġġixxu lill-ERNs biex jiksbu l-objettivi maħsuba tagħhom li jipprovdu aċċess aħjar għal pazjenti li jeħtieġu kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna, sabiex l-ostakli għall-aċċess jingħelbu u jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn iċ-ċittadini Ewropej. Dan jinkludi:

(a)

Evalwazzjoni tal-prontezza u l-kapaċità tal-ERNs li jassumu rwol f’taħriġ speċjalizzat ħafna u fl-iżvilupp professjonali kontinwu għall-professjonisti tas-saħħa, b’mod partikolari permezz ta’ tagħlim elettroniku (e-learning), taħriġ elettroniku (e-training) u skambji fuq perijodi qosra biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa permezz tal-fornituri tal-kura tas-saħħa tal-ERN, u biex jiżviluppaw l-għarfien u l-ħila esperta tagħhom fid-dijanjożi, it-trattament u l-kura tal-pazjenti;

(b)

Riflessjoni dwar modi kif tista’ tiġi stimolata r-riċerka innovattiva fuq mard rari ħafna permezz tal-ERNs, tinġabar evidenza dwar l-effikaċja tat-teknoloġiji innovattivi u tinġabar data komparabbli u affidabbli minn reġistri tal-pazjenti interoperabbli, kif ukoll informazzjoni rilevanti oħra.

32.

Jiffaċilitaw u jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota għal mobilità professjonali transfruntiera volontarja bħala mezz biex tinbena l-esperjenza u l-kapaċità li jiġu pprovduti servizzi innovattivi u speċjalizzati ħafna, f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, billi jibnu fuq l-opportunitajiet offruti permezz ta’ strutturi eżistenti.

33.

Jikkunsidraw li jwettqu eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni u rapportar dwar l-azzjonijiet nazzjonali volontarji u l-kollaborazzjoni volontarja fil-livell Ewropew bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-mard rari sabiex jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattiki.

34.

Jeżaminaw l-eżitu tal-analiżi bbażata fuq l-evidenza tal-impatt tal-inċentivi fuq l-innovazzjoni, id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti mediċinali, inklużi mediċini orfni.

35.

Jikkunsidraw li jittieħed kont, fuq bażi volontarja, tar-rakkomandazzjonijiet, l-aħjar prattiki u r-riżultati bbażati fuq il-ħidma mwettqa f’azzjonijiet konġunti u gruppi ta’ ħidma ta’ esperti rilevanti tal-UE, u d-disseminazzjoni tar-riżultati fil-livelli varji fis-sistema tas-saħħa.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

36.

Tiffaċilita valutazzjoni tal-ħtiġijiet, l-iskambju u l-kooperazzjoni b’rabta mat-taħriġ għal min ikun iggradwa u żvilupp professjonali kontinwu fil-qasam tas-servizzi innovattivi u speċjalizzati ħafna. F’dan ir-rigward, il-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-Iżvilupp Professjonali Kontinwu fl-UE (2014) (14) f’konsultazzjoni ma’ Stati Membri u l-organizzazzjonijiet ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell Ewropew, jista’ jkun dokument ta’ valur biex wieħed jibni fuqu.

37.

Jekk mitlub mill-Istati Membri, wara l-preżentazzjoni tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fil-paragrafu 36, tirrifletti dwar ir-rekwiżiti għal żvilupp sostenibbli u l-implimentazzjoni tal-għażliet.

38.

Tinforma lill-Kunsill dwar l-istat tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2009 dwar azzjoni fil-qasam tal-mard rari kif ukoll dwar is-segwitu tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2008 dwar mard rari. (15)


(1)  8997/14 COM (2014) 215 final.

(2)  ĠU C 217, 10.7.2014, p. 2.

(3)  ĠU C 74, 8.3.2011, p. 2.

(4)  16139/08.

(5)  ĠU C 269, 23.7.2016, p. 31.

(6)  ĠU C 151, 3.7.2009, p. 7.

(7)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2017 dwar l-għażliet tal-UE biex jittejjeb l-aċċess għall-mediċini – 2016/2057(INI).

(8)  Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(9)  Punt (l) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(10)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(11)  Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(12)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(13)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar mediċina personalizzata għall-pazjenti, adottati fis-7 ta’ Diċembru 2015 (ĠU C 421, 17.12.2015, p. 2).

(14)  https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/workforce/docs/cpd_mapping_report_en.pdf

(15)  15775/08 - COM (2008) 679 final.


Il-Kummissjoni Ewropea

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Ġunju 2017

(2017/C 206/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1413

JPY

Yen Ġappuniż

128,59

DKK

Krona Daniża

7,4367

GBP

Lira Sterlina

0,87990

SEK

Krona Żvediża

9,7215

CHF

Frank Żvizzeru

1,0935

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,5700

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,300

HUF

Forint Ungeriż

310,06

PLN

Zloty Pollakk

4,2489

RON

Leu Rumen

4,5744

TRY

Lira Turka

4,0143

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4868

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4867

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9107

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5651

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5751

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 304,08

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,8261

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7412

HRK

Kuna Kroata

7,4125

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 216,95

MYR

Ringgit Malażjan

4,9002

PHP

Peso Filippin

57,706

RUB

Rouble Russu

67,3005

THB

Baht Tajlandiż

38,787

BRL

Real Brażiljan

3,7476

MXN

Peso Messikan

20,4700

INR

Rupi Indjan

73,7130


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ġunju 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Vacqueyras (DOP))

(2017/C 206/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Franza ressqet applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Vacqueyras”, skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat din l-applikazzjoni u sabet li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1), kif ukoll fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huma ssodisfati.

(3)

Sabiex id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni jkunu jistgħu jsiru skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Vacqueyras” jeħtieġ li tiġi pppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Vacqueyras” (DOP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-artikolu jingħata għal xahrejn li jibdew jiskorru mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI

“VACQUEYRAS”

AOP-FR-A0151-AM01

Data tat-tressiq tal-applikazzjoni: 3 ta’ Diċembru 2015

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament Nru 1308/2013 — Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-emenda

2.1.   Regoli dwar it-tkabbir tad-dwieli

Il-punt V tal-ispeċifikazzjoni jiddefinixxi r-regoli dwar il-proporzjon, it-tkabbir u l-varjetajiet awtorizzati. Għall-inbejjed ħomor dawn huma kif ġej:

il-proporzjon tal-varjetajiet prinċipali u ta’ dawk komplementari kollha huwa ugwali għal jew aktar minn 90 % tad-dwieli;

il-proporzjon tal-varjetà Grenache N huwa ugwali għal jew aktar minn 50 % tad-dwieli;

il-proporzjon tal-varjetajiet Mourvèdre N u Syrah N kollha huwa ugwali għal jew aktar minn 20 % tad-dwieli.

Għall-inbejjed ħomor, iddaħħlet modifika: din ma tapplikax għal operaturi produtturi tal-għeneb li ma jagħmlux l-inbid mill-produzzjoni tagħhom stess, u li jużaw erja totali (kull kulur) fi ħdan iż-żona tar-raba’ definita ta’ inqas minn 1,5 ettari tad-DOP “Vacqueyras”.

Ir-regoli dwar il-varjetajiet ta’ dwieli msemmija iktar’ il fuq mhumiex adattati għal azjendi żgħar, u ħafna drabi huma kkostitwiti minn ħbula tar-raba’, li ma jkunux għall-inbid.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.2.   Metodi ta’ kultivazzjoni

It-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-punt VI tal-ispeċifikazzjoni, inkiteb mill-ġdid kif ġej: “Il-ġestjoni tal-veġetazzjoni spontanja ssir mill-1 ta’ Settembru sal-1 ta’ Frar, kemm b’mezzi mekkaniċi u kemm b’materjal li jiżgura l-lokalizzazzjoni preċiża tal-prodotti ta’ trattament.” huwa mibdul b’dan li ġej: “Fuq mill-inqas 60 % tal-wiċċ bejn iż-żewġ ringieli, isir xogħol kemm ta’ taħrit tal-ħamrija, kif ukoll ta’ kopertura ta’ ħaxix miżrugħ jew spontanju. F’dan l-aħħar każ, il-veġetazzjoni spontanja ssir permezz ta’ mezzi mekkaniċi jew permezz ta’ materjal li jippermetti l-lokalizzazzjoni preċiża tal-prodotti ta’ trattament.”

Il-grupp applikant ikun jixtieq li x-xogħol mekkaniku tal-ħamrija jsir is-sena kollha b’mod li ma jkun fadal l-ebda art għeri.

Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.

2.3.   Standards analitiċi

Fil-punt c tal-punt 1 tat-Taqsima IX tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi, l-istandard dwar l-intensità tal-kulur tal-inbejjed ħomor naqas minn 6 għal 5.

Din l-emenda hija neċessarja minħabba li bħalissal-livell qiegħed għoli wisq u jippreġudika l-inbid b’perċentwal kbir tal-varjetà tal-għenba Grenache N, il-varjetà prinċipali tad-denominazzjoni għall-inbejjed ħomor. Din hija għenba ta’ kulur mitfi (pjuttost baxxa f’antijoċijannini), u għalhekk dan ma jippermettix li tintlaħaq intensità għolja ħafna tal-kulur.

2.4.   Emendi oħra

Fil-kuntest ta’ din l-applikazzjoni għal emenda, id-dokument uniku ġie aġġornat skont ir-regoli l-ġodda ta’ input introdotti fis-softwer e-ambrosia.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem

Vacqueyras

2.   Tip ta’ Indikazzjoni Ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Inbid abjad mhux frizzanti

L-inbejjed bojod, għalkemm jirrappreżentaw parti żgħira biss tal-produzzjoni, għandhom identità qawwija b’togħma predominanti, prinċipalment florali ittemprati b’noti tal-frott taċ-ċitru. Fil-ħalq, l-istruttura u l-enerġija tagħhom jagħtuhom qawwa u persistenza aromatika sostnuta.

L-inbejjed bojod huma derivati mill-varjetajiet tad-dielja Bourboulenc B Clairette B, Grenache blanc B, Marsanne B, Roussanne B u Viognier B.

TAVNM (il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum): 12 %.

Wara l-ippakkjar:

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 3 g/L jekk TAVN ≤ 14 %;

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 4 g/L jekk TAVN > 14 %.

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum): 14

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Il-kriterji analitiċi l-oħra jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Inbid aħmar mhux frizzanti

L-inbejjed ħomor, bi produzzjoni ta’ maġġoranza kbira, huma distinti minħabba t-tipi differenti ta’ ħamrija u huma ġejjin mill-varjetajiet tal-għeneb Grenache N, Mourvèdre N, u Syrah N.

Dawn huma distinti minħabba identità qawwija li ta’ spiss hija r-riżultat ta’ perjodu ta’ tkabbir twil biżżejjed, ukoll jekk dan ma jkunx sfurzat. Il-ħwawar huma kumplessi, iddominati mill-frott aħmar jew mill-frott iswed, ħafna drabi bi ħjiel tal-frott matur iżżejjed, tal-frott ippreżervat jew tal-ġamm.

Il-proċess tal-evoluzzjoni tagħhom jagħtihom ħjiel aktar imħawrin, u aktar marbuta mal-annimali (il-ġilda, il-kaċċa, …). It-togħma tagħhom hija ġeneruża, qawwija, li tfakkrek fl-injam tal-bosk; hija kkawżata mill-istruttura tannika u mhijiex aggressiva. Dawn l-inbejjed huma qawwijin, sħaħ u eleganti.

TAVNM: 12,5 %.

Wara l-ippakkjar:

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 3 g/L jekk TAVN ≤ 14 %;

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 4 g/L jekk TAVN > 14 %;

kontenut ta’ aċidu maliku ≤ 0,4 g/L;

intensità tal-kulur (DO 420 nm+DO 520 nm+DO 620 nm) ≥ 5;

indiċi ta’ polifenoli totali (DO 280 nm) ≥ 45.

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum): 14

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Il-kriterji analitiċi l-oħra jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Inbid rożè mhux frizzanti

L-inbejjed rożè, bi produzzjoni daqstant fiduċjuża daqs dik tal-inbejjed bojod, pjuttost ikkuluriti, huma rikki u qawwijin u ġeneralment huma ddominati mill-frott, u huma ġejjin ukoll l-aktar mill-varjetajiet tad-dwieli Grenache N, Mourvèdre N u Syrah N. Dawn huma kkaratterizzati minn persistenza aromatika sostnuta.

TAVNM: 12 %.

Wara l-ippakkjar:

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 3 g/L jekk TAVN ≤ 14 %;

kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 4 g/L jekk TAVN > 14 %.

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum): 14

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Il-kriterji analitiċi l-oħra jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

5.   Metodi tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Metodi enoloġiċi essenzjali

Metodi enoloġiċi

Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni

L-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa pprojbit;

Għall-produzzjoni tal-inbid rożè, huwa pprojbit l-użu tal-faħam għal fini enoloġiku, kemm waħdu jew fi preparazzjonijiet.

Spazjar ta’ bejn ir-ringieli u ta’ bejn id-dwieli

Metodu ta’ kultivazzjoni

Id-distanza bejn ir-ringieli ma tistax tkun aktar minn 2,50 metri;

Kull dielja għandha erja massima ta’ 2,50 m2. Id-distanza ta’ bejn id-dwieli fl-istess ringiela tvarja bejn 0,85 metru u 1,20 metru.

Tiżbir tad-dielja

Metodu ta’ kultivazzjoni

Id-dwieli jinżabru f’forma qasira (imħarrġa f’forma ta’ sġajriet (Gobelet) jew skont il-metodu Cordon de Royat), b’massimu ta’ 6 friegħi. Kull fergħa għandha massimu ta’ 2 rimjiet.

Il-perjodu ta’ formazzjoni jew ta’ riġenerazzjoni tal-Cordon de Royat għandu jkun limitat għal sentejn (2). Matul dan il-perjodu, huwa awtorizzat il-metodu “Guyot” b’qasba b’mhux aktar minn 8 rimjiet u b’fergħa b’2 rimjiet.

Il-varjetà tad-dielja Viognier B tista’ tinżabar:

kemm bil-metodu Guyot sempliċi b’massimu ta’ 8 rimjiet fuq il-qasba u b’fergħa 1 jew tnejn jew b’massimu ta’ 2 rimjiet fuq kull fergħa;

u kemm bil-metodu Guyot doppju b’massimu ta’ 6 rimjiet fuq kull qasba b’fergħa 1 jew tnejn u b’massimu ta’ 2 rimjiet fuq kull fergħa.

Irrigazzjoni

Metodu ta’ kultivazzjoni

L-irrigazzjoni tista’ tiġi awtorizzata.

b.   Produzzjoni massima

40 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona definita

Il-ħsad tal-għeneb, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Vaucluse: Sarrians, Vacqueyras.

7.   L-għeneb prinċipali

 

Viognier B

 

Bourboulenc B

 

Grenache N

 

Grenache blanc B

 

Clairette B

 

Cinsaut N

 

Mourvèdre N

 

Marsanne B

 

Syrah N

 

Roussanne B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

It-territorju tad-denominazzjonin ta’ oriġini kkontrollata “Vacqueyras”, jinsab fil-qalba tal-għelieqi tad-dwieli meridjonali fil-wied tar-Rhône, huwa magħruf bħala “cru des Côtes du Rhône”, u huwa wieħed mit-territorji madwar il-massif tal-ġir tad-Dentelles de Montmirail. Din il-muntanja ammirabbli, “mons mirabilis”, hija l-eqreb pass tal-Alpi lejn il-Vallée du Rhône, il-wied li hija taqsam parzjalment mil-Lvant għall-Punent.

Iż-żona ġeografika tinsab fil-muniċipalitajiet ta’ Vacqueyras u Sarrians fid-département ta’ Vaucluse. “Vacqueyras” tiġġustifika bis-sħiħ l-isem antik tagħha: “Vallis Quadreria”, “Wied tal-Ġebel”, fejn l-għelieqi tad-dwieli ġew impjantati fil-parti l-kbira kbar tar-raba’ mtarrġa tal-Ouvèze, f’altitudni ta’ bejn 60 u 160 metru. Il-klima hija Mediterranja, sħuna u xotta, b’ħafna xemx. Madankollu hemm livell baxx iżda irregolari ħafna ta’ xita annwali u kultant b’xi perjodi ta’ xita qawwija waqt is-solstizji. Iż-żona ġeografika hija wkoll soġġetta għal parti sinifikanti tas-sena (iktar minn 100 jum fis-sena), għall-influwenza tal-Majjistral, riħ vjolenti u kiesaħ mit-Tramuntana.

Minn naħa waħda, il-fatturi naturali u propizji li jwasslu għal espressjoni oriġinali tal-potenzjal tal-ħsad, b’ħamrija ramlija b’livell għoli ta’ permeabbiltà, (ramel, żrar, ċagħaq), ħafna drabi assoċjati b’matriċi taflija li kapaċi toffri riżerva tal-ilma importanti f’perjodi xotti, u min-naħa l-oħra, il-klima Mediterranja mmoderata bid-Dentelles de Montmirail fil-viċinanza, dawn flimkien jippermettu kundizzjonijiet tajbin għall-maturazzjoni tal-frott mingħajr temperaturi eċċessivi, u jiffaċilitaw l-effetti pożittivi tal-Majjistral kemm fil-konċentrazzjoni tagħhom kif ukoll fil-protezzjoni kontra l-mard fungali u fl-aħħar nett, il-fatturi umani, żviluppati tul il-ġenerazzjonijiet, bis-saħħa tal-għarfien espert tal-operaturi fl-iżvilupp tal-varjetajiet tad-dwieli u tat-taħlit tal-għeneb. L-inbejjed koperti bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Vacqueyras” jixhdu l-oriġinalità ta’ dan it-territorju.

Dawn l-interazzjonijiet huma evidenti b’mod partikolari fl-inbejjed ħomor, bit-taħlitiet kumplessi bejn il-qawwa u l-istruttura tannika li wieħed isib fl-għeneb imkabbra fiċ-ċagħaq, bid-delikatezza u fl-aromi tal-frott tal-għeneb imkabbra fil-ħamrija ramlija, bl-armonija u l-bilanċ tal-għeneb imkabbra fiż-żrar ramli. Bis-saħħa ta’ dan il-potenzjal, l-għarfien applikat jippermetti ż-żamma tal-identità tal-inbejjed ħomor, filwaqt li titħares in-natura unika tal-materja prima.

B’mod pjuttost eċċezzjonali f’din iż-żona ta’ vitikultura, l-identità partikolari tal-inbejjed prodotti ġiet rikonoxxuta wkoll għall-inbejjed bojod u rożé li jibbenefikaw, f’dan il-każ, mill-istess impatti kwalitattivi marbuta kemm mal-fatturi naturali kif ukoll mal-prattiki tal-produzzjoni.

Ir-reputazzjoni, l-għarfien, id-drawwiet u l-kwalità tal-inbejjed jidhru wkoll fl-għelieqi tad-dwieli tal-“Vacqueyras”, bis-saħħa ta’ wirt rurali importanti u ppreservat, marbut mal-attività agrikola.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħrajn

Unità ġeografika aktar wiesgħa

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplementari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

It-tikkettar ta’ nbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata tista’ tispeċifika l-unità ġeografika “Cru des Côtes du Rhône” jew “Vignobles de la Vallée du Rhône”. Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-unità ġeografika aktar wiesgħa “Vignobles de la Vallée du Rhône” huma stabbiliti fil-ftehim iffirmat bejn id-diversi entitajiet ta’ difiża u ta’ ġestjoni kkonċernati, dwar il-kundizzjonijiet ta’ użu ta’ dik l-unità ġeografika aktar wiesgħa.

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplementari:

Derogi dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, definita bid-deroga għall-produzzjoni tal-inbid, għall-ipproċessar u għall-maturazzjoni tal-inbid, hija rrappreżentata mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Id-Département tal-Ardèche: 2 muniċipalitajiet

Id-Département tad-Drôme: 5 muniċiplitajiet;

Id-département tar-Rhône: 3 muniċiplitajiet;

Id-département tal-Vaucluse: 59 muniċipalità.

Il-lista tal-muniċipalitajiet skont id-département tinsab fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni.

10.   Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-5cae91ee-7281-49fb-a01b-3d1fff4f78ec


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/15


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2013 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni rigward il-Każ C.39914 — Derivattivi tar-Rata tal-Imgħax f’Euro (Saldu)

Relatur: in-Netherlands

(2017/C 206/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prodott u tal-ambitu ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew tal-prattiki miftiehma kien li jillimita(w) il-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri/il-Partijiet Kontraenti.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul tal-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni tad-durata għall-finijiet tal-iffissar tal-multi.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis ta’ multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis ta’ multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/16


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro (EIRD)

(AT.39914)

(2017/C 206/06)

Fil-5 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni Ewropea bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) kontra Barclays (3), Deutsche Bank (4), Société Générale, RBS (5), Crédit Agricole, HSBC u JP Morgan (6).

Wara diskussjonijiet dwar riżolviment u sottomissjonijiet dwar riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (7), il-Kummissjoni Ewropea adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) fid-29 ta’ Ottubru 2013 indirizzata lil Barclays, Deutsche Bank, Société Générale u RBS (il-“partijiet li għażlu r-riżolviment”). Id-DO ddikjarat li waqt il-perjodu ta’ involviment rispettiv tagħhom bejn l-2005 u l-2008, il-partijiet li għażlu r-riżolviment kienu involuti fi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bil-għan li jgħawġu l-kors normali tal-komponenti tal-ipprezzar fis-settur ta’ Derivattivi tar-Rata tal-Imgħax f’Euro marbutin mal-Euro Interbank Offered Rate u/jew il-Euro Over-Night Index Average (“EIRD”). Tali ftehimiet u prattiki miftiehma ammontaw għal ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE.

Fit-tweġibiet tagħhom għad-DO, il-partijiet li għażlu r-riżolviment kollha kkonfermaw li d-DO rriflettiet il-kontenut tas-sottomissjonijiet dwar ir-riżolviment tagħhom.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni indirizzat lill-Partijiet jirrigwardax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet li għażlu r-riżolviment ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien wasalt għal konklużjoni pożittiva.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u waqt li nqis li l-partijiet ma bagħtuli l-ebda talba jew ilment (8), inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġew irrispettati.

Brussell, id-29 ta’ Novembru 2013.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Barclays plc, Barclays Bank plc, Barclays Directors Limited, Barclays Group Holdings Limited, Barclays Capital Services Limited. Fid-29 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni estendiet il-proċedimenti wkoll għal Barclays Services Jersey Limited.

(4)  Deutsche Bank AG, DB Group Services (UK) Limited u Deutsche Bank Services (Jersey) Limited.

(5)  The Royal Bank of Scotland Group plc u The Royal Bank of Scotland plc.

(6)  Il-proċedimenti kontra Crédit Agricole, HSBC u JP Morgan huma pendenti.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(8)  Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet dwar riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ riżolviment sabiex ikun żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/17


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-4 ta’ Diċembru 2013

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(il-Każ AT.39914 — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro)

(notifikat taħt id-dokument C(2013)8512)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(2017/C 206/07)

Fl-4 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“Trattat”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim li joħloq iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”). Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Is-suġġett tal-ksur kien ir-restrizzjoni u/jew tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fis-settur tad-Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax tal-Euro marbuta mal-Euro Interbank Offered Rate (“EURIBOR”) u/jew il-Euro Over Night Index Average(“EONIA”) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “EIRD” jew “EIRDs”).

(2)

Il-EURIBOR hija rata tal-imgħax referenzjarja maħsuba biex tirrifletti l-kost tas-self interbankarju f’Euro, li tintuża fis-swieq monetarji internazzjonali b’mod wiesa’. Il-EURIBOR hija definita bħala indiċi tar-“rata li biha jiġu offruti depożiti ta’ żmien fiss f’Euro fis-suq interbankarju minn bank primarju għal bank primarju ieħor fi ħdan iz-żona tal-euro”  (2) u hija bbażata fuq il-kwoti individwali tar-rati li bihom kull wieħed mill-banek tal-panel jemmen li bank primarju ipotetiku jista’ jislef fondi lil banek primarju ieħor (3). Fil-fatt, skont il-Kodiċi ta’ Mġiba Euribor tal-Federazzjoni Bankarja Ewropea, “il-banek tal-panel jipprovdu kwoti ta’ kuljum tar-rata (…) li kull bank tal-panel jemmen li bank primarju qed jikkwota lil bank primarju ieħor għal depożiti ta’ żmien fiss fis-suq internbankarju ħdan iż-żona tal-euro” (4).

(3)

Il-EURIBOR hija kkalkulata (5) fuq il-bażi ta’ sottomissjonijiet mill-“banek tal-panel” parteċipanti (6) li jintbagħtu kull jum ta’ negozjar bejn l-10.45 am u l-11.00 am ħin ta’ Brussell lil Thomson Reuters, li jservi bħala l-aġent tal-kalkoli tal-Federazzjoni Bankarja Ewropea (“EBF”). Kull bank tal-panel għandu sottomettenti li huma responsabbli biex jipproponu s-sottomissjonijiet tal-kwoti f’isem il-bank tal-panel inkwistjoni. Is-sottomettenti normalment joperaw fi ħdan id-dipartiment tat-teżor tal-bank tal-panel partikolari. Il-EURIBOR tiġi ddeterminata u ppubblikata fil-11.00 am ta’ kull jum ta’ xogħol fil-ħin ta’ Brussell (10.00 am ħin ta’ Londra). Kull bank tal-panel jipprovdi kontribuzzjoni għal kull waħda mill-15-il rata tal-imgħax differenti tal-EURIBOR (waħda għal kull maturità li jvarjaw minn ġimgħa għal tnax-il xahar – magħrufin bħala “tenuri”).

(4)

Il-EURIBOR ma għandhiex perjodu ta’ maturità mil-lum għal għada (“overnight”). Dan ir-rwol huwa meħud minn EONIA li hija rata tal-imgħax mil-lum għal għada maħduma bl-għajnuna tal-Bank Ċentrali Ewropew bħala medja ponderata ta’ kull tranżazzjoni ta’ self mhux garantit mil-lum għal għada ta’ ċerti banek fis-suq interbankarju. Il-banek li jikkontribwixxu għal EONIA huma l-istess banek tal-panel li jikkontribwixxu għall-EURIBOR.

(5)

Il-maturitajiet differenti tal-EURIBOR (bħal xahar (1), tliet (3) xhur, sitt (6) xhur jew 12-il xahar) iservu bħala komponenti tal-ipprezzar għall-EIRDs ibbażati fuq il-EURIBOR. Għall-EIRDs, il-maturità rispettiva tal-EURIBOR li qed tasal lejn il-maturità jew li tiġi stabbilita mill-ġdid għal data speċifika tista’ jew taffettwa l-fluss ta’ flus li bank jirċievi mingħand il-kontroparti għall-EIRD, jew inkella l-fluss ta’ flus li bank jeħtieġ li jħallas lill-kontroparti f’dik id-data. Skont il-pożizzjonijiet tan-negozjar/skoperturi li jkun assuma f’ismu min-negozjanti tiegħu, bank jista’ jkollu interess f’iffissar EURIBOR għoli (meta jirċievi ammont ikkalkulat fuq il-bażi ta’ EURIBOR), iffissar baxx (meta jeħtieġ iħallas ammont ikkalkolat fuq il-bażi ta’ EURIBOR) jew “fiss” (meta ma jkollux pożizzjoni sinifikanti fl-ebda waħda miż-żewġ direzzjonijiet).

(6)

Ir-rati EURIBOR jaffettwaw, fost l-oħrajn, l-ipprezzar tal-EIRDs, li huma prodotti finanzjarji nnegozjati fuq livell globali li jintużaw minn korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, fondi ħeġġ, u impriżi oħrajn biex jamministraw ir-riskju ta’ skopertura tar-rata tal-imgħax tagħhom (iħħeġġjar, kemm għall-mutwatarji kif ukoll għall-investituri), jew għal skopijiet ta’ spekulazzjoni (7). L-iktar EIRDs bażiċi komuni huma: (i) ftehimiet tar-rati tal-imgħax forward, (ii) swaps tar-rati tal-imgħax, (iii) opzjonijiet tar-rati tal-imgħax u (iv) futuri tar-rati tal-imgħax. L-EIRDs jistgħu jiġu nnegozjati barra mill-Borża (“OTC”) jew, fil-każ ta’ futuri tar-rati tal-imgħax, innegozjati fil-Borża.

(7)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lid-destinatarji li ġejjin (minn hawn ‘il quddiem “id-destinatarji”):

Barclays plc, Barclays Bank plc, Barclays Directors Limited, Barclays Group Holdings Limited, Barclays Capital Services Limited u Barclays Services Jersey Limited (flimkien imsejħin “Barclays”);

Deutsche Bank AG, Deutsche Bank Services (Jersey) Limited u DB Group Services (UK) Limited (flimkien imsejħin “Deutsche Bank”);

Société Générale; u

The Royal Bank of Scotland Group plc u The Royal Bank of Scotland plc (flimkien imsejħin “RBS”);

(8)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq stati ta’ fatt aċċettati biss minn Barclays, Deutsche Bank, Société Générale u RBS fil-proċedura ta’ riżolviment. Din id-Deċiżjoni ma tistabbilixxi l-ebda obbligu ta’ kwalunkwe parti li ma għażlitx ir-riżolviment għal kwalunkwe parteċipazzjoni fi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE f’dan il-każ.

(9)

Barclays, Deutsche Bank u Société Générale kienu banek tal-panel EURIBOR waqt il-perjodu kollu tal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom fil-ksur. Il-grupp RBS inkluda bank tal-panel mis-17 ta’ Ottubru 2007 ‘il quddiem wara l-akkwist ta’ partijiet ta’ ABN Amro.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(10)

Il-każ infetaħ fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-immunità minn Barclays fl-14 ta’ Ġunju 2011. Bejn it-18 u l-21 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet mhux imħabbra fil-bini ta’ diversi banek f’Londra u Pariġi. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll serje ta’ talbiet għall-informazzjoni. Wara l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet għall-klemenza minn RBS, Deutsche Bank u Société Générale.

(11)

Skont id-deċiżjonijiet tal-5 ta’ Marzu 2013 u tad-29 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra d-destinatarji tad-Deċiżjoni u tliet banek oħra bil-għan li tipparteċipa f’diskussjonijiet ta’ riżolviment magħhom. Il-laqgħat ta’ riżolviment seħħew u d-destinatarji tad-Deċiżjoni issottomettew sussegwentement it-talbiet formali ta’ riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004.

(12)

Fid-29 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lil Barclays, Deutsche Bank, Société Générale u RBS u l-erba’ partijiet kollha kkonfermaw li kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom u li għalhekk huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura ta’ riżolviment. Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fid-29 ta’ Novembru 2013 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fl-4 ta’ Diċembru 2013.

2.2.   Deskrizzjoni tal-imġiba

(13)

Permezz tal-imġiba ta’ ċerti impjegati tagħhom, il-partijiet ipparteċipaw f’arranġamenti fis-settur tal-EIRD li kkonsistew mill-prattiċi li ġejjin bejn il-partijiet differenti:

(a)

Xi drabi, ċerti negozjanti li kienu impjegati minn partijiet differenti kkomunikaw u/jew irċevew preferenzi għal iffissar mhux mibdul, baxx jew għoli ta’ ċerti maturitajiet tal-EURIBOR. Dawn il-preferenzi ddependew fuq il-pożizzjonijiet ta’ negozjar/skoperturi tagħhom.

(b)

Xi drabi, ċerti negozjanti ta’ partijiet differenti kkomunikaw u/jew irċevew mingħand xulxin informazzjoni dettaljata, mhux magħrufa/disponibbli pubblikament dwar il-pożizzjonijiet ta’ negozjar jew dwar l-intenzjonijiet għal sottomissjonijiet futuri tal-EURIBOR għal ċerti maturitajiet ta’ mill-anqas wieħed mill-banek rispettivi tagħhom.

(c)

Xi drabi, ċerti negozjanti investigaw ukoll il-possibilitajiet li jallinjaw il-pożizzjonijiet ta’ negozjar EIRD tagħhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni bħal din kif deskritt taħt (a) jew (b).

(d)

Xi drabi, ċerti negozjanti esploraw ukoll possibiltajiet biex jallinjaw tal-anqas waħda mis-sottomissjonijiet futuri EURIBOR tal-banek tagħhom fuq il-bażi ta’ tali informazzjoni kif deskritt taħt (a) jew (b).

(e)

Xi drabi, tal-anqas wieħed min-negozjanti involuti f’diskussjonijiet bħal dawn ikkuntattja lis-sottomettenti tar-rati EURIBOR tal-bank rispettiv, jew iddikjara li kien biħsiebu jagħmel dan, biex jitlobhom jissottomettu lill-aġent inkarigat, sabiex jeżegwixxi l-kalkoli tal-EBF f’ċerta direzzjoni jew f’livell speċifiku.

(f)

Xi drabi, tal-anqas wieħed min-negozjanti involuti f’diskussjonijiet bħal dawn iddikjara li se jirrapporta lura, jew se jirrapporta lura għat-tweġiba ta-sottomettent qabel iż-żmien meta s-sottomissjonijiet ta’ kuljum EURIBOR kellhom jiġu sottomessi lill-aġent tal-kalkoli jew, f’dawk l-istanzi fejn in-negozjant kien diġà ddiskuta dan mas-sottomettent, għadda l-informazzjoni riċevuta mis-sottomettent lin-negozjant ta’ parti oħra.

(g)

Xi drabi, tal-anqas negozjant wieħed ta’ parti żvela lil negozjant ta’ parti oħra informazzjoni dettaljata u sensittiva dwar l-istrateġija ta’ negozjar jew l-istrateġija tal-ipprezzar tal-bank tiegħu rigward l-EIRDs.

(14)

Barra minn hekk, f’xi okkażjonijiet ċerti negozjanti impjegati minn partijiet differenti ddiskutew l-eżitu tal-iffissar tar-rata EURIBOR, inklużi sottomissjonijiet tal-banek speċifiċi, wara li jkunu ġew stabbiliti u ppubblikati r-rati EURIBOR ta’ ġurnata.

(15)

Kull parti pparteċipat tal-anqas f’wieħed minn dawn it-tipi ta’ mġiba. Dan seħħ matul il-perjodu kollu tal-parteċipazzjoni rispettiva fil-ksur mill-partijiet li għażlu r-riżolviment, għalkemm mhux kull parti li għażlet ir-riżolviment ipparteċipat fl-instanzi kollha tal-kollużjoni u l-intensità tal-kuntatti kollużivi varjat matul il-perjodu ta’ ksur.

(16)

L-attività kollużiva okkorriet permezz ta’ kuntatti bilaterali, prinċipalment permezz ta’ chats online, posta elettronika u messaġġi online jew fuq it-telefown.

2.3.   Parteċipazzjoni individwali fl-imġiba

(17)

Bejn id-29 ta’ Settembru 2005 u t-30 ta’ Mejju 2008, Barclays impenjat ruħha fi prattiki bilaterali li jikkorrispondu ma’ tal-anqas uħud mill-prattiċi mnniżżla fil-premessa (13) ma’ Deutsche Bank, Société Générale, RBS u tliet banek oħra, matul id-durata tal-perjodu rispettiv ta’ parteċipazzjoni ta’ kull parti.

(18)

Bejn id-29 ta’ Settembru 2005 u t-30 ta’ Mejju 2008, Deutsche Bank ħa sehem fi prattiċi bilaterali li jikkorrispondu ma’ tal-anqas uħud mill-prattiċi mniżżla fil-premessa (13) ma’ Barclays, RBS u bank ieħor, matul id-durata tal-perjodu ta’ parteċipazzjoni rispettiv ta’ kull parti.

(19)

Bejn il-31 ta’ Marzu 2006 u t-30 ta’ Mejju 2008, Société Générale ħadet sehem fi prattiċi bilaterali li jikkorrispondu ma’ tal-anqas uħud mill-prattiċi mniżżla fil-premessa (13) ma’ Barclays u RBS, matul id-durata tal-perjodu ta’ parteċipazzjoni rispettiv ta’ kull parti.

(20)

Bejn is-26 ta’ Settembru 2007 u t-30 ta’ Mejju 2008, RBS ħadet sehem fi prattiċi bilaterali li jikkorrispondu ma’ tal-anqas uħud mill-prattiċi mniżżla fil-premessa (13) ma’ Barclays, Deutsche Bank u Société Générale.

(21)

Kif innotat fil-punt (8) hawn fuq, din id-Deċiżjoni ma tistabbilixxi l-ebda imputabilità tal-partijiet li ma għażlux ir-riżolviment biex jipparteċipaw fi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE f’dan il-każ.

2.4.   Ambitu ġeografiku

(22)

L-ambitu ġeografiku tal-ksur kopra tal-anqas it-territorju kollu taż-ŻEE.

2.5.   Rimedji

(23)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (8). Id-Deċiżjoni timponi multi fuq l-entitajiet ta’ Deutsche Bank, Société Générale and RBS elenkati fil-punt (7) hawn fuq.

2.5.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(24)

L-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq l-impriżi kkonċernati għandu jiġu stabbilit billi jiġi kkunsidrat il-valur tal-bejgħ, il-fatt li l-ksur huwa fin-natura tiegħu stess fost ir-restrizzjonijiet l-aktar gravi tal-kompetizzjoni, it-tul ta’ żmien u l-ambitu ġeografiku tal-kartell, il-fatt li l-attivitajiet kollużivi kienu relatati mal-punti referenzjarji finanzjarji, l-importanza suprema li għandhom ir-rati affettwati għas-settur tas-servizzi finanzarji fi ħdan is-suq intern u fl-Istati Membri, u ammont addizzjonali sabiex l-impriżi jiġu dissważi milli jidħlu f’dan it-tip ta’ prattiki illegali.

(25)

Il-Kummissjoni normalment tieћu inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ li jsir mill-impriżi matul l-aħħar sena finanzjarja sħiħa tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur (9). Madankollu, tista’ tingħata deroga minn din il-prattika, jekk perjodu ta’ referenza ieħor ikun aktar xieraq meta wieħed jikkunsidra l-karatteristiċi tal-każ (10).

(26)

Fir-rigward ta’ dan il-ksur, il-Kummissjoni kkalkolat il-valur annwali tal-bejgħ għall-partijiet kollha fuq il-bażi tal-flussi tal-flus li kull bank ikun irċieva mill-portafoll rispettiv tiegħu ta’ EIRDs sottoskritti ma’ kontropartijiet stabbiliti fiż-ŻEE matul ix-xhur li jikkorrispondu mal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom fil-ksur, skontati fuq il-bażi ta’ fattur uniformi biex jitqiesu l-partikolaritajiet tal-industrija tal-EIRD, bħan-netting inerenti għal din l-industrija, li jfisser li l-banek kemm ibigħu kif ukoll jixtru d-derivattivi sabiex il-pagamenti li jidħlu jiġu nnettjati kontra l-pagamenti li joħorġu, kif ukoll l-iskala ta’ varjazzjonijiet tal-prezz.

2.5.2.   Aġġustament tal-ammont bażiku: ċirkustanzi aggravanti u mitiganti

(27)

Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti.

2.5.3.   L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(28)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistipula li l-multa imposta fuq kull impriża għal kull ksur ma għandhiex tkun iktar minn 10 % tal-fatturat totali tagħha fuq is-sena kummerċjali preċedenti għad-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(29)

F’dan il-każ, l-ebda waħda mill-multi ma taqbeż l-10 % tal-fatturat mill-bejgħ totali tal-impriża fuq is-sena kummerċjali preċedenti għad-data ta’ din id-Deċiżjoni.

2.5.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006

(30)

Il-Kummissjoni kkonċediet immunità sħiħa mill-multi lil Barclays. Il-Kummissjoni tat ukoll tnaqqis ta’ 50 % tal-multa lil RBS, 30 % tnaqqis tal-multa lil Deutsche Bank u tnaqqis ta’ 5 % tal-multa lil Société Générale, għall-kooperazzjoni rispettiva tagħhom fl-investigazzjoni.

2.5.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment

(31)

B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq il-partijiet kollha tnaqqas b’10 % u dan it-tnaqqis ġie miżjud ma’ kwalunkwe gwadann ta’ klemenza.

3.   KONKLUŻJONI

(32)

Il-multi li ġejjin kienu imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

Impriża

Multi (f’EUR)

Barclays

0

Deutsche Bank

465 861 000

Société Générale

445 884 000

RBS

131 004 000


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).

(2)  http://www.euribor-ebf.eu/euribor-org/about-euribor.html

(3)  Id-dettalji tal-kompożizzjoni tal-panel u r-regoli ta’ proċedura tas-sottomissjoni huma deskritti fil-Kodiċi ta’ Mġiba tal-EURIBOR tal-Federazzjoni Bankarja Ewropea (http://www.euribor-ebf.eu/assets/files/Euribor_code_conduct.pdf).

(4)  Il-Kodiċi ta’ Mġiba Euribor tal-Federazzjoni Bankarja Ewropea, p. 17

(5)  L-ogħla u l-anqas 15 % ta’ kull sottomissjoni tal-banek tal-panel miġbura jiġu eliminati. Wara jiġu kkalkolati l-medji tar-rati li jifdal, li jiġu mqassrin għat-tielet pożizzjoni deċimali.

(6)  Fiż-żmien tal-ksur, l-għadd ta’ banek tal-panel banks kien ta’ 44; bħalissa hemm 25.

(7)  Skont il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-valur gross tas-suq tal-EIRDs pendenti (http://www.bis.org/statistics/dt21a21b.pdf) kien ta’ USD 9 067 biljun f’Diċembru 2012 u jirrappreżenta l-akbar segment jew 48 % tas-suq tad-derivattivi OTC fuq ir-rati tal-imgħax.

(8)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(9)  Il-punt 13 fil-Linji Gwida dwar il-multi.

(10)  Il-Kawża T-76/06, Plasticos Españoles (ASPLA) v Commission, li għadha ma ġietx rapportata, il-paragrafi 111-113.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/21


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 206/08)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : L-Estonja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : L-Indipendenza tal-Estonja

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita fiha zokk kurvat ta’ siġra tal-ballut fejn fuq naħa waħda hemm impinġija l-friegħi u fuq in-naħa l-oħra hemm impinġija l-weraq. Il-fergħat jissimbolizzaw iż-żmien ta’ rivoluzzjonijiet u t-tbatija li involviet it-triq lejn l-Indipendenza tal-Estonja. Il-weraq jissimbolizzaw is-saħħa, il-kisbiet u l-lonġevità tal-Estonja. Fil-qiegħ fuq ix-xellug taz-zokk hemm il-kelma “MAAPÄEV” (Assemblea Proviżorja tal-Estonja) u ’l fuq minnha s-sena “1917”. Fil-qiegħ fuq il-lemin, hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “EESTI” u taħtu s-sena tal-ħruġ “2017”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Ġunju/Lulju 2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/22


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 206/09)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Ġreċja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 60 snin b’tifkira ta’ Nikos Kazantzakis

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri ritratt ta’ Nikos Kazantzakis, wieħed mill-akbar kittieba tal-Greċja tas-seklu 20. Imnaqqax tul iċ-ċirku ta’ ġewwa, fuq ix-xellug, hemm il-kliem “REPUBBLIKA ELLENIKA” u l-isem “NIKOS KAZANTZAKIS” (bil-Grieg). Fin-naħa ta’ fuq hemm is-sena tal-ħruġ “2017” u fuq ix-xellug fin-nofs hemm palmetta (il-marka taz-zekka Griega). Viżibbli wkoll fin-naħa t’isfel fil-lemin hemm il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : massimu 750 000

Data tal-ħruġ : tmiem l-ewwel semestru tal-2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/23


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 206/10)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Ġreċja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-sit arkeoloġiku ta’ Philippi

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn fih parti mill-Basilica B u motivi lineari mnebbħa minn disinn tat-tarf minn mużajk antik Grieg skopert fuq is-sit. Imnaqqax tul iċ-ċirku ta’ ġewwa hemm il-kliem “SIT ARKEOLOĠIKU TA’ PHILIPPI” u “REPUBBLIKA ELLENIKA” (bil-Grieg). Barra minn hekk, iskritt fl-isfond hemm is-sena tal-ħruġ “2017” u fuq il-lemin hemm palmetta (il-marka taz-zekka Griega). Viżibbli fin-naħa t’isfel fix-xellug hemm il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : massimu 750 000

Data tal-ħruġ : It-tieni semestru tal-2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/24


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbliġi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 206/11)

L-Istat Membru

Il-Finlandja

Ir-rotta tal-ajru kkonċernata

Ħelsinki — Savonlinna

Id-data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

It-22 ta’ Awwissu 2005

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

It-8 ta’ Jannar 2018

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas it-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku.

Finnish Transport Agency (L-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport)

Kirjaamo PB 33

FI-00521 Helsinki

SUOMI/FINLAND

P. +358 505942353

F. +358 295343700

Posta elettronika: kirjaamo@liikennevirasto.fi

Sit tal-Internet:

www.liikennevirasto.fi/savonlinna-airservices


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/25


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 206/12)

L-Istat Membru

Il-Finlandja

Ir-rotta tal-ajru kkonċernata

Ħelsinki — Savonlinna

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

mit-8 ta’ Jannar 2018 sat-18 ta’ Diċembru 2020

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

61 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

L-indirizz minn fejn jista’ jinkiseb bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Finnish Transport Agency (L-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport)

Kirjaamo PB 33

FI-00521 Helsinki

SUOMI/FINLAND

P. +358 505942353

F. +358 295343700

Posta elettronika: kirjaamo@liikennevirasto.fi

Sit tal-Internet:

www.liikennevirasto.fi/savonlinna-airservices


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/26


Sejħa għal kontribuzzjonijiet IX-2018/01 — “Kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej”

(2017/C 206/13)

A.   INTRODUZZJONI U QAFAS ĠURIDIKU

1.

Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”.

2.

Skont l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom. Ir-regoli u r-regolamenti huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1).

3.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE Euratom) Nru 1141/2014 jiddikjara: “It-termini u l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjonijiet u għotjiet għandhom ikunu stabbiliti mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet u s-sejħa għall-proposti.”

4.

Għaldaqstant, il-Parlament Ewropew qed iniedi din is-sejħa għal kontribuzzjonijiet bil-ħsieb li jagħti kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej (“is-sejħa”).

5.

Il-qafas ġuridiku ta’ bażi huwa definit f’dawn l-atti ġuridiċi:

(a)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1141/2014 (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2);

(c)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (3) (“ir-Regolament Finanzjarju”);

(d)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (4) (“ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”);

(e)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (5);

(f)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2246 tat-3 ta’ Diċembru 2015 dwar dispożizzjonijiet dettaljati għas-sistema tan-numri tar-reġistrazzjoni applikabbli għar-reġistru tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u għall-informazzjoni provduta permezz ta’ estratti standard mir-reġistru (6);

(g)

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew (7).

B.   L-GĦAN TAS-SEJĦA

6.

L-għan ta’ din is-sejħa huwa li partiti politiċi reġistrati Ewropej jiġu mistiedna jressqu applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni (“applikazzjonijiet għal finanzjament”).

C.   L-ISKOP, IL-KATEGORIJA U L-FORMA TA’ FINANZJAMENT

7.

L-iskop tal-finanzjament huwa li jappoġġa l-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-partit politiku Ewropew għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018 skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

8.

Il-kategorija tal-finanzjament hija l-kontribuzzjoni lill-partiti politiċi Ewropej, skont it-Titolu VIII tal-Parti II tar-Regolament Finanzjarju (“il-kontribuzzjoni”). Il-kontribuzzjoni tieħu l-forma ta’ rimbors ta’ perċentwal tal-kosti rimborsabbli li jkunu saru.

9.

L-ammont totali mogħti mill-Parlament Ewropew lill-benefiċjarju ma jistax jaqbeż il-85 % tal-kosti rimborsabbli li jkunu saru.

D.   IL-BAĠIT DISPONIBBLI

10.

Il-finanzjament previst għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 402 tal-baġit tal-Parlament “Finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej” jammonta għal EUR 32 447 000. L-approprjazzjonijiet finali disponibbli huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja.

E.   REKWIŻITI TA’ AMMISSIBILITÀ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT

11.

L-applikazzjonijiet għal finanzjament ikunu ammissibbli jekk

(a)

jitressqu bil-miktub fuq il-formola tal-applikazzjoni kif jidher fl-anness għal din is-sejħa;

(b)

ikun fihom l-impenn li l-applikant jaqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 1a tad-Deċiżjoni tal-Bureau speċifikata fil-paragrafu 5(b) ta’ din is-sejħa;

(c)

ikun fihom ittra ta’ rappreżentant legali li tiċċertifika l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu obbligi legali f’isem l-applikant.

(d)

jaslu għand il-President tal-Parlament Ewropew sat-30 ta’ Settembru 2017 fl-indirizz li ġej:

President tal-Parlament Ewropew

Għall-attenzjoni ta’ Is-Sur Didier Kléthi, Direttur Ġenerali tal-Finanzi

SCH 05B031

L-2929, il-Lussemburgu

12.

Sabiex jiġu vvalutati l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jipprovdu:

(a)

il-formola ta’ applikazzjoni għall-finanzjament inklużi d-dokumenti ta’ appoġġ kollha mitluba;

(b)

l-istima ta’ baġit, b’indikazzjoni tal-infiq eleġibbli għal finanzjament tal-Unjoni.

13.

L-applikazzjonijiet li jitqiesu mhux kompluti jaf jiġu rrifjutati.

F.   KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT

F.1   Kriterji ta’ esklużjoni

14.

L-applikanti għandhom jiġu esklużi mill-proċedura ta’ finanzjament jekk:

(a)

ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni mniżżla fl-Artikoli 106(1), 106(2) jew 107 tar-Regolament Finanzjarju.

(b)

soġġett għal kwalunkwe sanzjoni prevista mill-Artikolu 27(1) u fil-punti (v) u (vi) tal-Artikolu 27(2)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

F.2   Kriteriji ta’ eliġibilità

15.

Sabiex ikun eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, l-applikanti jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri li l-applikant

(a)

irid ikun reġistrat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(b)

irid ikun rappreżentat fil-Parlament Ewropew b’mill-inqas wieħed mill-membri tiegħu;

(c)

irid jikkonforma mal-obbligi elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri jrid ikun issottometta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali (8), rapport tal-awditjar estern u l-lista tad-donaturi, kif speċifikat;

(d)

irid ikun rappreżentat f’mill-inqas kwart tal-Istat Membri b’membri tal-Parlament Ewropew, ta’ parlamenti nazzjonali, ta’ parlamenti reġjonali jew ta’ assembleji reġjonali, jew inkella hu jew il-partiti membri tiegħu jridu jkunu kisbu, f’mill-inqas kwart tal-Istati Membri, mhux inqas minn tlieta fil-mija tal-voti mitfugħa f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fl-aktar elezzjonijiet reċenti tal-Parlament Ewropew;

(e)

irid ikun ħa sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, jew esprima pubblikament l-intenzjoni li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet li jkun imiss tal-Parlament Ewropew.

16.

Membru tal-Parlament Ewropew għandu jitqies bħala membru ta’ partit politiku Ewropew wieħed biss, li għandu, fejn rilevanti, ikun dak li miegħu il-partit nazzjonali jew reġjonali tiegħu ikun affiljat fid-data finali tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament. Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, din id-dispożizzjoni hi stabbilita għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-eliġibilità għall-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 17(1), l-Artikolu 3(1)(b) u l-applikazzjoni tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u għall-fini ta’ evalwar tal-eliġibilità tal-finanzjament kif iddikjarat fil-kriterji ta’ eliġibilità speċifikati fil-paragrafu 15 ta’ din is-sejħa.

17.

Barra minn hekk, sħubija individwali multipla f’diversi partiti politiċi Ewropej se tirriżulta fl-esklużjoni tal-membru konċernat għall-fini ta’:

(a)

l-evalwar tal-eliġibilità tal-finanzjament kif iddikjarat fil-kriterji ta’ eliġibilità speċifikati fil-paragrafu 15 ta’ din is-sejħa; jew

(b)

il-kalkolu tal-ammont ta’ finanzjament skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

F.3   Kriterji li fuqhom tittieħed id-deċiżjoni u d-distribuzzjoni ta’ finanzjament

18.

Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-approprjazzjonijiet disponibbli rispettivi għandhom jitqassmu kull sena. Dawn għandhom jitqassmu fost il-partiti politiċi Ewropej li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ikunu ġew approvati fid-dawl tal-kriterji ta’ eliġibilità u ta’ esklużjoni, abbażi tal-formula ta’ distribuzzjoni segwenti:

(a)

15 % se jitqassmu f’ishma ndaqs fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji;

(b)

85 % se jitqassmu proporzjonalment mas-sehem tagħhom ta’ membri eletti tal-Parlament Ewropew fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji.

G.   KONTROLL KONDIVIŻ MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-AWTORITÀ

19.

Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 24 (9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedu kontroll kondiviż bejn il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (10) (“l-Awtorità”).

20.

Fejn skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-kontroll hu previst mill-Awtorità, il-Parlament Ewropew se jgħaddi l-applikazzjonijiet għal finanzjament lill-Awtorità. L-Awtorità għandha tikkomunika r-riżultat ta’ dan il-kontroll lill-Parlament Ewropew.

H.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET

21.

L-applikanti huma obbligati li jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe bidla fir-rigward tad-dokumenti mressqa jew fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn tali bidla. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jieħu d-deċiżjoni abbażi tal-informazzjoni disponibbli, irrispettivament minn kwalunkwe informazzjoni li tista’ tingħata fi stadju iktar avvanzat.

22.

L-applikanti għandhom l-oneru li jagħtu prova li għadhom jissodisfaw il-kriterji meħtieġa.

23.

It-termini u l-kundizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-Unjoni li għandu jingħata taħt din is-sejħa huma stabbiliti fl-Anness 1a tad-Deċiżjoni tal-Bureau speċifikata fil-paragrafu 5(b) ta’ din is-sejħa. B’mod partikolari, kwalunkwe benefiċjarju tal-kontribuzzjoni:

(a)

irid ikompli jissodisfa l-kundizzjoni speċifikata fl-Artikolu 3(1)(b) (11) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 waqt il-perjodu li għalih jintalab il-finanzjament. Inkella, skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, id-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni għandha tiġi terminata.

(b)

irid ikompli jissodisfa l-kundizzjoni speċifikata fl-Artikolu 3(1)(d) (12) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 waqt il-perjodu li għalih jintalab il-finanzjament. Inkella, skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, id-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni għandha tiġi terminata.

(c)

irid jissodisfa l-kundizzjoni speċifikata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri jrid ikun rappreżentat fil-Parlament Ewropew b’mill-inqas wieħed mill-membri tiegħu, waqt il-perjodu li għalih jintalab il-finanzjament. Inkella, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, id-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni għandha tiġi terminata.

24.

Is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal finanzjament timplika aċċettazzjoni tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali imsemmija fil-paragrafu 23 ta’ din is-sejħa. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali jorbtu l-benefiċjarju li jingħatalu l-finanzjament u huma stabbiliti fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni.

I.   KALENDARJU

25.

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-kalendarju indikattiv għall-għoti ta’ kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej:

 

Stadji

Data jew perjodu

a)

Pubblikazzjoni tas-sejħa

Sat-30 ta’ Ġunju 2017

b)

Skadenza għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal finanzjament

Fit-30 ta’ Settembru 2017.

c)

Perjodu ta’ evalwazzjoni

Minn Ottubru sa Diċembru 2017

d)

Tagħrif lill-applikanti

Jannar 2018

e)

Notifika tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni

Minn Jannar sa Frar 2018

f)

Ħlas ta’ prefinanzjament (13)

Minn Jannar sa Frar 2018

J.   ŻVELAR U PPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

26.

Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika, inkluż fuq l-Internet, kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

27.

Kwalunkwe data ta’ natura personali miġbura fil-kuntest tad-Deċizjoni ta’ Finanzjament għandha tiġi proċessata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (14) skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

28.

Tali data għandha tkun ipproċessata għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament u s-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa bla ħsara għat-trasferiment possibbli ta’ din id-data lill-korpi responsabbli għat-twettiq ta’ kompiti ta’ verifika u awditjar skont id-dritt tal-Unjoni, bħas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

29.

Abbażi ta’ talba bil-miktub, il-benefiċjarju jista’ jingħata aċċess għad-data personali tiegħu u jikkoreġi kwalunkwe data żbaljata jew li mhux kompluta. Il-benefiċjarju jista’ jippreżenta kull talba li tirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tiegħu lid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi jew lill-Unità għall-Ħarsien ta’ Data Personali tal-Parlament Ewropew. Il-benefiċjarju jista’, f’kull ħin, iressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Data dwar dak li jikkonċerna l-ipproċessar tad-data personali tiegħu.

30.

Id-data personali jaf tiġi reġistrata fis-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) mill-Parlament Ewropew, jekk il-benefiċjarju jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106(1) u 107 tar-Regolament Finanzjarju.

K.   KUNTATT

31.

Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għandha tintbagħat b’email, filwaqt li tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, lill-indirizz li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu.

L.   ANNESSI

32.

Minbarra l-leġiżlazzjoni bażika speċifikata fil-paragrafu 5(b) ta’ din is-sejħa, l-annessi li ġejjin għal din is-sejħa huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Parlament Ewropew (http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm):

(a)

Il-formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament, inkluża dikjarazzjoni dwar l-aċċettazzjoni tat-termini u kundizzjonijiet ġenerali (mudell);

(b)

Stima ta’ baġit (mudell).


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

(2)  ĠU C 205, 29.6.2017, p. 2.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50

(6)  ĠU L 318, 4.12.2015, p. 28

(7)  Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew ta' Jannar 2017.

(8)  sakemm l-applikant ma jkunx soġġett għall-kontroll taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (pereżempju: maħluq reċentement, eċċ.)

(9)  L-Artikolu 24(1)-(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Regoli ġenerali dwar il-kontroll:

“1.

Il-kontroll tal-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati, f’kooperazzjoni, mill-Awtorità, mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri kompetenti.

2.

L-Awtorità għandha tikkontrolla l-konformità tal-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (d) sa (f) tal-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (e) u (g) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 9(5) u (6), u l-Artikoli 20, 21 u 22.

L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jikkontrolla l-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-obbligi relatati mal-finanzjament mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament skont ir-Regolament Finanzjarju. Fit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli, il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”

(10)  Stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1141/2014.

(11)  L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014:

“hi jew il-membri tagħha jkunu rappreżentati f’mill-inqas kwart tal-Istati Membri, minn membri tal-Parlament Ewropew, ta’ Parlamenti nazzjonali, ta’ parlamenti reġjonali jew ta’ assembleji reġjonali, jew hi jew il-partiti membri tagħha jkunu rċevew, f’mhux inqas minn kwart tal-Istati Membri, mhux inqas minn tlieta fil-mija tal-voti mitfugħa f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fl-aktar elezzjonijiet reċenti għall-Parlament Ewropew;”.

(12)  L-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (UE Euratom) Nru 1141/2014:

“hi jew il-membri tagħha jridu jkunu pparteċipaw f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, jew ikunu esprimew pubblikament l-intenzjoni li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet li jkun imiss tal-Parlament Ewropew;”.

(13)  fi żmien 30 jum wara d-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni

(14)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS a

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS b

STIMA TA’ BAĠIT

Kosti

Kosti rimborsabbli

Baġit

Attwali

A.1: Kosti tal-persunal

1.

Salarji

2.

Kontribuzzjonijiet

3.

Taħriġ professjonali

4.

Kosti tal-missjonijiet tal-persunal

5.

Kosti oħra tal-persunal

 

 

A.2: Kosti tal-infrastruttura u tal-operat

1.

Kera, tariffi u kosti ta’ manutenzjoni

2.

Kosti relatati mal-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-apparat

3.

Deprezzament ta’ proprjetà mobbli u immobbli

4.

Kartolerija u provvisti tal-uffiċċju

5.

Kosti tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet

6.

Kosti għall-istampar, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni

7.

Kosti oħra tal-infrastruttura

 

 

A.3: Kosti amministrattivi

1.

Kosti ta’ dokumentazzjoni (ġurnali, aġenziji tal-istampa, bażijiet tad-data)

2.

Kosti ta’ studji u ta’ riċerka

3.

Kosti legali

4.

Kosti ta’ kontabilità u awditjar

5.

Kosti amministrattivi mixxellanji

6.

Sostenn lil entitajiet assoċajti

 

 

A.4: Kosti ta’ laqgħat u ta’ rappreżentanza

1.

Kosti ta’ laqgħat

2.

Parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi

3.

Kosti ta’ rappreżentanza

4.

Kosti ta’ stediniet

5.

Kosti oħra relatati ma’ laqgħat

 

 

A.5: Kosti marbuta ma’ informazzjoni u pubblikazzjoni

1.

Kosti tal-pubblikazzjoni

2.

Ħolqien u tħaddim ta’ siti tal-Internet

3.

Kosti tal-pubbliċità

4.

Tagħmir tal-komunikazzjoni (“gadgets”)

5.

Seminars u wirjiet

6.

Kampanji elettorali

7.

Kosti oħra relatati mal-informazzjoni

 

 

A. KOSTI TOTALI RIMBORSABBLI

 

 

B. Kosti mhux rimborsabbli

1.

Allokazzjonijiet għal provvisti oħra

2.

Tariffi finanzjarji

3.

Telf mill-kambju

4.

Pretensjonijiet dubjużi fuq partijiet terzi

5.

Oħrajn (li jridu jiġu speċifikati)

6.

Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

B. KOSTI TOTALI MHUX RIMBORSABBLI

 

 

C. KOSTI TOTALI

 

 


Dħul

 

Baġit

Attwali

D.1-1. Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat mis-sena N-1

 

 

D.1-2. Finanzjament tal-Parlament Ewropew allokat għas-sena N

 

 

D.1-3. Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat għas-sena N+1

mhux applikabbli

 

D.1. Finanzjament tal-Parlament Ewropew użat biex ikopri 85 % tal-kosti rimborsabbli fis-sena N

 

 

D.2 miżati tas-sħubija

 

 

2.1

mill-partiti membri

2.2

mill-membri individwali

 

 

D.3 Donazzjonijiet

 

 

 

 

 

D.4 Riżorsi proprji oħra

 

 

(li jridu jiġu speċifikati)

 

 

D.5.. Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

D. DĦUL TOTALI

 

 

E. profitt/telf (D-C)

 

 


F. Allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-kont ta’ riserva

 

 

G. Profitt/telf biex tiġi vverifikata l-osservanza tar-regola ta’ ebda profitt (F-G)

 

 

H. Imgħax fuq il-prefinanzjament

 

 


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/37


Sejħa għal proposti IX-2018/02 — “Għotjiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej”

(2017/C 206/14)

A.   INTRODUZZJONI U QAFAS ĠURIDIKU

1.

Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “l-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”

2.

Skont l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom. Ir-regoli u r-regolamenti huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1).

3.

Skont il-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, fondazzjoni politika Ewropea hi “entità li tkun formalment affiljata ma’ partit politiku Ewropew, li tkun irreġistrata mal-Awtorità skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, u li permezz tal-attivitajiet tagħha, skont l-għanijiet u l-valuri fundamentali segwiti mill-Unjoni, issaħħaħ u tikkomplementa l-għanijiet tal-partit politiku Ewropew”.

4.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE Euratom) Nru 1141/2014 jiddikjara: “It-termini u l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjonijiet u għotjiet għandhom ikunu stabbiliti mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet u s-sejħa għall-proposti.”

5.

Għalhekk, il-Parlament Ewropew qed iniedi din is-sejħa għall-proposti li għandha l-għan li jagħmel għotjiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“is-sejħa”).

6.

Il-qafas ġuridiku ta’ bażi huwa definit f’dawn l-atti ġuridiċi:

(a)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1141/2014 (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2);

(c)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (“ir-Regolament Finanzjarju”) (3);

(d)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (“ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”) (4);

(e)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (5);

(f)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2246 tat-3 ta’ Diċembru 2015 dwar dispożizzjonijiet dettaljati għas-sistema tan-numri tar-reġistrazzjoni applikabbli għar-reġistru tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u għall-informazzjoni provduta permezz ta’ estratti standard mir-reġistru (6);

(g)

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew (7).

B.   GĦAN TAS-SEJĦA

7.

L-għan ta’ din is-sejħa huwa li jistieden lill-fondazzjonijiet politiċi rreġistrati Ewropej jippreżentaw applikazzjonijiet għal finanzjament mill-baġit tal-Unjoni (“applikazzjonijiet għal finanzjament”).

C.   L-ISKOP, IL-KATEGORIJA U L-FORMA TA’ FINANZJAMENT

8.

L-iskop tal-finanzjament huwa li jappoġġa l-programm ta’ ħidma tal-fondazzjoni politika Ewropea għas-sena finanzjarja ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2018 skont it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fid-deċiżjoni dwar l-għotja mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

9.

Il-kategorija ta’ finanzjament huwa l-għotja lil fondazzjonijiet politiċi Ewropej, skont it-Titolu VI tal-Parti I tar-Regolament Finanzjarju (“għotja” jew “finanzjament”). L-għotja tieħu l-forma ta’ rimbors ta’ perċentwal tal-kosti eliġibbli li jkunu saru.

10.

L-ammont massimu mogħti mill-Parlament Ewropew lill-benefiċjarju ma jistax jaqbeż il-85 % tal-kosti eliġibbli li jkunu saru.

D.   IL-BAĠIT DISPONIBBLI

11.

Il-finanzjament previst għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 403 tal-baġit tal-Parlament “Finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej” jammonta għal EUR 19 323 000. L-approprjazzjonijiet finali disponibbli huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja.

E.   REKWIŻITI TA’ AMMISSIBILITÀ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT

12.

L-applikazzjonijiet għal finanzjament ikunu ammissibbli jekk

(a)

jitressqu bil-miktub fuq il-formola tal-applikazzjoni kif jidher fl-anness għal din is-sejħa;

(b)

ikun fihom l-impenn li l-applikant jaqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 1b tad-Deċiżjoni tal-Bureau speċifikata fil-paragrafu 6(b) ta’ din is-sejħa;

(c)

ikun fihom ittra ta’ rappreżentant legali li tiċċertifika l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu obbligi legali f’isem l-applikant.

(d)

jaslu għand il-President tal-Parlament Ewropew sat-30 ta’ Settembru 2017 fl-indirizz li ġej:

President tal-Parlament Ewropew

Għall-attenzjoni ta’ Is-Sur Didier Kléthi, Direttur Ġenerali tal-Finanzi

SCH 05B031

L-2929, il-Lussemburgu

13.

Sabiex jiġu vvalutati l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jipprovdu:

(a)

il-formola ta’ applikazzjoni għall-finanzjament inklużi d-dokumenti ta’ appoġġ kollha mitluba;

(b)

l-istima ta’ baġit, b’indikazzjoni tal-infiq eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni;

(c)

programm ta’ ħidma.

14.

L-applikazzjonijiet li jitqiesu mhux kompluti jaf jiġu rrifjutati.

F.   KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT

F.1   Kriterji ta’ esklużjoni

15.

L-applikanti għandhom jiġu esklużi mill-proċedura ta’ finanzjament jekk:

(a)

ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni mniżżla fl-Artikoli 106(1), 106(2) jew 107 tar-Regolament Finanzjarju.

(b)

soġġetti għal xi waħda mis-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u fil-punti (v) u (vi) tal-Artikolu 27(2) tal-istess Regolament.

F.2   Kriteriji ta’ eliġibilità

16.

Sabiex ikun eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, l-applikanti jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri li l-applikant

(a)

irid ikun reġistrat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(b)

irid ikun affiljat ma’ partit politiku Ewropew li jissodisfa l-kriterji kollha biex jingħata kontribuzzjoni lil partiti politiċi Ewropej (8);

(c)

irid jikkonforma mal-obbligi elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri jrid ikun issottometta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali (9), rapport tal-awditjar estern u l-lista tad-donaturi, kif speċifikat;

F.3   Kriterji tal-għażla

17.

Skont l-Artikolu 202 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, “l-applikant irid ikollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament sabiex imantni l-attività tiegħu tul (…) is-sena li għaliha tingħata l-għotja u biex jieħu sehem fil-finanzjament tiegħu. L-applikant irid ikollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-att bażiku”.

F.4   Kriterji li fuqhom tittieħed id-deċiżjoni u d-distribuzzjoni ta’ finanzjament

18.

Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-approprjazzjonijiet disponibbli rispettivi għandhom jitqassmu kull sena. Dawn għandhom jitqassmu fost il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ikunu ġew approvati fid-dawl tal-kriterji ta’ eliġibilità u ta’ esklużjoni, abbażi tal-formula ta’ distribuzzjoni segwenti:

(a)

15 % se jitqassmu f’ishma ndaqs fost il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej benefiċjarji;

(b)

85 % se jitqassmu fi proporzjon mas-sehem tagħhom ta’ membri eletti tal-Parlament Ewropew fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji li magħhom huma affiljati l-applikanti.

G.   KONTROLL KONDIVIŻ MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-AWTORITÀ

19.

Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 24 (10) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedu kontroll kondiviż bejn il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (11) (“l-Awtorità”).

20.

Fejn skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-kontroll hu previst mill-Awtorità, il-Parlament Ewropew se jgħaddi l-applikazzjonijiet għal finanzjament lill-Awtorità. L-Awtorità għandha tikkomunika r-riżultat ta’ dan il-kontroll lill-Parlament Ewropew.

H.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET

21.

L-applikanti huma obbligati li jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe bidla fir-rigward tad-dokumenti mressqa jew fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn tali bidla. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jieħu d-deċiżjoni abbażi tal-informazzjoni disponibbli, irrispettivament minn kwalunkwe informazzjoni li tista’ tingħata fi stadju iktar avvanzat.

22.

L-applikanti għandhom l-oneru li jagħtu prova li għadhom jissodisfaw il-kriterji meħtieġa.

23.

It-termini u l-kundizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-Unjoni li għandu jingħata taħt din is-sejħa huma stabbiliti fl-Anness 1b tad-Deċiżjoni tal-Bureau speċifikata fil-paragrafu 6(b) ta’ din is-sejħa.

24.

Is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal finanzjament timplika aċċettazzjoni tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali imsemmija fil-paragrafu 23 ta’ din is-sejħa. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali jorbtu l-benefiċjarju li jingħatalu l-finanzjament u huma stabbiliti fid-deċiżjoni dwar l-għotja.

I.   KALENDARJU

25.

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-kalendarju indikattiv għall-għoti ta’ għotjiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej:

 

Stadji

Data jew perjodu

a)

Pubblikazzjoni tas-sejħa

Sat-30 ta’ Ġunju 2017

b)

Skadenza għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal finanzjament

fit-30 ta’ Settembru 2017.

c)

Perjodu ta’ evalwazzjoni

minn Ottubru sa Diċembru 2017

d)

Tagħrif lill-applikanti

Jannar 2018

e)

Notifika tad-deċiżjoni dwar l-għotja

minn Jannar sa Frar 2018

f)

Ħlas ta’ prefinanzjament (12)

minn Jannar sa Frar 2018

J.   ŻVELAR U PPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

26.

Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika, inkluż fuq l-Internet, kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

27.

Kwalunkwe data ta’ natura personali miġbura fil-kuntest ta’ din is-sejħa għandha tiġi proċessata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (13) skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

28.

Tali data għandha tkun ipproċessata għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament u s-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa bla ħsara għat-trasferiment possibbli ta’ din id-data lill-korpi responsabbli għat-twettiq ta’ kompiti ta’ verifika u awditjar skont id-dritt tal-Unjoni, bħas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

29.

Abbażi ta’ talba bil-miktub, il-benefiċjarju jista’ jingħata aċċess għad-data personali tiegħu u jikkoreġi kwalunkwe data żbaljata jew li mhux kompluta. Il-benefiċjarju jista’ jippreżenta kull talba li tirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tiegħu lid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi jew lill-Unità għall-Ħarsien ta’ Data Personali tal-Parlament Ewropew. Il-benefiċjarju jista’, f’kull ħin, jilmenta mal-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Data dwar dak li jikkonċerna l-ipproċessar tad-data personali tiegħu.

30.

Id-data personali jaf tiġi reġistrata fis-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) mill-Parlament Ewropew, jekk il-benefiċjarju jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106(1) u 107 tar-Regolament Finanzjarju.

K.   KUNTATT

31.

Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għandha tintbagħat b’email, filwaqt li tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, lill-indirizz li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu.

L.   ANNESSI

32.

Minbarra l-leġiżlazzjoni bażika speċifikata fil-paragrafu 6(b) ta’ din is-sejħa, l-annessi li ġejjin għal din is-sejħa huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Parlament Ewropew (http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm):

(a)

Il-formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament, inkluża dikjarazzjoni dwar l-aċċettazzjoni tat-termini u kundizzjonijiet ġenerali (mudell);

(b)

Stima ta’ baġit (mudell).


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

(2)  ĠU C 205, 29.6.2017, p. 2.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.

(6)  ĠU L 318, 4.12.2015, p. 28.

(7)  Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew ta' Jannar 2017.

(8)  Skont it-Titolu VIII tal-Parti II tar-Regolament Finanzjarju.

(9)  sakemm l-applikant ma jkunx soġġett għall-kontroll taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (pereżempju: maħluqa reċentement, eċċ.)

(10)  L-Artikolu 24(1)-(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Regoli ġenerali dwar il-kontroll:

“1.

Il-kontroll tal-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati, f’kooperazzjoni, mill-Awtorità, mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri kompetenti.

2.

L-Awtorità għandha tikkontrolla l-konformità tal-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (d) sa (f) tal-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (e) u (g) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 9(5) u (6), u l-Artikoli 20, 21 u 22.

L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jikkontrolla l-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-obbligi relatati mal-finanzjament mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament skont ir-Regolament Finanzjarju. Fit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli, il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”

(11)  Stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1141/2014

(12)  Fi żmien 30 jum wara d-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar l-għotja

(13)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS a

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS b

STIMA TA’ BAĠIT

Kosti

Kosti eliġibbli

Baġit

Attwali

A.1: Kosti tal-persunal

1.

Salarji

2.

Kontribuzzjonijiet

3.

Taħriġ professjonali

4.

Kosti tal-missjonijiet tal-persunal

5.

Kosti oħra tal-persunal

 

 

A.2: Kosti tal-infrastruttura u tal-operat

1.

Kera, tariffi u kosti ta’ manutenzjoni

2.

Kosti relatati mal-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-apparat

3.

Deprezzament ta’ proprjetà mobbli u immobbli

4.

Kartolerija u provvisti tal-uffiċċju

5.

Kosti tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet

6.

Kosti għall-istampar, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni

7.

Kosti oħra tal-infrastruttura

 

 

A.3: Kosti amministrattivi

1.

Kosti ta’ dokumentazzjoni (ġurnali, aġenziji tal-istampa, bażijiet tad-data)

2.

Kosti ta’ studji u ta’ riċerka

3.

Kosti legali

4.

Kosti ta’ kontabilità u awditjar

5.

Appoġġ lil partijiet terzi

6.

Kosti amministrattivi mixxellanji

 

 

A.4: Kosti ta’ laqgħat u ta’ rappreżentanza

1.

Kosti ta’ laqgħat

2.

Parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi

3.

Kosti ta’ rappreżentanza

4.

Kosti ta’ stediniet

5.

Kosti oħra relatati ma’ laqgħat

 

 

A.5: Kosti marbuta ma’ informazzjoni u pubblikazzjoni

1.

Kosti tal-pubblikazzjoni

2.

Ħolqien u tħaddim ta’ siti tal-Internet

3.

Kosti tal-pubbliċità

4.

Tagħmir tal-komunikazzjoni (“gadgets”)

5.

Seminars u wirjiet

6.

Kosti oħra relatati mal-informazzjoni

 

 

A.6: Allokazzjoni tal-“Provvista biex tkopri l-kosti eliġibbli li jsiru fl-ewwel kwart tas-sena N+1”

 

 

A. KOSTI TOTALI ELIĠIBBLI

 

 

Kosti ineliġibbli

1.

Fornimenti

2.

Telf mill-kambju

3.

Pretensjonijiet dubjużi fuq partijiet terzi

4.

Kontribuzzjonijiet in natura

5.

Oħrajn (li jridu jiġu speċifikati)

 

 

B. KOSTI INELIĠIBBLI TOTALI

 

 

C. KOSTI TOTALI

 

 


Dħul

 

Baġit

Attwali

D.1 Tneħħija tal-“Provvista biex tkopri l-kosti eliġibbli tal-ewwel kwart tas-sena N”

mhux applikabbli

 

D.2 Finanzjament tal-Parlament Ewropew

 

 

D.3 miżati tas-sħubija

 

 

3.1

mill-fondazzjonijiet membri

3.2

mill-membri individwali

 

 

D.4 Donazzjonijiet

 

 

 

 

 

D.5 Riżorsi proprji oħra

 

 

(li jridu jiġu elenkati)

 

 

D.6 Imgħax mill-prefinanzjament

 

 

D.7. Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

D. DĦUL TOTALI

 

 

E. profitt/telf (F-C)

 

 


F. Allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-kont ta’ riserva

 

 

G. Profitt/telf biex tiġi vverifikata l-osservanza tar-regola ta’ ebda profitt (E-F)

 

 


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/47


Avviż li jikkonċerna l-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti bi grani orjentati rrumblati ċatti ta’ azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw, fost l-oħrajn, fil-Federazzjoni Russa: bidla fl-isem ta’ kumpanija suġġetta għal miżuri antidumping

(2017/C 206/15)

L-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti bi grani orjentati rrumblati ċatti ta’ azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw fost l-oħrajn, fil-Federazzjoni Russa huma soġġetti għal sistema ta’ prezz minimu kkombinat ma’ dazji antidumping definittivi imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1953 (1).

OJSC Novolipetsk Steel, kumpanija li tinsab fil-Federazzjoni Russa, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ ċerti prodotti bi grani orjentati rrumblati ċatti ta’ azzar manjetiku tas-silikon li huma soġġetti għal dawn il-miżuri, inkluż rata individwali tad-dazju antidumping ta’ 21,6 % impost mir-regolament imsemmi hawn fuq, informat lill-Kummissjoni li hija biddlet il-forma legali tagħha għal Public Joint Stock Company (PJSC) u l-isem tal-kumpannija tagħha bl-Ingliż għal “Novolipetsk Steel” (l-isem imqassar bl-Ingliż: “NLMK”, isem imqassar bir-Russu: “ПАО НЛМК”).

Il-kumpanija staqsiet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla tal-isem ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata individwali ta’ dazju li tkun taħt ċerti ċirkostanzi, kif deskritt fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1953, applikabbli għall-kumpanija taħt l-isem preċedenti tagħha.

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod il-konklużjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1953.

Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1953 għal:

“OJSC Novolipetsk Steel, Lipetsk”

għandha tinqara bħala

“Novolipetsk Steel, Lipetsk”.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC C043 li kien qabel attribwit għal OJSC Novolipetsk Steel, Lipetsk u VIZ STAL, Ekaterinburg, għandu japplika, għal Lipetsk Novolipetsk Steel u VIZ STAL, Ekaterinburg.


(1)  ĠU L 284, 30.10.2015, p. 109.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/48


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8546 — Intermediate Capital Group/Domusvi Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 206/16)

1.

Fl-20 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fond ta’ investiment li jsegwi l-pariri tal-impriża Intermediate Capital Group, plc (“ICG”, ir-Renju Unit), jakkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll kollu tal-impriża CasaVita SAS u tas-sussidjarji tagħha (“il-grupp DomusVi”, Franza), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal ICG: maniġer ta’ assi li jinvesti f’debitu, kreditu u ekwità privati fl-Ewropa, l-Ażja, il-Paċifiku u l-Istati Uniti,

—   Il-grupp DomusVi: Grupp Franċiż li jopera istituzzjonijiet medikalizzati u mhux medikalizzati għall-kura tal-anzjani u li jipprovdi servizzi ta’ kura għall-anzjani fi Franza u Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8546 — Intermediate Capital Group/Domusvi Group, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/49


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8309 — Volvo Car Corporation/First Rent A Car)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 206/17)

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Volvo Car Corporation (“Volvo”, l-Iżvezja) ultimament ikkontrollata minn Zhejiang Geely Holding Group Co., Ltd. (“Geely Group”, iċ-Ċina), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża First Rent A Car AB (“FRAC”, l-Iżvezja), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Volvo: id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri u parts u permezz ta’ Volvofinans kontrollata b’mod konġunt, il-forniment ta’ servizzi finanzjarji tal-karozzi, servizzi għall-ġestjoni ta’ flotot, servizzi ta’ karti ta’ kreditu u finanzjament tad-dealers.

—   għal FRAC: attivitajiet ta’ kiri ta’ karozzi għal perjodu qasir (inkluż attivitajiet ta’ car sharing) fl-Iżvezja, in-Norveġja u d-Danimarka, servizzi ta’ amministrazzjoni tal-flotta fl-Iżvezja u d-distribuzzjoni bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri fl-Iżvezja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8309 — Volvo Car Corporation/First Rent A Car, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/50


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 206/18)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

“CAROTA NOVELLA DI ISPICA”

Nru tal-UE: PGI-IT-02291 — 22.2.2017

DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio di tutela I.G.P. Carota Novella di Ispica

Indirizz

:

Via Benedetto Spadaro 97

97014 Ispica (RG)

ITALIA

email

:

info@carotanovelladiispica.it; igpcarotanovellaispica@pec.it

Il-Konsorzju ta’ protezzjoni tal-IĠP Carota Novella di Ispica huwa intitolat jippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet tal-Ministeru għall-Politika tal-Agrikoltura, Alimentari u Forestali Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta maż-żona ġeografika

Tikkettar

Oħrajn [Imballaġġ]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha dokument uniku (jew l-ekwivalenti) ma ġiex ippubblikat.

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Metodu ta’ produzzjoni

Il-frażi li ġejja tal-punt 5.7 tal-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

“Il-ġbir, li jsir ġeneralment kuljum, jibda mill-20 ta’ Frar u jibqa’ sejjer sal-15 ta’ Ġunju.”

Tiġi emendata kif ġej:

“Il-ġbir, li jsir ġeneralment kuljum, jibda mill-1 ta’ Frar u jibqa’ sejjer sal-15 ta’ Ġunju.”

Wara s-sejbiet li għamlu l-agrikolturi f’dawn l-aħħar snin, bdiet diskussjoni dwar il-karatteristiċi li jiddistingwu l-Carota Novella di Ispica u nstab li dawn diġà jidhru fil-bidu ta’ Frar. Għaldaqstant, bl-iskop li jiġi evitat l-esklużjoni tal-prodotti mis-sistema ta-ċertifikazzjoni tal-IĠP, kien hemm bżonn li d-data tal-ġbir indikata fl-ispeċifikazzjoni tinbidel mill-20 ta’ Frar għall-1 ta’ Frar.

Rabta maż-żona ġeografika

L-emenda li dan t’hawn fuq irendi neċessarju t-tibdil fil-frażi li ġejja tal-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni:

“Lejn l-aħħar ta’ Frar (l-20 ta’ Frar), il-Carota Novella di Ispica tkun diġà laħqet il-maturazzjoni kummerċjali tagħha u tibqa’ sal-bidu ta’ Ġunju (il-15 ta’ Ġunju).”

għal

“Lejn il-bidu ta’ Frar (l-1 ta’ Frar), il-Carota Novella di Ispica tkun diġà laħqet il-maturazzjoni kummerċjali tagħha u tibqa’ sal-bidu ta’ Ġunju (il-15 ta’ Ġunju).”

F’konformità ma’ dak li hemm previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 53, l-emendi fil-punti 1 u 2 huma minuri peress li ma jikkostitwixxux modifika fil-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, lanqas fir-rabtiet tad-denominazzjoni mat-territorju tal-produzzjoni, li qed jara fil-prekoċità tal-ġbir element fundamentali fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Imballaġġ

Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

“—

borża tal-polietilen jew polipropilen b’piż li jvarja minn 1 sa 6 kg;

borża li żżomm il-prodott frisk ta’ piż li jvarja bejn 6 u 12 kg.”

jiġu emendati kif ġej

“—

borża tal-polietilen jew polipropilen b’piż li jvarja minn 0,5 sa 6 kg;

kaxxa bil-borża li żżomm il-prodott frisk ta’ piż li jvarja bejn 6 u 12-il kg.”

L-emenda fit-tnaqqis tal-piż tal-borża hi meħtieġa biex tissodisfa l-bżonnijiet tad-distribuzzjoni wiesgħa li tirrikjedi lil dawk li jippakkjaw li jkollhom boroż tal-karrotti b’piż iżgħar meta mqabbla mal-piżijiet li hemm previsti bħalissa mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Hawn qed jiġi ppreċiżat li l-borża li żżomm il-prodott frisk tiddaħħal ġewwa l-kaxxa. Il-kaxxa tagħmel il-borża li żżomm il-prodott frisk aktar maniġġibbli. Din l-emenda tippremetti li t-tħaddim tat-trasport tal-prodott jiġi ffaċilitat.

L-emenda li hemm fil-punt 3 titqies minuri minħabba li tinteressa esklussivament il-mod kif tiġi ppakkjata l-Carota Novella di Ispica I.G.P.

6.   Speċifiċità aġġornata tal-prodott (għal DOP u IĠP biss)

DOKUMENT UNIKU

“CAROTA NOVELLA DI ISPICA”

Nru tal-UE: PGI-IT-02291 — 22.2.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem/ismijiet

“Carota Novella di Ispica”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, fl-istat naturali jew ipproċessati.

3.2   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Carota Novella di Ispica” bl-indikazzjoni ġeografika protetta hija l-prodott tal-kultivazzjoni tal-ispeċi Daucus carota L. Il-varjetajiet użati ġejjin minn grupp tal-varjetà tal-karrotta “carota semilunga nantese” (relattivament twila minn Nantes) u l-varjetajiet ibridi li joħorġu minnha, bħalma huma: Exelso, Dordogne, Nancò, Concerto, Romance, Naval, Chambor, Selene. Jistgħu jiżdiedu ibridi oħrajn dejjem jekk ikunu ġejjin mill-grupp tal-varjetà “carota semilunga nantese” u dejjem jekk il-produtturi jkunu pprovaw il-konformità mal-parametri kwalitattivi tal-Carota Novella di Ispica permezz ta’ esperimenti u dokumentazzjoni. L-użu tal-ibridi l-ġodda għall-finijiet ta’ produzzjoni tal-Carota Novella di Ispica huwa awtorizzat permezz ta’ valutazzjoni pożittiva tal-provi sperimentali min-naħa tal-“Ministero delle Politiche agricole alimentari e forestali” li jista’ jikseb il-parir tal-Organu ta’ Spezzjoni jew ta’ xi organu ieħor għal dan il-għan.

Meta tinħareġ għall-konsum il-Carota di Ispica tippreżenta forma ċilindrika-konika, b’dijametru ta’ bejn 15 u 40 mm u b’piż ta’ bejn 50 u 150 gr, mingħajr xniexel sekondarji, mingħajr għerq apikali u mingħajr qtugħ fl-għerq ewlieni.

Lejn il-bidu ta’ Frar (l-1 ta’ Frar), il-Carota Novella di Ispica tkun diġà laħqet il-maturazzjoni kummerċjali tagħha u tibqa’ sal-bidu ta’ Ġunju (il-15 ta’ Ġunju). Għalhekk il-“Carota Novella di Ispica” hija karrotta li tinsab fis-suq fil-perjodu tax-xitwa u tar-rebbiegħa, u tippreżenta l-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-prodott frisk. Għal dak li jirrigwarda l-parametri kimiċinutrittivi, qed jiġi speċifikat:

kontenut għoli ta’ gluċidi: > 5 % tal-piż frisk,

il-kontenut f’beta-karoten, filwaqt li jitqies iż-żmien tal-produzzjoni: > 4 mg/100 g tal-prodott frisk,

il-kontenut tal-imluħa minerali: li huma bejn 0,5 % u 0,9 %.

Il-karatteristiċi sensorji ġew ivvalutati permezz tal-metodu UNI 10957 tal-2003. It-termini ta’ deskrizzjoni ġew ikkwantifikati fuq skala ta’ intensità ta’ 5 punti skont l-iskema UNI ISO 4121 tal-1989 b’intervall li jvarja mill-intensità l-iktar baxxa (valur 1) għal dik l-iktar għolja (valur 5).

Il-punteġġ minimu espress mill-ġurija għat-termini ta’ deskrizzjoni ewlenin huwa kif ġej:

intensità tal-kulur 2,5.

tqarqiċ 2,5.

riħa tipika tal-karrotta 2,5.

aroma tal-ħaxix 2,5.

Barra minn hekk, il-qoxra tkun tleqq, il-popla tarija u l-qalba ma jkunx fiha wisq fibra.

Il-“Carota Novella di Ispica” li tagħmel parti mill-kategoriji kummerċjali extra u I biss tista’ tikseb ir-rikonoxximent, skont kif definit mill-istandard CEE-ONU dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-kontroll tal-kwalità kummerċjali tal-karrotti.

3.3   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-fażijiet kollha tal-kultivazzjoni tal-„Carota Novella di Ispica“, miż-żrigħ sal-ġbir għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fil-punt 4.

Il-ġbir, li jsir ġeneralment kuljum, jibda mill-1 ta’ Frar u jibqa’ sejjer sal-15 ta’ Ġunju.

3.5   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-preparazzjoni tal-prodott frisk miġbur għandha titwettaq kuljum skont ir-regoli ta’ kif normalment issir il-preparazzjoni fl-azjendi. Il-fażijiet ewlenin li jikkaratterizzaw il-proċess ta’ preparazzjoni tal-karrotti huma dawn li ġejjin: ħasil, għażla tal-iskart, kalibrar, ippakkjar.

L-operazzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ewwel ippakkjar għandhom isiru fiż-żona tal-produzzjoni identifikata fil-punt 4.3, sabiex jiġu ggarantiti l-kwalità, il-kontroll u t-traċċabbiltà tal-prodott. Ippakkjar ieħor barra miż-żona ġeografika ddefinita huwa awtorizzat.

Il-“Carota Novella di Ispica” IĠP tiġi ppakkjata f’pakketti ssiġillati, b’tali mod li sabiex jinfetaħ il-pakket ikollu jinqata’ s-siġill. Il-pakketti li ġejjin huma permessi:

tilari sa 2 kg mgħottijin b’kisja ta’ protezzjoni,

borża tal-polietilen jew polipropilen b’piż li jvarja minn 0,5 sa 6 kg;

kaxxa bil-borża li żżomm il-prodott frisk ta’ piż li jvarja bejn 6 u 12-il kg.

3.6   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Huwa obbligatorju li l-pakkett ikollu fuq it-tikketta, b’karattri stampati b’mod ċar u li jinqara, barra mis-simbolu grafiku Komunitarju u t-tagħrif korrispondenti skont kif mitlub mil-liġi, l-indikazzjonijiet ulterjuri li ġejjin:

il-logo tad-denominazzjoni “Carota Novella di Ispica” IĠP,

l-isem, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz tal-intrapriża tal-produzzjoni u tal-ippakkjar,

l-appartenenza għall-kategorija kummerċjali “extra” u “I”.

Ma tista’ tiżdied l-ebda kwalifikazzjoni li ma tkunx espressament prevista. Madankollu tista’ ssir kwalunkwe referenza għal ditti privati sakemm dawn ma jkollhomx għan ta’ tifħir jew ma jkunux intenzjonati li jingannaw il-konsumatur.

Il-logo tal-“Carota Novella di Ispica” huwa kompost minn simbolu grafiku li jirrappreżenta l-karrotta, magħmula minn triangolu irregolari bil-ponta tħares ‚l isfel. Is-simbolu grafiku jidher fuq ix-xellug filwaqt li fuq il-lemin tinsab il-kliem “Carota Novella di Ispica”. L-ittra kbira “N” tal-kelma “Novella” titrikkeb fuq ix-xbieha tal-karrotta bejn wieħed u ieħor f’nofs l-għoli tagħha, filwaqt li l-kliem “di Ispica” tidher taħt dik ta’ “Novella”. Il-kliem kollu hu ta’ kulur aħdar. It-tipa tal-kitba għandha t-trufijiet ittondjati.

Image

4.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-„Carota Novella di Ispica“ hi magħmula mill-municipalitajiet tal-provinċji li ġejjin b’għoli ta’ 550 m.s.l:

Ragusa: il-muniċipalitajiet ta’ Acate, Chiaramonte Gulfi, Comiso, Ispica, Modica, Pozzallo, Ragusa, Santa Croce Camerina, Scicli, Vittoria,

Il-provinċja ta’ Siracusa: il-muniċipalitajiet ta’ Noto, Pachino, Portopalo di Capo Passero, Rosolini,

Il-provinċja ta’ Catania: il-muniċipalità ta’ Caltagirone,

Il-provinċja ta’ Caltanissetta: il-muniċipalità ta’ Niscemi.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rikonoxximent tal-“Carota Novella di Ispica” bħala indikazzjoni ġeografika protetta huwa ġġustifikat mill-prekoċità tal-qlugħ tiegħu.

Il-kundizzjonijiet favorevoli pedoklimatiċi fil-fatt jiddeterminaw iż-żmien tal-produzzjoni tal-„Carota Novella di Ispica“. Lejn il-bidu ta’ Frar (l-1 ta’ Frar), il-Carota Novella di Ispica tkun diġà laħqet il-maturazzjoni kummerċjali tagħha u tibqa’ sal-bidu ta’ Ġunju (il-15 ta’ Ġunju). B’hekk jinkiseb prodott ġdid, tipiku ta’ Sqallija, li jintrabat bis-sħiħ mat-territorju tal-produzzjoni. Madankollu, ta’ min iżid il-fatt li l-“Carota Novella di Ispica” tkun preżenti fuq is-suq fil-perjodu tax-xitwa u tar-rebbiegħa, u tgawdi minn karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-prodott frisk, bħalma huma t-tqarqiċ, ir-riħa qawwija u l-aroma tal-ħaxix.

It-territorju tal-produzzjoni tal-“Carota Novella di Ispica” huwa kkaratterizzat minn temperaturi medji għoljin fix-xitwa, ammont għoli ta’ sigħat fid-dawl tax-xemx, ħamrija fertili ħafna. Hemm rabta soda bejn il-parametri kwalitattivi u ċ-ċiklu partikolari produttiv, u l-karatteristiċi fiżiċi u bijokimiċi. L-interazzjoni ta’ bejniethom tittrasforma t-territorju ta’ Ibla f’sistema armonjuża li hija indispensabbli u li tikkaratterizza filwaqt li ttejjeb l-istess parametri.

Ix-xejra tat-territorju tiffaċlità l-kultivazzjoni fis-sens li l-kwalitajiet ambjentali eċċellenti, b’mod partikolari il-klima moderata u xotta ta’ mal-kosta, jippermettu li ġeneralment, il-pjanta żżomm livell eċċellenti f’termini ta’ saħħa.

Fit-territorju li jirrigwarda l-produzzjoni tal-“Carota Novella di Ispica” la jkun hemm każijiet estremi ta’ temperaturi baxxi, u lanqas każijiet estremi ta’ ħafna xita jew ta’ nixfa. Ġie ppruvat li t-temperaturi li jkun hemm fit-territorju huma dawk li jiffavorixxu l-kulur karg anke minħabba l-effett mhux żgħir tal-kwantità konsiderevoli ta’ dawl li jkun hemm fuq dawn l-artijiet bejn Settembru u Marzu u jiffavorixxu wkoll il-konformazzjoni tassew regolari u l-aħjar kontenuti ta’ zokkor, beta-karoten u mluħa minerali. Meta dawn jiġu vvalutati b’rabta maż-żmien li fih jinqala’ l-prodott, jagħtu iktar karatteristiċi lill-“Carota Novella di Ispica”. Il-ħamrija wkoll hija addatta għal-ħtiġijiet tal-kultivazzjoni, li tippreferi tip ta’ ħamrija b’konsistenza medja u x’aktarx maħlula, bi “skeletru tal-ħamrija” li mhux raff, b’allokazzjoni tajba ta’ elementi nutrittivi, b’karatteristiċi tajbin fis-sens ta’ fond u freskezza, iżda, li tkun tajba wkoll f’ħamrija x’aktarx imrammla dejjem jekk tkun imtejba b’fertilizzanti adegwati u bl-irrigazzjoni.

Dawn huma l-kundizzjonijiet li ġabu suċċess lill-“Carota di Ispica”. Il-produtturi tal-passat jiftakru li fil-fatt, l-importaturi Ewropej kienu jgħidu li, hekk kif jinfetaħ vagun b’tagħbija tal-“Carota Novella di Ispica”, dawn mill-ewwel kienu jagħrfuha minħabba li kienet toħroġ il-fwieħa partikolari u qawwija tagħha.

L-oriġini dokumentati tal-kultivazzjoni tal-“Carota di Ispica” jmorru lura għall-1955 u l-ewwel dokumenti tal-esportazzjoni tagħha jmorru lura għal ftit snin wara. Mis-snin 50, il-kultivazzjoni tal-“Carota di Ispica” twessgħet progressivament sakemm ġabret fiha ż-żona definita fil-punt 4, kemm minħabba raġunijiet marbutin mal-fenomenu agrarju, jiġifieri “l-għeja tal-ħamrija” u kemm minħabba s-suċċess kummerċjali kbir li hija għamlet fis-swieq nazzjonali u barranin. Pina Avveduto tat xhieda importanti fil-pubblikazzjoni tagħha “La Coltivazione della Carota ad Ispica” tal-1972, u fir-rigward tat-tkabbir mgħaġġel tal-kultivazzjoni tal-Carota di Ispica kitbet: “Kif wieħed jista’ jobsor, il-mod mgħaġġel li bih żviluppat il-kultivazzjoni l-ġdida kien iffavorit mill-faċilità kummerċjali tal-prodott, li huwa aċċettat u saħansitra mfittex mis-swieq kollha nazzjonali u internazzjonali għal valuri intrinsiċi tiegħu.[…]. Il-karrotta tagħna, fil-fatt, hija preferuta minħabba li hija prekoċi, it-tip ta’ forma (id-daqs), il-proprjetajiet organolettiċi (il-kulur u t-togħma), il-proprjetajiet kimiċi (l-ammont għoli ta’ karoten u glukożju)”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

L-Amministrazzjoni attwali nediet il-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tal-proposta għal emenda tad-IĠP “Carota Novella di Ispica” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 298 tat-22 ta’ Diċembru 2016.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit web li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”

jew:

billi żżur il-paġna uffiċjali tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Prodotti DOP e IGP” (fin-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.