ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
29 ta' Ġunju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 205/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8357 — Asahi/AB Inbev CEE Divestment business) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2017/C 205/02

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

2

 

Il-Kunsill

2017/C 205/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill li jikkontribwixxu biex jieqfu jiżdiedu l-Piż Żejjed u l-Obeżità fit-Tfulija

46

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 205/04

Rata tal-kambju tal-euro

53

2017/C 205/05

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

54

2017/C 205/06

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

55

2017/C 205/07

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

56

 

Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

2017/C 205/08

Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

57


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 205/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8491 — PGA Group/Groupe Bernard/CDPR) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

58

2017/C 205/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

59

2017/C 205/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8550 — USSL/Goldman Sachs/Redexis Gas) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

60

2017/C 205/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8456 — INEOS/Forties Pipeline System) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

61

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 205/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

62

2017/C 205/14

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

70


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8357 — Asahi/AB Inbev CEE Divestment business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 205/01)

Fl-1 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8357. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/2


DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-12 ta’ Ġunju 2017

li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(2017/C 205/02)

IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (“ir-Regolament Finanzjarju”),

Wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3) (“ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”),

Wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4),

Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew (“ir-Regoli ta’ Proċedura”), u b’mod partikolari l-Artikoli 25(11) u 223a tagħhom,

Billi:

(1)

Hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u ta’ trasparenza, kull għotja ta’ finanzjament għandha tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Bureau u notifikata lid-destinatarju u għandu jkun fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet f’każ li l-miżura tolqot lid-destinatarju b’mod negattiv,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċeduri applikabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, din id-Deċiżjoni tapplika kemm għall-partiti politiċi Ewropej kif ukoll għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

L-Annessi għal din id-deċiżjoni jifformaw parti integrali minnha.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(1)

“applikant” tfisser partit jew fondazzjoni li j/tippreżenta applikazzjoni għal finanzjament skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, wara s-sejħa għal kontribuzzjonijiet jew is-sejħa għal proposti;

(2)

“uffiċjal awtorizzanti b’delega” tfisser il-membru tal-persunal li lilu ġew delegati s-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta’ Ġunju 2014 (5) u d-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali dwar id-delega tal-kompiti tal-uffiċjal awtorizzanti;

(3)

“awtorità” tfisser l-istess bħal “Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej” fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(4)

“benefiċjarju” tfisser il-partit li jkun ingħata kontribuzzjoni jew il-fondazzjoni li tkun ingħatat għotja skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(5)

“ammont definittiv tal-finanzjament” tfisser jew l-ammont definittiv tal-kontribuzzjoni (għall-partiti) jew l-ammont definittiv tal-għotja (għall-fondazzjonijiet) stabbilit mill-Bureau wara d-Deċiżjoni tiegħu dwar ir-rapport annwali;.

(6)

“fondazzjoni” tfisser l-istess bħal “Fondazzjoni politika Ewropea” fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(7)

“finanzjament” tfisser jew kontribuzzjoni skont it-termini tat-Titolu VIII tat-Tieni Parti tar-Regolament Finanzjarju (għall-partiti) jew għotja operattiva skont it-termini tat-Titolu VI tal-Ewwel Parti tar-Regolament Finanzjarju (għall-fondazzjonijiet);

(8)

“deċiżjoni ta’ finanzjament” tfisser jew id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ kontribuzzjoni (għall-partiti) jew għotja (għall-fondazzjonijiet) skont it-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati fis-sejħa;

(9)

“proċedura ta’ finanzjament” tfisser il-proċedura li ssegwi ċ-ċiklu mis-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet sal-approvazzjoni tar-rapport annwali u l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammont definittiv ta’ finanzjament;

(10)

“partit” tfisser l-istess bħal “partit politiku Ewropew” fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Artikolu 3

Sejħiet

1.   Wara l-approvazzjoni mill-Bureau, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jeħtieġ li jiżgura l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet fir-rigward tal-partiti u sejħa għal proposti fir-rigward ta’ fondazzjonijiet (“sejħiet”).

2.   Is-sejħiet għandhom jispeċifikaw l-iskadenza ta’ żmien, għall-partiti u l-fondazzjonijiet, biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal finanzjament bil-miktub lill-Parlament Ewropew.

3.   Is-sejħiet għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-objettivi segwiti,

(b)

il-qafas ġuridiku,

(c)

il-kalendarju tal-proċedura tal-finanzjament,

(d)

l-arranġamenti għall-finanzjament mill-Unjoni,

(e)

il-kriterji ta’ eleġibbiltà u esklużjoni,

(f)

(fil-każ tal-fondazzjonijiet biss) il-kriterji ta’ għażla,

(g)

il-kriterji ta’ għotja, kif speċifikat fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014,

(h)

il-formola tal-applikazzjoni u l-istruttura tal-estimi tal-baġit għandhom jiġu pprovduti mill-applikant flimkien mal-applikazzjoni tiegħu,

(i)

jekk applikabbli, lista ta’ kwalunkwe dokument ta’ sostenn rikjest,

(j)

it-termini u l-kundizzjonijiet speċjali u ġenerali għall-għoti ta’ kontribuzzjonijiet u ta’ għotjiet, kif approvati mill-Bureau.

4.   Is-sejħa għal kontribuzzjonijiet jew is-sejħa għall-proposti għandhom jispeċifikaw li kull applikant għandu jimpenja ruħu b’mod espliċitu u bil-miktub li jirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet rilevanti bħala kundizzjoni għall-ammissibbiltà tal-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 4

Applikazzjoni għal finanzjament

1.   F’konformita’ mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-applikant li jixtieq jirċievi finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jippreżenta applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Parlament Ewropew.

2.   L-applikant jista’ jkun mistieden mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega biex jippreżenta, sa data ta’ skadenza raġonevoli, aktar dokumenti ta’ sostenn jew kjarifiki relatati mal-applikazzjoni.

Artikolu 5

Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal finanzjament

1.   Abbażi ta’ proposta mis-Segretarju-Ġenerali, il-Bureau għandu jiddeċiedi, fi żmien tliet xhur mill-għeluq tat-talba, dwar l-applikazzjonijiet ta’ finanzjament rispettiva, wara li jkun ivverifika l-konformita mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Bureau għandu jqis kwalunkwe bidla li saret fis-sitwazzjoni ta’ applikant wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal finanzjament.

2.   Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, il-Bureau għandu joħroġ Deċiżjoni ta’ Finanzjament skont il-mudell stabbilit fl-Anness 1a (għall-partiti) jew fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), fejn jiġi stabbilit l-ammont ta’ għotja lill-applikant.

3.   F’każ li applikazzjoni tkun miċħuda, id-deċiżjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

4.   L-ammont ta’ finanzjament għandu jiġi stabbilit b’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u f’dan l-istadju jkun biss provviżorju. L-ammont definittiv ta’ finanzjament għandu jiġi stabbilit b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 8 ta’ din id-Deċiżjoni.

5.   Jekk l-ammonti għal kull applikant ikunu notevolment differenti minn dawk mistennija fil-mument tal-pubblikazzjoni tas-sejħiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-Bureau jista’ jistieden lill-President tal-Parlament Ewropew iressaq proposta lill-kumitat kompetenti biex dan jadatta l-approprjazzjonijiet disponibbli.

Artikolu 6

Pagamenti

1.   Il-finanzjament għandu jitħallas lill-benefiċjarji f’forma ta’ prefinanzjament, kif speċifikat fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet). Sakemm il-Bureau ma jiddeċidix mod ieħor, f’każijiet dovutament ġustifikati, il-prefinanzjament għandu jitħallas f’pagament uniku ta’ 100 % tal-ammont massimu ta’ finanzjament.

2.   Fuq bażi ta’ każ b’każ u suġġett għall-analiżi tar-riskji, il-Bureau jista’ jiddeċiedi li jirrikjedi lill-benefiċjarju jippreżenta garanzija ta’ prefinanzjament skont ir-Regolament Finanzjarju.

3.   Id-dispożizzjonijiet dwar il-pagamenti u d-dati ta’ skadenza tagħhom għandhom jiġu speċifikati fid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

Artikolu 7

Awditjar estern

1.   Il-Parlament Ewropew għandu jirċievi direttament mingħand il-korpi jew l-esperti esterni indipendenti, maħtura skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, ir-rapport tal-awditjar estern kif speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

2.   L-ambitu tal-awditjar estern huwa speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-ambitu tal-awditu estern hu speċifikat aktar fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u fil-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet).

Artikolu 8

Deċiżjoni dwar ir-rapport annwali u l-ammont tal-finanzjament definittiv

1.   Abbażi ta’ proposta tas-Segretarju Ġenerali, il-Bureau għandu, sat-30 ta’ Settembru tas-sena wara s-sena finanzjarja kkonċernata fir-rapport annwali, japprova jew jirrifjuta r-rapport annwali.

2.   Il-Bureau jew l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jista’ jitlob lill-benefiċjarji jippreżenta informazzjoni addizzjonali għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-regoli rilevanti.

3.   Jekk tali informazzjoni addizzjonali tiġi mitluba mill-Bureau jew mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega, l-iskadenza ta’ żmien għal deċiżjoni dwar ir-rapport annwali għandha tkun prorogata sakemm tali informazzjoni addizzjoni tkun waslet u ġiet evalwata.

4.   Fir-rigward tal-partiti, il-Bureau għandu fuq bażi annwali, jistabbilixxi l-ammont ta’ nefqa rimborżabbli, abbażi tar-rapport annwali. F’każ ta’ riport ta’ finanzjament mhux minfuq għas-sena finanzjarja ta’ wara, l-ammont ta’ finanzjament definittiv għandu jiġi stabbilit f’konformita’ mal-Parti B tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a.

5.   Fir-rigward tal-fondazzjonijiet l-ammont definittiv tal-għotja għandu jiġi ddeterminat abbażi tar-rapport annwali.

6.   L-ammont definittiv ta’ finanzjament ma għandux jeċċedi:

(a)

l-ammont massimu tal-finanzjament stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

(b)

85 % tan-nefqa rimborżabbli jew tan-nefqa eleġibbli effettivament inkorsa.

7.   Abbażi tal-ammont definittiv tal-finanzjament stabbilit skont il-paragrafi 4 sa 6 u tal-pagamenti ta’ prefinanzjament li saru preċedentement skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jiddetermina l-ammonti dovuti lill-benefiċjarju jew lill-Parlament Ewropew.

8.   L-ammont definittiv tal-finanzjament għandu jiġi stabbilit mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwettaq verifiki ex post f’konformità mal-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet) u bil-possibbiltà li l-ammont definittiv tal-finanzjament ikun jista’ jiġi aġġustat b’mod retroattiv.

9.   Id-deċiżjonijiet adottati fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu notifikati lill-benefiċjarju bħala deċiżjoni individwali, f’konformita’ mal-Artikolu 223a(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

10.   Il-proċedura applikabbli għal approvazzjoni tar-rapport annwali u għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammont definittiv tal-finanzjament hija speċifikata aktar fil-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u fil-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet).

11.   Il-Bureau jew l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jista’ jikkonsulta lill-Awtorità, f’konformita’ mal-Artikolu 6(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, bil-għan li tintalab informazzjoni addizzjonali li jikkunsidra rilevanti għall-approvazzjoni tar-rapport annwali għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament definittiv.

Artikolu 9

Proċedura ta’ sospensjoni

1.   F’konformita’ mar-regoli applikabbli tar-regolament Finanzjarju u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali kif stipulat fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali kif stipulat fl-Anness 1b (għall-fundazzjonijiet), il-Bureau jista’ jiddeċiedi, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali, li jissospendi il-pagament ta’ finanzjament għall-partit politku jew fondazzjoni u jiddeċiedi fuq it-tkomplija tal-pagament, f’każ li ċ-ċirkostanzi għal tali sospensjoni ma japplikawx aktar. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkun kompetenti biex jniedi tali proċedura u biex jieħu il-passi kollha meħtieġa, f’konformita’ mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), qabel tali deċiżjoni mill-Bureau.

2.   It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 223a(1) tar-Regoli ta’ Proċedura għandu japplika għal deċiżjonijiet adottati mill-Bureau skont dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Irtirar tad-deċiżjoni ta’ finanzjament

1.   F’konformita’ mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, u b’mod partikolari mal-Artikolu 30 tiegħu, flimkien mar-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u mal-Parti A tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), il-Bureau jista’ jiddeċiedi, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali, li jirtira d-deċiżjoni ta’ finanzjament. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkun kompetenti biex jniedi tali proċedura u biex jieħu il-passi kollha meħtieġa, f’konformita’ mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), qabel tali deċiżjoni mill-Bureau.

2.   It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 223a(1) tar-Regoli ta’ Proċedura għandu japplika għal deċiżjonijiet adottati mill-Bureau skont dan l-Artikolu.

3.   L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkollu s-setgħa li joħroġ l-ordni ta’ rkupru meħtieġa.

Artikolu 11

Terminazzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament

1.   F’konformita’ mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, u b’mod partikolari mal-Artikoli 27 u 30 tiegħu, flimkien mar-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u mal-Parti A tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), il-Bureau jista’ jiddeċiedi, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali, li jtemm id-deċiżjoni ta’ finanzjament. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkun kompetenti biex jniedi tali proċedura u biex jieħu il-passi kollha meħtieġa, f’konformita’ mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), qabel tali deċiżjoni mill-Bureau.

2.   It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 223a(1) tar-Regoli ta’ Proċedura għandu japplika għal deċiżjonijiet adottati mill-Bureau skont dan l-Artikolu.

3.   L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkollu s-setgħa li joħroġ l-ordni ta’ rkupru meħtieġa.

Artikolu 12

Kontroll

Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tipprevedi espressament għad-drittijiet tal-Parlament Ewropew u tal-awtoritajiet kompetenti biex jeżeritaw is-setgħat tagħhom ta’ kontroll fir-rigward tal-benefiċjarju, kif imsemmi fl-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Artikolu 13

Assistenza teknika

F’konformita’ mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-benefiċjarji jistgħu japplikaw għall-assistenza teknika, skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-14 ta’ Marzu 2000 li tirregola l-użu tal-bini tal-Parlament Ewropew minn entitajiet esterni, kif emendata, u kull tip ieħor ta’ assistenza teknika kif imfissra fir-regoli adottati sussegwentement mill-Bureau. Il-Bureau jista’ jiddelega lis-Segretarju Ġenerali s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet relatati mal-assistenza teknika.

Artikolu 14

Dritt ta’ smigħ

F’każijiet fejn, skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament applikabbli, inklużi fit-Termini u Kundizzjonijiet Speċjali u Ġenerali, il-benefiċjajru hu intitolat, qabel kwalunkwe deċiżjoni tiġi adottata mill-Parlament, li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, il-benefiċjarju għandu jingħata perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mir-regoli applikabbli, biex jissottometti l-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu. Dan il-perjodu jista’, fuq talba motivata tal-benefiċjarju, jiġi prorogat darba b’għaxart ijiem ta’ xogħol oħra.

Artikolu 15

Tħassir, dħul fis-seħħ u applikazzjoni effettiva

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mill-proċedura ta’ għoti tal-finanzjament tas-sena baġitarja 2018.

2.   Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 (6) hi revokata mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha, madankollu, tibqa’ tapplika fir-rigward tal-atti u tal-impenji relatati mal-proċeduri pendenti fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti u tal-fondazzjoni politiċi fil-livell Ewropew li huma regolati mir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

Artikolu 16

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.

Annessi — mudell ta’ Deċiżjonijiet ta’ Finanzjament:

 

Anness 1a — mudell ta’ Deċiżjoni ta’ Kontribuzzjoni — partit

 

Anness 1b — mudell ta’ Deċiżjoni ta’ Għotja — fondazzjoni


(1)  ĠU L 317. 4.11.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.

(5)  Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta’ Ġunju 2014 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU C 63, 4.3.2014, p. 1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Bureau tas-7 ta’ Ottubru 2015 (ĠU C 428, 19.12.2015, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir- regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).


ANNESS 1a

[MUDELL] DEĊIŻJONI TA’ GĦOTI TA’ KONTRIBUZZJONI — PARTIT

NUMRU: …[DAĦĦAL]..


Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu;

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (“ir-Regolament Finanzjarju”),

Wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3) (“ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4),

Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(11) tagħhom,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2017 (5) li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014,

Wara li kkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Parlament Ewropew fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet bl-għan li jingħata finanzjament lill-partiti politiċi fil-livell Ewropew,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-partiti politiċi fil-livell Ewropew għandhom jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(2)

Din id-deċiżjoni hija r-riżultat ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet li permezz tagħha l-applikanti ġew mgħarrfa bil-mudell ta’ Deċiżjoni ta’ Finanzjament, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet.

(3)

[il-benefiċjarju] ressaq talba għal finanzjament fi [data meta l-Parlament Ewropew irċieva t-talba], u qabel b’mod espliċitu mat-termini u l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament,

IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW EŻAMINA t-talba fil-laqgħa tiegħu ta’ [data] u ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti fis-sens tal-Artikolu 204a tar-Regolament Finanzjarju (“finanzjament”) qed jingħataw lil:

[isem uffiċjali sħiħ tal-benefiċjarju]

[forma legali uffiċjali]

[Numru ta’ reġistrazzjoni legali]

[indirizz uffiċjali sħiħ]

[numru tal-VAT],

(‘il-benefiċjarju’),

rappreżentat, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament minn:

…[rappreżentant intitolat li jidħol f’impenji legali]…,

biex jappoġġa l-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju,

skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din s-sejħa għal kontribuzzjonijiet u d-Deċiżjoni ta’ Kontribuzzjoni attwali (“id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament”), inklużi t-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali, it-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali fl-istima ta’ baġit fl-Anness li għandu jifforma parti integrali minn din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament preżenti.

Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ta’ partijiet oħra ta’ din id-Deċiżjoni. Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk tal-Annessi l-oħra.

Werrej

I.

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI 9

Artikolu I.1 —

Suġġett tad-Deċiżjoni 9

Artikolu I.2 —

Perjodu ta’ eliġibbiltà 10

Artikolu I.3 —

Forma ta’ finanzjament 10

Artikolu I.4 —

Ammont ta’ finanzjament (massimu) provviżorju 10

Artikolu I.5 —

Pagamenti u arranġamenti ta’ pagament 10

I.5.1

Prefinanzjament 10

I.5.2

Pagament tal-bilanċ jew irkupru ta’ prefinanzjament imħallas indebitament 10

I.5.3

Munita 10

Artikolu I.6 —

Kont bankarju 10

Artikolu I.7 —

Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali 11

Artikolu I.8 —

Dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 11

II.

KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI 11

PARTI A:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI 11

Artikolu II.1 —

Definizzjonijiet 11

Artikolu II.2 —

Obbligi ġenerali tal-benefiċjarju 12

Artikolu II.3 —

Obbligi marbuta mal-kont tal-bank 12

Artikolu II.4 —

Responsabbiltà għad-danni 12

Artikolu II.5 —

Kunfidenzjalità 13

Artikolu II.6 —

Ipproċessar ta’ data personali 13

Artikolu II.7 —

Żamma ta’ rekords 13

Artikolu II.8 —

Viżibilità tal-finanzjament mill-unjoni 13

II.8.1

Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni 13

II.8.2

Ċaħdiet li jeskludu r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew 13

II.8.3

Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew 13

Artikolu II.9 —

Għoti ta’ kuntratti mill-benefiċjarju 13

II.9.1

Prinċipji 13

II.9.2

Żamma ta’ rekords 14

II.9.3

Kontroll 14

II.9.4

Responsabbiltà 14

Artikolu II.10 —

Force majeure 14

Artikolu II.11 —

Sospensjoni tal-pagament ta’ finanzjament 14

II.11.1

Raġunijiet għas-sospensjoni 14

II.11.2

Proċedura għal sospensjoni 14

II.11.3

Effetti tas-sospensjoni 14

II.11.4

Tkomplija tal-pagament 15

Artikolu II.12 —

Irtirar tad-Deċiżjoni ta’ finanzjament mill-Parlament Ewropew 15

II.12.1

Raġunijiet għall-irtirar 15

II.12.2

Proċedura għall-irtirar 15

II.12.3

Effetti tal-irtirar 15

Artikolu II.13 —

Terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament 15

II.13.1

Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju 15

II.13.2

Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew 15

II.13.3

Effetti tat-terminazzjoni 16

Artikolu II.14 —

Ċessjoni 16

Artikolu II.15 —

Imgħax ta’ inadempjenza 16

Artikolu II.16 —

Liġi applikabbli 16

Artikolu II.17 —

Dritt għal smigħ 16

PARTI B:

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI 16

Artikolu II.18 —

Nefqa rimborsabbli 16

II.18.1

Kundizzjonijiet 16

II.18.2

Eżempji ta’ nfiq rimborsabbli 17

Artikolu II.19 —

Infiq mhux rimborsabbli 17

Artikolu II.20 —

Kontribuzzjonijiet in natura 18

Artikolu II.21 —

Trasferimenti tal-baġit 18

Artikolu II.22 —

Obbligi ta’ rapportar 18

II.22.1

Rapport annwali 18

II.22.2

Rapport tal-awditjar estern 19

Artikolu II.23 —

Deċiżjoni dwar rapport annwali 19

Artikolu II.24 —

Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament 20

II.24.1

Impatt tar-rapport annwali 20

II.24.2

Limitu 20

II.24.3

Riport ta’ fondi mhux minfuqa 20

II.24.4

Id-Deċiżjoni tal-ammont finali ta’ finanzjament 20

II.24.5

Irkupru ta’ finanzjament mhux minfuq 20

II.24.6

Il-bilanċ tal-finanzjament 20

II.24.7

Bilanċ favorevoli ta’ riżorsi proprji 20

Artikolu II.25 —

Imgħax fuq il-prefinanzjament 21

Artikolu II.26 —

Irkupru 21

II.26.1

Imgħax fuq pagament tard 21

II.26.2

Tpaċija 21

II.26.3

Spejjeż bankarji 21

Artikolu II.27 —

Garanzija finanzjarja 22

Artikolu II.28 —

Kontroll 22

II.28.1

Dispożizzjonijiet ġenerali 22

II.28.2

Dover li jinżammu d-dokumenti 22

II.28.3

L-obbligu li jipprovdi dokumenti u/jew informazzjoni 22

II.28.4

Żjarat fuq il-post 22

II.28.5

Proċedura tal-awditjar kontradittorja 22

II.28.6

Effetti tas-sejbiet tal-awditjar 23

II.28.7

Id-drittijiet ta’ kontroll tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) 23

II.28.8

Id-drittijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 23

II.28.9

Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-Artikolu II.28.1 sa 23

Anness —

Stima tal-Baġit 24

I.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI

Artikolu I.1

Suġġett tad-Deċiżjoni

Il-Parlament Ewropew jagħti finanzjament għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju fis-sena finanzjarja [daħħal], skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali u fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali (“termini u kundizzjonijiet”), kif ukoll skont l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament min-naħa tal-Parlament Ewropew.

Il-benefiċjarju ser juża l-finanzjament għall-fini tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tiegħu, filwaqt li jaġixxi fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u skont it-termini u l-kundizzjonijiet u l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament min-naħa tal-benefiċjarju.

Artikolu I.2

Perjodu ta’ eliġibbiltà

Il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal finanzjament mill-Unjoni għandu jibda jgħodd minn [daħħal JJ/XX/SS] sa [daħħal JJ/XX/SS].

Artikolu I.3

Forma ta’ finanzjament

Il-kontribuzzjonijiet mogħtija lill-benefiċjarju skont it-Titolu VIII tal-Parti II tar-Regolament Finanzjarju għandu jieħdu l-forma ta’ rimbors ta’ perċentwal tan-nefqa rimborsabbli li fil-fatt tkun ġiet imġarrba.

Artikolu I.4

Ammont ta’ finanzjament (massimu) provviżorju

Il-Parlament Ewropew għandu jikkontribwixxi ammont massimu ta’ EUR [daħħal l-ammont], li m’għandux jeċċedi il-85 % tat-total tan-nefqa rimborsabbli stmata.

In-nefqa rimborsabbli stmata tal-benefiċjarju hija mniżżla fl-Anness (“l-istima ta’ baġit”). L-istima ta’ baġit għandha tkun f’bilanċ u għandha tagħti analiżi statistika tal-kosti u d-dħul kollu tal-benefiċjarju għall-perjodu ta’ eleġibilità. In-nefqa rimborsabbli għandha tkun separata min-nefqa mhux rimborsabbli, skont l-Artikolu II.18.

Artikolu I.5

Pagamenti u arranġamenti ta’ pagament

Il-finanzjament għandu jitħallas skont l-iskeda u l-arranġamenti li ġejjin.

I.5.1   Prefinanzjament

Il-pagament ta’ prefinanzjament ta’ EUR [daħħal ammont], li jirrappreżenta [100 % awtomatikament, inkella daħħal il-perċentwal deċiż mill-Parlament Ewropew] tal-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu I.4 ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, għandu jsir lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew, jekk applikabbli, mid-data meta l-Parlament Ewropew jirċievi l-garanzija finanzjarja ta’ EUR [daħħal l-ammont], skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

I.5.2   Pagament tal-bilanċ jew irkupru ta’ prefinanzjament imħallas indebitament

Il-bilanċ tal-finanzjament għandu jitħallas lill-benefiċjarju jew kwalunkwe prefinanzjament imħallas indebitament għandu jiġi rkuprat fi żmien 30 jum wara d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali u d-determinazzjoni tal-ammont finali tal-finanzjament kif speċifikat fl-Artikolu II.24.

I.5.3   Munita

Il-pagamenti għandhom isiru mill-Parlament Ewropew f’euro. Kwalunkwe konverżjoni tal-kosti reali f’euro għandha ssir bir-rata ta’ kuljum ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew inkella, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata menswali tal-kontabilità stabbilita mill-Parlament Ewropew u ppubblikata fis-sit tiegħu tal-Internet, fil-ġurnata meta tinħareġ l-ordni ta’pagament mill-Parlament Ewropew, ħlief fejn it-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali espressament jispeċifikaw mod ieħor.

Il-pagamenti mill-Parlament Ewropew għandhom jitqiesu li jkunu saru fid-data li fiha jiġu ddebitati mill-kont tal-Parlament Ewropew.

Artikolu I.6

Kont bankarju

Il-pagamenti għandhom isiru f’kont jew subkont bankarju miżmum mill-benefiċjarju fil-bank stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, denominat f’euro, u li d-dettalji tiegħu jidhru hawn taħt:

Isem il-bank: […]

Indirizz tal-fergħa bankarja fejn hu miżmum il-kont: […]

Id-denominazzjoni eżatta tad-detentur tal-kont: […]

Numru tal-kont sħiħ (inklużi l-kodiċijiet bankarji): […]

IBAN: […]

KODIĊI BIC/SWIFT: […]

Artikolu I.7

Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali

Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew b’rabta mad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha ssir bil-miktub, għandha tinkludi n-numru tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u għandha tintbagħat f’dan l-indirizz:

Parlament Ewropew

Il-President

c/o Direttur Ġenerali tal-Finanzi

Uffiċċju SCH 05B031

2929 Lussemburgu

Il-posta ordinarja għandha titqies li ġiet irċevuta mill-Parlament Ewropew fid-data li hija tkun uffiċjalment irreġistrata mis-Servizz Postali tal-Parlament Ewropew.

Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament hija indirizzata lill-benefiċjarju taħt dan l-indirizz:

Sinjur/Sinjura […]

[Funzjoni]

[Isem uffiċjali tal-korp benefiċjarju]

[Indirizz uffiċjali sħiħ]

Kwalunkwe tibdil fl-indirizz tal-benefiċjarju għandu jiġi kkomunikat lill-Parlament Ewropew bil-miktub mingħajr dewmien.

Artikolu I.8

Dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni

Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha tiġi ffirmata f’isem il-Parlament Ewropew.

II.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI

PARTI A: DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI

Artikolu II.1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament:

(1)

“rapport ta’ attività” tfisser ġustifikazzjoni bil-miktub tal-kosti mġarrba matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà. Pereżempju, spjegazzjoni tal-attivitajiet, kosti amministrattivi, eċċ. Ir-rapport tal-attività huwa parti mir-rapport annwali;

(2)

“rapport annwali” tfisser rapport li jrid jiġi ppreżentat fi żmien sitt xhur wara li tagħlaq is-sena finanzjarja skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u l-Artikolu 204l tar-Regolament Finanzjarju;

(3)

“bilanċ tal-finanzjament” tfisser id-differenza bejn l-ammont ta’ prefinanzjament skont l-Artikolu I.5.1 u l-ammont finali tal-finanzjament stabbilit skont l-Artikolu II.24.4;

(4)

“ikklerjar tal-prefinanzjament” tfisser sitwazzjoni fejn l-ammont finali tal-finanzjament huwa stabbilit mill-uffiċjal awtorizzanti u l-ammont imħallas lill-benefiċjarju m’għaduxil-proprjetà tal-Unjoni;

(5)

“kunflitt ta’ interessi” tfisser sitwazzjoni fejn l-implimentazzjoni imparzjali u oġġettiva tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-benefiċjarju tkun kompromessa għal raġunijiet li jinvolvu lill-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità nazzjonali, l-interess ekonomiku, jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma’ kwalunkwe parti terza relatata mal-kwistjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. L-affinità politika, fil-prinċipju, ma tikkostitwixxix raġuni għal kunfitt ta’ interessi fil-każ ta’ ftehimiet konklużi bejn il-partit politiku u organizzazzjonijiet li jħaddnu l-istess valuri politiċi. Madankollu, fil-każ ta’ ftehim bħal dan, il-konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 trid tiġi osservata;

(6)

“kontribuzzjonijiet in natura” jew “offerta in natura” t-tnejn jfissru riżorsi mhux finanzjarji, imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju mingħajr ħlas minn partijiet terzi, skont l-Artikolu 2(7) u 2(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(7)

“sena finanzjarja N” jew “perjodu ta’ eliġibbiltà” it-tnejn ifissru l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-attivitajiet li għalihom ġie mogħti l-finanzjament skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, kif speċifikat fl-Artikolu I.2;

(8)

“force majeure” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni jew avveniment mhux previst u eċċezzjonali li jmur lil hinn mill-kontroll tal-benefiċjarju jew tal-Parlament Ewropew li jipprevjeni lil kwalunkwe wieħed minnhom milli jissodisfa l-obbligi tagħhom taħt id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, li ma huwiex attribwibbli għal żball jew negliġenza min-naħa tagħhom jew min-naħa ta’ sottokuntratturi, entitajiet affiljati jew partijiet terzi li jirċievu appoġġ finanzjarju u li jkun inevitabbli minkejja li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta. Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu invokati bħala force majeure: tilwim industrijali, strikes, diffikultajiet finanzjarji jew kwalunkwe difett ta’ servizz, difett f’tagħmir jew f’materjali jew dewmien biex isiru disponibbli, kemm-il darba ma jkunux ġejjin direttament minn każ rilevanti ta’ force majeure;

(9)

“formalment innotifika” tfisser kommunikzzjoni bil-miktub permezz tal-posta jew tal-posta elettronika bi prova tal-kunsinna;

(10)

“frodi” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni relatati mal-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, jew man-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni bi ksur ta’ obbligu speċifiku;

(11)

“finanzjament” tfisser “kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti” skont it-termini tat-Tieni Parti, Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju u tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(12)

“irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew ommissjoni min-naħa tal-benefiċjarju, li jkollu, jew jista’ jkollu l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni;

(13)

“riżorsi proprji” tfisser sorsi esterni ta’ finanzjament li mhumiex finanzjament mill-Unjoni. Pereżempju: donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet minn membri (kif definit fil-punti (7) u (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014)), eċċ.;

(14)

“persuna relatata” tfisser kwalunkwe persuna li għandha s-setgħa li tirrappreżenta lill-benefiċjarju jew li tieħu deċiżjonijiet f’ismu;

(15)

“żball sostanzjali” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament li jirriżulta minn att jew ommissjoni, li jikkawża jew jista’ jikkawża telf għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu II.2

Obbligi ġenerali tal-benefiċjarju

Il-benefiċjarju:

(a)

għandu jkollu r-responsabbiltà unika u l-oneru tal-prova tal-konformità ma’ kwalunkwe obbligu legali li jaqa’ fuqu;

(b)

għandu jkun mitlub jagħmel tajjeb għal kull dannu li sofra l-Parlament Ewropew bħala riżultat tal-implimentazzjoni, inkluża l-implimentazzjoni żbaljata, tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, ħlief fil-każijiet ta’ force majeure;

(c)

għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli fir-rigward ta’ partijiet terzi, inkluż għal dannu ta’ kwalunkwe għamla li dawn ikunu sofrew waqt l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

(d)

għandu jinforma lill-Parlament Ewropew minnufih bi kwalunkwe tibdil fis-sitwazzjoni legali, finanzjarja, teknika, organizzattiva jew ta’ sjieda tiegħu u bi kwalunkwe tibdil f’ismu, fl-indirizz jew fir-rappreżentant legali tiegħu;

(e)

għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjeni li jinqala’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

Artikolu II.3

Obbligi marbuta mal-kont tal-bank

Il-kont jew is-subkont speċifikati fl-Artikolu I.6 jridu jippermettu l-identifikazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Paralment Ewropew u jrid ikun riservat esklussivament biex jilqa’ fih l-ammonti msemmija fl-Artikolu I.5 mħallsa mill-Parlament Ewropew.

Jekk l-ammonti mħallsa għal ġo dan il-kont bħala prefinanzjament jirrendu imgħax jew benefiċċji ekwivalenti skont iil-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab miftuħ il-kont, tali mgħax jew benefiċċji għandhom jiġu rkuprati mill-Parlament Ewropew suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu II.25, skont l-Artikolu 204k(5) tar-Regolament Finanzjarju. malArtikolu 204k(5) tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jintużaw għal skopijiet ta’ spekulazzjoni.

Il-prefinanzjament għandu jibqa’ proprjetà tal-Unjoni sakemm jiġi kklerjat permezz tat-tnaqqis tiegħu mill-ammont finali tal-finanzjament.

Artikolu II.4

Responsabbiltà għad-danni

Il-Parlament Ewropew ma jista jinżamm responsabbli għall-ebda dannu kkawżat jew imġarrab mill-benefiċjarju, inkluż kwalunkwe dannu kkawżat lil partijiet terzi matul l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew b’konsegwenza ta’ tali implimentazzjoni.

Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-benefiċjarju jew il-persuna relatata għandha tikkumpensa lill-Parlament Ewropew għal kwalunkwe dannu li jġarrab bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew għaliex id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament ma tkunx ġiet implimentata b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tiegħu.

Artikolu II.5

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u f’atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju jintrabtu li jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe dokument, informazzjoni jew materjal ieħor direttament relatat mas-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

Artikolu II.6

Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data ta’ natura personali miġbura fil-kuntest tad-Deċizjoni ta’ Finanzjament għandha tiġi proċessata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Tali data għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mingħajr preġudizzju għall- għall-possibbiltà li din id-data tiġi kkomunikata lill-korpi responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-awditjar u l-verifika b’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu II.7

Żamma ta’ rekords

B’konformità mal-Artikolu 204o tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jżomm ir-rekords u d-dokumenti ġustifikattivi kollha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għal ħames snin wara l-ippreżentazzjoni tar-rapport annwali, inklużi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 204l(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Ir-rekords relatati mal-awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew is-saldu ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-użu tal-finanzjament għandhom jinżammu sa tmiem tali awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew saldu ta’ pretensjonijiet.

Artikolu II.8

Viżibilità tal-finanzjament mill-unjoni

II.8.1   Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni

Sakemm il-Parlament Ewropew ma jitlobx jew ma jaqbilx mod ieħor, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni tal-benefiċjarju li tikkonċerna d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, inkluż f’konferenza, seminar jew fi kwalunkwe materjal ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni (bħalma huma brochures, fuljetti, posters, preżentazzjonijiet, f’forma elettronika, eċċ.), għandha tindika li l-programm ikun irċieva għajnuna finanzjarja mingħand il-Parlament Ewropew.

II.8.2   Ċaħdiet li jeskludu r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew

Kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni mill-benefiċjarju, fi kwalunkwe forma u bi kwalunkwe mezz, għandha tindika li r-responsabbli uniku hu l-awtur u li l-Parlament Ewropew ma hu responsabbli għall-ebda użu li jista’ jsir tal-informazzjoni misjuba fihom.

II.8.3   Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jippubblika fuq sit web l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Artikolu II.9

Għoti ta’ kuntratti mill-benefiċjarju

II.9.1   Prinċipji

Skont l-Artikolu 204b(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-finanzjament jista’ jintuża għar-rimbors tan-nefqa relatata ma’ kuntratti konklużi mill-benefiċjarju, sakemm ma kien hemm l-ebda kunflitt ta’ interessi meta kienu ngħataw.

Għall-kuntratti b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000 għal kull fornitur u għal kull beni jew servizz, il-benefiċjarju għandu jiġbor mill-inqas tliet offerti irċevuti bi tweġiba għal stedina bil-miktub biex jintefgħu l-offerti li tagħti fid-dettall ir-rekwiżiti għall-akkwist. Id-durata tal-kuntratti kkonċernati m’għandhiex taqbeż il-ħames snin.

Jekk ikun hemm inqas minn tliet offerti bi tweġiba għall-istedina bil-miktub għat-tfigħ tal-offerti, il-benefiċjarju għandu jkun meħtieġ li jagħti provi li kien impossibbli li jikseb aktar offerti għall-akkwist inkwistjoni.

II.9.2   Żamma ta’ rekords

Il-benefiċjarju għandu jżomm rekord tal-evalwazzjoni tal-offerti u għandu jiġġustifika bil-miktub l-għażla tiegħu tal-fornitur finali.

II.9.3   Kontroll

Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-Parlament Ewropew, l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta’ kontroll skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u skont l-Artikolu 204n tar-Regolament Finanzjarju. Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-kuntratti konklużi ma’ partijiet terzi jiddisponu għall-possibilità li dawk is-setgħat ta’ kontroll jistgħu jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dawk il-partijiet terzi.

II.9.4   Responsabbiltà

Il-benefiċjarju għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u l-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Il-benefiċjarju għandu jintrabat li jagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiżgura li l-kuntrattur jaċċetta li jirrinunzja għad-drittijiet kollha fil-konfront tal-Parlament Ewropew taħt id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

Artikolu II.10

Force majeure

Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-benefiċjarju jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ force majeure, dawn għandhom jinformaw lil xulxin mingħajr dewmien, permezz ta’ ittra rreġistrata li jkollha rċevuta li tagħti prova tal-kunsinna jew ekwivalenti, liema ittra tiddikjara n-natura, id-durata probabbli u l-effetti probabbli tas-sitwazzjoni inkwistjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju għandhom jagħmlu kull sforz biex inaqqsu kemm jista’ jkun kwalunkwe ħsara li tista’ tiġi kkawżata minn sitwazzjoni ta’ force majeure.

La l-Parlament Ewropew u lanqas il-benefiċjarju m’għandhom jitqiesu li jkunu kisru xi obbligu tagħhom skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jekk dawn ikunu nżammu milli jissodisfaw dak l-obbligu minħabba każ ta’ force majeure.

Artikolu II.11

Sospensjoni tal-pagament ta’ finanzjament

II.11.1   Raġunijiet għas-sospensjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jissospendi l-pagament tal-finanzjament, skont ir-regoli applikabbli taħt ir-Regolament Finanzjarju, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(i)

meta jissuspetta li l-benefiċjarju jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 204k tar-Regolament Finanzjarju sakemm dak is-suspett jiġi vverifikat; jew

(ii)

meta l-benefiċjarju jkun ġie soġġett għal sanzjonijiet finanzjarji previsti fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 sa meta s-sanzjoni finanzjarja tkun tħallset.

II.11.2   Proċedura għal sospensjoni

L-Ewwel Pass — Qabel ma jissospendi l-pagament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ sospensjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jkomplix il-proċedura ta’ sospensjoni, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jwettaq il-proċedura ta’ sospensjoni, hu għandu jinforma formalment lill-benefiċjarju, permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar is-sospensjoni, fejn jinfurmah:

(i)

bid-data indikattiva tat-tlestija tal-verifika neċessarja fil-każ imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu II.11.1; u

(ii)

bi kwalunkwe rimedju legali.

II.11.3   Effetti tas-sospensjoni

Is-sospensjoni tal-pagament għandu jkollha l-effett li l-benefiċjarju ma jkun intitolat li jirċievi l-ebda pagament mill-Parlament Ewropew sa meta l-verifika msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu II.11.2, fl-ambitu tat-Tieni Pass, tkun tlestiet għalkollox jew ir-raġuni għas-sospensjoni ma tibqax tapplika. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwaqqaf il-finanzjament jew li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

II.11.4   Tkomplija tal-pagament

Mill-mument meta r-raġuni għas-sospensjoni tal-pagament ma tibqax tapplika, il-pagamenti kollha kkonċernati għandhom jitkomplew u l-Parlament Ewropew għandu jinnotifika b’dan lill-benefiċjarju.

Artikolu II.12

Irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-Parlament Ewropew

II.12.1   Raġunijiet għall-irtirar

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru, ħlief fil-każijiet previsti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

II.12.2   Proċedura għall-irtirar

L-Ewwel Pass — Qabel l-irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu formalment jinnotifika lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu li jirtira, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jirtirax id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar l-irtirar.

Kwalunkwe ammont imħallas indebitament lill-benefiċjarju għandu jiġi rkuprat skont ir-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju.

II.12.3   Effetti tal-irtirar

Id-deċiżjoni li d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tiġi rtirata għandu jkollha effett retroattiv mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

Artikolu II.13

Terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament

II.13.1   Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju

Il-benefiċjarju jista’ jitlob li d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tiġi terminata.

Il-benefiċjarju għandu jinnotifika formalment lill-Parlament Ewropew dwar it-terminazzjoni, filwaqt li jiddikjara:

(a)

ir-raġunijiet għat-terminazzjoni; u

(b)

id-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, li ma għandhiex tkun qabel id-data li fiha tkun intbagħtet in-notifika.

It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum speċifikat fid-deċiżjoni ta’ terminazzjoni.

II.13.2   Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew

(a)   Raġunijiet għat-terminazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jtemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru, fil-każijiet previsti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(b)

jekk il-benefiċjarju ma jibqax konformi mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(c)

jekk il-Parlament Ewropew jistabbilixxi li l-benefiċjarju jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 204k tar-Regolament Finanzjarju;

(d)

jekk il-benefiċjarju jiġi ddikjarat fallut, ikun għaddej minn proċedura ta’ xoljiment jew ikun is-suġġett ta’ kwalunkwe proċedura oħra simili.

(b)   Proċedura għal terminazzjoni

L-Ewwel Pass — Qabel it-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ terminazzjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għala jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jressaq osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jtemmx id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jittermina d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar it-terminazzjoni.

It-terminazzjoni għandha ssir effettiva fid-data speċifikata fid-deċiżjoni ta’ terminazzjoni.

II.13.3   Effetti tat-terminazzjoni

Id-deċiżjoni li tintemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ ex nunc. Il-kosti attwalment imġarrba mill-benefiċjarju mill-jum li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni ta’ terminazzjoni għandhom jiġu kkwalifikati bħala nefqa mhux rimborsabbli.

Artikolu II.14

Ċessjoni

Il-benefiċjarju ma jista’ jċedi l-ebda waħda mit-talbiet tiegħu għall-ħlas kontra l-Parlament Ewropew lill-ebda parti terza, ħlief jekk dan ikun approvat minn qabel mill-Parlament Ewropew abbażi ta’ talba motivata u bil-miktub mill-benefiċjarju.

Jekk il-Parlament Ewropew ma jaċċettax bil-miktub iċ-ċessjoni jew il-kundizzjonijiet ta’ tali ċessjoni ma jiġux osservati, iċ-ċessjoni ma jkollha l-ebda effett legali.

Ċessjoni taħt l-ebda ċirkostanza ma tista’ teżenta lill-benefiċjarju mill-obbligi tiegħu lejn il-Parlament Ewropew.

Artikolu II.15

Imgħax ta’ inadempjenza

Jekk il-Parlament Ewropew ma jħallasx fil-limiti ta’ żmien għall-ħlas, il-benefiċjarju għandu jkun intitolat għal imgħax ta’ inadempjenza bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu f’euro (ir-“rata ta’ referenza”), biż-żieda ta’ tliet punti u nofs. Ir-rata ta’ referenza hija r-rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-ħlas, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk il-Parlament Ewropew jissospendi l-pagamenti kif jiddisponi l-Artikolu II.11, dawn l-azzjonijiet jistgħu ma jiġux ikkunsidrati bħala każijiet ta’ inadempjenza.

L-imgħax ta’ inadempjenza jkopri l-perjodu li jibda mill-jum wara d-data dovuta għall-pagament sa, u inkluża, id-data tal-pagament attwali.

Bħala eċċezzjoni għall-ewwel subparagrafu, jekk l-imgħax ikkalkulat ikun ta’ inqas minn EUR 200 jew ugwali għal dan l-ammont, il-Parlament Ewropew għandu jiġi rikjest iħallas dan l-ammont lill-benefiċjarju biss jekk il-benefiċjarju jitlob dan fi żmien xahrejn minn meta jirċievi ħlas tardiv.

Artikolu II.16

Liġi applikabbli

Din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament hija rregolata mil-liġi applikabbli tal-Unjoni, u b’mod partikolari mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u r-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju li japplikaw b’mod sħiħ. Dawn huma kkomplementati, fejn meħtieġ, mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-benefiċjarju għandu s-sede tiegħu.

Artikolu II.17

Dritt għal smigħ

F’każijiet fejn, taħt din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-benefiċjarju jkun intitolat biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, il-benefiċjarju għandu jingħata perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, ħlief fejn previst espressament mod ieħor, biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub. Dan il-perjodu jista’, fuq talba motivata tal-benefiċjarju, jiġi estiż darba b’għaxart ijiem ta’ xogħol oħra.

PARTI B: DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu II.18

Nefqa rimborsabbli

II.18.1   Kundizzjonijiet

Sabiex jitqiesu eliġibbli għal rimbors minn finanzjament mill-Unjoni, u skont l-Artikolu 204k tar-Regolament Finanzjarju, il-kosti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

ikunu direttament relatati mas-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u previsti fl-istima ta’ baġit annessa mad-Deċiżjioni ta’ Finanzjament;

(b)

ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

(c)

ikunu raġonevoli u ġustifikati, u konformi mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza;

(d)

ikunu ġġenerati matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà kif definit fl-Artikolu I.2, bl-eċċezzjoni ta’ kosti relatati ma’ rapporti annwali jew ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew kontijiet ta’ bażi;

(e)

ikunu verament intefqu mill-benefiċjarju;

(f)

ikunu identifikabbli u verifikabbli, u mniżżla fil-kontijiet tal-benefiċjarju, skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli għalih;

(g)

ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-liġijiet applikabbli tat-taxxa u soċjali;

(h)

ikunu konformi mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1, u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1.

Il-proċeduri tal-kontabilità u tal-kontroll intern tal-benefiċjarju jridu jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni diretta tal-kosti u d-dħul iddikjarat fir-rapport annwali mar-rapporti finanzjarji u d-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti.

II.18.2   Eżempji ta’ nfiq rimborsabbli

B’mod partikulari u, jekk jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu II.18.1, il-kosti tal-operat li ġejjin għandhom jitqiesu bħala rimborsabbli mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 204K tar-Regolament Finanzjarju:

(a)

kosti amministrattivi u kosti relatati ma’ assistenza teknika, laqgħat, riċerka, avvenimenti transfruntiera, studji, informazzjoni u pubblikazzjonijiet;

(b)

kosti relatati mal-persunal, li jinkludu s-salarji attwali, kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u kosti oħra statutorji inklużi fir-remunerazzjoni, sakemm dawn ma jaqbżux ir-rati medji skont il-politika normalment segwita mill-benefiċjarju dwar ir-remunerazzjoni;

(c)

spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-persunal, sakemm dawn ikunu konsistenti man-norma applikata mill-benefiċjarju rigward il-kosti tal-ivvjaġġar;

(d)

il-kosti ta’ deprezzament ta’ tagħmir jew assi oħra (ġodda jew użati) kif irreġistrati fir-rapporti kontabilistiċi tal-benefiċjarju, sakemm l-assi:

(i)

jiġu deprezzati skont standards internazzjonali tal-kontabilità u l-prassi normali tal-kontabilità tal-benefiċjarju u

(ii)

ikunu mixtrija skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1 jekk ix-xiri jseħħ fi ħdan il-perjodu ta’ eliġibbiltà;

(e)

il-kosti ta’ oġġetti għall-konsum u provvisti u kuntratti oħra, sakemm dawn ikunu:

(i)

mixtrija skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1; u

(ii)

assenjati direttament lis-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

(f)

kosti li huma riżultat dirett ta’ ħtiġiet imposti mid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament inklużi, jekk japplika, il-kosti ta’ servizzi finanzjarji (b’mod partikolari il-kosti ta’ garanziji finanzjarji), bil-kundizzjoni li s-servizzi korrispondenti jkunu mixtrija skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1;

(g)

appoġġ finanzjarju għall-entitajiet assoċjati tal-benefiċjarju li ġejjin: [daħħal l-ismijiet tal-entitajiet assoċjati, bħal organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tan-nisa, kif ikkomunikat mal-applikazzjoni għal finanzjament] bil-kundizzjoni li l-appoġġ finanzjarju għal kull entità ma jaqbiżx EUR 100 000, li jiġi wżat mill-entità assoċjata għan-nefqa rimborsabbli, li somma f’daqqa mħallsa lill-entità assoċjat ma teċċediex kwart tal-appoġġ finanzjarju totali lil dik l-entità, u li l-benefiċjarju jiggarantixxi rkupru possibbli ta’ dan l-appoġġ finanzjarju.

Artikolu II.19

Infiq mhux rimborsabbli

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu II.18.1 ta’ din id-Deċiżjoni u għall-Artikolu 204K tar-Regolament Finanzjarju, il-kosti li ġejjin m’għandhomx jitqiesu rimborsabbli:

(a)

ir-redditu fuq il-kapital u d-dividendi mħallsa mill-benefiċjarju;

(b)

id dejn u l-ispejjeż għas-servizz tad-dejn;

(c)

id-dispożizzjonijiet għal telf jew djun;

(d)

l-imgħax dovut;

(e)

id-djun dubjużi;

(f)

it-telf fuq il-kambju;

(g)

il-kosti tat-trasferimenti mill-Parlament Ewropew imposti mill-bank tal-benefiċjarju;

(h)

il-kosti ddikjarati mill-benefiċjarju fil-qafas ta’ azzjoni oħra li tirċievi għotja ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni;

(i)

il-kontribuzzjonijiet in natura;

(j)

in-nefqa żejda jew irresponsabbli;

(k)

il-VAT deduċibbli;

(l)

il-finanzjament projbit ta’ ċerti partijiet terzi skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u l-Artikolu 204b(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu II.20

Kontribuzzjonijiet in natura

Il-Parlament Ewropew għandu jippermetti lill-benefiċjarju li jirċievi kontribuzzjonijiet in natura matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, sakemm il-valur ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet ma jeċċedix:

(a)

il-kosti li fil-fatt saru u ppruvati debitament b’dokumenti ta’ rendikont tal-partijiet terzi li għamlu dawn il-kontribuzzjonijiet lill-benefiċjarju bla ħlas imma li jġarrbu l-kosti korrispondenti;

(b)

fin-nuqqas ta’ dawn id-dokumenti, il-kosti li jikkorrispondu għal dawk ġeneralment aċċettati fis-suq partikolari;

(c)

il-valur tagħhom kif aċċettati fl-istima ta’ baġit;

(d)

50 % tar-riżorsi proprji aċċettati fl-istima ta’ baġit.

Kontribuzzjonijiet in natura:

(a)

għandhom jiġu ppreżentati separatament fl-istima ta’ baġit, sabiex dawn jirriflettu r-riżorsi kollha;

(b)

għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE, Eurotom) Nru 1141/2014, kif ukoll mar-regoli tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali nazzjonali;

(c)

għandhom biss jiġu aċċettati fuq bażi provviżorja, soġġett għal ċertifikazzjoni mill-awditur estern u mill-aċċettazzjoni fid-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament;

(d)

ma għandhomx ikunu f’forma ta’ proprjetà immobbli.

Artikolu II.21

Trasferimenti tal-baġit

Il-benefiċjarju għandu jingħata permess jaġġusta l-istima ta’ baġit stabbilita fl-Anness, permezz ta’ trasferimenti bejn kategoriji differenti tal-baġit. Dan l-aġġustament ma għandux jesiġi emenda tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Tali trasferimenti għandhom jiġu ġġustifikati fir-rapport annwali.

Artikolu II.22

Obbligi ta’ rapportar

II.22.1   Rapport annwali

Preferibbilment sal-15 ta’ Mejju u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju wara tmiem is-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju għandu jissottometti rapport annwali, li ser ikun magħmul kif ġej:

(a)

dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u noti li jakkumpanjawhom, li jkopru d-dħul u l-kosti tal-benefiċjarju, l-assi u l-obbligazzjonijiet fil-bidu u fit-tmiem tas-sena finanzjarja, skont il-liġi applikabbli fl-Istat Membru tas-sede tal-benefiċjarju;

(b)

dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali abbażi tal-istandards internazzjonali tal-kontabilità definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(c)

lista ta’ donaturi u kontributuri u d-donazzjonijiet jew il-kontribuzzjonijiet korrispondenti tagħhom irrapurtati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE, Euratom) No 1141/2014;

(d)

rapport ta’ attività;

(e)

dikjarazzjoni finanzjarja bbażata fuq l-istruttura tal-istima ta’ baġit;

(f)

dettalji tal-kontijiet fir-rigward ta’ dħul, kosti, assi u obbligazzjonijiet;

(g)

rikonċiljazzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (e) b’dettalji tal-kontijiet imsemmija fil-punt (f);

(h)

lista ta’ fornituri li f’sena finanzjarja partikolari talbu lill-benefiċjarju aktar minn EUR 10 000, li tispeċifika l-isem u l-indirizz tal-fornitur kif ukoll in-natura tal-oġġetti jew is-servizzi pprovduti.

L-informazzjoni inkluża fir-rapport annwali trid tkun biżżejjed biex jiġi stabbilit l-ammont finali tal-finanzjament.

II.22.2   Rapport tal-awditjar estern

Il-Parlament Ewropew għandu jirċievi direttament mingħand il-korpi jew l-esperti esterni indipendenti, maħtura skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, ir-rapport tal-awditjar estern kif speċifikat fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

L-iskop tal-awditjar estern għandu jkun dak li jiċċertifika l-affidabilità tar-rapporti finanzjarji u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tagħhom, u b’mod partikolari li:

(a)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-benefiċjarju, ma fihomx dikjarazzjonijiet materjali foloz u juru perspettiva vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja u tar-riżultati operattivi;

(b)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(c)

il-kosti ddikjarati verament saru;

(d)

id-dikjarazzjoni tad-dħul tkun eżawrjenti;

(e)

id-dokumenti finanzjarji preżentati mill-benefiċjarju lill-Parlament ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet finanzjarji tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

(f)

l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, b’mod partikolari mill-Artikolu 20 tiegħu, ikunu ġew issodisfati;

(g)

l-obbligi skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, b’mod partikolari l-Artikolu II.9 u l-Artikolu II.18, twettqu;

(h)

il-kontribuzzjoni in natura realment ikunu ngħataw lill-benefiċjarju u ġew valutati f’konformità mar-regoli applikabbli;

(i)

kwalunkwe parti mhux użata tal-finanzjament tal-Unjoni tkun ġiet riportata għas-sena finanzjarja li jmiss;

(j)

il-parti mhux użata ta’ finanzjament tal-Unjoni tkun intużat f’konformità mal-Artikolu 204k(2) tar-Regolament Finanzjarju;

(k)

kwalunkwe eċċess ta’ riżorsi proprji ikun ġie trasferit lejn ir-riżerva;

Artikolu II.23

Deċiżjoni dwar ir-rapport annwali

Sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tiġi wara s-sena finanzjarja N, il-Parlament Ewropew għandu japprova jew jirrifjuta r-rapport annwali, kif speċifikat fl-Artikolu II.22.1.

Jekk il-Parlament Ewropew ma jagħtix tweġiba bil-miktub fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara li jirċievi r-rapport annwali, ir-rapport annwali għandu jitqies li jkun ġie approvat.

L-approvazzjoni tar-rapport annwali huwa mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment tal-ammont ta’ finanzjament finali skont l-Artikolu II.24 li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew jieħu deċiżjoni finali dwar l-eliġibbiltà tal-kosti.

Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju sabiex ikun f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni dwar ir-rapport annwali. Fil-każ ta’ tali talba, id-data ta’ skadenza għad-deċiżjoni dwar ir-rapport annwali għandha tkun prorogata sakemm tali informazzjoni mitluba tkun waslet u ġiet evalwata mill-Parlament Ewropew.

Jekk ir-rapport annwali jkun vizzjat minn nuqqasijiet sostanzjali, il-Parlament Ewropew jista’ jirrifjutah mingħajr ma jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju u jista’ jitlob li l-benefiċjarju jissottometti rapport ġdid fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.

Talbiet għal informazzjoni addizzjonali jew għal rapport ġdid għandhom isiru lill-benefiċjarju bil-miktub.

Jekk ir-rapport annwali li jkun ġie ppreżentat inizjalment jiġi rrifjutat u jintalab rapport ġdid, għar-rapport il-ġdid għandha tapplika l-proċedura ta’ approvazzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu.

Artikolu II.24

Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament

II.24.1   Impatt tar-rapport annwali

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tistabbilixxi l-ammont finali ta’ finanzjament għandha tkun ibbażata fuq ir-rapport annwali approvat f’konformità mal-Artikolu II.23. F’każ ta’ ċaħda definittiva tar-rapport annwali mill-Parlament Ewropew jew in-nuqqas tal-benefiċjarju li jippreżenta rapport annwali fi żmien l-iskadenzi applikabbli, l-ebda kost rimborsabbli ma jista’ jiġi stabbilit mid-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament.

II.24.2   Limitu

L-ammont finali ta’ finanzjament għandu jkun limitat għall-ammont stipulat fl-Artikolu I.4. La m’għandu jeċċedi il-85 % tan-nefqa rimborsabbli indikata fl-istima ta’ baġit u lanqas il-85 % tan-nefqa rimborsabbli li tkun verament iġġarbet.

II.24.3   Riport ta’ fondi mhux minfuqa

Kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intefqet fis-sena finanzjarja N li għaliha tkun ingħatat, għandha tkun riportata għas-sena finanzjarja N+1 u tintefaq fuq kwalunkwe nefqa rimborsabbli li tkun iġġarrbet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N+1. L-ammonti li jkun għad fadal mill-kontribuzzjonijiet tas-sena preċedenti ma jistgħux jintużaw għall-finanzjament tal-parti tan-nefqa li l-partiti politiċi Ewropej iridu jipprovdu mir-riżorsi proprji tagħhom.

Il-benefiċjarju għandu l-ewwel juża parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat fis-sena finanzjarja li għaliha l-kontribuzzjoni tkun ingħatat u huwa biss wara dan li tintuża kwalunkwe kontribuzzjoni mogħtija wara dik is-sena.

II.24.4   Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament

Il-Parlament Ewropew se jikkontrolla jekk in-nefqa tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, ir-Regolament Finanzjarju u d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Kull sena huwa għandu jieħu deċiżjoni dwar l- ammont finali ta’ finanzjament, li għandha tiġi notifikata lill-benefiċjarju kif suppost.

Jekk l-ammont tal-finanzjament definit fl-Artikolu I.4 intefaq kompletament matul is-sena N, l- ammont finali ta’ finanzjament għandu jiġi stabbilit wara l-għeluq ta’ dik is-sena finanzjarja, is-sena N+1.

F’każ ta’ riporti ta’ fondi li ma ntefqux għas-sena finanzjarja N+1 skont l-Artikolu II.24.3, l-ammont ta’ finanzjament finali għas-sena N għandu jiġi stabbilit kif ġej:

Pass Nru 1 : Fis-sena N+1, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi fuq il-kosti rimborsabbli tas-sena finanzjarja N u l-ewwel parti tal-ammont ta’ finanzjament finali tas-sena N, li jikkorrispondu għal dawk il-kosti. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi l-ammont ta’ finanzjament li ma ntefaqx mogħti għas-sena finanzjarja N li għandu jiġi riportat għas-sena finanzjarja N+1;

Pass Nru 2 : Fis-sena N+2, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi fuq il-kosti rimborsabbli tas-sena finanzjarja N+1, li jiddeterminaw liema minnhom se jkunu koperti minn fondi li ma ntefqux riportati għas-sena finanzjarja N+1 (it-tieni parti mill-ammont tal-finanzjament finali).

L-ammont ta’ finanzjament finali għas-sena N għandu jkun is-somma tal-ammonti stabbiliti fil-fażi 1 u 2.

L-approvazzjoni tal-prefinanzjament issir fil-mument li jiġi stabbilit l-ammont finali tal-finanzjament. Fil-każ ta’ riport, trasferiment parzjali ta’ prefinanzjament iseħħ fil-mument ta’ kull waħda mill- fażijiet imsemmija qabel.

II.24.5   Irkupru ta’ finanzjament mhux minfuq

Kwalunkwe parti li jifdal tal-kontribuzzjoni mogħtija għas-sena N li ma tkunx intefqet sal-aħħar tas-sena N+1 għandha tkun irkuprata skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Ewwel Parti tar-Regolament Finanzjarju.

II.24.6   Il-bilanċ tal-finanzjament

Jekk il-prefinanzjament imħallas jeċċedi l-ammont finali tal-finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jirkupra l-prefinanzjament imħallas indebitament.

Jekk l-ammont finali tal-finanzjament jeċċedi l-prefinanzjament imħallas, il-Parlament Ewropew għandu jħallas il-bilanċ.

II.24.7   Bilanċ favorevoli ta’ riżorsi proprji

(a)   Il-bini ta’ riżerva speċjali

Il-benefiċjarju jista’ jibni riżerva speċjali mill-eċċess tar-riżorsi proprji.

Il-bilanċ pożittiv ta’ riżorsi proprji li għandu jiġi trasferit lejn il-kont ta’ riżerva speċjali għandu jkun l-ammont tar-riżorsi proprji li jeċċedi is-somma ta’ riżorsi proprji meħtieġa biex ikopri 15 % tal-kosti rimborsabbli fil-fatt imġarrba fis-sena finanzjarja N. Il-benefiċjarju għandu l-ewwel ikun kopra l-kosti mhux rimborsabbli tas-sena finanzjarja N bl-użu tar-riżorsi proprji biss.

Ir-riżerva għandha tintuża biss għall-fini ta’ kofinanzjament ta’ kosti rimborsabbli u mhux rimborsabbli li għandhom ikunu koperti minn riżorsi proprji waqt l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-futur.

(b)   Profitt

Il-profitt hu definit bħala eċċess ta’ introjtu fuq in-nefqa.

L-introjtu jinkludi finanzjament mill-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi proprji tal-benefiċjarju.

Il-kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi għal avvenimenti konġunti ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parti mir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju. Barra minn hekk, il-benefiċjarju ma għandux jirċievi direttament jew indirettament finanzjament ieħor mill-baġit tal-Unjoni. B’mod partikolari, id-donazzjonijiet mill-baġits tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew għandhom jiġu pprojbiti.

L-eċċess allokat għar-riżerva speċjali mhux se jitqies għall-kalkolu tal-profitt.

(c)   Irkupru

Il-finanzjament jista’ ma jipproduċix profitt għall-benefiċjarju. Il-Parlament Ewropew għandu jkun intitolat li jirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kosti rimborsabbli.

Artikolu II.25

Imgħax fuq il-prefinanzjament

Il-benefiċjarju għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew bl-ammont ta’ imgħax jew benefiċċji ekwivalenti ġġenerati mill-prefinanzjament li jkun irċieva mill-Parlament Ewropew.

Il-Parlament Ewropew għandu jnaqqas l-imgħax iġġenerat mill-prefinanzjament meta jikkalkula l-ammont finali tal-finanzjament. L-imgħax m’għandhux jiġi inkluż fir-riżorsi proprji.

Artikolu II.26

Irkupru

Jekk ammonti ġew imħallsa indebitament lill-benefiċjarju jew jekk proċedura ta’ rkupru tkun ġustifikata skont it-termini u l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jew ir-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jrodd lura l-ammonti kkonċernati lill-Parlament Ewropew, skont it-termini u l-kundizzjonijiet u sad-data ta’ skadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew.

II.26.1   Imgħax għal dewmien fil-pagament

Jekk il-benefiċjarju jonqos li jħallas lura sal-iskadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew għandu jinponi l-imgħax għal dewmien fil-pagament bir-rata stabbilita fl-Artikolu II.15. L-imgħax għal dewmien fil-pagament għandu jkopri l-perjodu bejn tmiem l-iskadenza stabbilita għall-pagament lura u d-data li fiha l-Parlament Ewropew jirċievi l-pagament lura sħiħ, inklużi.

Kull rimbors parzjali għandu jiddaħħal l-ewwel taħt l-ispejjeż u l-imgħax għal dewmien fil-pagament u biss wara taħt il-kapital.

II.26.2   Tpaċija

Jekk l-ebda pagament ma jsir sad-data ta’ skadenza stipulata, l-ammonti li għandu jieħu l-Parlament Ewropew jistgħu jkunu rkuprati billi jitnaqqsu minn kull ammont li jkollu jieħu l-benefiċjarju fi kwalunkwe kont ieħor skont l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu. F’każijiet eċċezzjonali, iġġustifikati bil-bżonn li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew jista’ jirkurpa permezz bi tnaqqis li jsir qabel id-data ta’ meta jkun dovut il-pagament. M’għandux ikun hemm il-ħtieġa ta’ kunsens minn qabel tal-benefiċjarju.

II.26.3   Spejjeż bankarji

Spejjeż bankarji ġġenerati mill-irkupru tas-somom dovuti lill-Parlament Ewropew għandhom jitħallsu biss mill-benefiċjarju.

Artikolu II.27

Garanzija finanzjarja

Jekk il-Parlament Ewropew jitlob garanzija finanzjarja skont l-Artikolu 204j tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu soddisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-garanzija finanzjarja trid tkun ipprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvata jew, jekk mitluba mill-benefiċjarju u aċċettata mill-Parlament Ewropew, minn parti terza;

(b)

il-garanti jrid joqgħod bħala garanti tal-ewwel sejħa u ma jkunx jeħtieġ li l-Parlament Ewropew l-ewwel jirrikorri kontra d-debitur prinċipali (jiġifieri l-benefiċjarju konċernat); u

(c)

il-garanzija finanzjarja trid b’mod espliċitu tibqa’ fis-seħħ sakemm il-prefinanzjament jitħallas kontra pagamenti interim jew pagamenti tal-bilanċ mill-Parlament Ewropew; jekk il-pagament tal-bilanċ jieħu l-forma ta’ rkupru, il-garanzija finanzjarja trid tibqa’ fis-seħħ sakemm id-dejn ikun meqjus li jkun kompletament ikklerjat; u l-Parlament Ewropew irid jirrilaxxa l-garanzija fix-xahar ta’ wara.

Artikolu II.28

Kontroll

II.28.1   Dispożizzjonijiet ġenerali

Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tagħhom u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u tal-Artikolu 204n(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għal Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jistgħu fi kwalunkwe ħin jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom ta’ kontroll sabiex jiġi vverifikat jekk il-benefiċjarju huwiex f’konformità sħiħa mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva dwar id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u r-Regolament Finanzjarju.

Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u għandu jipprovdihom bl-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli tagħhom.

Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għal Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jistgħu jiddelegaw il-kompitu ta’ kontroll lil korpi esterni debitament awtorizzati li jaġixxu għan-nom tagħhom (iktar’ il quddiem “il-korpi awtorizzati”).

II.28.2   Dover li jinżammu d-dokumenti

Għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-data tal-preżentazzjoni tar-rapport annwali, il-benefiċjarju għandu jżomm maħżuna fuq kwalunkwe mezz adegwat, id-dokumenti oriġinali kollha, u b’ mod partikolari r-rekords tal-kontabilità u tat-taxxa, inkluż l-oriġinali diġitalizzati meta jkunu awtorizzati mil-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u skont il-kundizzjonijiet stipulati fihom.

Il-perjodu ta’ ħames snin stipulat fl-ewwel subparagrafu m’għandux japplika fil-każ ta’ awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew insegwimenti ta’ pretensjonijiet li għaddejjin li jikkonċernaw il-finanzjament. F’każijiet bħal dawn, il-benefiċjarju għandu jżomm id-dokumenti sakemm tali awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew insegwimenti ta’ pretensjonijiet ikunu ġew magħluqa.

II.28.3   L-obbligu li jipprovdi dokumenti u/jew informazzjoni

Il-benefiċjarju għandu jipprovdi kwalunkwe dokument u/jew informazzjoni, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, mitluba mill-Parlament Ewropew, mill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jew mill-korp awtorizzat (“l-awtorità kompetenti”).

Kwalunkwe dokument jew informazzjoni pprovduta mill-benefiċjarju għandhom jiġu pproċessati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu II.6.

II.28.4   Żjarat fuq il-post

L-awtorità kompetenti tista’ twettaq żjarat fuq il-post fil-bini tal-benefiċjarju. Għal dan l-għan, hija tista’ titlob bil-miktub li l-benefiċjarju jagħmel l-arranġamenti xierqa għal tali żjara fi żmien skadenza xierqa li għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti.

Matul żjara fuq il-post, il-benefiċjarju għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti aċċess għal siti u bini fejn l-operazzjoni tkun qed titwettaq jew tkun ġiet imwettqa, kif ukoll għall-informazzjoni kollha neċessarja, inkluża dik f’format elettroniku.

Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli fil-mument taż-żjara fuq il-post u li l-informazzjoni mitluba tiġi mgħoddija f’forma xierqa.

II.28.5   Proċedura tal-awditjar kontradittorja

Fuq il-bażi tas-sejbiet li jsiru waqt il-proċedura ta’ kontroll, il-Parlament Ewropew għandu jħejji rapport tal-awditjar provviżorju li għandu jintbagħat lill-benefiċjarju. Il-benefiċjarju jista’ jissottometti osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tar-riċevuta tar-rapport tal-awditjar provviżorju.

Fuq il-bażi tas-sejbiet tar-rapport tal-awditjar provviżorju u l-osservazzjonijiet possibbli tal-benefiċjarju, il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi s-sejbiet tal-awditjar finali tiegħu f’rapport finali tal-awditjar. Ir-rapport finali tal-awditjar għandu jintbagħat lill-benefiċjarju fi żmien 60 jum mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet.

II.28.6   Effetti tas-sejbiet tal-awditjar

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament li jieħu miżuri skont l-Artikolu II.11 sal-Artikolu II.13, l-aħħar sejbiet tal-awditjar għandhom ikunu kkunsidrati debitament mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-istabbiliment tal-ammont tal-finanzjament finali.

Każijiet possibbli ta’ frodi jew ksur serju tar-regoli applikabbli żvelati mis-sejbiet tal-awditjar finali għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet tal-Unjoni għal azzjoni ulterjuri.

Il-Parlament Ewropew jista’ b’mod retroattiv jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament fuq il-bażi tas-sejbiet tal-verifika finali.

II.28.7   Id-drittijiet ta’ kontroll tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ kontroll vis-a-vis il-benefiċjarju f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (8), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), Artikolu 204n(1) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 24(4) u 25(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-OLAF u għandu jipprovdi lill-OLAF b’kull għajnuna meħtieġa għat-twettiq tagħha ta’ kontroll.

Il-Parlament Ewropew jista’ fi kwalunkwe ħin jaġġusta b’mod retroattiv id-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament abbażi ta’ sejbiet li jkunu waslu mingħand l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) f’konformità mal-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Qabel ma l-Parlament Ewropew jiddeċiedi b’mod retroattiv id-deċiżjoni dwar l-aġġustament tal-ammont tal-finanzjament finali, il-benefiċjarju għandu jkun debitament infurmat dwar is-sejbiet rilevanti u l-intenzjoni tal-Parlament li jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont tal-finanzjament finali, u għandu jkollu l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

II.28.8   Id-drittijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha teżerċita d-dritt tagħha ta’ kontroll skont ir-regoli applikabbli, u b’mod partikolari l-Artikolu 204n(1) tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-Artikoli II.28.3 u II.28.4 japplikaw.

Il-benefiċjarju għandu debitament jikkoopera mal-Qorti tal-Awdituri u għandu jipprovdi lill-Qorti bl-assistenza kollha meħtieġa meta tkun qed twettaq il-kontroll.

II.28.9   Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-Artikolu II.28.1 sa 4

Jekk il-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi stipulati fl-Artikolu II.28.1 sa 4, il-Parlament Ewropew jista’ jqis mhux rimborsabbli kwalunkwe spiża li ma tkunx ġiet issostanzjata b’mod suffiċjenti mill-benefiċjarju.

Għall-Parlament Ewropew

[kunjom, isem]

[firma]

Magħmul fi [belt: Strasburgu, il-Lussemburgu, Brussell]

Anness

Stima tal-Baġit

Spejjeż

Spejjeż rimborsabbli

Baġit

Attwali

A.1: Kosti tal-persunal

1.

Salarji

2.

Kontribuzzjonijiet

3.

Taħriġ professjonali

4.

Spejjeż tal-missjonijiet tal-persunal

5.

Kosti oħra tal-persunal

 

 

A.2: Kosti tal-infrastruttura u tal-operat

1.

Kera, ħlas u kosti ta’ manutenzjoni

2.

Kosti relatati mal-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-apparat

3.

Deprezzament ta’ proprjetà mobbli u immobbli

4.

Kartolerija u provvisti tal-uffiċċju

5.

Spejjeż tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet

6.

Kosti għall-istampar, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni

7.

Kosti oħra tal-infrastruttura

 

 

A.3: Kosti amministrattivi

1.

Kosti ta’ dokumentazzjoni (ġurnali, aġenziji tal-istampa, bażijiet tad-data)

2.

Kosti ta’ studji u ta’ riċerka

3.

Kosti legali

4.

Kosti ta’ kontabilità u awditjar

5.

Kosti amministrattivi mixxellanji

6.

Appoġġ għak entitajiet assoċjati

 

 

A.4: Kosti ta’ laqgħat u ta’ rappreżentanza

1.

Kosti ta’ laqgħat

2.

Parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi

3.

Kosti ta’ rappreżentanza

4.

Kosti ta’ stediniet

5.

Kosti oħra relatati ma’ laqgħat

 

 

A.5: Kosti marbuta ma’ informazzjoni u pubblikazzjoni

1.

Kosti tal-pubblikazzjoni

2.

Ħolqien u tħaddim ta’ siti tal-Internet

3.

Kosti ta’ pubbliċità

4.

Tagħmir tal-komunikazzjoni (“gadgets”)

5.

Seminars u wirjiet

6.

Kampanji elettorali

7.

Kosti oħra relatati mal-informazzjoni

 

 

A. KOSTI TOTALI RIMBORSABBLI

 

 

Kosti mhux rimborsabbli

1.

Allokazzjonijiet għal provvisti oħra

2.

Tariffi finanzjarji

3.

Telf mill-kambju

4.

Pretensjonijiet dubjużi fuq partijiet terzi

5.

Oħrajn (li jridu jiġu speċifikati)

6.

Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

B. KOSTI TOTALI MHUX RIMBORSABBLI

 

 

C. KOSTI TOTALI

 

 


Dħul

 

Baġit

Attwali

D.1-1. Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat mis-sena N-1

 

 

D.1-2. Finanzjament tal-Parlament Ewropew allokat għas-sena N

 

 

D.1-3. Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat għas-sena N+1

Mhux applikabbli

 

D.1. Finanzjament tal-Parlament Ewropew użat biex ikopri 85 % tal-kosti rimborsabbli fis-sena N

 

 

D.2 imposti tas-sħubija

 

 

2.1

mill-partiti membri

2.2

mill-membri individwali

 

 

D.3 Donazzjonijiet

 

 

 

 

 

D.4 Riżorsi proprji oħra

 

 

(li jridu jiġu speċifikati)

 

 

D.5 Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

D: DĦUL TOTALI

 

 

E. profitt/telf (D-C)

 

 


F. Allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-kont ta’ riserva

 

 

G. Profitt/telf biex tiġi vverifikata l-osservanza tar-regola ta’ ebda profitt (F-G)

 

 

 

 

 

H. Imgħax fuq il-prefinanzjament

 

 

Nota: struttura indikattiva biss. L-istruttura vinkolanti tal-istima ta’ baġit għandha tiġi ppubblikata kull sena b’sejħa għal kontribuzzjonijiet.


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.

(5)  ĠU C 205, 29.6.2017, p. 2.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali ta’ kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).


ANNESS 1b

[MUDELL] DEĊIŻJONI TA’ GĦOTJA — IL-FONDAZZJONI

NUMRU: …[DAĦĦAL]…


Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (“ir-Regolament Finanzjarju”),

Wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3) (“ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”),

Wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4),

Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(11) tagħhom,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2017 (5) li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014,

Wara li kkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-Parlament Ewropew fis-sejħa għal proposti bl-għan li jingħata finanzjament lil fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-partiti politiċi fil-livell Ewropew għandhom jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(2)

Din id-deċiżjoni hija r-riżultat ta’ sejħa għal proposti li permezz tagħha l-applikanti ġew mgħarrfa bil-mudell ta’ Deċiżjoni ta’ Finanzjament, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet.

(3)

[il-benefiċjarju] ressaq talba għal finanzjament fi [data meta l-Parlament Ewropew irċieva t-talba], u qabel b’mod espliċitu mat-termini u l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament,

IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW EŻAMINA t-talba fil-laqgħa tiegħu ta’ [data] u ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Għotja operattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju (“finanzjament”) hija mogħtija lil:

[isem uffiċjali sħiħ tal-benefiċjarju]

[forma legali uffiċjali]

[Numru ta’ reġistrazzjoni legali]

[indirizz uffiċjali sħiħ]

[numru tal-VAT],

(“il-benefiċjarju”),

rappreżentat, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament minn:

…[rappreżentant intitolat li jidħol f’impenji legali]…,

biex jappoġġa l-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju,

skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-sejħa għal proposti u d-Deċiżjoni attwali (“id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament”), inklużi t-Termini u Kundizzjonijiet Speċjali, it-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali u l-Annessi tagħha:

 

Annex 1 Annex 1 Annex 1 Annex 1 Stima’ ta’ baġit

 

Annex 2 Annex 2 Annex 2 Annex 2 Programm ta’ ħidma

li għandhom jagħmlu parti integrali minn din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ta’ partijiet oħra ta’ din id-Deċiżjoni. Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk tal-Annessi l-oħra.

Werrej

I.

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI 28

Artikolu I.1 —

Suġġett tad-Deċiżjoni 28

Artikolu I.2 —

Perjodu ta’ eliġibbiltà 29

Artikolu I.3 —

Forma ta’ finanzjament 29

Artikolu I.4 —

Ammont ta’ finanzjament (massimu) provviżorju 29

Artikolu I.5 —

Pagamenti u arranġamenti ta’ pagament 29

I.5.1

Prefinanzjament 29

I.5.2

Pagament tal-bilanċ jew irkupru ta’ prefinanzjament imħallas indebitament 29

I.5.3

Munita 29

Artikolu I.6 —

Kont tal-bank 29

Artikolu I.7 —

Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali 30

Artikolu I.8 —

Dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni 30

II.

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI 30

PARTI A:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI 30

Artikolu II.1 —

Definizzjonijiet 30

Artikolu II.2 —

Obbligi ġenerali tal-benefiċjarju 31

Artikolu II.3 —

Obbligi marbuta ma’ kont tal-bank 31

Artikolu II.4 —

Responsabbiltà għad-danni 31

Artikolu II.5 —

Kunfidenzjalità 31

Artikolu II.6 —

Ipproċessar ta’ data personali 32

Artikolu II.7 —

Żamma ta’ rekords 32

Artikolu II.8 —

Viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni 32

II.8.1

Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni 32

II.8.2

Ċaħdiet li jeskludu r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew 32

II.8.3

Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew 32

Artikolu II.9 — L-

għoti ta’ kuntratti mill-benefiċjarju 32

II.9.1

Prinċipji 32

II.9.2

Żamma ta’ rekords 32

II.9.3

Kontroll 33

II.9.4

Responsabbiltà 33

Artikolu II.10 —

Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi 33

Artikolu II.11 —

Force majeure 33

Artikolu II.12 —

Sospensjoni ta’ pagament ta’ finanzjament 33

II.12.1

Raġunijiet ta’ sospensjoni 33

II.12.2

Proċedura ta’ sospensjoni 33

II.12.3

Effetti tas-sospensjoni 34

II.12.4

Tkomplija tal-pagament 34

Artikolu II.13 —

Irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-Parlament Ewropew 34

II.13.1

Raġunijiet ta’ rtirar 34

II.13.2

Proċedura ta’ rtirar 34

II.13.3

Effetti tal-irtirar 34

Artikolu II.14 —

Terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament 34

II.14.1

Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju 34

II.14.2

Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew 34

Artikolu II.15 —

ċessjoni 35

Artikolu II.16 —

Imgħax ta’ inadempjenza 35

Artikolu II.17 —

Liġi applikabbli 35

Artikolu II.18 —

Dritt għal smigħ 36

PARTI B:

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI 36

Artikolu II.19 —

Kosti eliġibbli 36

II.19.1

Kundizzjonijiet 36

II.19.2

Eżempji ta’ kosti eliġibbli 36

Artikolu II.20 —

Kosti ineliġibbli 36

Artikolu II.21 —

Kontribuzzjonijiet in natura 37

Artikolu II.22 —

Trasferimenti tal-baġit 37

Artikolu II.23 —

Obbligi tar-rapportar 37

II.23.1

Rapport annwali 38

II.23.2

Rapport tal-awditjar estern 38

Artikolu II.24 —

Deċiżjoni dwar ir-rapport annwali 38

Artikolu II.25 —

Deċiżjoni dwar l-ammont finali tal-finanzjament 39

II.25.1

Impatt tar-rapport annwali 39

II.25.2

Limitu 39

II.25.3

Riport tal-bilanċ favorevoli 39

II.25.4

Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament 39

II.25.5

Bilanċ tal-finanzjament 40

II.25.6

Profitt 40

Artikolu II.26 —

Irkupru 40

II.26.1

Imgħax għal dewmien fil-pagament 40

II.26.2

Tpaċija 40

II.26.3

Spejjeż bankarji 40

Artikolu II.27 —

Garanzija finanzjarja 41

Artikolu II.28 —

Kontroll 41

II.28.1

Dispożizzjonijiet ġenerali 41

II.28.2

Dover li jinżammu d-dokumenti 41

II.28.3

L-obbligu li jipprovdi dokumenti u/jew informazzjoni 41

II.28.4

Żjarat fuq il-post 41

II.28.5

Proċedura tal-awditjar kontradittorja 41

II.28.6

Effetti tas-sejbiet tal-awditjar 42

II.28.7

Id-drittijiet ta’ kontroll tal-OLAF 42

II.28.8

Id-drittijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 42

II.28.9

Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont l-Artikoli II.28.1 sa 42

Anness 1 —

Stima ta’ Baġit 43

Anness 2 —

Programm ta’ Ħidma 45

I.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI

Artikolu I.1

Suġġett tad-Deċiżjoni

Il-Parlament Ewropew jagħti finanzjament għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju fis-sena finanzjarja [daħħal], b’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali u t-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali (“termini u kundizzjonijiet”), kif ukoll b’konformità mal-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-Parlament Ewropew.

Il-benefiċjarju ser juża l-finanzjament għall-fini tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tiegħu, filwaqt li jaġixxi fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u b’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet u l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-benefiċjarju.

Artikolu I.2

Perjodu ta’ eliġibbiltà

Il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal finanzjament mill-Unjoni għandu jibda jgħodd minn [daħħal JJ/XX/SS] sa [daħħal JJ/XX/SS].

Artikolu I.3

Forma ta’ finanzjament

L-għotja mogħtija lill-benefiċjarju skont it-Titolu VI tal-Parti I tar-Regolament Finanzjarju għandha tieħu l-forma ta’ rimbors ta’ perċentwal tal-kosti eleġibbli li fil-fatt ikunu ġġarrbu.

Artikolu I.4

Ammont ta’ finanzjament (massimu) provviżorju

Il-Parlament Ewropew għandu jikkontribwixxi ammont massimu ta’ EUR [daħħal l-ammont], li m’għandux jeċċedi il-85 % tat-total ta’ stima tal-kosti eliġibbli.

L-istima tal-kosti eliġibbli tal-benefiċjarju huma stabbiliti fl-Anness 1 (“l-istima ta’ baġit”). L-istima ta’ baġit għandha tkun f’bilanċ u għandha tagħti analiżi statistika tal-kosti u d-dħul kollu tal-benefiċjarju għall-perjodu ta’ eliġibbiltà. Il-kosti eliġibbli għandhom ikunu separati mill-kosti ineliġibbli, skont Artikolu II.19.

Artikolu I.5

Pagamenti u arranġamenti ta’ pagament

Il-finanzjament għandu jitħallas b’konformità mal-iskeda u l-arranġamenti li ġejjin.

I.5.1   Prefinanzjament

Il-pagament ta’ prefinanzjament ta’ EUR [daħħal ammont], li jirrappreżenta [100 % awtomatikament, inkella daħħal il-perċentwal deċiż mill-Parlament Ewropew] tal-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu I.4 ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, għandu jsir lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew, jekk applikabbli, minn meta l-Parlament Ewropew jirċievi garanzija finanzjarja ta’ EUR [daħħal l-ammont], skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

I.5.2   Pagament tal-bilanċ jew irkupru ta’ prefinanzjament imħallas indebitament

Il-bilanċ tal-finanzjament għandu jitħallas lill-benefiċjarju jew kwalunkwe prefinanzjament imħallas indebitament għandu jiġi rkuprat fi żmien 30 jum wara d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali u d-determinazzjoni tal-ammont finali tal-finanzjament kif speċifikat fl-Artikolu II.23 u l-Artikolu II.25.

I.5.3   Munita

Il-pagamenti għandhom isiru mill-Parlament Ewropew f’euro. Kwalunkwe konverżjoni tal-kosti reali f’euro ssir bir-rata ta’ kuljum ippublikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bir-rata menswali tal-kontabiltà stabbilita mill-Parlament Ewropew u ppubblikata fis-sit tiegħu tal-internet, fil-ġurnata meta tinħareġ l-ordni ta’ pagament mill-Parlament Ewropew, ħlief fejn il-Kundizzjonijiet u t-Termini Speċjali espressament jispeċifikaw mod ieħor.

Il-pagamenti mill-Parlament Ewropew għandhom jitqiesu li saru fid-data li fiha jiġu ddebitati mil-kont tal-Parlament Ewropew.

Artikolu I.6

Kont tal-bank

Il-pagamenti għandhom isiru f’kont jew subkont bankarju miżmum mill-benefiċjarju fil-bank stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, denominat f’euro, u li d-dettalji tiegħu jidhru hawn taħt:

Isem il-bank: […]

Indirizz tal-fergħa bankarja fejn hemm il-kont: […]

Id-denominazzjoni eżatta tad-detentur tal-kont: […]

Numru tal-kont sħiħ (inklużi l-kodiċi bankarji): […]

IBAN: […]

BIC / SWIFT: […]

Artikolu I.7

Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali

Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew b’rabta mad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha ssir bil-miktub, għandha tinkludi n-numru tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u għandha tintbagħat f’dan l-indirizz:

Parlament Ewropew

Il-President

c/o Direttur Ġenerali tal-Finanzi

Uffiċċju SCH 05B031

2929 Il-Lussemburgu

Il-posta ordinarja għandha titqies li ġiet irċevuta mill-Parlament Ewropew fid-data li hija tkun uffiċjalment irreġistrata mis-Servizz Postali tal-Parlament Ewropew.

Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament hija indirizzata lill-benefiċjarju taħt dan l-indirizz:

Sinjur/Sinjura […]

[Funzjoni]

[Isem uffiċjali tal-korp benefiċjarju]

[Indirizz uffiċjali sħiħ]

Kwalunkwe tibdil fl-indirizz tal-benefiċjarju għandu jiġi kkomunikat lill-Parlament Ewropew bil-miktub mingħajr dewmien.

Artikolu I.8

Dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni

Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha tiġi ffirmata f’isem il-Parlament Ewropew.

II.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI

PARTI A: DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI

Artikolu II.1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament:

(1)

“rapport ta’ attività” tfisser ġustifikazzjoni bil-miktub ta-kosti mġarrba matul il-perjodu tal-eliġibbiltà. Pereżempju, spjegazzjoni tal-attivitajiet, il-kosti amministrattivi, eċċ. Ir-rapport ta’ attività huwa parti mir-rapport annwali;

(2)

“rapport annwali” tfisser rapport li jrid jiġi ppreżentat fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja b’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(3)

“bilanċ tal-finanzjament” tfisser id-differenza bejn l-ammont ta’ prefinanzjament skont l-Artikolu I.5.1 u l-ammont finali tal-finanzjament stabbilit skont l-Artikolu II.25.4;

(4)

“ikklerjar tal-prefinanzjament” tfisser sitwazzjoni fejn l-ammont ta’ finanzjament finali huwa stabbilit mill-uffiċjal awtorizzanti u l-ammont imħallas lill-benefiċjarju m’għadux proprjetà tal-Unjoni;

(5)

“kunflitt ta’ interessi” tfisser sitwazzjoni fejn l-implimentazzjoni imparzjali u oġġettiva tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-benefiċjarju tkun kompromessa għal raġunijiet li jinvolvu lill-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma’ kwalunkwe parti terza relatata mal-kwistjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. L-affinità politika, fil-prinċipju, ma tikkostitwixxix raġuni għal kunflitt ta’ interessi fil-każ ta’ ftehimiet konklużi bejn il-partit politiku u organizzazzjonijiet bl-istess valuri politiċi. Madankollu, fil-każ ta’ ftehim bħal dan, il-konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 trid tiġi osservata;

(6)

“kontribuzzjonijiet in natura” jew “offerta in natura” t-tnejn jfissru riżorsi mhux finanzjarji, imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju mingħajr ħlas minn partijiet terzi, skont l-Artikolu 2(7) u 2(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(7)

“sena finanzjarja N” jew “perjodu ta’ eliġibbiltà” it-tnejn ifissru l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-attivitajiet li għalihom ġie mogħti l-finanzjament skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, kif speċifikat fl-Artikolu I.2;

(8)

“force majeure” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni jew avveniment mhux previst u eċċezzjonali li jmur lil hinn mill-kontroll tal-benefiċjarju jew tal-Parlament Ewropew li jipprevjeni lil kwalunkwe wieħed minnhom milli jissodisfa l-obbligi tagħhom taħt id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, li ma huwiex attribwibbli għal żball jew negliġenza min-naħa tagħhom jew min-naħa ta’ sottokuntratturi, entitajiet affiljati jew partijiet terzi li jirċievu appoġġ finanzjarju u li jkun inevitabbli minkejja li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta. Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu invokati bħala force majeure: tilwim industrijali, strikes, diffikultajiet finanzjarji jew kwalunkwe difett ta’ servizz, difett f’tagħmir jew f’materjali jew dewmien biex isiru disponibbli, kemm-il darba ma jkunux ġejjin direttament minn każ rilevanti ta’ force majeure;

(9)

“formalment innotifika” tfisser kommunikzzjoni bil-miktub permezz tal-posta jew tal-posta elettronika bi prova tal-kunsinna;

(10)

“frodi” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni relatati mal-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, jew man-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni bi ksur ta’ obbligu speċifiku;

(11)

“finanzjament” tfisser l-istess bħal “għotjiet” skont it-tifsira tal-Ewwel Parti, Titolu VI tar-Regolament Finanzjarju u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(12)

“irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew ommissjoni min-naħa tal-benefiċjarju, li jkollu, jew jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni;

(13)

“riżorsi proprji”: sorsi esterni ta’ finanzjament li mhumiex finanzjament mill-Unjoni. Pereżempju: donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet minn membri (kif definit fil-punti (7) u (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014), eċċ.;

(14)

“persuna relatata” tfisser kwalunkwe persuna li għandha s-setgħa li tirrappreżenta lill-benefiċjarju jew li tieħu deċiżjonijiet f’ismu;

(15)

“żball sostanzjali” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament li jirriżulta minn att jew ommissjoni, li jikkawża jew jista’ jikkawża telf għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu II.2

Obbligi ġenerali tal-benefiċjarju

Il-benefiċjarju:

(a)

għandu jkollu r-responsabbiltà unika, u l-oneru tal-prova, għall-konformità ma’ kwalunkwe obbligu legali li jaqa’ fuqu;

(b)

għandu jkun mitlub jagħmel tajjeb għal kull dannu li sofra l-Parlament Ewropew bħala riżultat tal-implimentazzjoni, inkluża l-implimentazzjoni żbaljata, tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, ħlief fil-każijiet ta’ force majeure;

(c)

għandu r-responsabbiltà unika fir-rigward ta’ partijiet terzi, inkluż dannu ta’ kwalunkwe għamla li dawn sofrew matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

(d)

għandu jinforma lill-Parlament Ewropew minnufih bi kwalunkwe tibdil fis-sitwazzjoni legali, finanzjarja, teknika, organizzattiva jew ta’ sjieda tiegħu u bi kwalunkwe tibdil f’ismu, fl-indirizz jew fir-rappreżentant legali tiegħu;

(e)

għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevita kwalunkwe kunflitt ta’ interessi li jirriżulta.

Artikolu II.3

Obbligi marbuta ma’ kont tal-bank

Il-kont jew is-subkont speċifikati fl-Artikolu I.6 jridu jridu jippermettu l-identifikazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew u l-imgħaxx li jirriżulta jew benefiċċji ekwivalenti.

Jekk l-ammonti mħallsa f’dan il-kont iħallu imgħax jew benefiċċji ekwivalenti skont il-liġi tal-Istat fejn il-kont jinsab miftuħ, dan l-imgħax jew benefiċċji jistgħu jinżammu mill-benefiċjarju, b’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jintużaw għal skopijiet ta’ spekulazzjoni.

Il-prefinanzjament għandu jibqa’ proprjetà tal-Unjoni sakemm jiġi approvat bl-ammont finali tal-finanzjament.

Artikolu II.4

Responsabbiltà għad-danni

Il-Parlament Ewropew ma jistax jinżamm responsabbli għal ebda dannu kkawżat jew imġarrab mill-benefiċjarju, inkluż kwalunkwe dannu kkawżat lil partijiet terzi matul l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew b’konsegwenza ta’ tali implimentazzjoni..

Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-benefiċjarju jew il-persuna relatata għandhom jikkumpensaw lill-Parlament Ewropew għal kwalunkwe dannu li jkollu bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew għaliex id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament ma tkunx ġiet implimentata b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tiegħu.

Artikolu II.5

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u f’atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju jintrabtu li jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe dokument, informazzjoni jew materjal ieħor direttament relatat mas-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

Artikolu II.6

Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data ta’ natura personali miġbura fil-kuntest tad-Deċizjoni ta’ Finanzjament għandha tiġi pproċessata b’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Tali data għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li din id-data tiġi kkomunikata lill-korpi responsabbli biex jagħmlu xogħol ta’ awditjar u verifika b’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu II.7

Żamma ta’ rekords

B’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jżomm kwalunkwe rekord, dokument ġustifikattif, rekord statistiku jew rekord ieħor li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għal ħames snin wara l-pagament tal-bilanċ jew l-irkupru tal-prefinanzjament li tħallas indebitament.

Ir-rekords relatati ma’ awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew is-saldu ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-użu tal-finanzjament għandhom jinżammu sa tmiem tali awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew saldu ta’ pretensjonijiet.

Artikolu II.8

Viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni

II.8.1   Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni

Sakemm il-Parlament Ewropew ma jitlobx jew ma jaqbilx mod ieħor, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni tal-benefiċjarju li tikkonċerna d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, inkluż f’konferenza, seminar jew fi kwalunkwe materjal ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni (bħalma huma brochures, fuljetti, posters, preżentazzjonijiet, f’forma elettronika, eċċ.), għandha tindika li l-programm ikun irċieva appoġġ finanzjarju mingħand il-Parlament Ewropew.

II.8.2   Ċaħdiet li jeskludu r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew

Kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni mill-benefiċjarju, fi kwalunkwe forma u bi kwalunkwe mezz, għandha tindika li r-responsabbiltà taqa’ biss fuq l-awtur u li l-Parlament Ewropew ma hu responsabbli għall-ebda użu li jista’ jsir tal-informazzjoni misjuba fihom.

II.8.3   Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jippubblika fuq sit web l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Artikolu II.9

L-għoti ta’ kuntratti mill-benefiċjarju

II.9.1   Prinċipji

Jekk il-benefiċjarju jikkonkludi kuntratti ta’ akkwist sabiex jimplimenta d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-benefiċjarju għandu jintalab li jara li joħroġ offerti kompetittivi u li jagħti l-kuntratt lill-offerent li joffri l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz jew, kif xieraq, lill-offerta li toffri l-irħas prezz. Il-benefiċjarju għandu jevita kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

Għall-kuntratti b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000 għal kull fornitur u għal kull beni jew servizz, il-benefiċjarju għandu jiġbor mill-inqas tliet offerti milqugħa bi tweġiba għal stedina bil-miktub biex jintefgħu l-offerti li tagħti fid-dettall ir-rekwiżiti għall-akkwist. Id-durata tal-kuntratti kkonċernati m’għandhiex taqbeż il-ħames snin.

Jekk ikun hemm inqas minn tliet offerti bi tweġiba għall-istedina bil-miktub għat-tfigħ tal-offerti, il-benefiċjarju għandu jkun meħtieġ li jagħti provi li kien impossibbli li jikseb aktar offerti għall-akkwist inkwistjoni.

II.9.2   Żamma ta’ rekords

Il-benefiċjarju għandu jżomm rekord tal-evalwazzjoni tal-offerti u għandu jiġġustifika bil-miktub l-għażla tiegħu tal-fornitur finali.

II.9.3   Kontroll

Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-Parlament Ewropew, l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta’ kontroll skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-kuntratti konklużi ma’ partijiet terzi jiddisponu għall-possibbiltà li dawk is-setgħat ta’ kontroll jistgħu jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dawk il-partijiet terzi.

II.9.4   Responsabbiltà

Il-benefiċjarju għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u l-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Il-benefiċjarju għandu jintrabat li jagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiżgura li l-kuntrattur jaċċetta li jirrinunzja għad-drittijiet kollha fil-konfront tal-Parlament Ewropew skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

Artikolu II.10

Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

L-appoġġ finanzjarju mill-benefiċjarju lil partijiet terzi, skont it-tifsira tal-Artikolu 137 tar-Regolament Finanzjarju, jista’, taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin, jikkostitwixxi kosti eliġibbli:

(a)

l-appoġġ finanzjarju jingħata mill-benefiċjarju lill-partijiet terzi li ġejjin: …[daħħal l-ismijiet tal-benfiċjarji potenzjali kif indikat fil-formola tal-applikazzjoni];

(b)

l-appoġġ finanzjarju għal kull parti terza ma jeċċedix EUR 60 000;

(c)

jintuża mill-parti terza għal kosti eliġibbli;

(d)

il-benefiċjarju jiggarantixxi rkupru possibbli ta’ appoġġ finanzjarju bħal dan.

Partit politiku nazzjonali jew Ewropew u fondazzjoni politika nazzjonali jew Ewropea m’għandhomx jitqiesu bħala parti terza għall-fini ta’ dan l-Artikolu.

B’konformità mal-Artikolu 137(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta’ kontroll tagħhom fuq il-partijiet terzi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dokumenti, bini jew informazzjoni, inklużi dawk maħżuna fuq mezzi elettroniċi.

Artikolu II.11

Force majeure

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-benefiċjarju jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ force majeure, dawn għandhom jinformaw lil xulxin mingħajr dewmien, permezz ta’ ittra rreġistrata li jkollha rċevuta li tagħti prova tal-kunsinna jew ekwivalenti, liema ittra tiddikjara n-natura, id-durata probabbli u l-effetti probabbli tas-sitwazzjoni inkwistjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju għandhom jagħmlu kull sforz biex inaqqsu kemm jista’ jkun kwalunkwe ħsara li tista’ tiġi kkawżata minn sitwazzjoni ta’ force majeure.

La l-Parlament Ewropew u lanqas il-benefiċjarju m’għandhom jitqiesu li jkunu kisru xi obbligu tagħhom skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jekk dawn ikunu nżammu milli jissodisfaw dak l-obbligu minħabba każ ta’ force majeure.

Artikolu II.12

Sospensjoni ta’ pagament ta’ finanzjament

II.12.1   Raġunijiet ta’ sospensjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 208 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew għandu jkollu d-dritt li jissospendi l-pagament tal-finanzjament:

(i)

jekk il-Parlament Ewropew jissuspetta li twettqu żbalji sostanzjali, irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi mill-benefiċjarju fil-proċedura tal-għoti jew waqt l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u jkun jeħtieġ jivverifika jekk dawn sarux tassew;

(ii)

jekk il-benefiċjarju jkun ġie soġġett għal sanzjonijiet finanzjarji previsti fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 sakemm is-sanzjoni finanzjarja tkun tħallset.

II.12.2   Proċedura ta’ sospensjoni

L-Ewwel Pass — Qabel ma jissospendi l-pagament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ sospensjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jkomplix il-proċedura ta’ sospensjoni, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jwettaq il-proċedura ta’ sospensjoni, hu għandu jinforma formalment lill-benefiċjarju, permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar is-sospensjoni, fejn jinfurmah:

(i)

bid-data indikattiva tat-tlestija tal-verifika meħtieġa fil-każ imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu II.12.1; u

(ii)

bi kwalunkwe rimedju legali.

II.12.3   Effetti tas-sospensjoni

Is-sospensjoni tal-pagament għandu jkollha l-effett li l-benefiċjarju ma jkunx intitolat li jirċievi xi pagament mill-Parlament Ewropew sakemm il-verifika msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu II.12.2, fl-ambitu tat-Tieni Pass, tkun intemmet jew ir-raġuni għas-sospensjoni ma tibqax tapplika. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwaqqaf il-finanzjament jew jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

II.12.4   Tkomplija tal-pagament

Mill-mument meta r-raġuni għas-sospensjoni tal-pagament ma tibqax tapplika, il-pagamenti kollha kkonċernati għandhom jitkomplew u l-Parlament Ewropew għandu jinnotifika lill-benefiċjarju.

Artikolu II.13

Irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-Parlament Ewropew

II.13.1   Raġunijiet ta’ rtirar

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru, ħlief fil-każ previst fil-punt (c) tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

II.13.2   Proċedura ta’ rtirar

L-Ewwel Pass — Qabel ma jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu li jirtira, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jirtirax id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar l-irtirar.

Kwalunkwe ammont imħallas indebitament lill-benefiċjarju għandu jiġi rkuprat skont ir-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju.

II.13.3   Effetti tal-irtirar

Id-deċiżjoni li tiġi rtirata d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandu jkollha effett retroattiv mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

Artikolu II.14

Terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament

II.14.1   Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju

Il-benefiċjarju jista’ jitlob li d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tiġi terminata.

Il-benefiċjarju għandu jinnotifika formalment lill-Parlament Ewropew dwar it-terminazzjoni, filwaqt li jiddikjara:

(a)

ir-raġunijiet għat-terminazzjoni; u

(b)

id-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, li ma għandhiex tkun qabel id-data li fiha tkun intbagħtet in-notifika.

It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum speċifikat fid-deċiżjoni ta’ terminazzjoni.

II.14.2   Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew

(a)   Raġunijiet ta’ terminazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jtemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru, fil-każijiet previsti fil-punt (c) tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(b)

jekk il-benefiċjarju ma jibqax aktar konformi mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(c)

fil-każijiet previsti fl-Artikoli 135(3) u (5) tar-Regolament Finanzjarju;

(d)

il-benefiċjarju jew kwalunkwe persuna relatata jew persuna li tkun assumiet responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-benefiċjarju taqa’ f’waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(e)

il-benefiċjarju jew kwalunkwe persuna relatata taqa’ taħt kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet previsti fil-punti (c), (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 106(1) jew taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tar-Regolament Finanzjarju; jew

(f)

jekk il-benefiċjarju jitlef l-istatus tiegħu ta’ benefiċjarju skont l-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

(b)   Proċedura ta’ terminazzjoni

L-Ewwel Pass — Qabel it-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ terminazzjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jtemmx id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jittermina d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar it-terminazzjoni.

It-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha ssir effettiva mill-jum li fih dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-benefiċjarju.

II.14.3   Effetti tat-terminazzjoni

Id-deċiżjoni li tintemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ ex nunc. Il-kosti attwalment imġarrba mill-benefiċjarju mill-jum li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni ta’ terminazzjoni għandhom jiġu kkwalifikati bħala kosti ineliġibbli.

Artikolu II.15

Ċessjoni

Il-benefiċjarju ma jista’ jċedi l-ebda waħda mit-talbiet tiegħu għall-pagament kontra l-Parlament Ewropew lill-ebda parti terza, ħlief jekk approvat minn qabel mill-Parlament Ewropew abbażi ta’ talba motivata u bil-miktub mill-benefiċjarju.

Jekk il-Parlament Ewropew ma jaċċettax bil-miktub iċ-ċessjoni jew jekk il-kundizzjonijiet ta’ tali ċessjoni ma jiġux osservati, iċ-ċessjoni m’ għandhu jkollha ebda effett legali.

Ċessjoni fl-ebda każ ma tista’ teżenta lill-benefiċjarju mill-obbligi tiegħu fil-konfront tal-Parlament Ewropew.

Artikolu II.16

Imgħax ta’ inadempjenza

Jekk il-Parlament Ewropew ma jħallasx fil-limiti ta’ żmien għall-pagament, il-benefiċjarju għandu jkun intitolat għal imgħax ta’ inadempjenza bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu f’euro (ir-“rata ta’ referenza”), flimkien ma’ tliet punti u nofs. Ir-rata ta’ referenza hija r-rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-pagament, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk il-Parlament Ewropew jissospendi l-pagamenti kif previst mill-Artikolu II.12, dawn l-azzjonijiet jistgħu ma jiġux ikkunsidrati bħala każijiet ta’ inadempjenza.

L-imgħax ta’ inadempjenza jkopri l-perjodu li jibda mill-jum wara d-data dovuta għall-pagament sa, u inkluża, id-data ta’ meta jkun sar il-pagament innifsu.

Bħala eċċezzjoni għall-ewwel subparagrafu, jekk l-imgħax ikkalkulat ikun inqas minn EUR 200 jew ugwali għal dan l-ammont, il-Parlament Ewropew għandu jintalab iħallas dan l-ammont lill-benefiċjarju biss jekk il-benefiċjarju jitlob dan fi żmien xahrejn minn meta jirċievi pagament tardiv.

Artikolu II.17

Liġi applikabbli

Din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament hija rregolata mil-liġi applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u r-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju li japplikaw b’mod sħiħ. Dawn huma kkomplementati, fejn meħtieġ, mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-benefiċjarju għandu s-sede tiegħu.

Artikolu II.18

Dritt għal smigħ

F’każijiet fejn, taħt din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-benefiċjarju jkun intitolat biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, il-benefiċjarju għandu jingħata perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, ħlief fejn previst espressament mod ieħor, biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub. Dan il-perjodu jista’, fuq talba motivata tal-benefiċjarju, jiġi estiż darba b’għaxart ijiem ta’ xogħol oħrajn.

PARTI B: DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu II.19

Kosti eliġibbli

II.19.1   Kundizzjonijiet

Sabiex jitqiesu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni, u skont l-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju, il-kosti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

ikunu direttament relatati mas-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u previsti fl-istima ta’ baġit annessa mad-Deċiżjioni ta’ Finanzjament;

(b)

ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

(c)

ikunu raġonevoli u ġustifikati, u konformi mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-ekonomija u l-effiċjenza;

(d)

ikunu ġġenerati matul il-perjodu ta’ eliġibbilità kif definit fl-Artikolu I.2, bl-eċċezzjoni ta’ kosti relatati ma’ rapporti annwali jew ċertifikati dwar ir-rapporti finanzjarji jew kontijiet ta’ bażi;

(e)

ikunu ntefqu tassew mill-benefiċjarju;

(f)

ikunu identifikabbli u verifikabbli, u mniżżla fil-kontijiet tal-benefiċjarju, skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli għalih;

(g)

ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-liġijiet applikabbli tat-taxxa u soċjali;

(h)

ikunu konformi mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1.

Il-proċeduri tal-kontabilità u tal-kontroll intern tal-benefiċjarju jridu jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni diretta tal-kosti u d-dħul iddikjarati fir-rapport annwali mar-rapporti finanzjarji u d-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti.

II.19.2   Eżempji ta’ kosti eliġibbli

B’mod partikolari u, jekk jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-kosti operatorji li ġejjin għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju, jitqiesu bħala eliġibbli:

(a)

kosti amministrattivi u kosti relatati ma’ assistenza teknika, laqgħat, riċerka, avvenimenti transfruntiera, studji, informazzjoni u pubblikazzjonijiet;

(b)

kosti relatati mal-persunal, li jinkludu s-salarji proprja, kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u kosti oħra statutorji inklużi fir-remunerazzjoni, sakemm dawn ma jaqbżux ir-rati medji skont il-politika normalment segwita mill-benefiċjarju dwar ir-remunerazzjoni;

(c)

spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-persunal, sakemm dawn ikunu konsistenti man-norma applikata mill-benefiċjarju rigward l-kosti tal-ivvjaġġar;

(d)

il-kosti ta’ deprezzament ta’ tagħmir jew assijiet oħra (ġodda jew użati) kif irreġistrati fir-rapporti kontabilistiċi tal-benefiċjarju, dment li l-assi

(i)

jiġi deprezzat skont standards internazzjonali tal-kontabilità u l-prassi normali tal-kontabilità tal-benefiċjarju; u

(ii)

ikun inxtara f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, u skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1 jekk ix-xiri jkun seħħ fil-perjodu ta’ eliġibilità;

(e)

il-kosti ta’ oġġetti għall-konsum u provvisti u kuntratti oħra, sakemm dawn:

(i)

ikunu nxtraw f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1; u

(ii)

huma assenjati direttament lis-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

(f)

kosti li huma riżultat dirett ta’ ħtiġiet imposti mid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament inklużi, jekk japplika, l-ispejjeż ta’ servizzi finanzjarji (b’mod partikolari l-kost ta’ garanziji finanzjarji), bil-kundizzjoni li s-servizzi korrispondenti huma mixtrija f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1.

Artikolu II.20

Kosti ineliġibbli

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu II.19.1 ta’ din id-Deċiżjoni u l-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju, il-kosti li ġejjin m’għandhomx jitqiesu eleġibbli:

(a)

ir-redditu fuq il-kapital u d-dividendi mħallsa mill-benefiċjarju;

(b)

id-dejn u l-ispejjeż għas-servizz tad-dejn;

(c)

id-dispożizzjonijiet għal telf jew djun;

(d)

l-imgħax dovut;

(e)

id-djun dubjużi;

(f)

it-telf fuq il-kambju;

(g)

il-kosti tat-trasferimenti mill-Parlament Ewropew imposti mill-bank tal-benefiċjarju;

(h)

il-kosti ddikjarati mill-benefiċjarju fil-qafas ta’ azzjoni oħra li tirċievi għotja ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni;

(i)

il-kontribuzzjonijiet in natura;

(j)

in-nefqiet żejda jew irresponsabbli;

(k)

il-VAT deduċibbli;

(l)

il-finanzjament projbit ta’ ċerti partijiet terzi skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Artikolu II.21

Kontribuzzjonijiet in natura

Il-Parlament Ewropew għandu jippermetti lill-benefiċjarju jirċievi kontribuzzjonijiet in natura tul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, sakemm il-valur ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet ma jeċċedix:

(a)

il-kosti li fil-fatt saru u li huma ġġustifikati kif xieraq b’dokumenti ta’ rendikont tal-partijiet terzi li għamlu dawn il-kontribuzzjonijiet lill-benefiċjarju mingħajr ħlas iżda li jġarrbu l-kosti korrispondenti;

(b)

fin-nuqqas ta’ dawn id-dokumenti, il-kosti li jikkorrispondu għal dawk ġeneralment aċċettati fis-suq partikolari;

(c)

il-valur tagħhom kif aċċettat fl-istima ta’ baġit;

(d)

50 % tar-riżorsi proprji aċċettati fl-istima ta’ baġit;

Kontribuzzjonijiet in natura:

(a)

għandhom jiġu ppreżentati separatament fl-istima ta’ baġit sabiex dawn jirriflettu r-riżorsi kollha;

(b)

għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, kif ukoll mar-regoli tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali nazzjonali;

(c)

għandhom jiġu aċċettati biss fuq bażi proviżorja, soġġett għal ċertifikazzjoni mill-awditur estern u l-aċċettazzjoni fid-deċiżjoni dwar l-ammont finali tal-finanzjament;

(d)

m’għandhomx ikunu f’għamla ta’ proprjetà immobbli.

Artikolu II.22

Trasferimenti tal-baġit

Il-benefiċjarju għandu jkun permess jaġġusta l-istima ta’ baġit stabbilita fl-Annex 1, permezz ta’ trasferimenti bejn kategoriji differenti tal-baġit. Dan l-aġġustament m’għandux jeħtieġ emenda tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Tali trasferimenti għandhom jiġu ġġustifikati fir-rapport annwali.

Artikolu II.23

Obbligi tar-rapportar

II.23.1   Rapport annwali

Preferibbilment sal-15 ta’ Mejju, u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, wara tmiem is-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju għandu jissottometti rapport annwali, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

rapporti finanzjarji annwali u noti li jakkumpanjawhom, li jkopru d-dħul u l-kosti tal-benefiċjarju, l-assi u l-obbligazzjonijiet fil-bidu u fit-tmiem tas-sena finanzjarja, skont il-liġi applikabbli fl-Istat Membru tas-sede tal-benefiċjarju;

(b)

rapporti finanzjarji annwali abbażi tal-istandards internazzjonali tal-kontabilità definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(c)

il-lista ta’ donaturi u kontributuri u d-donazzjonijiet jew kontribuzzjonijiet korrispondenti tagħhom irrapurtati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

(d)

rapport ta’ attività;

(e)

dikjarazzjoni finanzjarja ibbażata fuq l-istruttura tal-istima ta’ baġit;

(f)

dettall tal-kontijiet fir-rigward ta’ dħul, kosti, assi u obbligazzjonijiet;

(g)

rikonċiljazzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (e) b’dettall tal-kontijiet imsemmija fil-punt (f);

(h)

lista ta’ fornituri li f’sena finanzjarja partikolari talbu lill-benefiċjarju aktar minn EUR 10 000, li tispeċifika l-isem u l-indirizz tal-fornitur kif ukoll in-natura tal-oġġetti jew is-servizzi pprovduti.

F’każ tar-riport speċifikat fl-Artikolu II.25.3, ir-rapport Annwali għandu jinkludi d-dokumenti msemmija fil-punt (d), (e), (f) u (g) li jkopru l-ewwel kwart tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja kkonċernata.

L-informazzjoni inkluża fir-rapport annwali trid tkun biżżejjed biex jiġi stabbilit l-ammont finali tal-finanzjament.

II.23.2   Rapport tal-awditjar estern

Il-Parlament Ewropew għandu jirċievi direttament mingħand il-korpi jew l-esperti esterni indipendenti, maħtura skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, ir-rapport tal-awditjar estern kif speċifikat fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

L-iskop tal-awditjar estern għandu jkun dak li jiċċertifika l-affidabilità tar-rapporti finanzjarji u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tagħhom, u b’mod partikolari li:

(a)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew f’ konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-benefiċjarju, ma fihomx dikjarazzjonijiet materjali foloz u juru perspettiva vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja u tar-riżultati operattivi;

(b)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(c)

il-kosti iddikjarati nġarrbu tassew;

(d)

id-dikjarazzjoni tad-dħul tkun eżawstiva;

(e)

id-dokumenti finanzjarji preżentati mill-benefiċjarju lill-Parlament humiex konsistenti mad-dispożizzjonijiet finanzjarji tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

(f)

l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, b’mod partikolari mill-Artikolu 20 tiegħu twettqu;

(g)

l-obbligi skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, b’mod partikolari l-Artikolu II.9 u l-Artikolu II.19, twettqu;

(h)

il-kontribuzzjoni ta’ oġġetti realment ikunu ngħataw lill-benefiċjarju u ġew valutati f’ konformità mar-regoli applikabbli;

(i)

kwalunkwe eċċess mill-finanzjament tal-Unjoni jkun ġie riportat għas-sena finanzjarja li jmiss u ntużax fl-ewwel kwart tas-sena finanzjarja, skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju;

(j)

kwalunkwe eċċess ta’ riżorsi proprji jkun ġie trasferit lejn ir-riżerva.

Artikolu II.24

Deċiżjoni dwar ir-rapport annwali

Sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tiġi wara s-sena finanzjarja N, il-Parlament Ewropew għandu japprova jew jirrifjuta r-rapport annwali, kif speċifikat fl-Artikolu II.23.1.

Jekk il-Parlament Ewropew ma jagħtix tweġiba bil-miktub fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara li jkun irċieva r-rapport annwali, ir-rapport annwali għandu jitqies li jkun ġie approvat.

L-approvazzjoni tar-rapport annwali hija mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment tal-ammont ta’ finanzjament finali skont l-Artikolu II.25, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew jieħu deċiżjoni finali dwar l-eliġibilità tal-kosti.

Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju sabiex ikun f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni dwar ir-rapport annwali. F’każ li ssir tali rikjesta, id-data ta’ skadenza għad-deċiżjoni dwar ir-rapport annwali għandha tiġi prorogata sakemm l-informazzjoni mitluba tkun waslet u tiġi evalwata mill-Parlament Ewropew.

Jekk ir-rapport annwali jkun vvizzjat minn għadd sostanzjali ta’ nuqqasijiet, il-Parlament Ewropew jista’ jirrifjutah mingħajr ma jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju u jista’ jitlob lill-benefiċjarju jibgħat rapport ġdid fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.

Talbiet għal informazzjoni addizzjonali jew għal rapport ġdid għandhom isiru lill-benefiċjarju bil-miktub.

Jekk ir-rapport annwali li jkun ġie ppreżentat inizjalment jiġi rrifjutat u jintalab rapport ġdid, għar-rapport il-ġdid għandha tapplika l-proċedura ta’ approvazzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu.

Artikolu II.25

Deċiżjoni dwar l-ammont finali tal-finanzjament

II.25.1   Impatt tar-rapport annwali

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tistabbilixxi l-ammont ta’ finanzjament finali għandha tkun ibbażata fuq ir-rapport annwali approvat skont l-Artikolu II.24. F’każ ta’ ċaħda definittiva tar-rapport annwali mill-Parlament Ewropew, jew f’każ li l-benefiċjarju jonqos milli jippreżenta rapport annwali fi żmien l-iskadenzi applikabbli, ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda kost rimborsabbli ma jista’ jiġi stabbilit mid-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali.

II.25.2   Limitu

L-ammont finali ta’ finanzjament għandu jkun limitat għall-ammont stipulat fl-Artikolu I.4 u m’għandux jeċċedi il-85 % tal-kosti eliġibbli li kienu effettivament imġarrba.

II.25.3   Riport tal-bilanċ favorevoli

Jekk, fi tmiem is-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju jkollu bilanċ pożittiv ta’ introjtu fuq in-nefqa, parti minn dak l-bilanċ pożittiv jista’ jiġi riportat għas-sena finanzjarja N+1, skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju.

(a)   Id-definizzjoni ta’ bilanċ pożittiv

Il-bilanċ pożittiv ta’ sena finanzjarja N, hu d-differenza bejn il-kosti totali eliġibbli u l-ammont totali ta’:

(i)

l-ammont ta’ finanzjament proviżorju (massimu) skont l-Artikolu I.4,

(ii)

ir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju allokati biex ikopru l-kosti eleġibbli, il-benefiċjarju preċedentement ikun kopra l-kosti mhux eleġibbli bl-użu ta’ riżorsi proprji biss, u

(iii)

kwalunkwe bilanċ favorevoli trasferit mis-sena finanzjarja N-1.

Il-bilanċ pożittiv tad-dħul li jista’ jiġi trasferit għas-sena finanzjarja N+1 m’għandux jeċċedi l-25 % tad-dħul totali msemmi fil-punti (i) u (ii). imsemmija aktar ’il fuq.

(b)   Kontabilità tad-dispożizzjoni għal kosti eliġibbli

L-ammont li effettivament ikun ġie trasferit għandu jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja N bħala “provvediment biex ikopri l-kosti eliġibbli tal-ewwel trimestru tas-sena N+1”. Dan il-provvediment għandu jikkostitwixxi nefqa eliġibbli għas-sena finanzjarja N.

Barra minn hekk finanlizzazzjoni intermedja tal-kontijiet li ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena N+1 għandha tiddetermina l-kosti eliġibbli li verament isir sa dik id-data. Dan il-provvediment m’għandux jeċċedi dawk l-kosti.

Fis-sena N+1, il-provvediment għandu jiġi dissolt u għandu jiġġenera dħul li għandu jintuża biex ikopri l-kosti eliġibbli fl-ewwel kwart tas-sena finanzjarja N+1.

II.25.4   Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament

Il-Parlament Ewropew, kull sena, jikkontrolla jekk in-nefqa hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 1141/2014, ir-Regolament Finanzjarju u d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Kull sena huwa għandu jieħu deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament, li għandu jiġi notifikat kif xieraq lill-benefiċjarju.

L-ammont finali ta’ finanzjament għas-sena finanzjarja N għandu jiġi stabbilit fis-sena N+ 1.

L-ikklerjar tal-prefinanzjament għandu jsir meta jiġi stabbilit l-ammont ta’ finanzjament finali.

II.25.5   Bilanċ tal-finanzjament

Jekk il-prefinanzjament imħallas jeċċedi l-ammont finali tal-finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jirkupra l-prefinanzjament imħallas indebitament.

Jekk l-ammont finali tal-finanzjament jeċċedi il-prefinanzjament imħallas, il-Parlament Ewropew għandu jħallas il-bilanċ.

II.25.6   Profitt

(a)   Definizzjoni

Il-profitt għandu jiġi definit bħal fl-Artikolu 125(5) tar-Regolament Finanzjarju.

(b)   Bini ta’ riżervi

Skont l-Artikolu 123(5) tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju jista’ jibni riżervi mill-eċċess ta’ riżorsi proprji, li huma definiti fi Artikolu II.1.

Il-bilanċ pożittiv li għandu jiġi trasferit lejn il-kont ta’ riżerva għandu jkun, jekk applikabbli, l-ammont ta’ riżorsi proprji li jeċċedu l-ammont tar-riżorsi proprji neċessarji biex ikopru 15 % tal-kosti eliġibbli fil-fatt imġarrba fis-sena finanzjarja N u 15 % tal-kosti fil-proviżjoni li għandhom jiġu riportati għas-sena finanzjarja N+1. Il-benefiċjarju għandu jkun kopra l-kosti ineliġibbli minn qabel billi juża r-riżorsi proprji tiegħu biss.

L-eċċess allokat għar-riżerva mhux se jitqies għall-kalkolu tal-profitt.

Ir-riżerva għandha tintuża biss biex tkopri l-kosti operattivi tal-benefiċjarju.

(c)   Irkupru

Il-finanzjament ma jistax jirriżulta fi profitt għall-benefiċjarju. Il-Parlament Ewropew għandu jkun intitolat li jirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kosti eliġibbli f’ konformità mal-Artikolu 125(4) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu II.26

Irkupru

Jekk ammonti ġew imħallsa indebitament lill-benefiċjarju jew jekk proċedura ta’ rkupru tkun ġustifikata skont it-termini u l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jew ir-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu iħallas lura l-ammonti kkonċernati lill-Parlament Ewropew, skont it-termini u l-kundizzjonijiet u mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew.

II.26.1   Imgħax għal dewmien fil-pagament

Jekk il-benefiċjarju jonqos li jħallas lura sal-iskadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew għandu jinponi l-imgħax għal dewmien fil-pagament bir-rata stabbilita fl-Artikolu II.16 L-imgħax għal dewmien fil-pagament għandu jkopri l-perjodu bejn tmiem l-iskadenza stabbilita għall-pagament lura u d-data li fiha l-Parlament Ewropew jirċievi l-pagament lura sħiħ, inklużi.

Kull rimbors parzjali għandu jiddaħħal l-ewwel taħt l-ispejjeż u l-imgħax għal dewmien fil-pagament u biss wara taħt il-kapital.

II.26.2   Tpaċija

Jekk l-ebda pagament ma jsir sad-data ta’ skadenza stipulata, l-ammonti li għandu jieħu l-Parlament Ewropew jistgħu jkunu rkuprati billi jitnaqqsu minn kull ammont li jkollu jieħu l-benefiċjarju fi kwalunkwe kont ieħor skont l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu. F’każi eċċezzjonali, iġġustifikati bil-bżonn li jiġu salvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew jista’ jirkurpa permezz ta’ tnaqqis qabel id-data ta’ meta jkun dovut il-pagament. M’għandux ikun hemm il-ħtieġa ta’ kunsens minn qabel tal-benefiċjarju.

II.26.3   Spejjeż bankarji

Spejjeż bankarji ġġenerati mill-irkuprar tas-somom dovuti lill-Parlament Ewropew għandhom jitħallsu biss mill-benefiċjarju.

Artikolu II.27

Garanzija finanzjarja

Jekk il-Parlament Ewropew jitlob garanzija finanzjarja skont l-Artikolu 134 tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-garanzija finanzjarja trid tkun ipprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvata jew, jekk mitluba mill-benefiċjarju u aċċettata mill-Parlament Ewropew, minn parti terza;

(b)

il-garanti jrid joqgħod bħala garanti tal-ewwel sejħa u ma jkunx jeħtieġ li l-Parlament Ewropew l-ewwel jirrikorri kontra d-debitur prinċipali (jiġifieri l-benefiċjarju konċernat); u

(c)

il-garanzija finanzjarja trid b’mod espliċitu tibqa’ fis-seħħ sakemm il-prefinanzjament jitħallas kontra pagamenti interim jew pagamenti tal-bilanċ mill-Parlament Ewropew; jekk il-pagament tal-bilanċ jieħu l-forma ta’ rkupru, il-garanzija finanzjarja trid tibqa’ fis-seħħ sakemm id-dejn ikun meqjus kompletament ikklerjat; u l-Parlament Ewropew irid jirrilaxxa l-garanzija fix-xahar ta’ wara.

Artikolu II.28

Kontroll

II.28.1   Dispożizzjonijiet ġenerali

Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tagħhom u f’ konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għal Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jistgħu fi kwalunkwe ħin jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom ta’ kontroll sabiex jiġi vverifikat jekk il-benefiċjarju huwiex f’konformità sħiħa mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva dwar id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u r-Regolament Finanzjarju.

Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u għandu jipprovdihom bl-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli tagħhom.

Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għal Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jistgħu jiddelegaw il-kompitu ta’ kontroll lil korpi esterni debitament awtorizzati li jaġixxu għan-nom tagħhom (iktar’ il quddiem “il-korpi awtorizzati”).

II.28.2   Dover li jinżammu d-dokumenti

Għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-data tal-preżentazzjoni tar-rapport annwali, il-benefiċjarju għandu jżomm maħżuna fuq kwalunkwe mezz adegwat, id-dokumenti oriġinali kollha, u b’ mod partikolari r-rekords tal-kontabilità u tat-taxxa, inkluż l-oriġinali diġitalizzati meta jkunu awtorizzati mil-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u skont il-kundizzjonijiet stipulati fihom.

Il-perjodu ta’ ħames snin stipulat fl-ewwel subparagrafu m’għandux japplika fil-każ ta’ awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew insegwimenti ta’ pretensjonijiet li għaddejjin li jikkonċernaw il-finanzjament. F’każijiet bħal dawn, il-benefiċjarju għandu jżomm id-dokumenti sakemm tali awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew insegwimenti ta’ pretensjonijiet ikunu ġew magħluqa.

II.28.3   L-obbligu li jipprovdi dokumenti u/jew informazzjoni

Il-benefiċjarju għandu jipprovdi kwalunkwe dokument u/jew informazzjoni, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, mitluba mill-Parlament Ewropew, mill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jew mill-korp awtorizzat (“l-awtorità kompetenti”).

Kwalunkwe dokument jew informazzjoni pprovduta mill-benefiċjarju għandhom jiġu pproċessati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu II.6.

II.28.4   Żjarat fuq il-post

L-awtorità kompetenti tista’ twettaq żjarat fuq il-post fil-bini tal-benefiċjarju. Għal dan l-għan, hija tista’ titlob bil-miktub li l-benefiċjarju jagħmel l-arranġamenti xierqa għal tali żjara fi żmien skadenza xierqa li għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti.

Matul żjara fuq il-post, il-benefiċjarju għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti aċċess għal siti u bini fejn l-operazzjoni tkun qed titwettaq jew tkun ġiet imwettqa, kif ukoll għall-informazzjoni kollha neċessarja, inkluża dik f’format elettroniku.

Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli fil-mument taż-żjara fuq il-post u li l-informazzjoni mitluba tiġi mgħoddija f’forma xierqa.

II.28.5   Proċedura tal-awditjar kontradittorja

Fuq il-bażi tas-sejbiet li jsiru waqt il-proċedura ta’ kontroll, il-Parlament Ewropew għandu jħejji rapport tal-awditjar proviżorju li għandu jintbagħat lill-benefiċjarju. Il-benefiċjarju jista’ jippreżenta osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tar-riċevuta tar-rapport tal-awditjar proviżorju.

Fuq il-bażi tas-sejbiet tar-rapport tal-awditjar proviżorju u l-osservazzjonijiet possibbli tal-benefiċjarju, il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi s-sejbiet tal-awditjar finali tiegħu f’rapport finali tal-awditjar. Ir-rapport tal-awditjar finali għandu jintbagħat lill-benefiċjarju fi żmien 60 jum mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet.

II.28.6   Effetti tas-sejbiet tal-awditjar

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament li jieħu miżuri skont l-Artikolu II.12 sal-Artikolu II.14, l-aħħar sejbiet tal-awditjar għandhom ikunu kkunsidrati debitament mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-istabbiliment tal-ammont tal-finanzjament finali.

Każijiet possibbli ta’ frodi jew ksur serju tar-regoli applikabbli żvelati mis-sejbiet tal-awditjar finali għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet tal-Unjoni għal azzjoni ulterjuri.

Il-Parlament Ewropew jista’ b’mod retroattiv jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament fuq il-bażi tas-sejbiet tal-awditjar finali.

II.28.7   Id-drittijiet ta’ kontroll tal-OLAF

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ kontroll vis-a-vis il-benefiċjarju f’ konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (8), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-Artikoli 24(4) u 25(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-OLAF u għandu jipprovdi lill-OLAF b’kull għajnuna meħtieġa għat-twettiq ta’ kontroll tagħha.

Il-Parlament Ewropew jista’ fi kwalunkwe ħin jaġġusta b’mod retroattiv id-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament abbażi ta’ sejbiet li jkunu waslu mingħand l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) skont l-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Qabel ma l-Parlament Ewropew jiddeċiedi b’mod retroattiv id-deċiżjoni dwar l-aġġustament tal-ammont tal-finanzjament finali, il-benefiċjarju għandu jkun debitament infurmat dwar is-sejbiet rilevanti u dwar l-intenzjoni tal-Parlament li jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont tal-finanzjament finali, u għandu jkollu l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

II.28.8   Id-drittijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha teżerċita d-dritt tagħha ta’ kontroll skont ir-regoli applikabbli, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(2) tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-Artikoli II.28.3 u II.28.4 japplikaw.

Il-benefiċjarju għandu debitament jikkoopera mal-Qorti tal-Awdituri u għandu jipprovdi lill-Qorti bl-assistenza kollha meħtieġa meta tkun qed twettaq il-kontroll.

II.28.9   Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont l-Artikoli II.28.1 sa 4

Jekk il-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu II.28.1 sa 4, il-Parlament Ewropew jista’ jikkunsidra mhux rimborsabbli kwalunkwe spiża li ma tkunx ġiet sostanzjata biżżejjed mill-benefiċjarju.

Għall-Parlament Ewropew

[kunjom, isem]

[firma]

Magħmul fi [belt: Strasburgu, il-Lussemburgu, Brussell]

Anness 1

Stima ta’ Baġit

Kosti

Kosti eliġibbli

Baġit

Attwali

A.1: Kosti tal-persunal

1.

Salarji

2.

Kontribuzzjonijiet

3.

Taħriġ professjonali

4.

Spejjeż tal-missjonijiet tal-persunal

5.

Kosti oħra tal-persunal

 

 

A.2: Kosti tal-infrastruttura u tal-operat

1.

Kera, imposti u kosti ta’ manutenzjoni

2.

Kosti relatati mal-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-apparat

3.

Deprezzament ta’ proprjetà mobbli u immobbli

4.

Kartolerija u provvisti tal-uffiċċju

5.

Spejjeż tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet

6.

Kosti għall-istampar, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni

7.

Kosti oħra tal-infrastruttura

 

 

A.3: Kosti amministrattivi

1.

Kosti ta’ dokumentazzjoni (gazzetti, aġenziji tal-istampa, bażijiet tad-data)

2.

Kosti ta’ studji u ta’ riċerka

3.

Kosti legali

4.

Kosti ta’ kontabilità u awditjar

5.

Appoġġ lil partijiet terzi

6.

Kosti amministrattivi mixxellanji

 

 

A.4: Kosti ta’ laqgħat u ta’ rappreżentanza

1.

Kosti ta’ laqgħat

2.

Parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi

3.

Kosti ta’ rappreżentanza

4.

Kosti ta’ stediniet

5.

Kosti oħra relatati ma’ laqgħat

 

 

A.5: Kosti marbuta mal-informazzjoni u l-pubblikazzjoni

1.

Kosti tal-pubblikazzjoni

2.

Ħolqien u tħaddim ta’ siti tal-Internet

3.

Kosti tal-pubbliċità

4.

Tagħmir tal-komunikazzjoni (“gadgets”)

5.

Seminars u wirjiet

6.

Kosti oħra relatati mal-informazzjoni

 

 

A.6: Allokazzjoni tal-“provvista biex tkopri l-kosti eliġibbli li jsiru fl-ewwel kwart tas-sena N+1”

 

 

A. KOSTI TOTALI ELIĠIBBLI

 

 

Kosti ineliġibbli

1.

Dispożizzjonijiet

2.

Telf mill-kambju

3.

Pretensjonijiet dubjużi fuq partijiet terzi

4.

Kontribuzzjonijiet in natura

5.

Oħrajn (li jridu jiġu speċifikati)

 

 

B. KOSTI TOTALI INELIĠIBBLI

 

 

C. KOSTI TOTALI

 

 


Dħul

 

Baġit

Attwali

D.1 Allokazzjoni tal-“provvista biex tkopri l-kosti eliġibbli li jsiru fl-ewwel kwart tas-sena N”

n/a

 

D.2 Finanzjament tal-Parlament Ewropew

 

 

D.3 imposti tas-sħubija

 

 

3.1

mill-fondazzjonijiet tal-membri

3.2

mill-membri individwali

 

 

D.4 Donazzjonijiet

 

 

 

 

 

D.5 Riżorsi proprji oħra

 

 

(li jridu jiġu elenkati)

 

 

D.6 Imgħax fuq il-prefinanzjament

 

 

D.7. Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

D. DĦUL TOTALI

 

 

E. profitt/telf (F-C)

 

 


F. Allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-kont ta’ riserva

 

 

G. Profitt/telf biex tiġi vverifikata l-osservanza tar-regola ta’ ebda profitt (E-F)

 

 

Nota: struttura indikattiva biss. L-istruttura vinkolanti tal-istima ta’ baġit għandha tiġi ppubblikata kull sena b’sejħa għal kontribuzzjonijiet.

Anness 2

Programm ta’ Ħidma

[tiddaħħal skont l-applikazzjoni tal-finanzjament]

 


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.

(5)  ĠU C 205, 29.6.2017, p. 2.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).


Il-Kunsill

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/46


Konklużjonijiet tal-Kunsill li jikkontribwixxu biex jieqfu jiżdiedu l-Piż Żejjed u l-Obeżità fit-Tfulija (1)

(2017/C 205/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

IFAKKAR

1.

Fl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (2), li jiddikjara li “livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni” u li “[l-]Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri [fil-qasam tas-saħħa pubblika] u, jekk meħtieġ, tagħti sostenn lill-azzjoni tagħhom”;

2.

Li mill-2000 ‘l hawn, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ssottolinja l-importanza tal-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, partikolarment permezz tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika, b’mod partikolari: (3)

fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill adottata fl-14 ta’ Diċembru 2000 dwar is-saħħa u n-nutrizzjoni (4);

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-3 ta’ Ġunju 2005 dwar l-obeżità, in-nutrizzjoni u l-attività fiżika (5);

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-30 ta’ Novembru 2006 dwar is-Saħħa fil-Linji Politiċi Kollha (6);

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fis-6 ta’ Diċembru 2007 dwar l-operattività ta’ strateġija tal-UE dwar Kwistjonijiet relatati man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità (7);

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-8 ta’ Ġunju 2010 dwar l-Ekwità u s-Saħħa fil-Linji ta’ Politika kollha: Solidarjetà fis-Saħħa (8);

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2012 dwar il-promozzjoni tal-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa (HEPA) (9);

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fl-20 ta’ Ġunju 2014 dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika (10); u

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fis-17 ta’ Ġunju 2016 dwar it-titjib tal-prodotti tal-ikel (11);

3.

Fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020 (12), li jirrikonoxxi l-impatt ta’ benefiċċju tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għas-sistemi tas-saħħa u l-importanza ta’ dieta tajba għas-saħħa (13) u l-promozzjoni tal-attività fiżika fit-tnaqqis tar-riskju ta’ kundizzjonijiet kroniċi u l-mard li ma jitteħidx u jistieden lill-Istati Membri jkomplu jagħtu l-ogħla prijorità lill-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u ta’ attività fiżika, biex b’hekk jikkontribwixxu għal saħħa u kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini tal-UE u għas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar l-Ikel u n-Nutrizzjoni 2015-2020 (14);

4.

Fil-Pjan ta’ Azzjoni Globali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard li ma Jitteħidx 2013-2020 tas-27 ta’ Mejju 2013 (15) u d-disa’ miri globali volontarji tiegħu; l-Istrateġija għall-Attività Fiżika għar-Reġjun Ewropew tad-WHO għall-2016-2025 (16); ir-Rapport tad-WHO tal-Kummissjoni għat-Tmiem tal-Obeżità fit-Tfulija (2016) (17) li żviluppa pakkett komprensiv u integrat ta’ rakkomandazzjonijiet għall-indirizzar tal-obeżità fit-tfulija;

5.

Fir-Riżoluzzjoni tan-NU tal-25 ta’ Settembru 2015“Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli”, li tirrikonoxxi li biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi hemm bżonn ta’ approċċ multisettorjali u li jinkludi diversi partijiet ikkonċernati, filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jibqa’ l-art (18);

6.

Fid-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna tal-5 ta’ Lulju 2013 dwar in-Nutrizzjoni u l-Mard li ma Jitteħidx fil-Kuntest ta’ “Saħħa 2020” (19) fejn intlaħaq qbil li tittieħed azzjoni b’rabta mal-obeżità u li tingħata prijorità lill-ħidma b’rabta mad-dieti tajbin għas-saħħa tat-tfal, partikolarment permezz tal-ħolqien ta’ ambjenti ta’ ikel u xorb aktar tajbin għas-saħħa;

7.

Fl-Akkwist Pubbliku ta’ Ikel Tajjeb għas-Saħħa - Rapport Tekniku dwar l-Ambjent Skolastiku 2017, abbozzat mill-Presidenza Maltija flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, id-WHO, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u l-membri tal-Grupp ta’ Livell Għoli għan-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika (20);

8.

Fl-abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar l-obeżità fit-tfulija ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fit-22 ta’ Frar 2017 (21);

JIRRIKONOXXI LI

1.

Is-saħħa hija valur, opportunità u investiment għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ kull pajjiż;

2.

Il-prevalenza għolja ta’ piż żejjed u obeżità fit-tfulija f’ħafna Stati Membri hija sfida ewlenija għas-saħħa, li tikkontribwixxi għal inugwaljanzi dejjem akbar fis-saħħa, fejn it-tfal huma l-aktar grupp vulnerabbli li jintlaqat bl-agħar mod; u li l-obeżità fit-tfulija tagħti previżjoni ċara tal-obeżità fl-età adulta b’konsegwenzi għas-saħħa u ekonomiċi magħrufin sew, peress li huwa probabbli li aktar minn 60 % tat-tfal b’piż żejjed isiru adulti b’piż żejjed (22);

3.

Il-piż żejjed u l-obeżità fit-tfulija huma assoċjati ma’ konsegwenzi serji għas-saħħa kemm fuq perijodu qasir kif ukoll twil, inkluż riskju akbar ta’ dijabete tat-Tip 2, ażma, ipertensjoni u mard kardjovaskulari fost l-oħrajn; u li ladarba persuna jaqbadha dan il-mard, l-obeżità tnaqqas b’mod sinifikanti l-effikaċja tat-trattament għalih;

4.

L-obeżità taffettwa l-kwalità tal-ħajja u hija assoċjata, fost l-oħrajn, ma’ stima personali baxxa;

5.

Il-kawżi tal-piż żejjed u l-obeżità fit-tfulija huma kumplessi u jinkludu diversi fatturi, u jinħolqu l-aktar mill-esponiment għal ambjent obeżoġeniku (23);

6.

In-nuqqas ta’ attività fiżika adegwata u n-nutrizzjoni żbilanċjata jirriżultaw f’piż żejjed, obeżità u mard kroniku differenti. Għalhekk, jenħtieġ li ż-żewġ oqsma jiġu indirizzati b’mod adegwat;

7.

Evidenza sperimentali ġdida tissuġġerixxi l-eżistenza ta’ alterazzjonijiet epiġenetiċi li f’xi każijiet jistgħu jkunu fattur li jikkontribwixxi biex wieħed ikollu piż żejjed jew ikun obeż; xi studji jissuġġerixxu li ċerti fatturi ta’ riskju bħal indiċi ogħla tal-massa tal-ġisem tal-omm qabel it-tqala, esponiment għat-tabakk qabel it-twelid, żieda fil-piż żejda tal-omm waqt it-tqala, u żieda aktar rapida fil-piż tat-trabi matul l-ewwel 1 000 jum huma assoċjati mal-obeżità aktar tard fit-tfulija (24);

8.

L-obeżità fit-tfal Ewropej hija relatata ħafna mal-istatus soċjoekonomiku tal-ġenituri tagħhom: huwa probabbli li l-ġenituri fil-gruppi soċjoekonomiċi aktar baxxi jkollhom piż żejjed. Hemm probabbiltà akbar li t-tfal ta’ ġenituri obeżi, jew ta’ ġenituri bi status soċjoekonomiku aktar baxx, ikollhom drawwiet ħżiena fl-ikel u jtellgħu piż żejjed. Barra minn hekk, f’xi Stati Membri, huwa probabbli li t-tfal fi gruppi soċjoekonomiċi aktar baxxi, b’mod partikolari fil-każ tat-twelid prematur, ma jingħatawx il-ħalib tas-sider (25);

9.

Il-politiki eżistenti għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-piż żejjed u tal-obeżità bil-għan li tieqaf tiżdied l-obeżità fit-tfulija ma kinux effikaċi biżżejjed. L-ebda azzjoni waħedha mhi biżżejjed biex tiġi indirizzata l-obeżità fit-tfulija. Barra minn hekk, il-linji politiċi settorjali jista’ jkollhom ukoll impatti importanti mhux mixtieqa fuq id-dieti tajbin għas-saħħa u l-attività fiżika. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-obeżità fit-tfulija tkun minn ta’ quddiem fuq l-aġenda tal-Istati Membri individwali u tal-Unjoni Ewropea u jeħtieġ li tiġi indirizzata bħala kwistjoni ta’ prijorità u permezz ta’ diversi azzjonijiet ikkoordinati minn setturi differenti;

10.

Hemm bżonn ta’ aktar riċerka biex nifhmu aħjar x’qed iwassal għall-piż żejjed u obeżità fit-tfulija, inkluż fl-epiġenetika, u nesploraw l-approċċi bbażati fuq l-evidenza għal dieta tajba għas-saħħa u attività fiżika aħjar matul il-ħajja. Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ aktar riċerka fis-saħħa pubblika biex jiġu enfasizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u l-kawżi fil-gruppi soċjoekonomiċi kollha kif ukoll biex jiġu żgurati linji politiċi tas-saħħa pubblika, interventi u programmi ta’ prevenzjoni effikaċi;

11.

F’konformità mal-evidenza li t-tfal li jirċievu nutrizzjoni tajba huma aktar b’saħħithom, l-aċċess għal dieta tajba għas-saħħa u l-attività fiżika minn età żgħira jippermetti li t-tfal jikbru u jiżviluppaw f’adulti b’saħħithom. It-tfal b’saħħithom għandhom kapaċità aħjar li jitgħallmu u jiżviluppaw fl-iskola b’kapaċità konsegwenti mtejba għal żvilupp personali u produttività aħjar aktar tard fil-ħajja;

12.

Skont id-WHO, jenħtieġ li t-tfal u ż-żgħażagħ ta’ bejn 5 snin u 17-il sena jakkumulaw tal-inqas 60 minuta ta’ attività fiżika moderata sa attività fiżika b’intensità għolja kuljum. Jenħtieġ ukoll li mill-inqas 3 darbiet fil-ġimgħa jiġu inkorporati wkoll attivitajiet b’intensità għolja u attivitajiet li jsaħħu l-muskoli u l-għadam. (26) Jenħtieġ li jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali disponibbli;

13.

Jenħtieġ li jittieħed approċċ kooperattiv transsettorjali fil-gvern u s-soċjetà kollha kemm hi biex jiġu żgurati ambjenti tajbin għas-saħħa, li jinkludi s-saħħa, l-edukazzjoni, il-produzzjoni tal-ikel, l-agrikoltura u s-sajd, il-kummerċ u l-industrija, il-finanzi, l-isport, il-kultura, il-komunikazzjoni, l-ippjanar ambjentali u urban, it-trasport, l-affarijiet soċjali u r-riċerka;

14.

Minħabba li fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej it-tfal iqattgħu kważi terz tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum fl-ambjent edukattiv, huwa importanti li jiġu promossi dieti tajbin għas-saħħa u attività fiżika fl-ambjenti edukattivi u fiċ-ċentri għall-indukrar tat-tfal, f’kooperazzjoni mal-ġenituri. Jenħtieġ li wieħed jistinka biex ikun hemm ambjent favorevoli li jappoġġa stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa fl-ambjenti edukattivi;

15.

L-ikliet tal-iskola joffru opportunità tajba biex jiġu appoġġati drawwiet fl-ikel tajbin għas-saħħa u biex tiġi promossa s-saħħa; għal dan il-għan, l-“ikel tajjeb għas-saħħa” għandu jiġi promoss fl-ambjenti edukattivi;

16.

Il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi għandhom il-possibbiltà li jtejbu d-domanda għal ikliet tajbin għas-saħħa u b’hekk għal dieti aħjar permezz tal-akkwist pubbliku u għandhom il-potenzjal li jinfluwenzaw is-suq u jippromwovu l-innovazzjoni biex jingħata ikel nutrizzjonalment aktar bilanċjat b’mod ġust u trasparenti;

17.

Hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjonijiet aktar effikaċi b’rabta mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel b’kontenut għoli ta’ enerġija, xaħam saturat, aċidi xaħmija trans, zokkor u melħ. L-esperjenza u l-evidenza jindikaw il-fatt li l-azzjoni volontarja tista’ teħtieġ miżuri regolatorji sabiex tkun aktar effikaċi;

18.

It-treddigħ esklużiv fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja għandu l-benefiċċji tiegħu biex it-tfal jikbru, jiżviluppaw u jkunu b’saħħithom b’mod ottimali. Minn hemm ‘il quddiem, sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti nutrittivi tagħhom li kulma jmur dejjem jevolvu, jenħtieġ li t-trabi jirċievu ikel komplementari nutrizzjonalment adegwat u sikur filwaqt li t-treddigħ ikompli sejjer sa sentejn jew aktar. It-treddigħ u l-użu ta’ ikel kumplimentari sikur għandhom isiru f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO (27) jew mar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali meta jkunu disponibbli;

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

1.

Jintegraw fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom, strateġiji jew attivitajiet dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika, miżuri transsettorjali bil-għan li tiġi indirizzata l-obeżità fit-tfulija, li jikkonċentraw mhux biss fuq il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard iżda wkoll fuq dawk it-tfal u l-adolexxenti li diġà għandhom piż żejjed jew huma obeżi; jenħtieġ b’mod partikolari li jiġu inklużi dawn li ġejjin:

linji politiċi u azzjonijiet transsettorjali matul il-ħajja biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u b’mod partikolari biex jiġu indirizzati t-tfal u l-adolexxenti vulnerabbli fil-komunitajiet soċjalment żvantaġġati, pereżempju billi joffru aċċess aħjar għad-dieti tajbin għas-saħħa u l-attività fiżika;

governanza trasparenti u effikaċi biex jiġu indirizzati l-kawżi tal-piż żejjed u l-obeżità;

linji politiċi biex jiġu massimizzati l-fatturi protettivi fid-dieti tajbin għas-saħħa u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa u biex jiġu minimizzati d-diversi fatturi ta’ riskju li jikkontribwixxu għall-piż żejjed u l-obeżità;

miżuri li joħolqu ambjenti favorevoli fix-xenarji edukattivi għat-tfal u ċ-ċentri għall-indukrar tat-tfal biex jiġu inkoraġġiti dieti tajbin għas-saħħa u li ssir attività fiżika adegwata li ttejjeb is-saħħa abbażi tar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali;

miżuri li jinkoraġġixxu t-tagħlim ta’ ħiliet mit-tfal, il-ġenituri u l-edukaturi dwar in-nutrizzjoni, l-attività fiżika u l-attività sedentarja permezz tal-approċċ ibbażat fuq il-familja;

miżuri li jippromovu l-attività fiżika fil-faċilitajiet rikreattivi biex jiġi inkoraġġit tnaqqis fl-imġiba sedentarja u l-iżvilupp u l-forniment ta’ servizzi aċċessibbli għall-attività fiżika rikreattiva u ambjent li jiffavorixxi l-attività fiżika u t-trasport attiv ta’ kuljum (28);

miżuri li jiżguraw li l-faċilitajiet edukattivi għat-tfal ikunu ambjenti protetti, ħielsa minn kull forma ta’ kummerċjalizzazzjoni li tmur kontra l-inkoraġġiment tal-adozzjoni ta’ stili ta’ ħajja aktar tajbin għas-saħħa;

miżuri li jinkoraġġixxu d-dieti tajbin għas-saħħa u l-prattiki ta’ konsum b’mod sostenibbli u li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa u soċjali;

miżuri li jippromwovu u jagħmlu monitoraġġ tat-titjib tal-prodotti tal-ikel ikkunsmati b’mod predominanti mit-tfal bħala għodda importanti biex ikun aktar faċli li wieħed jagħmel l-għażla tajba għas-saħħa fl-ambjenti kollha u għall-gruppi kollha tal-popolazzjoni, f’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-titjib tal-prodotti tal-ikel;

miżuri li jsaħħu l-pożizzjoni tal-familji u jippermettulhom jadottaw stili ta’ ħajja aktar tajbin għas-saħħa inkluż għażliet tal-ikel tajbin għas-saħħa u inkoraġġiment biex issir attività fiżika, billi tingħata konsiderazzjoni debita għal-limiti taż-żmien u l-fatturi soċjoekonomiċi;

miżuri li jinkoraġġixxu interventi bikrija f’diversi ambjenti permezz tat-treddigħ esklużiv għall-ewwel sitt xhur, l-introduzzjoni ta’ ikel komplementari nutrizzjonalment adegwat fl-età ta’ sitt xhur waqt li t-treddigħ ikompli sal-età ta’ sentejn jew wara jew b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali disponibbli;

miżuri li jinkoraġġixxu r-riċerka dwar il-fatturi determinanti tal-obeżità fit-tfulija u soluzzjonijiet biex il-problema tiġi indirizzata aħjar;

miżuri li jtejbu l-aċċess għal pariri professjonali adegwati, konsulenza u monitoraġġ fir-rigward ta’ dieti tajbin għas-saħħa u attività fiżika li ttejjeb is-saħħa matul il-ħajja, inkluż qabel il-konċepiment u t-tqala;

miżuri li jipprovdu taħriġ kontinwu lill-professjonisti tas-saħħa f’kuntatt man-nisa tqal, it-trabi, it-tfal, l-adolexxenti, il-ġenituri u l-familji abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli l-aktar reċenti dwar in-nutrizzjoni, l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-piż żejjed u l-obeżità;

il-forniment ta’ skrinjar biex jiġu identifikati t-tfal li qegħdin f’riskju li jtellgħu piż żejjed jew li jsiru obeżi, u t-trattament u l-kura għat-tfal li għandhom piż żejjed jew huma obeżi, b’mod partikolari għal dawk li huma severament obeżi;

miżuri li jimmassimizzaw ir-rwol ewlieni tal-kura tas-saħħa primarja fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija u l-ġestjoni tal-piż żejjed u l-obeżità;

miżuri li jnaqqsu l-esponiment tat-tfal u l-adolexxenti għall-kummerċjalizzazzjoni, ir-reklamar fuq kwalunkwe mezz (inkluż il-pjattaformi online u l-media soċjali) u l-isponserizzazzjoni, ta’ ikel b’kontenut għoli ta’ enerġija, xaħam saturat, aċidi xaħmija trans, zokkor u melħ u li jwettqu monitoraġġ tal-impatt ta’ dawn il-miżuri u jirrapportaw dwaru;

2.

Ifasslu linji gwida speċifiċi għad-dieta tat-tfal u l-adolexxenti li jindirizzaw kemm lil dawk b’piż tajjeb għal saħħithom kif ukoll lil dawk li għandhom piż żejjed jew huma obeżi. Jeħtieġ li tali linji gwida jipprovdu gwida lill-ġenituri, il-persuni li jagħtu kura u l-fornituri tal-ikel fil-faċilitajiet edukattivi, fost l-oħrajn, dwar id-daqsijiet adatti tal-porzjon u l-informazzjoni li tidentifika l-għażliet tal-ikel nutrittiv, bi prezz li jintlaħaq u konvenjenti;

3.

Jiżviluppaw linji gwida nazzjonali speċifiċi biex tiġi inkoraġġita l-attività fiżika ta’ kuljum;

4.

Jiżguraw li l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u konsulenza promossi mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali li jittrattaw il-qasam tan-nutrizzjoni, l-attività fiżika u s-saħħa jitħejjew u jitwasslu f’kundizzjonijiet ħielsa minn influwenza kummerċjali mhux dovuta;

5.

Iżidu l-isforzi konġunti biex inaqqsu l-ammont ġenerali ta’ komunikazzjoni kummerċjali tal-ikel u s-setgħa persważiva tagħha li timmira lit-tfal u l-adolexxenti u li tmur kontra l-inkoraġġiment ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa;

6.

Jinvolvu rwieħhom mal-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel u s-settur tal-catering biex jinkoraġġixxu t-titjib fl-ikel, skont il-linji gwida tas-settur tas-saħħa, u l-promozzjoni ta’ għażliet tajbin għas-saħħa sabiex l-għażla tajba għas-saħħa tkun waħda faċli;

7.

Fejn ikun adatt, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, inkluż mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-konsumaturi u dawk iffokati fuq it-tfal, jintroduċu miżuri jew jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta. Dan biex jiġi żgurat li l-komunikazzjoni kummerċjali li żżomm lit-tfal u l-adolexxenti fil-mira ma tippromwovix ikel b’kontenut għoli ta’ enerġija, melħ, zokkor jew xaħam saturat u aċidi xaħmija trans jew li nkella ma jikkonformax mal-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali u li l-isforzi marbutin mat-titjib, il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar tal-prodotti tal-ikel tal-industrija jkunu dejjem aktar konsistenti;

8.

Iqisu miżuri leġislattivi, fejn ikun adatt, biex jippromwovu l-attività fiżika, dieta tajba għas-saħħa u jiżguraw ambjent favorevoli;

9.

Jimplimentaw approċċ fejn is-saħħa tiġi integrata fil-linji politiċi kollha li jwassal għall-ħolqien ta’ ambjenti u infrastruttura li joffru sostenn biex tiżdied l-attività fiżika ta’ rutina u dik rikreattiva u biex l-għażla tal-ikel tajjeb għas-saħħa tkun waħda faċli;

10.

Jimplimentaw programmi kontinwi ta’ monitoraġġ tal-istatus tas-saħħa matul il-ħajja, b’attenzjoni speċjali għan-nutrizzjoni u l-attività fiżika fin-nisa tqal, it-tfal u l-adolexxenti sabiex tiġi żviluppata u diretta azzjoni mmirata. Dawn il-programmi għandhom ikunu kapaċi jagħmlu monitoraġġ ta’ diversi indikaturi bħall-inugwaljanzi soċjali;

11.

Jikkunsidraw it-twettiq ta’ analiżi tal-konsegwenzi ekonomiċi tal-piż żejjed u l-obeżità fl-età adulta u fit-tfulija, partikolarment l-ispejjeż tas-saħħa u dawk soċjali, il-piż fuq il-baġit pubbliku u fuq il-baġits tal-familji fis-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi kollha;

JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

1.

Jagħmlu l-indirizzar tal-piż żejjed u l-obeżità fit-tfulija prijorità tal-Unjoni Ewropea, li tkun riflessa fil-linji politiċi settorjali kollha u fl-Aġenda ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, waqt li jiġu rispettati b’mod sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri;

2.

Fejn ikun rilevanti, jaħdmu flimkien mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-konsumaturi u dawk iffokati fuq it-tfal, taħt it-tmexxija tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, biex iħejju, isaħħu u janalizzaw l-inizjattivi fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew. Dan għandu jsir bil-ħsieb li titnaqqas il-kummerċjalizzazzjoni diretta lejn it-tfal u l-adolexxenti ta’ ikel b’kontenut għoli ta’ enerġija, melħ, zokkor, xaħam saturat u aċidi xaħmija trans jew li nkella ma jikkonformax mal-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali, kif ukoll biex jingħelbu l-istili ta’ ħajja sedentarji, bl-użu ta’ għodod ibbażati fuq l-evidenza, minħabba l-evidenza li hemm rabta b’saħħitha bejn il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħin li wieħed iqatta’ quddiem l-iskrin minn naħa u l-obeżità fit-tfal u l-adolexxenti min-naħa l-oħra;

3.

B’mod partikolari, iqisu l-bżonn urġenti li tingħata tweġiba għall-isfida l-ġdida tal-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar permezz tal-pjattaformi online u l-media soċjali fejn il-messaġġi ta’ komunikazzjoni spiss jimmiraw lit-tfal individwali u dawn huma aktar diffiċli li jiġu mmonitorjati;

4.

Jinkoraġġixxu t-tikkettar volontarju tal-ikel, skont il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 b’mod partikolari l-Artikolu 35(1) tiegħu biex jingħata appoġġ lill-konsumaturi kollha, b’mod partikolari lil dawk mill-gruppi soċjoekonomiċi iktar baxxi, biex jagħmlu għażliet tal-ikel tajbin għas-saħħa u jippromwovu l-kampanji edukattivi u ta’ informazzjoni bil-għan li l-konsumaturi jkunu jistgħu jifhmu aħjar l-informazzjoni dwar l-ikel, inkluż it-tikkettar nutrittiv;

5.

Jidentifikaw, fil-Grupp ta’ Livell Għoli għan-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika, mekkaniżmi adatti għat-titjib tal-ġbir tad-data eżistenti dwar l-indikaturi tas-saħħa, kif ukoll data dwar l-interventi u l-azzjonijiet, b’mod partikolari dawk b’rabta mal-eżiti tal-imġiba, il-fatturi protettivi u l-fatturi ta’ riskju, il-piż żejjed, l-obeżità u s-saħħa sabiex ikun hemm data aġġornata, affidabbli u komparabbli;

6.

Jistabbilixxu bħala oqsma ta’ prijorità l-monitoraġġ tal-attività fiżika u l-kwalità nutrittiva tal-ikel fl-ambjenti edukattivi għat-tfal, il-valutazzjoni tal-inugwaljanzi soċjali b’rabta mal-obeżità u l-piż żejjed fit-tfal u l-adolexxenti, u l-impatt konsegwenti tagħhom;

7.

Jappoġġaw l-Inizjattiva ta’ Sorveljanza tal-Obeżità fit-Tfulija tad-WHO (29) bil-għan li jitkejlu b’rutina x-xejriet tal-piż żejjed u l-obeżità fit-tfal tal-iskola primarja u l-Istudju dwar l-Imġiba fis-Saħħa fit-Tfal tal-Iskola (30) għall-adolexxenti, sabiex jiġi mifhum aħjar il-progress tal-epidemija f’dan il-grupp tal-popolazzjoni u jkun jista’ jsir tqabbil bejn il-pajjiżi fir-Reġjun Ewropew;

8.

Ikomplu jappoġġaw u jimplimentaw, filwaqt li jirrispettaw b’mod sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020, speċjalment l-attivitajiet u l-effetti transkonfinali bħat-titjib tal-prodotti tal-ikel u l-kummerċjalizzazzjoni diretta lejn it-tfal;

9.

Jiżviluppaw u jivvalutaw il-programmi bbażati fuq l-evidenza u l-linji gwida dwar il-promozzjoni tas-saħħa u dwar l-interventi ta’ prevenzjoni, id-dijanjożi u l-għażliet ta’ trattamenti għat-tfal u l-adolexxenti li għandhom piż żejjed jew li huma obeżi jew li huma f’riskju f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, jipprovdu taħriġ u gwida għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa f’konformità mal-gwida u r-rakkomandazzjonijiet tad-WHO;

10.

Jidentifikaw il-prattiki tajbin fl-Istati Membri li huma adatti għall-kriterji tal-għażla bbażata fuq l-evidenza u jxerrduhom fost l-Istati Membri, waqt li jqisu l-kuntest istituzzjonali;

JAPPELLA LILL-KUMMISSJONI BIEX:

1.

Tkompli tappoġġa u tagħti riżorsi lil proġetti ta’ riċerka u inizjattivi ta’ sorveljanza diretti lejn it-traċċar u l-indirizzar tal-piż żejjed u l-obeżità fit-tfal, inkluż it-tixrid ta’ eżempji ta’ prattika tajba u stejjer ta’ suċċess magħżula abbażi ta’ kriterji rigorużi;

2.

Tiżgura approċċ effikaċi li jintegra s-saħħa fil-linji politiċi kollha li jippromwovi konsiderazzjonijiet dwar is-saħħa, il-prevenzjoni u n-nutrizzjoni fis-setturi u l-inizjattivi kollha;

3.

Tkompli tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati fil-livell tal-UE, b’mod partikolari fit-titjib tal-prodotti, bl-użu ta’ oqfsa adatti ta’ evalwazzjoni u ta’ responsabbiltà, u tirrapporta regolarment dwar l-iżviluppi;

4.

Tappoġġa t-tfassil ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-UE fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni kummerċjali dwar l-ikel, b’mod partikolari b’rabta mat-tfal u l-adolexxenti, waqt li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kif ikun adatt;

5.

Tappoġġa l-ħidma konġunta tal-Istati Membri li lesti jkomplu jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi koordinati rilevanti bl-aktar mod wiesa’ possibbli, speċjalment fl-oqsma tat-titjib tal-prodotti tal-ikel, l-analiżi ekonomika tal-konsegwenzi tal-obeżità, il-kummerċjalizzazzjoni u l-akkwist pubbliku tal-ikel.


(1)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tiddefinixxi lil tifel jew tifla bħala bniedem/bniedma taħt l-età ta’ 18-il sena dment li tkunx laħqet l-età legali qabel, skont il-liġi li tapplika għat-tifel jew it-tifla.

(2)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47 (verżjoni konsolidata).

(3)  Konklużjonijiet jew Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti oħra: il-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-2 ta’ Diċembru 2002 dwar l-obeżità, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-2 ta’ Diċembru 2003 dwar stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa: edukazzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fil-31 ta’ Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tas-saħħa permezz ta’ alimentazzjoni u attività fiżika, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill fl-20 ta’ Novembru 2008 dwar is-saħħa u l-benesseri taż-żgħażagħ, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-2 ta’ Diċembru 2011 dwar l-għeluq ta’ lakuni fis-saħħa fl-UE permezz ta’ azzjoni miftiehma li tippromwovi mġiba għal stil ta’ ħajja san u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill adottata fis-26 ta’ Novembru 2013 dwar il-promozzjoni transettorjali ta’ attività fiżika favur is-saħħa.

(4)  ĠU C 20, 23.1.2001, p. 1.

(5)  9181/05 SAN 67

(6)  16167/06 SAN 261

(7)  15612/07 SAN 227 DENLEG 118

(8)  9947/10 SAN 120 DENLEG 355

(9)  ĠU C 393, 19.12.2012, p. 22.

(10)  ĠU C 213, 8.7.2014, p. 1.

(11)  ĠU C 269, 23.7.2016, p. 21.

(12)  http://ec.europa.eu/health//sites/health/files/nutrition_physical_activity/docs/childhoodobesity_actionplan_2014_2020_en.pdf

(13)  Il-kunċett ta’ “dieta tajba għas-saħħa” huwa sinonimu ma’ dak li jintuża fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020 http://ec.europa.eu/health//sites/health/files/nutrition_physical_activity/docs/childhoodobesity_actionplan_2014_2020_en.pdf

u r-Rapport tad-WHO tal-Kummissjoni għat-Tmiem tal-Obeżità fit-Tfulija http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/204176/1/9789241510066_eng.pdf

(14)  http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0008/253727/64wd14e_FoodNutAP_140426.pdf

(15)  http://www.who.int/nmh/events/ncd_action_plan/en/

(16)  http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0010/282961/65wd09e_PhysicalActivityStrategy_150474.pdf?ua=1

(17)  http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/204176/1/9789241510066_eng.pdf

(18)  http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E

(19)  http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0003/234381/Vienna-Declaration-on-Nutrition-and-Noncommunicable-Diseases-in-the-Context-of-Health-2020-Eng.pdf?ua=1

(20)  https://ec.europa.eu/jrc/sites/jrcsh/files/public-procurement-food-health-technical-report.pdf

(21)  Studju dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020 https://www.eu2017.mt/Documents/Reports/mid-term%20evaluation%20APCO%20report%20Draft.pdf

(22)  Statistika tad-WHO dwar l-obeżità

http://www.euro.who.int/en/health-topics/noncommunicable-diseases/obesity/data-and-statistics

(23)  Obeżoġeniku jirreferi għall-influwenzi kollha li għandhom l-ambjent tal-madwar, l-opportunitajiet jew il-kundizzjonijiet tal-ħajja fuq il-promozzjoni tal-obeżità fl-individwi jew il-popolazzjonijiet. F’konformità mat-Tabella ta’ Analiżi għall-Ambjenti Marbuta mal-Obeżità (ANGELO), l-ambjent jinqasam f’żewġ dimensjonijiet: id-daqs (mikro jew makro) u t-tip (fiżiku, ekonomiku, politiku jew soċjokulturali), għall-kejl marbut mal-obeżità (eż. l-imġiba fid-dieta, l-attività fiżika jew il-piż) Ara: Swinburn B, Egger G, Raza F. - Dissecting Obesogenic Environments: The Development and Application of a Framework for Identifying and Prioritizing Environmental Interventions for Obesity. Prev Med, 1999 12;29(6):563-570).

(24)  Woo Baidal JA, Locks LM, Cheng ER, Blake-Lamb TL, Perkins ME, Taveras EM. Risk Factors for Childhood Obesity in the First 1,000 Days: a Systematic Review. AJPM. 2016;50(6):761-779.

(25)  Ara, Flacking, R., Hedberg Nyqvist, K, Ewald, U; Effects of socioeconomic status on breastfeeding duration in mothers of preterm and term infants. Eur J Public Health 2007; 17 (6): 579-584. doi: 10.1093/eurpub/ckm019

(26)  Rakkomandazzjonijiet globali dwar l-attività fiżika għas-saħħa http://www.who.int/dietphysicalactivity/factsheet_recommendations/en/

(27)  Din ir-rakkomandazzjoni hija bbażata fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konsultazzjoni tal-esperti (Ġinevra, 28-30 ta’ Marzu 2001) li kkompletaw l-analiżi sistematika tat-tul ta’ żmien ottimali għat-treddigħ esklużiv (ara d-dokument A54/INF.DOC./4)

(28)  It-trasport attiv jirreferi għal kwalunkwe forma ta’ trasport li juża l-enerġija tal-bniedem - il-mixi, iċ-ċikliżmu, l-użu ta’ siġġu tar-roti, l-iskejzjar b’linja waħda ta’ roti jew l-iskateboarding. Ara http://www.phac-aspc.gc.ca/hp-ps/hl-mvs/pa-ap/at-ta-eng.php

(29)  http://www.euro.who.int/en/health-topics/disease-prevention/nutrition/activities/monitoring-and-surveillance/who-european-childhood-obesity-surveillance-initiative-cosi

(30)  http://www.euro.who.int/en/health-topics/Life-stages/child-and-adolescent-health/health-behaviour-in-school-aged-children-hbsc


Il-Kummissjoni Ewropea

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/53


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Ġunju 2017

(2017/C 205/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1375

JPY

Yen Ġappuniż

127,53

DKK

Krona Daniża

7,4366

GBP

Lira Sterlina

0,88525

SEK

Krona Żvediża

9,7780

CHF

Frank Żvizzeru

1,0913

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,6020

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,326

HUF

Forint Ungeriż

309,54

PLN

Zloty Pollakk

4,2375

RON

Leu Rumen

4,5510

TRY

Lira Turka

4,0079

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4986

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4888

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8759

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5648

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5752

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 300,61

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,8080

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7348

HRK

Kuna Kroata

7,4128

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 160,03

MYR

Ringgit Malażjan

4,8922

PHP

Peso Filippin

57,518

RUB

Rouble Russu

67,9014

THB

Baht Tajlandiż

38,675

BRL

Real Brażiljan

3,7632

MXN

Peso Messikan

20,4344

INR

Rupi Indjan

73,4345


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/54


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 205/05)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta‘ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 379, “9403 Għamara oħra u partijiet tagħha”, għandu jiżdied dan it-test wara l-ewwel paragrafu:

“Din l-intestatura ma tinkludix il-basktijiet u l-boroż tal-ħwejjeġ għall-ħasil. Għall-finijiet tal-Kapitolu 94, it-terminu “għamara” jfisser kull oġġett “mobbli” (li mhux inkluż taħt intestatura oħra aktar speċifika tan-Nomenklatura), li jinħoloq biex jitqiegħed fl-art u li jintuża l-aktar għal finijiet utilitarji fil-binjiet privati, lukandi, teatri, eċċ.

Il-basktijiet u l-boroż tal-ħwejjeġ għall-ħasil huma klassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom. Pereżempju, il-basktijiet tal-ħwejjeġ għall-ħasil magħmulin mill-ħadid jew mill-azzar huma klassifikati bħala oġġetti oħrajn tad-dar taħt l-intestatura 7323 (li tinkludi l-basktijiet tal-ħwejjeġ għall-ħasil, ara n-Nota ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 7323 (A) (3)), u l-basktijiet tal-ħwejjeġ għall-ħasil b’materjali ta’ trizza huma klassifikati taħt l-intestatura 4602 (li tinkludi l-basktijiet ta‘ kull tip, ara l-HSEN għall-intestatura 4602 (1)).

Eżempji ta’ basktijiet u boroż tal-ħwejjeġ għall-ħasil li huma klassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom:

Image

Image

Image

Taż-żafżafa, il-ġewwieni miksi bil-qoton, għoli: 66 cm.

Tat-tessut, magħluqin b’qafas tal-injam, għoli: 69 cm.

Tal-azzar inossidabbli, mhux miksi, għoli: 60 cm.

Intestatura 4602 .

Intestatura 6307 (il-karattru essenzjali tagħtih il-borża tat-tessuti, li tilqa‘ l-ħwejjeġ għall-ħasil, għax dan l-oġġett ma jistax jaħdem mingħajr il-borża tat-tessuti).

Intestatura 7323 .”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/55


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 205/06)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 381, “9503 00 10 Triċikletti, skuters, karozzi tal-pedali u ġugarelli bir-roti simili; karrozzi tal-pupi” , jiddaħħal dan it-test wara t-test eżistenti:

“Din is-subintestatura tinkludi wkoll l-iskuters mgħammra b’mutur awżiljarju, diment li ma jinqabżux dawn il-limiti:

veloċità li ma taqbiżx l-20 km fis-siegħa,

piż nett li ma jaqbiżx it-12 kg,

trasmissjoni b’veloċità waħda,

brejk f’id waħda jew f’sieq waħda għar-rota ta’ wara.

Jekk xi wieħed minn dawn il-kriterji ma jkunx issodisfat, l-iskuters mgħammra b’mutur awżiljarju jridu jiġu klassifikati taħt l-intestatura 8711.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/56


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 205/07)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta‘ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 208

It-test:

4418 90 10

Injam laminat bil-kolla

‘Ara n-Noti ta‘ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 4418, it-tielet paragrafu.’

4418 90 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-pannelli tal-injam ċellulari deskritti fin-Noti ta‘ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 4418, ir-raba‘ paragrafu.”

jinbidel b’dan it-test:

4418 99 10

Injam laminat bil-kolla

‘Ara n-Noti ta‘ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 4418, ir-raba’ paragrafu.’

4418 99 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-pannelli tal-injam ċellulari deskritti fin-Noti ta‘ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 4418, il-ħames paragrafu.”

Fil-paġna 215

Jitneħħa dan it-test:

4805 91 00

Jiżnu 150 g/m2 jew inqas

Din is-subintestatura tinkludi l-karta u l-kartun magħmulin għalkollox mill-karta rkuprata (skart u fdal), mingħajr addittivi u b’indiċi ta‘ żbroff ta‘ 0,8 kPa jew iżjed iżda mhux aktar minn 1,9 kPa.

4805 92 00

Jiżnu aktar minn 150 g/m2 iżda inqas minn 225 g/m2

In-Noti ta‘ Spjega għas-subintestatura 4805 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

4805 93 20

Magħmulin mill-karta rkuprata

In-Noti ta‘ Spjega għas-subintestatura 4805 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.”

Fil-paġna 342

Jitneħħa dan it-test:

8529

Partijiet tajbin biex jintużaw biss jew l-aktar mal-apparat tal-intestaturi 8525 sa 8528

Din l-intestatura ma tinkludix it-trepiedi li jintużaw mal-kameras tal-intestatura 8525 jew il-Kapitolu 90 (klassifika skont il-materjal kostitwenti tagħhom).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 at-23 ta‘ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta‘ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/57


Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

(2017/C 205/08)

Regolament (KE) Nru 178/2002 (1), l-Artikolu 36(2), jipprevedi li “Il-Bord tal-Amministrazzjoni” tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jħejji lista li għandha tiġi ppubblikata ta’l-organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri li jistgħu jgħinu lill-Awtorità, jew individwalment jew f’networks, fil-missjoni tagħha.”

Din il-lista l-ewwel ġiet imħejjija mill-Bords tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fid-19 ta’ Diċembru 2006, u minn dakinhar:

i.

qiegħda tiġi aġġornata regolarment, abbażi tal-proposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA, waqt li jitqiesu r-reviżjonijiet jew proposti ta’ deżinjazzjoni ġodda mill-Istati Membri (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004, l-Artikolu 2(4) (2));

ii.

ippubblikata fuq is-sit web tal-EFSA, fejn hi ppubblikata l-aħħar lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti; u

iii.

disponibbli permezz tal-Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 lill-organizzazzjonijiet, u li tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt u l-oqsma speċifiċi ta’ kompetenza tal-organizzazzjonijiet.

Din l-informazzjoni rispettiva hi disponibbli fuq is-sit web tal-EFSA, fil-links li ġejjin:

i.

l-aħħar emenda ta’ din il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fl-[21/06/2017] – [http://www.efsa.europa.eu/en/events/event/170621-0];

ii.

il-lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti – http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/assets/art36listg.pdf; u

iii.

Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 – http://www.efsa.europa.eu/art36/search

L-EFSA se żżomm din in-notifika aġġornata, speċifikament fir-rigward tal-links tas-sit web ipprovduti.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil Cooperation.Article36@efsa.europa.eu.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 tat-23 ta’ Diċembru 2004 li jindika termini ta’ applikazzjoni tar-Regolament 178/2002 f’dak li għandu x’jaqsam max-xibka ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jiddependu mill-missjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 64).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/58


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8491 — PGA Group/Groupe Bernard/CDPR)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 205/09)

1.

Fit-12 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha PGA Group SAS (“PGA Group”, Franza) u Bernard Participations (“Groupe Bernard”, Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ CDPR, preċedentement ikkontrollata minn Groupe Bernard, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   PGA Group: attiv fis-settur tal-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni tal-ispare parts tal-karozzi bl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu fi Franza u attivitajiet oħra fil-Polonja, in-Netherlands, il-Belġju, Spanja u l-Italja.

—   Groupe Bernard: huwa l-proprjetarju ta’ diversi negozjanti tal-karozzi fi Franza.

—   CDPR: impriża konġunta li se tkun attiva fid-distribuzzjoni ta’ spare parts tal-karozzi sal-punt li Groupe Bernard se jittrasferixxi lis-CDPR l-attivitajiet eżistenti ta’ waħda mis-sussidjarji tiegħu (SICMA), li diġà huwa attiva f’dan il-qasam tan-negozju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8491 — PGA Group/Groupe Bernard/CDPR, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/59


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 205/10)

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Harng Central Department Store Ltd (“Central”, it-Tajlandja) u Berlin, Tauentzienstraße 21–24 Beteiligung A Sàrl, sussidjarja ta’ SIGNA Prim Selection AG (“SIGNA”, l-Awstrija) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Berlin, Passauer Straße 1–3 Immobilien GmbH & Co. KG (“JVCo”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Central: kumpanija azzjonarja proprjetà tal-familja li hija attiva permezz tas-sussidjarji f’attivitajiet ta’ merchandising, proprjetà immobbli, bejgħ bl-imnut, lukandi u ristoranti primarjament fl-Asja tax-Xlokk, inklużi t-Tajlandja, l-Indoneżja u l-Vjetnam,

—   għal SIGNA: involuta f’attivitajiet marbuta mal-proprjetà immobbli, jiġifieri x-xiri, il-kiri, il-kiri u l-ġestjoni ta’ art u ta’ bini kif ukoll l-iżvilupp tal-proġetti. Il-grupp assoċjat taħt il-kontroll ta’ SIGNA Retail GmbH huwa attiv fil-bejgħ bl-imnut u jħaddem, b’mod partikolari, il-katina ta’ kumplessi kummerċjali Karstad,

—   għal JVCo: is-sid ta’ biċċa art f’Berlin li bħalissa hija okkupata minn parkeġġ tal-karozzi b’ħafna sulari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/60


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8550 — USSL/Goldman Sachs/Redexis Gas)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 205/11)

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Superannuation Scheme Limited (“USSL”, ir-Renju Unit) u GS Global Infrastructure Partners II, LP u GS International Infrastructure Partners II, LP (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Redexis Gas S.A. u Redexis Gas Finance B.V. (“Redexis Gas”, Spanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

USSL hija trustee korporattiva responsabbli għall-ġestjoni ta’ skema tal-pensjonijiet għas-settur privat fir-Renju Unit għal persunal akkademiku u komparabbli fl-universitajiet tar-Renju Unit u f’ istituzzjonijiet oħra tal-edukazzjoni għolja u ta’ riċerka;

Goldman Sachs hija ditta ta’ servizzi bankarji dinjija ta' investiment, garanziji u ġestjoni ta’ investiment li tipprovdi firxa servizzi bankarji, garanziji u ta’ investiment madwar id-dinja;

Redexis Gas hija kumpanija regolata għall-gass naturali u t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-LPG li topera fi Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8550 — USSL/Goldman Sachs/Redexis Gas, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/61


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8456 — INEOS/Forties Pipeline System)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 205/12)

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2017 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża INEOS FPS Limited (proprjetà ta’ INEOS Limited (“INEOS”), Isel of Man) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Forties Pipeline System (“FPS”, ir-Renju Unit) u l-interessi fin-North and South Graben Area Export Lines permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal INEOS: hija manifattur dinji ta’ petrokimiċi, kimiċi ta’ speċjaltà u prodotti miż-żejt. INEOS llimitat l-attivitajiet fis-settur upstream taż-żejt u tal-gass;

—   għal FPS: hija sistema integrata tat-trasport bil-pipeline u l-ipproċessar taż-żejt u likwidi tal-gass naturali li tinsab fit-tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana tar-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+ 32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8456 — INEOS/Forties Pipeline System, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/62


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 205/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“QUARTIROLO LOMBARDO”

Nru tal-UE: PDO-IT-02160 — 27.7.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio di tutela Quartirolo Lombardo, uffiċċju reġistrat:

Via Rodi 5

25100 Brescia

ITALIA

Administration:

Viale Francesco Crispi 24

25034 Orzinuovi (BS)

Tel. +39 030944320

Fax +39 0309946772

Posta elettronika: info@quartirololombardo.com;

Posta elettronika ċertifikata: tutelaquartirolo@legalmail.it.

Il-Consorzio di Tutela del Formaggio Quartirolo Lombardo huwa awtorizzat li jippreżenta applikazzjoni għal emenda taħt l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru Taljan għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Titlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: bidla formali tal-ispeċifikazzjoni; korp ta’ kontroll; adattament taż-żona ġeografika għall-bidliet amministrattivi involuti.

4.   Tip Ta’ Emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Il-kliem “nej jew pasturizzat” żdied mal-ewwel sentenza tal-ispeċifikazzjoni attwali (l-Artikolu 3 tad-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tal-10 ta’ Mejju 1993).

B’riżultat ta’ dan, it-test li ġej:

“‘Quartirolo Lombardo’ huwa ġobon artab tal-mejda, prodott minn ħalib tal-baqra li ġej minn minimu ta’ żewġ taħlibiet differenti,..”

għandu jiġi sostitwit minn:

“‘Quartirolo Lombardo’ huwa ġobon artab tal-mejda, prodott minn ħalib tal-baqra, nej jew pasturizzat, li ġej minn minimu ta’ żewġ taħlibiet differenti,…”.

Din hija emenda formali bl-għan li tiġi armonizzata l-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti differenti tad-dossier tal-Kummissjoni anki għaliex din il-preċiżjoni fid-dettall kienet tinsab diġà fir-rapport annwali għall-applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni.

L-ispeċifikazzjoni fis-seħħ tipprevedi perjodu ta’ maturazzjoni minn 5 sa 30 jum għal “Quartirolo Lombardo” b’għaġina ratba; wara tletin jum, il-prodott jiġi kummerċjalizzat bħala “Quartirolo Lombardo” maturat. Fil-fatt, fl-Artikolu 3(A) tal-ispeċifikazzjoni fis-seħħ, fl-aħħar paragrafu hemm miktub:

“Il-perjodu ta’ maturazzjoni jdum minn ħamest ijiem sa tletin jum għat-tip bl-għaġina ratba; wara tletin jum, il-prodott jiġi kummerċjalizzat bħala ‘Quartirolo Lombardo’ maturat.”

Il-formulazzjoni tal-ispeċifikazzjoni proposta hija kif ġej:

“Il-perjodu ta’ maturazzjoni minn 2 sa 30 jum mid-data ta’ produzzjoni għat-tip ‘frisk’; wara 30 jum il-prodott jiġi kummerċjalizzat bħala ‘Quartirolo Lombardo’‘maturo’ (‘maturat’).”

It-terminu “frisk” jissostitwixxi t-terminu “għaġina ratba” biex issir ir-referenza għal “Quartirolo Lombardo” b’maturazzjoni qasira u t-terminu “maturat” ġie miżjud biex issir referenza għal “Quartirolo Lombardo” maturat. Għalhekk din mhix introduzzjoni ta’ żewġ kategoriji/tipi distinti li jeżistu diġà, iżda biss indikazzjoni għat-tikkettar. Din l-emenda ġiet meqjusa neċessarja minħabba li dawn it-termini issa ilhom jintużaw u jinftiehmu sew mill-konsumatur. Din iż-żieda se tippermetti li din l-informazzjoni tintwera fuq it-tikketta.

Barra minn hekk, il-perjodu ta’ maturazzjoni ta’ “Quartirolo Lombardo” frisk (bl-għaġina ratba) ġie mnaqqas u minn bejn 5 u 30 jum sar bejn 2 u 30 jum.

Din l-emenda dehret neċessarja sabiex jiġu sodisfatti t-talbiet tal-konsumaturi li huma aktar u aktar interessati fi prodott inqas maturat.

Prova tal-oriġini

L-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni relatat mal-prova tal-oriġini ġie mtejjeb u aġġornat. Barra minn hekk, il-logo tad-denominazzjoni li kien jinsab fl-anness għall-ispeċifikazzjoni ġie miżjud fl-ispeċifikazzjoni stess.

B’riżultat ta’ dan, it-test li ġej:

“Fuq il-ġobon ‘Quartirolo Lombardo’ DOP għandu jidher, fil-mument tar-rilaxx fis-suq, markar speċifiku li jispeċifika l-oriġini ġeografika u l-koordinati tal-istabbiliment li rrikonoxxa d-denominazzjoni, sabiex tiġi garantita l-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli”

ġiet sostitwit b’dan:

“L-operaturi huma rreġistrati f’listi ad hoc immaniġjati mill-korp ta’ kontroll u jiggarantixxu, fuq il-bażi ta’ listi ta’ awtokontroll, soġġetti għall-verifika tal-korp ta’ kontroll, il-prova li l-ikel għall-annimali, il-materja prima u l-prodott ġejjin miż-żona ta’ oriġini, billi jirreġistraw, għal kull fażi, il-lottijiet li deħlin u l-lottijiet li ħerġin u l-korrelazzjoni bejniethom. Il-forma tal-ġobon ‘Quartirolo Lombardo’ DOP, fil-mument tat-tqegħid fis-suq tiegħu għandha jkollha l-marka ta’ oriġini: il-marka ssir waqt it-togħlija parzjali waqt waħda mit-taqlibiet, wara l-iffurmar tal-baqta, qabel it-tmelliħ, sabiex il-marka tkun viżibbli, u jinkiseb permezz ta’ matriċi tal-plastik għal użu alimentari, stampati biss fuq wiċċ ċatt u li jkollha n-numru ta’ identifikazzjoni tal-azjenda tal-ġobon, distribwiti mill-Consorzio di tutela maħtur mill-Ministri għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali lill-produtturi kollha li jinsabu fir-reġistru tal-korp ta’ kontroll. Il-marka tal-oriġini tal-ġobon ‘Quartirolo Lombardo’ DOP hija magħmula mill-figura riprodotta hawn taħt (immaġni 1), li tikkonsisti mill-ittri li ġejjin:

a.

in-naħa ta’ fuq max-xellug, l-ittra Q;

b.

in-naħa ta’ fuq mal-lemin, l-ittra L;

c.

fin-naħa t’isfel max-xellug, l-ittra L;

d.

fin-naħa t’isfel mal-lemin, l-ittra Q;

Fin-nofs jinsab in-numru ta’ identifikazzjoni tal-azjenda tal-ġobon produttriċi.”

Immaġini 1

Image ”.

Din fil-fatt hija emenda formali sa fejn l-indikazzjonijiet kollha relatati mal-prova tal-oriġini li jinsabu attwalment fl-annessi għall-ispeċifikazzjoni u l-pjan ta’ kontroll approvat mill-Ministeru ġew miżjuda f’dan l-Artikolu.

Metodu ta’ produzzjoni

Billi l-ispeċifikazzjoni fis-seħħ ma tispeċifikax liema parti mill-ikel tal-baqar tal-ħalib ġejja miż-żona ddefinita, ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Fuq bażi annwali, mill-inqas 50 % tal-materja niexfa tal-ikel għall-annimali tiġi miż-żona ta’ oriġini”.

Il-valur superjuri relatat mat-temperatura ta’ koagulazzjoni ġie miżjud ftit.

L-ispeċifikazzjoni kienet tindika temperatura ta’ koagulazzjoni bejn 35 u 40 °C.

L-ispeċifikazzjoni ġdida tindika temperatura ta’ koagulazzjoni bejn 35 u 44 °C.

Bl-evoluzzjoni tat-tekniki għall-manifattura tal-ġobon, deher neċessarju li jiżdied ftit il-valur tat-temperatura li fiha sseħħ il-koagulazzjoni (minn 35/40 °C sa 35/44 °C), minħabba li l-fermenti lattiċi termofili jiżviluppaw aħjar f’temperatura ta’ ftit aktar minn 40 °C. Barra minn hekk, temperatura għolja tiffaċilità t-taqtir tal-baqta, li b’hekk tiffavorixxi l-koeżjoni taż-żerriegħa u s-selezzjoni tal-mikroorganiżmi termofili utli għall-maturazzjoni tal-ġobon, b’anqas riskju ta’ żvilupp ta’ mikroorganiżmi mhux mixtieqa.

It-test li jispeċifika li “huwa awtorizzat li jiżdiedu fermenti lattiċi li ġejjin minn operazzjonijiet ta’ trattament preċedenti, imwettqa unikament fl-istess azjenda tal-ġobon fejn issir it-trasformazzjoni tal-ħalib”

ġie komplut bil-kliem li ġejjin: “jew fermenti magħżula”.

Għalhekk it-test il-ġdid jiġi emendat biex jgħid:

“Huwa awtorizzat li jiżdiedu fermenti lattiċi li ġejjin minn operazzjonijiet ta’ trattament preċedenti, imwettqa unikament fl-istess azjenda tal-ġobon fejn issir it-trasformazzjoni tal-ħalib, jew fermenti magħżula”.

Din hija emenda formali bl-għan li tiġi armonizzata l-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti differenti tad-dossier tal-Kummissjoni sa fejn din il-preċiżjoni fid-dettall kienet tinsab diġà fir-rapport annwali għall-applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni.

It-temperatura ta’ togħlija parzjali ġiet mibdula ftit u minn 26–28 °C saret 24–30 °C.

Il-bidla fit-temperatura minima hija ġġustifikata mit-titjib tal-kundizzjonijiet iġjeniċi u sanitarji tal-ħalib fl-istalla, miksub permezz tal-applikazzjoni kostanti tal-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward tat-tekniki ta’ produzzjoni, li għandha konsegwenzi pożittivi fuq l-istadji kollha tal-katina ta’ produzzjoni. Illum il-ġurnata, il-ħalib mibgħut lejn l-azjenda tal-ġobon u lest biex jiġi mibdul f’ġobon qabel jiġi kkontrollat f’kull stadju u l-ammont ta’ batterji tiegħu jiġi dejjem ikkontrollat. Iż-żieda massima fit-temperatura li fiha ssir it-togħlija parzjali tal-ġobon tippermetti li jiġi garantit aħjar l-istrutturar tal-baqta, billi tiffavorixxi suċċess aħjar ta’ “Quartirolo Lombardo”, b’anqas telf minħabba forom inadegwati.

Id-dikjarazzjoni relatata mat-temperatura (minn 10 sa 14 °C) tal-postijiet fejn isir it-tmelliħ u li tinsab fl-ispeċifikazzjoni fis-seħħ ġiet imħassra.

Din l-emenda hija ġġustifikata mill-fatt li, fil-maġġoranza tas-siti ta’ produzzjoni, it-tmelliħ isir f’postijiet tradizzjonali mingħajr kundizzjonar tal-arja. Il-kontrolli mwettqa matul is-snin urew li tali kundizzjoni ma għandhiex effett fuq il-karatteristiċi tal-prodott, iżda li tirriskja li jippenalizzaw l-azjendi tal-ġobon artiġjanali żgħar li fihom huwa aktar diffiċli li jinżammu temperaturi differenzjati fil-postijiet fejn isiru bosta stadji tal-produzzjoni.

Il-valur tal-umdità relatat mal-postijiet ta’ maturazzjoni ġie modifikat u minn 85-90 % sar 80–95 %.

Din l-emenda tikkunsidra x-xewqa li esprimew il-produtturi, prinċipalment fl-azjendi tal-ġobon artiġjanali, li jkunu jistgħu jimmaturaw il-ġobon ukoll f’postijiet li mhumiex kmamar kiesħa jew bl-arja kundizzjonata. Din l-emenda tippermetti li tiġi mmaniġjata aħjar il-fażi ta’ maturazzjoni tal-prodott u tikkunsidra l-kundizzjonijiet preżenti wkoll fil-postijiet mingħajr kull kundizzjonar tal-arja sfurzat.

Ġew miżjuda preċiżjonijiet fir-rigward tal-modalitajiet tal-bejgħ tal-prodott bl-introduzzjoni tat-test li ġej:

“Il-ġobon ‘Quartirolo Lombardo’ DOP jista’ jinbiegħ sħiħ jew f’porzjonijiet.”

Rabta

Żidna artikolu speċifiku relatat mar-rabta li ma kienx jinsab fl-ispeċifikazzjoni fis-seħħ iżda li jinsab fis-sommarju.

Dan l-artikolu ġie emendat b’mod formali biss meta mqabbel ma’ dak li jinsab fis-sommarju u l-kontenut rispettiv, spjegat aħjar, jibqa’ l-istess.

Il-kontenut li ġej tas-sommarju:

“Il-fatturi naturali huma marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi li jaffettwaw fl-istess ħin il-karatteristiċi tal-għalf maħsuba għall-baqar tal-ħalib u l-proċessi ta’ maturazzjoni tal-ġobon. Mil-lat tal-fatturi umani, huwa speċifikat li dan huwa prodott tradizzjonalment ikkonsmat fiż-żona ta’ produzzjoni u prodott permezz tal-applikazzjoni ta’ teknika kostanti fil-passat, ibbażata fuq it-tradizzjonijiet lokali.”

ġie spjegat aħjar u riformulat kif ġej:

“Il-fatturi naturali huma marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona ġeografika ddefinita bejn il-pjanura li tinsab max-xellug tax-xmara Po u l-widien tal-Prealpi li jinsabu bejn Bergamo u Lecco. Fil-pjanura saqwija tal-Po, il-klima kontinentali u l-alternanza mmarkata tal-istaġuni li jakkumpanjawha jiffavorixxu l-abbundanza u l-kwalità tal-għalf maħsub għall-ikel tal-baqar tal-ħalib. L-alimentazzjoni twassal għall-produzzjoni ta’ ħalib adattat kemm għall-produzzjoni tal-ġobon frisk kif ukoll għall-maturazzjoni tal-karatteristiċi tal-ġobon maturat. Apparti l-fattur uman li għandu l-kultura antika tal-ġobon li ġiet trażmessa minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni, li tiddependi minn għodod u tekniki karatterizzati ħafna mill-postijiet, huma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ħalib użat li jagħti lil ‘Quartirolo Lombardo’, fit-tmiem tal-proċess ta’ trasformazzjoni, din it-togħma karatteristika, daqsxejn morra u aromatika għall-ġobon frisk, u aktar aromatika u intensa għal ‘Quartirolo Lombardo’ maturat. Il-karattru tipiku u tradizzjonali tal-ġobon ‘Quartirolo Lombardo’ DOP huwa strettament marbut maċ-ċiklu tal-istaġuni u mal-prattiki agrikoli fl-irziezet u fil-proċess ta’ trasformazzjoni u raffinar. Għandha tiġi enfasizzata l-importanza tal-għarfien tradizzjonali tal-manifattur tal-ġobon, li ġie trażmess matul is-sekli. Fil-fatt, dan huwa fundamentali, mhux biss fl-istadju tat-trasformazzjoni tal-ħalib, iżda wkoll fil-fażijiet ulterjuri tat-togħlija parzjali, tat-tmelliħ u tal-maturazzjoni, li jsiru dejjem f’postijiet tipiċi tradizzjonali.”

Tikkettar

It-test tal-ispeċifikazzjoni fis-seħħ jgħid hekk:

“Fuq il-ġobon ‘Quartirolo Lombardo’ DOP għandu jidher, fil-mument tar-rilaxx fis-suq, marka speċifika li tispeċifika l-oriġini ġeografika u l-koordinati tal-istabbiliment li rrikonoxxa d-denominazzjoni, sabiex tiġi garantita l-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli”.

Il-formulazzjoni tal-ispeċifikazzjoni proposta hija li ġejja:

‘Il-ġobon ‘Quartirolo Lombardo’ DOP jista’ jinbiegħ sħiħ jew f’porzjonijiet.

Fil-mument tar-rilaxx fis-suq, kull imballaġġ u/jew ippakkjar tal-ġobon ‘Quartirolo Lombardo’ DOP, sħiħ jew f’porzjonijiet, għandu jkollu d-denominazzjoni ‘Quartirolo Lombardo’, possibilment akkumpanjata mir-referenza ‘frisk’ għall-prodott imqiegħed fis-suq b’maturazzjoni minn 2 sa 30 jum jew id-denominazzjoni ‘Quartirolo Lombardo’ akkumpanjata mir-referenza ‘maturo’ (matur) jew ‘stagionato’ (maturat) għall-prodott maturat aktar minn 30 jum.

Għandu jkollu wkoll il-logo riprodott hawn taħt (immaġini 2), li huwa magħmul mill-ittri li ġejjin:

in-naħa ta’ fuq max-xellug, l-ittra Q;

in-naħa ta’ fuq mal-lemin, l-ittra L;

in-naħa t’isfel max-xellug, l-ittra L;

in-naħa t’isfel mal-lemin, l-ittra Q.

Immaġini 2

Image

Wara l-logo hemm ir-referenza għar-regolament relatat mar-reġistrazzjoni tad-DOP ‘Quartirolo Lombardo’, jiġifieri ‘Regolament (KE) Nru 1107/96’.’

Sabiex tiġi garantita l-awtentiċità tal-prodott u l-konsumaturi jkunu jistgħu jirrikonoxxu faċilment il-ġobon ‘Quartirolo Lombardo’ DOP, ġiet introdotta regola speċifika dwar it-tikkettar taċ-ċrieki sħaħ u/jew tal-porzjonijiet, billi l-logo speċifiku ġie użat attwalment biss biex jiġu identifikati ċ-ċrieki sħaħ.

Barra minn hekk, minn issa ‘l quddiem huwa possibbli li titqiegħed fuq it-tikketta d-dikjarazzjoni “ġobon frisk” għat-tip korrispondenti (maturazzjoni bejn jumejn u 30 jum). Għat-tip karatterizzat minn perjodu ta’ maturazzjoni li jdum aktar minn 30 jum, minn issa ’l quddiem huwa possibbli li titqiegħed id-dikjarazzjoni “maturat” minflok id-dikjarazzjoni obbligatorja “matur”, prevista diġà fl-ispeċifikazzjoni fis-seħħ, billi din id-dikjarazzjoni tinftiehem aħjar mill-konsumatur.

Oħrajn

L-ispeċifikazzjoni fis-seħħ ġiet formalment riorganizzata u maqsuma f’erba’ artikoli. L-ispeċifikazzjoni proposta ġiet maqsuma fi tmien artikoli u ġiet kompluta b’informazzjoni li, fil-mument tar-reġistrazzjoni, kienet tinsab fir-rapporti annessi jew fis-sommarju. Artikolu ddedikat għall-kontrolli u li jsemmi l-isem u d-dettalji tal-korp ta’ kontroll ġie miżjud ukoll.

Il-limiti taż-żona ġeografika ma jinbidlux. Iż-żona ta’ produzzjoni ġiet mibdula skont il-bidliet amministrattivi mwettqa. Huwa għalhekk li ġew miżjuda l-provinċji amministrattivi ta’ Lecco, Lodi, Monza u La Brianza li nħolqu qabel (matul il-fażi ta’ stennija tar-rikonoxximent) jew wara r-rikonoxximent tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Quartirolo Lombardo”. Il-provinċja ta’ Lecco tinkludi muniċipalitajiet li qabel kienu tal-provinċji ta’ Bergamo u Como. Il-provinċja ta’ Lodi tinkludi muniċipalitajiet li qabel kienu tal-provinċja ta’ Milan. Il-provinċja ta’ Monza u La Brianza tinkludi muniċipalitajiet li qabel kienu tal-provinċja ta’ Milan.

DOKUMENT UNIKU

“QUARTIROLO LOMBARDO”

Nru tal-UE: PDO-IT-2160 – 27.7.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Titlu

“Quartirolo Lombardo”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Quartirolo Lombardo” huwa ġobon artab tal-mejda, prodott minn ħalib tal-baqra, nej jew pasturizzat, li ġej minn minimu ta’ żewġ taħlibiet differenti. Il-ħalib tal-ewwel taħliba għandu jintuża sħiħ; il-ħalib tat-tieni taħliba jew tat-taħlibiet sussegwenti jista’ jintuża sħiħ jew parzjalment xkumat.

Il-ġobon “Quartirolo Lombardo” DOP għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

a.   Forma: parallelepipedu rettangolari, b’uċuħ ċatti u qoxra dritta.

b.   Daqs: uċuħ laterali minn 18 sa 22 cm, qoxra għolja 4 sa 8 ċentimetri, b’varjazzjonijiet żgħar ‘il fuq u ‘l isfel għaż-żewġ karatteristiċi, skont il-kundizzjonijiet tekniċi tal-produzzjoni.

c.   Piż: varjabbli: minn 1,5 kg sa 3,5 kg.

d.   Qoxra: rqiqa u ratba, bajda fir-roża għall-ġobon frisk u griża fl-aħdar u r-roża għall-ġobon maturat.

e.   Għaġina - struttura: magħquda, b’daqsxejn biċċiet li jistgħu jinqalgħu, titfarrak (mingħajr dawra safranija taħt il-qoxra) li ssir aktar kompatta, ratba u mdewba waqt il-maturazzjoni. Kulur bejn l-abjad u lewn it-tiben li jista’ jsir aktar evidenti għall-ġobon maturat.

f.   Togħma: karatteristika, daqsxejn morra u aromatika għall-ġobon frisk u aktar aromatika għall-ġobon maturat.

g.   Xaħam f’estratt niexef: mhux anqas minn 30 % għall-prodott magħmul minn ħalib parzjalment xkumat.

Il-perjodu ta’ maturazzjoni minn 2 sa 30 jum mid-data ta’ produzzjoni għat-tip “frisk”; wara 30 jum, il-prodott jiġi kummerċjalizzat bħala “Quartirolo Lombardo”“maturo” (“maturat”).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Fuq bażi annwali, mill-inqas 50 % tal-materja niexfa tal-ikel għall-annimali tiġi miż-żona ta’ oriġini.

L-ikel tal-baqar huwa magħmul minn ċereali, għalf niexef u aħdar u silaġġ. Huwa jista’ jkun fih ukoll ikel konċentrat u/jew pasti bil-proteini.

L-użu ta’ supplimenti minerali u bil-vitamini huwa awtorizzat.

Il-produzzjoni tal-ġobon “Quartirolo Lombardo” DOP issir mill-ħalib tal-baqra, nej jew pasturizzat, li ġej minn baqar imrobbija fiż-żona ġeografika.

Tames tal-għoġol, melħ.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-proċess ta’ produzzjoni, trobbija, taħlib, manifattura tal-ġobon u maturazzjoni għadhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li d-denominazzjoni tirreferi għalih

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni reġistrata

Fil-mument tar-rilaxx fis-suq, il-ġobon “Quartirolo Lombardo” DOP għandu.jkollu marka ta’ oriġini mqiegħda biss fuq wiċċ ċatt permezz ta’ matriċi tal-plastik għal użu alimentari. Il-marka ta’ oriġini tal-ġobon “Quartirolo Lombardo” DOP hija magħmula mil-logo riprodott hawn taħt li jikkonsisti mill-ittri li ġejjin:

a.

in-naħa ta’ fuq max-xellug, l-ittra Q;

b.

in-naħa ta’ fuq mal-lemin, l-ittra L;

c.

fin-naħa t’isfel max-xellug, l-ittra L;

d.

fin-naħa t’isfel mal-lemin, l-ittra Q;

Fin-nofs jinsab in-numru ta’ identifikazzjoni tal-azjenda tal-ġobon produttriċi.

Image

Il-ġobon “Quartirolo Lombardo” DOP jista’ jinbiegħ sħiħ jew f’porzjonijiet.

Fil-mument tar-rilaxx fis-suq, kull imballaġġ u/jew ippakkjar tal-ġobon “Quartirolo Lombardo” DOP, sħiħ jew f’porzjonijiet, għandu jkollu d-denominazzjoni “Quartirolo Lombardo”, possibilment akkumpanjata mir-referenza “frisk” għall-prodott imqiegħed fis-suq b’maturazzjoni minn jumejn sa 30 jum mid-data ta’ produzzjoni, jew id-denominazzjoni “Quartirolo Lombardo” akkumpanjata mir-referenza “maturo” (matur) jew “stagionato” (maturat) għall-prodott maturat aktar minn 30 jum. Għandu jkollu wkoll il-logo tad-denominazzjoni riprodott hawn taħt, li huwa magħmul mill-ittri li ġejjin:

in-naħa ta’ fuq max-xellug, l-ittra Q;

in-naħa ta’ fuq mal-lemin, l-ittra L;

in-naħa t’isfel max-xellug, l-ittra L;

in-naħa t’isfel mal-lemin, l-ittra Q.

Image

Wara l-logo hemm ir-referenza għar-regolament relatat mar-reġistrazzjoni tad-DOP “Quartirolo Lombardo”, jiġifieri “Regolament (KE) Nru 1107/96”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ oriġini tal-ħalib u ta’ produzzjoni tal-ġobon “Quartirolo Lombardo” tinkludi t-territorju amministrattiv tal-provinċji ta’ Brescia, Bergamo, Como, Lecco, Cremona, Milan, Lodi, Monza, La Brianza, Pavia u Varese.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-fatturi naturali huma marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona ġeografika ddefinita, li tinsab bejn il-pjanura max-xellug tax-xmara Po u l-widien tal-Prealpi bejn Bergamo u Lecco.

Fil-pjanura saqwija tal-Po, il-klima kontinentali u l-alternanza mmarkata tal-istaġuni li jakkumpanjawha jiffavorixxu l-abbundanza u l-kwalità tal-għalf maħsub għall-ikel tal-baqar tal-ħalib. L-alimentazzjoni twassal għall-produzzjoni ta’ ħalib adattat kemm għall-produzzjoni tal-ġobon frisk kif ukoll għall-maturazzjoni tal-karatteristiċi tal-ġobon maturat. Apparti l-fattur uman li għandu l-kultura antika tal-ġobon li ġiet trażmessa minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni, li tiddependi minn għodod u tekniki karatterizzati ħafna mill-postijiet, huma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ħalib użat li jagħti lil “Quartirolo Lombardo”, fit-tmiem tal-proċess ta’ trasformazzjoni, din it-togħma karatteristika, daqsxejn morra u aromatika għall-ġobon frisk, u aktar aromatika u intensa għal “Quartirolo Lombardo” maturat. Il-karattru tipiku u tradizzjonali tal-ġobon “Quartirolo Lombardo” DOP huwa marbut maċ-ċiklu tal-istaġuni u mal-prattiki agrikoli fl-irziezet u fil-proċess ta’ trasformazzjoni u raffinar.

Għandha tiġi enfasizzata l-importanza tal-għarfien tradizzjonali tal-manifattur tal-ġobon, li ġie trażmess matul is-sekli. Fil-fatt, dan huwa fundamentali, mhux biss fl-istadju tat-trasformazzjoni tal-ħalib, iżda wkoll fil-fażijiet ulterjuri tat-togħlija parzjali, tat-tmelliħ u tal-maturazzjoni, li jsiru dejjem f’postijiet tipiċi tradizzjonali.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test konsolidat tal-ispeċifikazzjoni jista’ jiġi kkonsultat fuq is-sit:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tas-sit tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u jagħfas fuq “Prodotti DOP e IGP” (fuq, mal-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (mal-ġenb, max-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar nett fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/70


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 205/14)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

DOKUMENT UNIKU

“KIEŁBASA PIASZCZAŃSKA”

Nru tal-UE: PGI-PL-02154 – 15.7.2016

DPO ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Kiełbasa piaszczańska”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Polonja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Kiełbasa piaszczańska” huwa zalzett tal-majjal imqadded semiumidu, staġjonat f’marinat ta’ stokk tal-ħxejjex aromatiċi u melħ tal-blat, imqatta’ f’biċċiet kbar b’konsistenza soda, u miksi b’materjal magħmul mill-proteina.

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:

Wiċċ iz-zalzett għandu lewn kannella ċar li jagħti għall-aħmar skur. Meta jinqasam, jidhru biċċiet kbar tal-laħam b’dijametru ta’ madwar 2 cm ta’ kulur roża ċar jew skur. Madwar il-biċċiet tal-laħam jidher mili ta’ lewn iktar ċar.

Iz-zalzett individwali għandu tul ta’ 25-45 cm u dijametru ta’ 35-50 mm, li jiddependi mill-kisja taz-zalzett.

Karatteristiċi organolettiċi:

It-togħma u r-riħa karatteristiċi tal-ħxejjex aromatiċi li jinsabu fil-marinat u tal-proċess tal-affumikar, b’togħma aħħarija qawwija tal-frott tal-ġnibru.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Iz-zalzett “kiełbasa piaszczańska” jiġi prodott mil-laħam tal-majjal miksub minn nofs karkassi tal-majjal b’kontenut ta’ 55-60 % ta’ laħam dgħif u mhux permess l-użu ta’ laħam li ġej minn ħnieżer tal-irdigħ jew miċ-ċingjali. Iz-zalzett “Kiełbasa piaszczańska” ma jistax jiġi prodott minn laħam iffriżat. Il-laħam għall-produzzjoni tal-“kiełbasa piaszczańska” jinkiseb minn prieżet u flettijiet li jintgħażlu f’perjodu ta’ bejn 24-96 siegħa mit-tbiċċir.

90 % tal-piż totali tal-produzzjoni huwa laħam tal-majjal tal-Kategorija I; jiġifieri laħam mill-prieżet u mill-flettijiet li jiġi proċessat biex jinkiseb laħam li huwa ħieles mill-għeruq, mix-xaħam u mit-tessut konnettiv.

10 % tal-piż totali tal-produzzjoni huwa laħam tal-majjal tal-Kategorija II; jiġifieri laħam mit-tirqim tal-koxox u s-saqajn li jista’ jkollu ammont ta’ xaħam sa 20 % tal-piż totali.

Ħxejjex aromatiċi għall-istokk tal-marinat:

bżar tal-Ġamajka/pimento,

weraq tar-rand,

frott tal-ġnibru,

imsiemer tal-qronfol.

Ħwawar:

bżar iswed mitħun,

noċemuskata.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi li jmiss tal-proċess tal-produzzjoni jridu jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita:

il-preparazzjoni tal-materja prima għall-produzzjoni,

il-preparazzjoni tal-istokk mill-ħxejjex aromatiċi,

il-preparazzjoni tal-laħam għall-istaġjonar,

il-preparazzjoni tal-marinat,

it-tqaddid semiumidu,

il-preparazzjoni tal-mili,

it-taħlit,

il-mili,

it-tnixxif,

l-affumikar u s-sajran,

it-tkessiħ.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Iz-zalzett “Kiełbasa piaszczańska” jista’ jiġi ppreżentat bħala zalzett sfuż jew ippakkjat fil-vakum.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-muniċipalitajiet tal-Provinċja ta’ Małopolskie: Wieliczka u Świątniki Górne, u l-belt ta’ Krakovja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-ispeċifiċità tal-“Kiełbasa piaszczańsk” ġejja mill-kwalitajiet u mir-reputazzjoni speċifiċi tiegħu.

L-isem “Kiełbasa piaszczańsk” huwa meħud mill-post tal-produzzjoni tiegħu, Piaski Wielkie. Piaski Wielkie huwa l-isem ta’ dak li qabel kien raħal ftit ’il barra minn Krakovja u li mill-1940 jinsab fil-limiti amministrattivi ta’ dik il-belt. Flimkien mal-lokalitajiet tal-madwar, Piaski Wielkie kiseb il-fama għall-produzzjoni tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam staġjonat, u b’mod partikolari għaz-zalzett eċċellenti, li għal sekli sħaħ kien jitqassam fi Krakovja, fosthom anki fuq il-mejda rjali tal-Kastell ta’ Wawel. L-abitanti ta’ dawn iż-żoni, li kienu jinnegozjaw fl-annimali u fil-prodotti tal-laħam, kienu magħrufa bħala Kijacy. Franciszek Rusek, wieħed mill-abitanti ta’ Piaski Wielkie, iddeskrieva fid-dettall l-istorja tagħhom fil-ktieb tiegħu “Dzieje kijaków piaszczańskich” (“L-Istorja tal-Kijacy ta’ Piaski Wielkie”) (Krakovja, 1996).

Hemm diversi verżjonijiet tal-oriġini tal-isem Kijacy. Waħda minnhom tirreferi għall-fatt li dejjem kienu jġorru bastun (kij), li kellhom bżonnu biex jiddefendu lilhom infushom mill-ħallelin fi triqthom lejn Krakovja. Il-bsaten li l-Kijacy kienu jġorru kienu jservu wkoll bħala prova tal-identità tagħhom. Minn età bikrija il-Kijacy kienu jingħataw il-marka ornamentali tagħhom, magħrufa mal-oħrajn kollha, u din kienet tiġi minquxa fil-bastun individwali tagħhom.

Iż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 hija kkaratterizzata minn art bl-għoljiet. Minħabba l-kundizzjonijiet ġeografiċi lokali ma kienx possibbli li ssir il-biedja standard, u għalhekk il-popolazzjoni lokali kienet taħdem prinċipalment fil-kummerċ tal-annimali. Kienu jipproduċu wkoll prodotti tal-laħam ipproċessat, fosthom il-“kiełbasa piaszczańska”, li għal sekli sħaħ baqa’ jiġi prodott mill-abitanti tal-villaġġi madwar Krokovja bla heda. Mir-rekords lokali u mill-informazzjoni miżmuma fil-Mużew tal-Etnografija ta’ Krakovja, joħroġ li t-togħma taz-zalzett hija dovuta għall-għarfien tal-ambjent naturali li kellhom in-nies li kienu jgħixu fil-foresta Czarny Las. F’sekli remoti, din kienet tagħmel parti minn foresta ikbar li testendi mill-periferija taż-żona Krzemionki qrib Krakovja, tgħaddi mill-Karpazji, u tibqa’ sejra sal-fruntiera mal-Ungerija. Illum, għad fadal biss parti mill-foresta li tinsab bejn Ochojno u Rajsko, u żammet l-isem ta’ Czarny Las. Minn żmien żemżem, hawnhekk il-laħam kien staġjonat permezz ta’ infużjoni ta’ diversi ħxejjex aromatiċi, inkluż il-frott tal-ġnibru. Kienu jintużaw ħxejjex aromatiċi u ħwawar naturali komuni mhux biss biex jikkumplimentaw it-togħma, iżda anki biex jibbilanċjaw l-effett negattiv tax-xaħam tal-annimali fuq is-saħħa tal-bniedem. Sa tmiem is-seklu dsatax, it-taħlitliet tal-ħxejjex aromatiċi kienu jitħejjew u jinbiegħu mill-Kijacy li kienu familjari mal-pjanti lokali. L-użu tal-istokk ta’ ħxejjex aromatiċi li ssemma iktar ’il fuq fil-produzzjoni tal-“kiełbasa piaszczańska” huwa uniku u jiddistingwi dan il-prodott minn zalzett ieħor. Fil-Polonja, normalment ma jiżdiedux ħwawar maz-zalzett għajr il-melħ, il-bżar u t-tewm.

Il-proċess tal-immarinar tal-laħam żviluppat mill-abitanti lokali, li jiddistingwi l-“kiełbasa piaszczańska” minn zalzett ieħor, kien isir f’kantini magħmula mill-ħamrija magħrufa bħala ziemianki, li jipprovdu temperaturi baxxi u umdità b’mod konsistenti. Għal sekli sħaħ, il-proċess tat-tqattigħ bir-reqqa tal-laħam kien jitwettaq fuq blokok wisgħin tal-injam bl-użu ta’ xwabel tqal, li mbagħad kienu sostitwiti bi mnarnar wisgħin, filwaqt li kien biss fil-bidu tas-seklu għoxrin li ġew introdotti l-magni tal-ikkapuljat manwali. L-intestini kienu jimtlew bit-taħlita tal-laħam bl-idejn permezz ta’ qarn tal-gendus, li fi żminijiet moderni ġie sostotwit b’tagħmir mekkaniku.

L-affumikar hu pass importanti fil-produzzjoni tal-“kiełbasa piaszczańska”. Għall-ewwel l-affumikar tal-prodotti tal-laħam staġjonat kien isir f’fossa magħmula mill-ħamrija, u mbagħad fid-dwejriet li fihom kienu jgħixu l-Kijacy li kellhom ċmieni wisgħin b’bibien fuq il-fuklar. Sas-seklu dsatax, ħafna mill-abitanti tal-lokal kellhom kmamar fuq barra apposta għall-affumikar. Illum l-affumikar isir fi kmamar apposta, li fihom is-sħana u d-duħħan jiġu prodotti bil-ħruq tal-injam mis-siġar li jwaqqgħu l-weraq, jiġifieri tal-fagu, tal-alnu u tal-ballut. Id-duħħan u s-sħana joħorġu mill-fran li jinsabu fil-parti ta’ isfel tal-kamra, u hekk isir l-affumikar taz-zalzett, li jkun imdendel minn mal-poli, u jiġi affumikat bit-tlugħ tas-sħana u tad-duħħan. Element addizzjonali fil-proċess tal-affumikar li huwa speċifiku għall-“kiełbasa piaszczańska” huwa l-użu moderat tal-friegħi u tal-frott tal-ġnibru fil-fażi finali. Il-produtturi tal-“kiełbasa piaszczańska” kienu pijunieri fil-prattika tal-affumikar b’dan il-mod. It-togħma eċċezzjonali u l-aroma liema bħalha tal-“kiełbasa piaszczańska” huma dovuti għall-kumbinazzjoni partikolari tat-tipi ta’ njam użat fil-proċess tal-affumikar. Iz-zalzett “kiełbasa piaszczańska” affumikat sew jista’ jinħażen sa massimu ta’ xahar.

Biex issir il-produzzjoni tal-“kiełbasa piaszczańska” jintgħażel laħam ta’ kwalità għolja u l-prodott kien saħansitra jisserva fuq il-mejda rjali. Il-leġġendi lokali jikkonfermaw ir-rabta bejn il-“kiełbasa piaszczańska” u ż-żona ġeografika fejn jiġi prodott, kif ukoll ir-reputazzjoni tiegħu. Waħda minnhom saret it-tema ta’ ħidma letterarja ppubblikata fl-1899 mill-etnografu Seweryn Udziela, il-fundatur tal-Mużew tal-etnografija fi Krakovja u l-awtur tal-ktieb “Dwanaście legend i podań z pod Krakowa” (“Tnax-il leġġenda u ġrajjiet tal-folklor miż-żona ta’ Krakovja”) (Lwów, 1899). Skont il-leġġenda, fir-renju tar-Re Casimir il-Kbir l-abitanti ta’ Wielkie Piaski ġabu z-zalzett li kienu jipproduċu biex ibigħuh fi Krakovja. Madankollu, dawk li kienu jbigħu l-laħam f’dik il-belt bdew jgħiru, u ppruvaw jikkonvinċu lill-kunsill tal-belt biex iċaħħad lir-raħħala milli jġibu l-laħam tagħhom fil-belt u jbigħuh. Il-Kijacy appellaw lir-Re, li wegħedhom li jħallihom ikomplu bil-kummerċ tagħhom jekk ikunu kapaċi jdaħħlu fil-belt zalzetta twila żewġ metri mingħajr ma jħallu lill-għassiesa jintebħu. Ir-raħħala ġiethom l-idea li jħaffru bastun twil u jaħbu z-zalzetta ġo fih. B’hekk, Casimir il-Kbir tahom il-permess biex ikomplu jbigħu z-zalzett tagħhom fi Krakovja, u minn hemm ’il quddiem baqgħu magħrufin bħala Kijacy; isem li baqa’ sal-lum.

Mill-1825, il-Kijacy bdew ibiegħu z-zalzett magħruf ħafna tagħhom “kiełbasa piaszczańska” fis-suq ta’ “jatki dominikańskie” fil-Pjazza Szczepanski, u iktar tard fil-ħwienet tagħhom stess. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, u fi żmien ir-Repubbilka tal-Poplu tal-Polonja fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin, fil-pajjiż kienet teżisti sistema ekonomika ċentrali ppjanifikata. B’riżultat ta’ dan, ma kienx possibbli li jinżammu t-tradizzjonijiet tal-bejjiegħa tal-laħam u tal-Kijacy, peress li ma kienx hemm suq ħieles. Fl-aħħar snin tas-seklu għoxrin, il-produzzjoni tal-“kiełbasa piaszczańska” kienet limitata għall-konsum domestiku privat. Madankollu, ir-riċetta u t-togħma unika baqgħu l-istess, u z-zalzett irritorna fis-suq kummerċjali.

Issa l-“kiełbasa piaszczańska”, li ilu magħruf fi Krakovja u fl-inħawi ta’ madwarha għal sekli sħaħ, qed jikseb popolarità akbar. L-istorja unika tal-produzzjoni tiegħu f’żoni konnessi bil-“metodu kijak”, kif irrakkuntata f’għadd ta’ dokumenti u studji mwettqa b’tifkira tal-abitanti ta’ Wielkie Piaski, tikkontribwixxi għall-karattru uniku tal-prodott. Għalhekk, huwa importanti li l-għarfien u l-ħiliet involuti fil-produzzjoni ta’ dan iz-zalzett bħala prodott reġjonali jinżammu u li jkun żgurat li jingħaddew lill-ġenerazzjonijiet futuri. L-apprezzament tal-konsumaturi fir-rigward tat-togħma taz-zalzett eċċezzjonali “kiełbasa piaszczańska” ġie kkonfermat ukoll bir-rikonoxximenti u bil-premijiet li rebaħ fil-fieri u fil-kompetizzjonijiet tal-ikel:

il-premju “Agro Polska”, Rzeszów, fl-4 ta’ Ġunju 2012.

Iż-żieda tal-“kiełbasa piaszczańska” fil-Lista ta’ Prodotti Tradizzjonali tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali, fit-3 ta’ Ġunju 2013.

Ir-rikonoxximent fil-kompetizzjoni “Małopolski Smak”, fid-9 ta’ Ġunju 2013.

L-ewwel premju fil-kompetizzjoni ta’ Nawojowa bl-isem ta’ “Nasze Kulinarne Dziedzictwo – Smaki Regionów”, fit-8 ta’ Settembru 2013.

Il-midalja “Smaki Regionów”, Poznań, fit-22 ta’ Settembru 2013.

Iċ-ċertifikat tal-iskema dwar il-kwalità tal-ikel nazzjonali “Jakość Tradycja”, fit-3 ta’ Lulju 2014.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.minrol.gov.pl/Jakosc-zywnosci/Produkty-regionalne-i-tradycyjne/Zlozone-wnioski-o-rejestracje-Produkty-regionalne-i-tradycyjne/OGLOSZENIE-MINISTRA-ROLNICTWA-I-ROZWOJU-WSI-z-dnia-18-maja-2016-roku


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.