|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 204/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8497 — Sibur/TechnipFMC/Linde/JV) ( 1 ) |
|
|
2017/C 204/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8433 — Zalando/Bestseller United/JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2017/C 204/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 204/04 |
||
|
2017/C 204/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2017/C 204/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 204/07 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 204/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8497 — Sibur/TechnipFMC/Linde/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 204/01)
Fid-19 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8497. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
28.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8433 — Zalando/Bestseller United/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 204/02)
Fis-16 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8433. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
28.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Ġunju 2017
li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali
(2017/C 204/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Daniż,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Lars MORTENSEN, sar disponibbli siġġu ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru għad-Danimarka fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern. |
|
(3) |
Jinħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:
|
DANIMARKA |
Is-Sinjura Lise Lotte TOFT |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
J. MIZZI
(2) ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.
(3) ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-27 ta’ Ġunju 2017
(2017/C 204/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1278 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
126,16 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4357 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88370 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,7678 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0883 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5200 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,270 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,40 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2151 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5635 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9525 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4819 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4895 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7972 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5431 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5626 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 283,79 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,5572 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6853 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4070 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 007,64 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8360 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,653 |
|
RUB |
Rouble Russu |
66,5530 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,289 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7216 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,1288 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,7545 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
28.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/5 |
Notifika tal-Kummissjoni fid-data ta’ meta tasal l-opinjoni, li tipproponi klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati fil-livell tal-UE ta’ glifosat tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
(2017/C 204/05)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1056 (1) tawwal il-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat sa 6 xhur mid-data meta l-Kummissjoni tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi jew il-31 ta’ Diċembru 2017, skont liema data tiġi l-ewwel.
Fil-Premessa 7 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni ddikjarat li meta hija rċeviet l-opinjoni tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li tkun qed tikkomunika d-data ta’ meta tkun waslitilha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni rċeviet l-opinjoni tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li tipproponi l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati fil-livell tal-UE tal-glifosat fil-15 ta’ Ġunju 2017.
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1056 tad-29 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 173, 30.6.2016, p. 52).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
28.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/6 |
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2)
Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)
(Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19) u r-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006)
(2017/C 204/06)
I.1. L-isem u l-indirizz tar-REKT
Isem irreġistrat: Eurorégion Aquitaine/Euskadi/Navarra
Uffiċċju rreġistrat:
I.2. Tul ta’ żmien taż-żieda:
Tul ta’ żmien tar-raggruppament: mhux definit
I.3. L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU tal-UE:06/12/2012 - ĠU/S S234
I.4. L-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-membru l-ġdid:
Communauté Forale de Navarre
Mikel Irujo: mirujoam@navarra.es
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/7 |
Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020
(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)696)
(2017/C 204/07)
Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjoni, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi erba’ sejħiet għall-proposti sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-Programm ta’ Ħidma tal-2017 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.
Qed jintlaqgħu l-proposti għal dawn l-erba’ sejħiet:
|
|
CEF-TC-2017-3: Fatturazzjoni elettronika |
|
|
CEF-TC-2017-3: Traduzzjoni elettronika |
|
|
CEF-TC-2017-3: Ewropeana |
|
|
CEF-TC-2017-3: Dejta pubblika miftuħa |
Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula fl-ambitu ta’ dawn is-sejħiet huwa ta’ EUR 24 miljun.
L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija it-28 ta’ Novembru 2017.
Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħa tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:
https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2017-cef-telecom-calls-proposals
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/8 |
Notifika li tikkonċerna l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija suġġetta għar-rata ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkoperaw mhux fil-kampjun
(2017/C 204/08)
L-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina (“oġġetti tal-mejda”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma soġġetti għal dazju antidumping definittiv, impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1) (“ir-Regolament (UE) Nru 412/2013”).
Kumpanija waħda li tinsab fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Kodiċi addizzjonali TARIC B521 (2), li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ oġġetti tal-mejda huma soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %, infurmat lill-Kummissjoni li bidlet isimha kif imniżżel hawn taħt.
Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla f’isimha ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju applikat lill-kumpanija taħt l-isem li kellha qabel.
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament (UE) Nru 412/2013.
Għaldaqstant, ir-referenza fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 412/2013 għal:
|
Fujian De Hua Jiashun Art&Crafts Co., Ltd |
B521 |
għandha tinbidel għal:
|
Fujian Jiashun Art&Crafts Co., Ltd |
B521 |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC B521 li qabel ġie attribwit għal Fujian De Hua Jiashun Art&Crafts Co., Ltd għandu japplika għal Fujian Jiashun Art&Crafts Co., Ltd.
(1) ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1.
(2) It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.