|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 198/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ Nru M.7881 — AB Inbev/Sabmiller) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 198/02 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2017/C 198/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
2017/C 198/04 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet |
|
|
2017/C 198/05 |
L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2017/C 198/06 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 198/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8535 — Itochu/Toppan Printing/Thung Hua Sinn/TPN Food Packaging) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 198/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8487 — Lone Star/Nani Holdings/Novo Banco) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 198/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8251 — Bite/Tele2/Telia Lietuva/JV) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 198/10 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ Nru M.7881 — AB Inbev/Sabmiller)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 198/01)
Fl-24 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7881. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta’ Ġunju 2017
(2017/C 198/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1147 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
124,21 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4403 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87810 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,7808 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0857 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5158 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,266 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,13 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2368 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5900 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9311 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4738 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4803 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6954 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5402 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5487 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 273,11 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,5255 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6091 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4165 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 833,90 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7793 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,053 |
|
RUB |
Rouble Russu |
66,2425 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,900 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7028 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,2564 |
|
INR |
Rupi Indjan |
71,9005 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/3 |
Rapport Speċjali Nru 9/2017
“Appoġġ mogħti mill-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Asja t’Isfel/ix-Xlokk tal-Asja”
(2017/C 198/03)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 9/2017 “Appoġġ mogħti mill-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Asja t’Isfel/ix-Xlokk tal-Asja” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/4 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2017/C 198/04)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
fis-16 ta’ Marzu2017. |
||||
|
Każ Nru |
: |
80135 |
||||
|
Deċiżjoni Nru |
: |
045/17/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
: |
In-Norveġja |
||||
|
Reġjun |
: |
In-Norveġja |
||||
|
Titlu (u/jew l-isem tal-benefiċjarji potenzjali) |
: |
Yara AS, Norcem AS, Klemetsrudanlegget AS u Statoil ASA |
||||
|
Bażi ġuridika |
: |
Il-baġit Statali Norveġiż |
||||
|
Tip ta’ miżura |
: |
Miżuri ta’ għajnuna individwali |
||||
|
L-objettiv |
: |
Ambjentali |
||||
|
Forma ta’ għajnuna |
: |
Għotja |
||||
|
Baġit |
: |
NOK 360 000 000 |
||||
|
Intensità |
: |
Sa 100 % |
||||
|
Tul ta’ żmien |
: |
2017 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
: |
Varji |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
: |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/5 |
L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE
(2017/C 198/05)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
Id-29 ta’ Marzu 2017 |
|
Każ Nru |
: |
79248 |
|
Deċiżjoni Nru |
: |
064/17/COL |
|
Stat tal-EFTA |
: |
In-Norveġja |
|
Reġjun |
: |
|
|
Titlu (u/jew l-isem tal-benefiċjarju) |
: |
|
|
Bażi ġuridika |
: |
Deċiżjoni tal-Parlament Norveġiż tal-14 ta’ Diċembru 2015, u t-Taqsima 3–22 tar-Regolament Nru 1451 tal-11 ta’ Diċembru dwar dazji tas-sisa |
|
Tip ta’ miżura |
: |
|
|
Objettiv |
: |
|
|
Forma ta’ għajnuna |
: |
L-ebda għajnuna |
|
Baġit |
: |
|
|
Intensità |
: |
|
|
Tul taż-żmien |
: |
|
|
Setturi ekonomiċi |
: |
|
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
: |
|
|
Informazzjoni oħra |
: |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/6 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-1 ta’ Marzu 2017
fil-Kawża E-10/16
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jwettaq l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2014/68/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni)
(2017/C 198/06)
Fil-Kawża E-10/16, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 6a u fil-punt 6e tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni) kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Artikolu 13 tal-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bih, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fl-1 ta’ Marzu 2017, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara illi l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att li ssir referenza għalih fil-punt 6a u fil-punt 6e tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni) kif adattata għall-Ftehim bil-Protokoll 1 tagħha u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Att fiż-żmien preskritt. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8535 — Itochu/Toppan Printing/Thung Hua Sinn/TPN Food Packaging)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 198/07)
|
1. |
Fit-12 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Toppan Printing Co., Ltd (“Toppan Printing”, il-Ġappun), Itochu Corporation (“Itochu”, il-Ġappun) u Thung Hua Sinn Enterprises Co., parti mill-grupp Thung Hua Sinn (“THS”, it-Tajlandja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża TPN Food Packaging Co., Ltd kollha kemm hi (“TPN”, it-Tajlandja), permezz ta’ xiri ta’ ishma. TPN hija attwalment ikkontrollata minn THS. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Toppan Printing: l-iżvilupp ta’ teknoloġija tal-istampar, — għal Itochu Corporation: kummerċ ta’ prodotti varji li jinkludu tessuti, makkinarju, metalli, minerali, enerġija, kimiċi, ikel, informazzjoni u komunikazzjonijiet, teknoloġija, realty, assigurazzjoni, servizzi ta’ loġistika, kostruzzjoni u finanzi, — għal THS: l-istampar u l-ippakkjar tal-manifattura, — għal TPN: inattivi attwalment, wara t-tranżazzjoni l-attività tagħha se tkun il-manifattura u l-bejgħ ta’ ippakkjar flessibbli. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+ 32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8535 — Itochu/Toppan Printing/Thung Hua Sinn/TPN Food Packaging, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8487 — Lone Star/Nani Holdings/Novo Banco)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 198/08)
|
1. |
Fit-12 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Lone Star Funds L.P. (“Lone Star”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Novo Banco, S.A. kollha kemm hu (“Novo Banco”, il-Portugall) permezz ta’ Nani Holdings, SGPS, S.A. (“Nani Holdings” il-Portugall), permezz ta’ xiri ta’ ishma. Novo Banco bħalissa hu kkontrollat mill-Portuguese Resolution Fund. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8487 — Lone Star/Nani Holdings/Novo Banco, f’ dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8251 — Bite/Tele2/Telia Lietuva/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 198/09)
|
1. |
Fil-15 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi UAB Bité Lietuva, ikkontrollata minn Providence Equity; UAB Tele2 li tappartjeni lill-grupp Tele2 u Telia Lietuva AB, li tappartjenu lil Telia Group, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt permezz ta’ xiri ta’ ishma ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) ta’ funzjonalità sħiħa li għadha kemm inħolqot. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal UAB Bite Lietuva: il-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet taċ-ċellulari bl-ingrossa u bl-imnut u bejgħ bl-imnut ta’ settijiet tat-telefown ċellulari, tablets u l-aċċessorji tagħhom fil-Litwanja; — għal UAB Tele2: il-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet taċ-ċellulari bl-ingrossa u bl-imnut u bejgħ bl-imnut ta’ settijiet tat-telefown ċellulari, tablets u l-aċċessorji tagħhom fil-Litwanja; — għal Telia Lietuva AB: il-forniment ta’ servizzi ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ċellulari u fissi fil-Litwanja; kif ukoll — għall-JV: il-forniment ta’ servizzi ta’ ħlas bit-telefown ċellulari lin-negozji u lill-konsumaturi fil-Litwanja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8251 — Bite/Tele2/Telia Lietuva/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/10 |
Għeluq tal-każ tal-ilment multiplu CHAP (2014) 1984
(2017/C 198/10)
L-avviż ta’ qabel l-għeluq tal-ilment multiplu CHAP (2014)1984 dwar il-proġett biex tinkiseb dejta sismika 3D fl-ilmijiet tal-Golf ta’ Valencia bil-ħsieb tal-ipprospettar għal riżervi potenzjali ta’ idrokarburi, ġie ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 94, 25 ta’ Marzu 2017, p. 16. Dak l-avviż għarraf dwar il-fatt li, wara valutazzjoni tal-informazzjoni disponibbli, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew li dan il-każ għandu jingħalaq. Madankollu, l-ilmentaturi ġew mistiedna jibagħtu lill-Kummissjoni, fi żmien erba’ ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tal-avviż, kull informazzjoni ġdida li tista’ turi l-eżistenza (li għada għaddejja) ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. L-avviż iddikjara wkoll li l-Kummissjoni se tagħlaq il-każ, ladarba tgħaddi din l-iskandenza.
Minħabba li l-Kummissjoni Ewropea ma rċeviet l-ebda informazzjoni ġdida mingħand l-ilmentaturi fil-perjodu ta’ żmien indikat mill-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ qabel l-għeluq u għar-raġunijiet spjegati fih, il-Kummissjoni hawnhekk tikkonferma li l-ilment multiplu CHAP (2014) 1984 jingħalaq fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż.