ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 194

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
17 ta' Ġunju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 194/01

Avviż tal-Kummissjoni — Linji gwida għall-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill — L-Obbligi tas-Servizz Pubbliku (OSP)

1

2017/C 194/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7746 — Teva/Allergan Generics) ( 1 )

29

2017/C 194/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8503 — Goldman Sachs/Eurazeo/Dominion Web Solutions) ( 1 )

29


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 194/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2017 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

30

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 194/05

Rata tal-kambju tal-euro

32

2017/C 194/06

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni tas-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Almansa (DOP))

33

2017/C 194/07

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Méntrida (DOP))

41


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 194/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8505 — NN Group/ATP/Hotel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

47

2017/C 194/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8508 — Engie/CDC/Solairecorsica 1-2-3) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

48

2017/C 194/10

Notifka minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8495 — Cummins/Eaton Corporation/Eaton JV Business) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

49

2017/C 194/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8435 — FMC/DuPont Divestment Business) ( 1 )

50

2017/C 194/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8526 — CPPIB/BTPS/Milton Park) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

51

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 194/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

52


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Linji gwida għall-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill — L-Obbligi tas-Servizz Pubbliku (OSP)

(2017/C 194/01)

Werrej

1.

Introduzzjoni 2

2.

Il-każ għal-linji gwida 3

2.1.

Il-qafas legali 3

2.2.

Il-ħtieġa għall-kjarifika tar-regoli 3

3.

L-impożizzjoni tal-OSP 4

3.1.

Prinċipji ġenerali 4

3.2.

Servizzi u rotot eliġibbli 5

3.2.1.

Tip ta’ servizzi 5

3.2.2.

Tipi ta’ rotot 5

3.2.3.

Il-karattru essenzjali tar-rotta 6

3.2.4.

L-iggruppar tar-rotot 7

3.2.5.

Konnessjoni mar-regolament dwar is-slots 7

3.3.

In-neċessità u l-adegwatezza tal-obbligi 8

3.3.1.

Il-proporzjonalità għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali 8

3.3.2.

L-inadegwatezza ta’ mezzi alternattivi tat-trasport 8

3.3.3.

Tariffi tal-ajru u kundizzjonijiet eżistenti 8

3.3.4.

L-effett ikkombinat tal-provvista eżistenti tat-trasport bl-ajru 9

3.4.

Tip ta’ obbligi 9

3.5.

Obbligi ta’ kontinwità 10

3.6.

Il-konsegwenzi tal-impożizzjoni tal-OSP 10

4.

Proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-impożizzjoni tal-OSP 11

4.1.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali 12

5.

Il-ħtieġa għal rivalutazzjoni regolari tal-OSP 12

6.

Konċessjonijiet għal servizzi esklussivi 13

6.1.

L-obbligu ta’ offerta pubblika 13

6.2.

Eliġibbiltà għall-preżentazzjoni tal-offerta 14

6.3.

Kriterji tal-Għażla 14

6.4.

Il-konsegwenzi tal-għoti tad-dritt esklużiv għall-operazzjoni tar-rotta 14

6.5.

Eżaminazzjoni mill-ġdid tal-OSP u tal-esklużività fi tmiem kull perjodu ta’ konċessjoni 15

6.6.

Każ speċjali: raggruppament ta’ rotot fl-offerti 15

7.

Il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-offerti pubbliċi 16

8.

Kumpens u relazzjoni mar-regoli tal-għajnuna mill-istat 17

8.1.

Il-possibbiltà u l-ammont tal-kumpens 17

8.2.

Relazzjoni mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat 17

8.2.1.

Sussidji pubbliċi mogħtija bħala kumpens għal obbligi ta’ servizz pubbliku 18

8.2.2.

Il-kriterji Altmark 18

9.

Il-proċedura ta’ emerġenza 19

10.

Proċeduri ta’ offerti tal-OSP u r-relazzjoni mar-regoli tal-akkwist 20

11.

Investigazzjoni u setgħat deċiżjonali tal-Kummissjoni 21

ANNESS I:

Kwestjonarju żviluppat mid-DĠ KOMP u mid-DĠ MOVE għal notifika tal-OSP lill-Kummissjoni 22

ANNESS II:

Estratt tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-OSP fir-Regolament Nru 1008/2008 25

1.   INTRODUZZJONI

1.

Ir-rwol tal-Obbligi ta’ Servizz Pubbliku (minn issa ‘l quddiem “OSP”) skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (1) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Nru 1008/2008” jew “ir-Regolament”) huwa li jistabbilixxi standards fissi ta’ kontinwità, ta’ regolarità, ta’ prezzar jew ta’ kapaċità minima biex jiġi żgurat aċċess għal reġjuni iżolati jew fil-fażi tal-iżvilupp meta Stat Membru jsib li l-objettivi tal-politika ta’ żvilupp reġjonali mhux se jintlaħqu b’mod adegwat jekk jitħallew biss għall-azzjoni libera tal-forzi tas-suq peress li s-suq waħdu mhux se jforni livell aċċettabbli ta’ servizzi tal-ajru lil dawn ir-reġjuni. Għalhekk, l-OSP huma eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali tal-provvista libera ta’ servizzi tal-ajru fl-UE, garantiti skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament.

2.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “L-Istrateġija tal-Avjazzjoni għall-Ewropa” (2) il-Kummissjoni identifikat bżonnijiet differenti ta’ ċittadini u ta’ negozji tal-UE, bħall-aċċess għal servizzi tat-trasport bl-ajru ta’ kwalità għolja, u kkunsidrat li jekk is-suq stess ma jfornix livell aċċettabbli ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru lil reġjuni partikolari fl-Ewropa, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-OSP bħala strument li jiżgura servizz lejn u minn reġjuni mhux serviti biżżejjed, jiġifieri biex jiżgura l-konnettività fejn hemm bżonn. L-OSP jista’ jkollhom rwol pożittiv sinifikanti f’termini tal-konnettività filwaqt li xi studji juru li l-konnettività hija essenzjali għar-reġjuni tal-UE: żieda ta’ 10 % fil-konnettività, kif imkejla f’dawk l-istudji, tistimola l-PDG (per capita) b’0,5 % addizzjonali, ir-rata tat-tkabbir tal-PDG b’1 % u twassal għal żieda kumplessiva tal-produttività tax-xogħol (3). Il-konnettività hija essenzjali għat-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali.

3.

Bħalissa hemm 179 rotta tal-OSP stabbiliti skont ir-Regolament Nru 1008/2008 fl-UE, ilkoll sitwati fi tlettax-il Stat Membru (il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit) (4). Franza għandha l-akbar ammont (40), b’madwar 5,7 miljun passiġġier fis-sena, li jfisser li passiġġier domestiku wieħed minn kull ħamsa jivvjaġġa fuq rotta tal-OSP. Fl-Irlanda, is-sehem tal-OSP fit-traffiku domestiku huwa ta’ madwar 70 %. Ir-rotot tal-OSP huma fil-maġġoranza rotot domestiċi, u seba’ rotot biss jgħaqqdu ajruporti li jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti. 136 rotta mill-OSP li hemm bħalissa huma ssussidjati mill-awtoritajiet pubbliċi u l-ammont ta’ sussidji li jintefaq kull sena biex jiġu operati huwa stmat – abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni — għal mill-inqas EUR 300 miljun.

4.

Kontroll tal-idoneità tar-Regolament Nru 1008/2008 li sar mill-Kummissjoni fl-2011–2013 sab li r-regoli tal-OSP li hemm fih huma idonei għall-għan, jiġifieri biex jiżguraw il-konnettività meta s-suq ma jipprovdihiex. Saru rakkomandazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati u mill-Istati Membri biex itejbu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni u biex jiżguraw artikolazzjoni tajba bejn ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-OSP li hemm fir-Regolament, inkluż billi possibilment joħorġu gwida (5).

5.

Ittieħdu passi prattiċi abbażi ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni ħolqot netwerk aġġornat tal-kuntatti tal-OSP; organizzat ukoll laqgħat tal-Kumitat għall-Aċċess tas-Suq (6) skont ir-Regolament Nru 1008/2008 li fiha s-servizzi tal-Kummissjoni għamlu preżentazzjoni konsolidata dwar l-OSP u li fiha l-Istati Membri qasmu l-esperjenza prattika tagħhom. Ġie ppreparat kwestjonarju biex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu faċilment iressqu l-intenzjonijiet min-naħa tagħhom biex jintroduċu l-OSP, u issa qiegħed jintuża sistematikament minn dawk l-awtoritajiet. Is-servizzi tal-Kummissjoni jwissu lill-Istati Membri ex ante meta jaraw xi problema. Database ġdida tippermetti lis-servizzi tal-Kummissjoni jsibu data konsolidata dwar l-OSP fl-Ewropa kollha.

2.   IL-KAŻ GĦAL-LINJI GWIDA

2.1.   Il-qafas legali

6.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-OSP huma stipulati fl-Artikoli 16–18 tar-Regolament Nru 1008/2008 (ara l-estratt fl-Anness II għal dawn il-linji gwida). L-Artikolu 16 jistipula l-prinċipji ġenerali għall-OSP. Fih kriterji għall-impożizzjoni tal-OSP u rekwiżiti għall-kontinwità, kriterji tal-valutazzjoni għall-Istati Membri, regoli dwar il-proċedura għall-pubblikazzjoni u dwar il-bidu ta’ operazzjonijiet fuq rotot tal-OSP, il-kundizzjonijiet u l-proċedura biex jiġi limitat l-aċċess għal rotta, kif ukoll il-proċedura li għandha tiġi applikata fil-każ ta’ emerġenzi. L-Artikolu 17 jistipula kif għandha titwettaq il-proċedura tal-offerti pubbliċi. Jinkludi regoli dwar il-kontenut tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u tal-kuntratt sussegwenti, dwar il-proċedura tal-pubblikazzjoni u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-offerenti, dwar il-kriterji tal-għażla għall-offerti, dwar il-kumpens u l-informazzjoni li jridu jingħataw lill-Kummissjoni fi tmiem il-proċedura tal-offerti. Fl-aħħar, l-Artikolu 18 fih ir-regoli għall-eżaminazzjoni u għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet li ttieħdu skont l-artikoli preċedenti.

2.2.   Il-ħtieġa għall-kjarifika tar-regoli

7.

Il-qafas legali tal-UE stabbilit mir-Regolament Nru 1008/2008 jiggarantixxi l-aċċess miftuħ, il-pubbliċità u t-trasparenza tal-proċedura li timponi l-OSP. Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-OSP hu importanti biex jevita kull abbuż possibbli tas-sistema minħabba restrizzjonijiet sproporzjonati tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-objettivi soċjali u ekonomiċi li għandhom jintlaħqu. L-objettiv tal-Kummissjoni hu li tagħti parir u li tindirizza l-kwistjonijiet potenzjali kollha li tista’ qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż tal-informazzjoni li jikkonċerna l-OSP.

8.

F’dan il-kuntest, qed jitqies li jkun utli li l-valutazzjonijiet li saru fil-passat, każijiet individwali, jitqassmu kemm jista’ jkun ma’ kulħadd minħabba li s’issa jafu bihom biss l-Istat Membru rispettiv ikkonċernat u l-Kummissjoni.

9.

Raġuni oħra biex jiġu adottati dawn il-linji gwida hija n-nuqqas, s’issa, tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-OSP stabbiliti skont ir-Regolament Nru 1008/2008.

10.

F’laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv mal-esperti nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji li saret f’Settembru 2015 (7), is-servizzi tal-Kummissjoni semmew il-possibbiltà li tinħareġ gwida dwar l-OSP. L-Istati Membri laqgħu din l-idea u qablu li gwida bħal din tista’ ġġib trasparenza, konsistenza u ċarezza lil-linji tal-ajru tal-UE, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet u l-amministrazzjonijiet reġjunali. Din il-pożizzjoni kienet tikkorrispondi għall-opinjonijiet espressi matul skambji bilaterali preċedenti ma’ awtoritajiet nazzjonali u lokali. Għalhekk, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-istrateġija tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni ħadet impenn li tippubblika linji gwida li jiċċaraw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni tar-regoli u tal-proċeduri li jirregolaw l-OSP stabbiliti fir-Regolament Nru 1008/2008. Dawn il-linji gwida isegwu minn dak l-impenn. Bħala pass preparatorju għal dawn il-linji gwida, fis-sajf tal-2016 ġiet organizzata konsultazzjoni informali ffokata biex jinġabru opinjonijiet mill-partijiet ikkonċernati ewlenin.

11.

Dawn il-linji gwida huma intiżi biex jispjegaw l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-kriterji użati fir-Regolament u jiddeskrivu l-proċeduri applikabbli li għandhom jiġu segwiti. Barra minn hekk, jingħataw tweġibiet fit-test kollu għall-aktar mistoqsijiet frekwenti li għalihom ir-Regolament ma jipprovdix tweġiba espliċita. Huwa ċar li, fost l-Istati Membri varji, uħud huma ferm midħla tar-regoli u tal-applikazzjoni tagħhom, filwaqt li oħrajn għandhom esperjenza limitata ħafna biss jew l-ebda esperjenza affattu fl-applikazzjoni tar-regoli tal-OSP. Jenħtieġ li l-kjarifika tar-regoli u tal-interpretazzjoni tagħhom tagħmilha aktar faċli biex wieħed jikkonforma mar-regoli li japplikaw, speċjalment għal dawk li jużaw l-OSP għall-ewwel darba.

12.

Dawn il-linji gwida jirriflettu l-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-OSP kif stipulati fir-Regolament, filwaqt li jqisu wkoll ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fid-dritt tal-UE (b’mod partikolari l-Artikoli 107–109 TFUE) (8). Filwaqt li l-Kummissjoni tirċievi ħafna mistoqsijiet dwar l-OSP b’mod ġenerali, kważi kuljum u primarjament mill-Istati Membri, l-għadd ta’ lmenti formali — ilkoll ippreżentati minn linji tal-ajru u minn ajruporti — kien limitat ħafna. Dawn il-linji gwida huma maħsubin biex jindirizzaw il-kwistjonijiet li jitqajmu l-aktar spiss mill-awtoritajiet nazzjonali, mil-linji tal-ajru u mill-ajruporti. Mhumiex maħsubin biex ikopru d-dispożizzjonijiet kollha b’mod eżawrijenti.

13.

Dawn il-linji gwida jipprovdu indikazzjonijiet rilevanti għall-maġġoranza tal-każijiet, iżda għandu jiġi enfasizzat li kull każ irid jiġi vvalutat skont il-merti tiegħu stess, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi kollha tiegħu.

14.

F’kull każ, dawn il-linji gwida mhumiex maħsuba biex joħolqu xi obbligu legali ġdid u huma mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni li tista’ tingħata fil-futur mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-OSP.

3.   L-IMPOŻIZZJONI TAL-OSP

3.1.   Prinċipji ġenerali

15.

Mill-Artikolu 16(1) u (4) tar-Regolament Nru 1008/2008, isegwi li l-Istati Membri jridu jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe intenzjoni min-naħa tagħhom li jimponu l-OSP. Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ informazzjoni ma tagħtix ċertezza tad-dritt dwar riżultat partikolari; l-objettiv tagħha huwa li tinforma lis-suq dwar l-intenzjonijiet tal-Istat Membru rigward OSP ġdid (9). Is-servizzi tal-Kummissjoni żviluppaw kwestjonarju għan-notifikazzjoni u għad-deskrizzjoni tal-OSP u dan ikopri wkoll l-aktar kwistjonijiet importanti kemm skont ir-Regolament Nru 1008/2008 kif ukoll skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jifformaw parti integrali iżda indipendenti tal-valutazzjoni ta’ kwalunkwe OSP (ara l-Anness I) (10). Filwaqt li l-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni formali dwar l-OSP per se, xorta hu importanti li jiġu ċċarati l-kwistjonijiet kollha li jistgħu jqumu qabel ma jidħol fis-seħħ jew jiġi mmodifikat OSP u qabel ma dan iqajjem tħassib fil-futur. Il-Kummissjoni tagħti parir lill-Istati Membri biex jikkuntattjaw lis-servizzi tagħha mill-aktar fis possibbli meta jibdew jikkunsidraw li jimponu OSP ġdid jew jimmodifikaw OSP eżistenti. Dan jiżgura li s-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jafu bil-pjanijiet u jkunu jistgħu jipprovdu l-assistenza mill-bidu u b’hekk il-proċess kollu jaħdem bla xkiel.

16.

Partikolarità importanti tal-OSP fis-settur tat-trasport bl-ajru hija d-distinzjoni ċara bejn ir-reġim tal-OSP li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li wieħed jopera fuq rotta partikolari u l-kuntratt li jagħti dritt esklużiv (b’kumpens jew mingħajru) lil operatur. L-impożizzjoni ta’ OSP fis-settur tat-trasport bl-ajru mhux neċessarjament u awtomatikament toħloq id-dritt għall-Istat Membru kkonċernat li jirrestrinġi l-aċċess għar-rotta tal-ajru għal operatur wieħed jew li jingħataw kumpensi għall-eżekuzzjoni tal-OSP (l-hekk imsejjaħ “OSP ristrett”). Jekk trasportatur tal-ajru juri r-rieda li jopera r-rotta mingħajr esklużività u kumpens, allura l-aċċess għar-rotta jrid jibqa’ ħieles għal kwalunkwe trasportatur tal-ajru li jirrispetta l-kundizzjonijiet tal-OSP (l-hekk imsejjaħ OSP miftuħ).

17.

Taħt ir-Regolament, l-OSP jistgħu, b’mod partikolari, jintużaw biex jiżguraw l-aċċess għal reġjuni remoti u iżolati jew, taħt ċerti kundizzjonijiet meta l-forzi tas-suq waħedhom ma jippermettux il-provvista minima ta’ servizzi tat-trasport tal-ajru li jissodisfaw ċerti standards.

18.

Peress li l-OSP huma eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali tal-libertà tal-provvista ta’ servizzi tal-ajru (11), l-OSP huma soġġetti għal rekwiżiti u limitazzjonijiet stretti. Jenħtieġ li l-OSP jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità: b’mod partikolari, ma jistgħux jintroduċu xi diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità jew l-identità tat-trasportaturi tal-ajru u ma jistgħux imorru lil hinn minn dak li hemm bżonn biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika (12).

3.2.   Servizzi u rotot eliġibbli

3.2.1.   Tip ta’ servizzi

19.

L-OSP jistgħu jiġu imposti biss fuq servizzi tal-ajru skedati (13). Servizzi mhux skedati mhumiex affettwati mill-OSP. Meta trasportatur tal-ajru joffri bejgħ ta’ postijiet biss (14) fuq rotta skont ir-rekwiżiti tal-OSP impost fuq dik ir-rotta, dan is-servizz tal-ajru jiġi kkunsidrat ukoll bħala servizz tal-ajru skedat (15).

3.2.2.   Tipi ta’ rotot

20.

Ir-Regolament Nru 1008/2008 jippermetti l-impożizzjoni ta’ OSP fuq żewġ tipi ta’ rotot (16):

(a)

Rotot lejn ajruport li jaqdi reġjun periferali jew fil-fażi tal-iżvilupp

Reġjun periferali tipikament ikun reġjun remot jew reġjun li huwa aċċessibbli b’diffikultà mill-belt kapitali u minn bliet ewlenin oħra fl-Istat Membru. Jenħtieġ li d-distanza u l-iżolament jiġu evalwati fir-rigward tat-territorju tal-Istat Membru, taċ-ċentri amministrattivi, kummerċjali, edukattivi u mediċi tiegħu, iżda anki fir-rigward tat-territorju u ta’ ċentri bħal dawn ta’ Stati Membri oħrajn li magħhom jaqsam fruntiera. Reġjun fil-fażi tal-iżvilupp ikun għadu lura ekonomikament (17), kif imkejjel pereżempju mill-PDG per capita u mir-rata tal-qgħad.

(b)

Rotot b’densità ta’ traffiku baxxa lejn kwalunkwe ajruport

Ir-Regolament ma jagħtix definizzjoni ta’ kriterju kwantifikat biex jevalwa d-densità baxxa ta’ rotta, minħabba s-sitwazzjonijiet differenti li jista’ jkun hemm fi Stati Membri differenti. Madankollu, abbażi tal-esperjenza eżistenti tal-Kummissjoni f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ OSP, jidher li jista’ jingħad li rotta bi traffiku ta’ aktar minn 100 000 passiġġier fis-sena normalment ma tistax tiġi kkunsidrata bħala rotta b’densità baxxa fis-sens tar-Regolament (18).

21.

Ir-Regolament Nru 1008/2008 ma jillimitax l-OSP għal rotot fl-istess Stat Membru. Jistgħu jiġu applikati għal kwalunkwe rotta fl-UE li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament. Ir-rotot tal-OSP lejn pajjiżi terzi mhumiex koperti mir-Regolament, peress li l-kamp tal-applikazzjoni tiegħu huwa ristrett għas-servizzi tal-ajru fl-UE (19).

22.

Mill-Artikolu 16(1) tar-Regolament isegwi li r-rotta tal-OSP dejjem trid tiġi ddefinita minn ajruport għal ieħor, u mhux b’referenza għal żewġt ibliet jew reġjuni. Jenħtieġ li l-għażla ta’ dan l-ajruport għall-fini tal-OSP tiġi ġġustifikata kif xieraq. Il-konnettività ulterjuri – jiġifieri d-destinazzjonijiet u l-frekwenzi offruti mill-ajruporti tal-belt ta’ destinazzjoni – hija element wieħed f’din il-valutazzjoni, iżda ma tistax tkun l-unika ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ ajruport speċifiku minflok ieħor. Bħala alternattiva, jekk awtorità pubblika tikkunsidra li għadd ta’ ajruporti ta’ destinazzjoni jaqdu l-bżonnijiet ta’ reġjun wieħed bl-istess mod, tista’ timponi OSP minn ajruport f’dak ir-reġjun għal dawn l-ajruporti ta’ destinazzjoni kollha, u b’hekk timponi OSP fuq dawn ir-rotot separati. Jekk trasportatur tal-ajru jibda jopera fuq waħda minn dawn ir-rotot jew jekk trasportatur tal-ajru jintgħażel wara offerta pubblika li tinkludi dawn ir-rotot kollha, l-OSP l-oħra għandhom jitħassru, biex is-suq ma jingħalaqx bla bżonn (20). Għalkemm din il-konfigurazzjoni mhijiex imsemmija espliċitament fl-Artikolu 16(1), it-termini tad-dispożizzjoni ma jopponuhiex, u hija wkoll f’konformità mal-objettivi tad-dispożizzjoni. Sabiex jiġu evitati trattament li mhux ekwu u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huwa importanti li l-intenzjonijiet tal-awtorità jintwerew b’mod trasparenti mill-bidu, speċjalment permezz tal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament.

23.

Id-definizzjoni ta’ OSP fuq ir-rotot minn reġjun lejn/minn diversi ajruporti li jaqdu l-istess belt ġeneralment tkun sproporzjonata għall-objettivi li jiġu żgurati l-mobbiltà u l-koeżjoni territorjali. L-effett tal-miżura jkun li teskludi trasportaturi tal-ajru okkażjonali, peress li ma jkunux jistgħu jtiru mir-reġjun lejn xi wieħed mill-ajruporti tal-belt ta’ destinazzjoni u, għalhekk, din tikkontribwixxi biex is-suq għal operaturi ġodda fuq rotot kompetittivi jingħalaq b’mod definittiv. Għalhekk, apparti l-ajruport il-magħżul, jenħtieġ li l-ajruporti l-oħrajn li jservu l-istess belt fil-prinċipju jiġu affettwati mill-OSP.

24.

Ġeneralment, l-OSP jistgħu japplikaw għal rotot b’waqfa waħda jew aktar (21). Madankollu, il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-OSP trid issir għal kull segment tat-titjira b’mod individwali. Jenħtieġ li l-OSP ma japplikawx għal segmenti tat-titjira li ma jikkwalifikawx għalih. Pereżempju, jekk OSP huwa impost fuq ir-rotta A sa Ċ b’waqfa f’B, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tar-rotot A–Ċ, A-B u B–Ċ tiġi evalwata għal kull rotta b’mod individwali. Jekk, pereżempju, is-segment B–Ċ ma jikkwalifikax għal OSP fuq il-merti tiegħu stess, jenħtieġ li l-ebda obbligu tal-OSP ma japplika għal trasportaturi tal-ajru li jġorru passiġġieri u/jew merkanzija fuq dak is-segment. Jenħtieġ li kull obbligu fuq ir-rotta A–Ċ ma jtellifx il-provvista libera ta’ servizzi tal-ajru fis-segment B–Ċ.

3.2.3.   Il-karattru essenzjali tar-rotta

25.

L-OSP jistgħu jiġu imposti biss fuq rotot li huma “meqjusa vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun li l-ajruport iservi” (22). Din hija kundizzjoni neċessarja għal kull tip ta’ rotta msemmija hawn fuq, u l-valutazzjoni dejjem għandha ssir billi jittieħed kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. L-Istati Membri jgawdu minn ċerta marġni ta’ diskrezzjoni fil-ġudizzju tal-karattru vitali ta’ rotta. Madankollu, din id-diskrezzjoni trid tiġi eżerċitata abbażi ta’ fatturi oġġettivi li jirrigwardaw il-bżonnijiet ta’ konnettività skont ir-Regolament, kif ukoll id-dritt tal-UE b’mod aktar ġenerali.

26.

Rotta indispensabbli għal reġjun, bħal gżira żgħira jew reġjun remot, tippreżenta dan il-karattru essenzjali b’mod ċar. Madankollu, is-servizzi tal-ajru li jgħaqqdu bliet żgħar u ta’ daqs medju ma’ ċentri ekonomiċi jew amministrattivi importanti jistgħu jitqiesu wkoll bħala essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni inkwistjoni f’ċerti ċirkostanzi. Pereżempju, ġie impost reġim tal-OSP fuq rotta li tgħaqqad il-belt kapitali ta’ Stat Membru li huwa gżira ma’ Brussell, bħala l-belt fejn ħafna istituzzjonijiet u korpi tal-UE għandhom l-uffiċċji tagħhom.

27.

Madankollu, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament jimponi limiti fuq il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri. Pereżempju, filwat li l-OSP jistgħu jiġu ddeżinjati biex ineħħu l-ostakli għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ reġjuni jew ta’ bliet, ma jistgħux jiġu stabbiliti bl-għan li jippromwovu jew jappoġġaw, b’mod dirett jew indirett, lil trasportatur tal-ajru partikolari jew biex jiżviluppaw ajruport partikolari.

3.2.4.   L-iggruppar tar-rotot

28.

L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-aċċess għal rotta partikolari dipendenti fuq is-servizz ta’ rotot oħra. Iggruppar bħal dan ma jkunx kompatibbli mar-Regolament Nru 1008/2008 (23). Il-kriterji ta’ eliġġibiltà u ta’ adegwatezza stipulati fl-Artikolu 16(1), (2) u (3) tar-Regolament jirreferu għar-“rotta”, li gruppi ta’ rotot ma jistgħux jitqiesu ekwivalenti għaliha. Għalhekk, jenħtieġ li kull wieħed minn dawn il-kriterji jiġi vvalutat separatament fir-rigward ta’ kull rotta individwali. Jekk gruppi ta’ rotot jiġu ttrattati bħala rotta waħda, dan jista’ jiġi kkunsidrat bħala restrizzjoni eċċessiva għall-aċċess tar-rotot, peress li trasportaturi tal-ajru li għandhom bażijiet reġjonali biss x’aktarx li jkunu jistgħu jipprovdu servizzi fuq dawk ir-rotot kollha.

29.

Jenħtieġ li din il-projbizzjoni fuq l-iggruppar tar-rotot fil-fażi tal-impożizzjoni tal-OSP ma tiġix konfuża mal-possibbiltà li jiġi offrut id-dritt ta’ aċċess għal grupp ta’ rotot kif previst fl-Artikolu 16(10) tar-Regolament. Din il-possibbiltà hija spjegata ulterjorment fil-paragrafu 6.6 ta’ dawn il-linji gwida; tapplika biss għal dawk ir-rotot li għalihom l-ebda trasportatur tal-ajru ma jkun beda jew ikun sejjer jibda servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-OSP.

3.2.5.   Konnessjoni mar-regolament dwar is-slots

30.

Ir-Regolament (KEE) Nru 95/93 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (24) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Nru 95/93”) jippermetti r-riservazzjoni ta’ slots għal OSP. L-Artikolu 9(1) tiegħu jispeċifika li “Stat Membru jista’ jirriżerva f’ajruport kordinat is-slots meħtieġa għall-operazzjonijiet fuq dik ir-rotta. Jekk is-slots riżervati fuq ir-rotta kkonċernata ma jintużawx, dawn għandhom jintgħamlu disponibbli għal xi trasportatur ieħor bl-ajru interessat fl-operat tar-rotta skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku -- --. Jekk ebda ġarrier ma jkun interessat fl-operat tar-rotta u l-Istat Membru konċernat ma joħroġx sejħa għall-offerti [taħt l-Artikolu 16(10) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008]- -, il-perjodi ta’ użu fl-iskeda għandhom jew ikunu riċervat għal rotta oħra bla ħsara għall-obbligi ta’ servizz pubbliku jew jingħataw lura lill-pool.” Dawn l-obbligi jibdew japplikaw mhux aktar kmieni mill-mument li jissemma fl-Artikolu 16(11) tar-Regolament Nru 1008/2008, meta OSP jitqies li jkun skada ladarba ma jkun tħaddem l-ebda servizz tal-ajru skedat tul perjodu ta’ 12-il xahar fuq ir-rotta suġġetta għal tali obbligu. Li tipprenota slots għall-istess rotta darb’oħra mbagħad jirrikjedi l-impożizzjoni ta’ OSP.

31.

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 95/93 jiċċara li l-proċedura tal-offerti tal-OSP għandha tiġi applikata “jekk aktar minn trasportatur tal-ajru wieħed [tal-UE] ikun interessat li jservi r-rotta u ma rnexxilux jikseb slots fi żmien siegħa qabel jew wara l-ħinijiet rikjesti mill-koordinatur”.

32.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1008/2008 rigward l-OSP ma jaffettwawx l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 95/93 (25).

33.

Din ir-riservazzjoni ta’ slots hija mingħajr preġudizzju tad-drittijiet ta’ anterjorità mogħtija skont ir-Regolament Nru 95/93. B’hekk hija possibbli biss mis-slot pool ta’ slots li mhumiex allokati stabbilit mill-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 95/93 li jinkludi slots li ġew irritornati skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament.

34.

Irid jiġi enfasizzat li jenħtieġ li l-islots ma jiġux irriservati għal għanijiet oħrajn li mhumiex l-OSP. Din il-kwistjoni hija partikolarment rilevanti f’każijiet ta’ waqfiet (stopovers). Pereżempju, f’rotta A-B-Ċ fejn B u Ċ huma ajruporti b’konġestjoni ta’ slots, slots jistgħu jiġu rriservati biss għal titjiriet bejn B u Ċ jekk dan is-segment stess jifforma parti mill-oġġett ta’ OSP. B’mod partikolari, OSP li jirrigwarda rotta bejn A u Ċ (jiġifieri jirrigwarda t-trasport bejn dawn iż-żewġ punti) ma jiġġustifikax minnu nnifsu riservazzjoni ta’ slots fil-punt B.

35.

Għalhekk, fir-rotot tal-OSP b’riservazzjoni ta’ slots:

(1)

fejn possibbli, jenħtieġ li jiġu evitati waqfiet f’ajruporti b’konġestjoni;

(2)

jenħtieġ li ma jkunx hemm bidla tal-inġenju tal-ajru matul il-waqfiet, sakemm it-tieni segment (B-C) ma jikkwalifikax ukoll għal OSP bit-tip (l-ieħor) ta’ inġenju tal-ajru li se jintuża. Inkella, is-slots jistgħu jiġu riservati għal inġenji tal-ajru kbar li joperaw traffiku iktar minn dak ġustifikat OSP.

3.3.   In-neċessità u l-adegwatezza tal-obbligi

36.

In-neċessità u l-adegwatezza tal-OSP previst għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-erba’ kriterji (26) diskussi fil-paragrafi li ġejjin. Filwaqt li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda poter li titlob lil Stat Membru jimponi OSP speċifiku fuq kwalunkwe rotta, hija tivvaluta l-kriterji li abbażi tagħhom huwa impost l-OSP (previst) biex tivverifika jekk OSP hux stabbilit skont ir-Regolament. Fejn rilevanti, is-servizzi tal-Kummissjoni jikkuntattjaw l-Istat Membru kkonċernat u jitolbu l-kjarifiki. L-esperjenza turi li r-rotot tal-OSP lejn il-gżejjer tista’, f’ħafna każijiet, tkun neċessarja u ġġustifikata meta ma jkunx hemm biżżejjed domanda turistika li tappoġġa l-operazzjoni kummerċjali matul is-sena kollha. Dawn ir-rotot jeżistu, pereżempju, fl-Estonja, fl-Irlanda, fl-Italja, fil-Greċja, fil-Portugall u fir-Renju Unit. Fi Stati Membri li għandhom popolazzjoni inqas densa bħall-Finlandja u l-Iżvezja, fil-każijiet fejn id-distanzi bejn ir-reġjuni huma partikolarment twal u hemm tendenza li ma jkunux jeżistu mezzi alternattivi tat-trasport, ir-rotot ġeneralment jistgħu jkunu eliġibbli għall-użu ta’ OSP.

3.3.1.   Il-proporzjonalità għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali  (27)

37.

Dan il-kriterju huwa espressjoni diretta tal-prinċipju ġenerali tal-proporzjonalità. Huwa ferm relatat mal-klawżola tal-Artikolu 16(1) li tgħid li l-OSP jistgħu jiġu imposti biss fuq rotot li huma vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun li jaqdi l-ajruport (28). Mill-Artikolu 16(3)(a) isegwi li jenħtieġ li l-obbligi stess ikunu proporzjonati għall-bżonnijiet ta’ żvilupp ekonomiku tar-reġjun ikkonċernat. L-OSP ma jistgħux jimponu restrizzjonijiet fuq il-forniment ta’ servizzi tal-ajru li jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet inkwistjoni.

3.3.2.   L-inadegwatezza ta’ mezzi alternattivi tat-trasport  (29)

38.

Jenħtieġ li OSP jiġu imposti biss jekk mezzi oħrajn tat-trasport ma jistgħux jissodisfaw il-bżonnijiet tat-trasport tar-reġjun ikkonċernat. Jenħtieġ li jitqiesu primarjament servizzi offruti minn operaturi ta’ ferroviji, ta’ mezzi tat-trasport tul korp tal-ilma u ta’ kowċis. L-adegwatezza tas-servizzi jenħtieġ li tiġi vvalutata, b’mod partikolari, fir-rigward tal-frekwenza tagħhom, tat-tul tal-vjaġġ, tal-ħinijiet tat-tluq u tal-konnessjonijiet possibbli ma’ destinazzjonijiet importanti oħra, b’mod partikolari possibbiltajiet ta’ vjaġġar fuq distanzi twal (30). Il-possibbiltajiet ta’ trasport individwali (bil-karozza) jenħtieġ li jiġu esplorati wkoll, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-ħin tal-vjaġġ bit-triq.

39.

Jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni partikolari lis-servizzi ferrovjarji li jservu r-rotta prevista b’ħin tal-vjaġġ ta’ inqas minn tliet sigħat (31). Dan jirreferi kemm għal servizzi ferrovjarji b’veloċità għolja kif ukoll għal servizzi ferrovjarji oħrajn. Fejn servizzi ferrovjarji bħal dawn jipprovdu frekwenzi suffiċjenti għall-bżonnijiet tal-mobbiltà tar-reġjun ikkonċernat, jenħtieġ li fil-prinċipju ma jiġux imposti OSP fuq is-servizzi tal-ajru. Minkejja dan, f’ċerti eċċezzjonijiet jistgħu jiġu kkunsidrati OSP bħal dawn, partikolarment jekk is-servizzi ferrovjarji ma jippermettux konnessjonijiet adegwati ma’ servizzi tal-ajru fuq distanzi medji u twal (eż. konnessjoni inadegwata bejn l-istazzjoni ferrovjarja fir-reġjun ikkonċernat u l-ajruport li joffri servizzi fuq distanzi twal u medji, jew l-assenza ta’ alternattivi tal-ivvjaġġar li jgħaqqdu d-destinazzjonijiet fuq distanzi twal, inklużi għażliet ta’ titjiriet indiretti). Il-valutazzjoni trid issir għal kull każ għalih.

3.3.3.   Tariffi tal-ajru u kundizzjonijiet eżistenti  (32)

40.

Il-ħtieġa u l-adegwatezza ta’ OSP kif mitluba mir-Regolament jenħtieġ li jiġu vvalutati wkoll fir-rigward tat-tariffi tal-ajru u tal-kundizzjonijiet ikkwotati lill-utenti. L-OSP jistgħu jinkludu rekwiżiti dwar tariffi massimi jekk dan jitqies neċessarju għaliex inkella t-tariffi jkunu eċċessivi fil-kuntest tal-ħtiġijiet ekonomiċi tar-reġjun ikkonċernat. F’każijiet speċifiċi jista’ jiġi previst OSP li huwa limitat għall-istipular ta’ prezz massimu. Żieda qawwija fil-prezzijiet u tnaqqis fl-għadd tal-passiġġieri matul perjodu qasir ta’ żmien, skont il-każ, jistgħu jkunu indikazzjoni li huwa meħtieġ prezz massimu.

3.3.4.   L-effett ikkombinat tal-provvista eżistenti tat-trasport bl-ajru  (33)

41.

Jekk hemmx bżonn ta’ OSP finalment jiddependi mill-effett kombinat tat-trasportaturi tal-ajru kollha li qed joperaw jew li biħsiebhom joperaw ir-rotta. Jekk il-provvista eżistenti ta’ servizzi tal-ajru diġà tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tar-reġjun ikkonċernat, allura ma hemm l-ebda “falliment tas-suq” li jistħoqqlu jiġi indirizzat, u OSP ma jkunx meħtieġ. Il-Kummissjoni hi tal-fehma li OSP rigward it-trasport tal-passiġġieri normalment ma jistax jiġi kkunsidrat li huwa ġustifikat fuq rotot fejn ikun hemm għadd kritiku ta’ passiġġieri (abbażi tal-esperjenza, għadd kritiku bħal dan normalment jidher li jimmaterjalizza minn 100 000 passiġġier u iktar fis-sena) u fejn joperaw bosta trasportaturi tal-ajru matul is-sena sħiħa. Bħala kwistjoni ta’ prinċipju ġenerali, fil-każijiet li fihom it-trasportaturi tal-ajru diġà qed joperaw fuq ir-rotta kkonċernata, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-impatt tal-obbligi ssir b’reqqa partikolari: obbligi eċċessivi (eż. li jimponu limiti fuq il-prezzijiet, skedi jew numru ta’ frekwenzi) jista’ jkollhom l-effett kontroproduttiv li jnaqqsu l-offerti tas-servizzi tal-ajru. Ta’ min jgħid li l-impożizzjoni ta’ OSP għall-fini li jiġi żgurat it-trasport tal-merkanzija u tal-posta biss hija possibbli wkoll. F’kull każ, irid jiġi vvalutat kif il-fatturi msemmija hawn fuq jaħdmu fil-prattika, meta japplikaw kollha f’daqqa fejn japplika.

42.

Il-valutazzjoni tal-provvista eżistenti tat-trasport tal-ajru jenħtieġ li tqis ukoll is-servizzi tal-ajru indiretti u dawk ta’ ajruporti oħra fil-qrib. L-impożizzjoni ta’ OSP fuq rotta lejn ajruport partikolari jekk diġà teżisti konnessjoni indiretta b’ħin ta’ trasferiment raġonevoli (eż. siegħa jew inqas) jew jekk diġà jkun hemm servizzi adegwati lejn ajruport fil-qrib disponibbli (eż. ajruporti li jaqdu l-istess belt jew reġjun, inklużi wkoll ajruporti fi Stat Membru ġar) tkun teħtieġ ġustifikazzjoni partikolarment b’saħħitha. Il-mod kif ikun imqassam it-traffiku domestiku u internazzjonali bejn dawk l-ajruporti jista’ jkollu rwol f’dan ir-rigward. Jekk ajruport ieħor li huwa aktar ‘il bogħod minn 100 km u/jew il-ħin tal-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku huwa aktar minn siegħa, ġeneralment ikun raġonevoli li wieħed jistaqsi jekk iż-żewġ ajruporti jistgħux jitqiesu bħala alternattivi. Madankollu, din l-analiżi dejjem trid issir fuq il-bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi. B’mod ġenerali, OSP huwa aktar probabbli li jkun ġustifikat f’każijiet li fihom ma jkun hemm l-ebda servizz eżistenti lejn ajruporti oħrajn fil-viċinanza tal-ajruport li qed jiġi kkunsidrat.

3.4.   Tip ta’ obbligi

43.

L-OSP jimmiraw li jiżguraw l-issodisfar ta’ standards fissi ta’ kontinwità, ta’ regolarità, ta’ prezzar jew ta’ kapaċità minima (34).

44.

F’ċerti kundizzjonijiet, il-kontinwità tas-servizz tal-ajru tista’ tiġi żgurata billi jiġu imposti obbligi ta’ kontinwità (35) (ara aktar fil-paragrafu 3.5 hawn taħt).

45.

L-obbligi tar-regolarità u tal-kapaċità jinkludu primarjament l-iffissar ta’ kapaċitajiet minimi f’termini ta’ postijiet offruti jew ta’ frekwenzi minimi li jiġu offruti f’perjodu partikolari. Dawn l-obbligi jistgħu jvarjaw skont il-ħinijiet tat-tluq, il-jiem fil-ġimgħa, l-istaġuni, eċċ. Pereżempju, frekwenza jew żewġ frekwenzi kuljum jistgħu jiġu kkunsidrati normali f’ħafna każijiet, iżda hemm OSP li jirrekjedu frekwenza waħda biss fil-ġimgħa. Teżisti marġni ta’ diskrezzjoni għall-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar dawn l-elementi, iżda l-obbligi jridu jkunu nondiskriminatorji u proporzjonati u jissodisfaw ir-rekwiżiti tan-neċessità u tal-adegwatezza stabbiliti fl-Artikolu 16(3) (ara l-paragrafu 3.3 iktar ‘il fuq).

46.

Jista’ jkun possibbli wkoll li jiġu imposti rekwiżiti dwar l-inġenju tal-ajru li għandu jiġi użat, iżda jenħtieġ li dawn jiġu ġġustifikati b’mod oġġettiv u b’rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità, jiġifieri jenħtieġ li jiġu evitati restrizzjonijiet bla bżonn f’dan ir-rigward u għalhekk wieħed għandu jibqa’ kemm jista’ jkun ġenerali taħt iċ-ċirkostanzi (eż. magni turboprop jew ġett skont id-distanza tat-titjira, il-kapaċità tal-inġenju tal-ajru li jinżel f’kundizzjonijiet speċifiċi, eċċ.). B’mod partikolari, dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx iwasslu għal sitwazzjoni li fiha t-trasportaturi tal-ajru speċifiċi jkunu, de facto, esklużi arbitrarjament mill-operazzjoni fuq ir-rotot ikkonċernati. F’dan is-sens, jenħtieġ li rekwiżit fil-forma ta’ kapaċitajiet minimi ta’ postijiet fuq l-inġenju tal-ajru jiġi impost biss f’każijiet eċċezzjonali u jenħtieġ li jkun iġġustifikat kif suppost miċ-ċirkostanzi tal-operazzjonijiet u f’relazzjoni mal-objettivi tal-mobbiltà fil-mira (36).

47.

L-impożizzjoni tal-OSP tikkonċerna l-iffissar ta’ rekwiżiti minimi. Il-kapaċità massima ta’ postijiet tista’ tiġi kkunsidrata biss fejn din hija ġġustifikata oġġettivament mir-restrizzjonijiet operattivi f’wieħed mill-ajruporti inklużi fir-rotta tal-OSP. Kundizzjoni li tirrekjedi li tal-inqas parti mill-ekwipaġġ tkun kapaċi titkellem bil-lingwa tal-Istat Membru kkonċernat hija normalment aċċettabbli.

48.

Huwa possibbli wkoll li wieħed jirrekjedi li xi tip ta’ inġenji tal-ajru – ajruplan jew ħelikopter – jintuża biex joperaw ir-rotta tal-OSP, skont iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ. Rekwiżiti speċifiċi jistgħu jiġu stipulati rigward it-tip ta’ inġenju tal-ajru (eż. tip ta’ magna, il-piż massimu fit-tluq, it-tagħmir tas-sistemi ta’ nżul) meta dan ikun iġġustifikat oġġettivament għal raġunijiet operattivi (eż. rekwiżit li jintuża ħelikopter meta ma jkunx hemm runway disponibbli). Barra minn hekk, kwalunkwe rekwiżit bħal dawn ma għandux ikun diskriminatorju.

49.

F’termini tal-ipprezzar, l-obbligi jistgħu jinkludu prinċipalment l-iffissar ta’ prezzijiet massimi jew ta’ grilji ta’ tariffi għal parti mis-servizzi offruti jew għal kollha kemm huma. Dawn il-grilji jistgħu jiddefinixxu kategoriji ta’ tariffi jew prezzijiet preferenzjali għal ċerti kategoriji ta’ passiġġieri (eż. residenti u studenti). Fejn jidħlu r-residenti, trattament preferenzjali bħal dan irid ikun iġġustifikat oġġettivament mill-bżonn li din il-kategorija ta’ persuni jitħallew jipparteċipaw fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali tal-Istat Membru tagħhom. Obbligi oħrajn rigward il-prezzijiet huma possibbli dment li jkunu wkoll nondiskriminatorji u proporzjonali u jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3.3 hawn fuq (37).

50.

Xi drabi, f’OSP, ikun meħtieġ li tiġi inkluża ikla jew bagalja waħda fil-prezz massimu li jħallas il-passiġġier. Il-ġustifikazzjoni għal rekwiżit bħal dan u l-proporzjonalità tiegħu jridu jiġu vvalutati abbażi ta’ każ b’każ, iżda fil-prinċipju tali kundizzjonijiet mhumiex komponenti neċessarji għal OSP. Eċċezzjoni tista’ tiġi aċċettata fil-każ ta’ titjiriet fuq distanzi medji jew twal, jiġifieri ta’ aktar minn 3 sigħat. F’dawn il-każijiet, normalment ikun jidher iġġustifikat li ikla tkun inkluża fil-prezz massimu, iżda anki t-trasport ta’ bagalji peress li titjiriet bħal dawn normalment jinvolvu waqfa aktar twila fid-destinazzjoni. Madankollu ta’ min jgħid li jekk il-prezz (massimu) f’każ bħal dan ma jinkludix bagalja waħda, allura jista’ jiġi ffissat f’livell aktar baxx u mbagħad tista’ tiżdied dispożizzjoni li tippermetti lit-trasportatur tal-ajru li jimponi tariffa żejda speċifikata għaliha.

3.5.   Obbligi ta’ kontinwità

51.

OSP jista’ jirrekjedi li t-trasportaturi tal-ajru jiggarantixxu li huma se joperaw ir-rotta kkonċernata għal ċertu perjodu. Dan huwa aktar rilevanti għal OSP miftuħin (jiġifieri mhux esklużivi), għaliex għall-OSP ristretti normalment ikun hemm impenn kuntrattwali ta’ dan it-tip bi skambju għall-esklużività (u possibilment kumpens finanzjarju). Obbligi ta’ kontinwità bħal dawn jistgħu jiġu imposti biss f’każijiet li fihom mezzi oħra tat-trasport ma jistgħux jiżguraw servizz mingħajr interruzzjoni b’mill-inqas żewġ frekwenzi kuljum (38). Dan ifisser servizz li huwa disponibbli s-sena kollha. L-obbligi ta’ kontinwità jistgħu jiġu imposti biż-żewġ modi possibbli li ġejjin.

52.

L-ewwel, l-OSP jista’ jirrekjedi li t-trasportaturi tal-ajru li jaqdu r-rotta jagħtu avviż ċertu żmien minn qabel jekk ikun biħsiebhom iwaqqfu s-servizzi. Madankollu, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, id-durata tal-avviż ġeneralment ma għandhiex tkun aktar minn sitt xhur, li huma biżżejjed biex tiġi implimentata l-proċedura ta’ offerti tal-OSP.

53.

It-tieni, meta l-operazzjonjiet fuq ir-rotta kkonċernata jiżvelaw mudell staġonali qawwi, jista’ jkun utli li jiġi żgurat servizz minimu matul dawk il-perjodi tas-sena meta l-provvista ta’ servizzi tal-ajru jkollha tendenza li tkun baxxa ħafna. Fuq ċerti rotot, it-trasportaturi tal-ajru għandhom tendenza li jikkonċentraw il-kapaċitajiet li jiġu offruti matul perjodi ta’ domanda għolja u li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-kapaċitajiet matul perjodi oħra biex iżidu l-profittabilità tas-servizz. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjonijiet li fihom il-provvista ta’ servizzi tal-ajru ma tkunx stabbli u matul perjodi ta’ domanda baxxa ma tkunx biżżejjed biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tar-reġjun ikkonċernat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-perjodi li fihom jiġu imposti l-obbigi tal-kontinwità normalment ma għandhomx ikunu itwal minn sena (39).

54.

Jenħtieġ li l-perjodi operattivi imposti fil-kuntest tal-obbligi ta’ kontinwità ma jiġux konfużi mal-perjodu massimu ta’ erba’ jew ħames snin li matulhom l-aċċess għar-rotta jista’ jiġi ristrett għal trasportatur tal-ajru wieħed (40).

3.6.   Il-konsegwenzi tal-impożizzjoni tal-OSP

55.

OSP impost fuq rotta partikolari japplika għat-trasportaturi tal-ajru kollha tal-UE mhux qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew minn data aktar tard speċifikata fih (41). Fil-prinċipju jkun l-Istat Membru kkonċernat li jiddetermina fil-liġi nazzjonali tiegħu kif jiġi sanzjonat in-nuqqas ta’ konformità. Kwalunkwe sanzjoni prevista u imposta f’dan il-kuntest trid tikkonforma mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li japplikaw f’dan ir-rigward, jiġifieri trid tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva.

56.

Jenħtieġ li OSP ma jillimitax il-possibbiltà li t-trasportaturi tal-ajru jipprovdu livell ogħla ta’ servizz f’termini tal-kapaċità u tal-frekwenza minn dak meħtieġ mill-OSP (42). Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali ovvjament jistgħu jissorveljaw l-eżekuzzjoni kif suppost tal-OSP u l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, jenħtieġ li dawn ma jindaħlux fil-mod kif is-suq jissodisfa l-obbligi tal-OSP. Pereżempju, fil-każ li fih ikun hemm aktar minn trasportatur wieħed li jkun interessat biex jopera rotta (miftuħa) tal-OSP, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali ma jqassmux il-frekwenzi jew il-kapaċitajiet bejn it-trasportaturi tal-ajru kkonċernati.

57.

Meta jkun ġie impost OSP, kwalunkwe trasportatur tal-ajru tal-UE għandu fi kwalunkwe ħin jitħalla jibda servizzi tal-ajru skedati li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-OSP (43), ħlief meta tkun ingħatat l-esklużività lil trasportatur wieħed (ara aktar fil-kapitolu 6 hawn taħt).

58.

Jistgħu jiġu ddefiniti żewġ tipi ta’ obbligi:

(1)

Obbligi li, skont id-definizzjoni, japplikaw għal kull trasportatur tal-ajru individwalment. L-eżempji jinkludu obbligi rigward it-tariffi massimi, jew il-kontinwità tal-operazzjonijiet. Obbligi tat-tip li għandhom ikunu rrispettati mit-trasportaturi tal-ajru kollha b’mod individwali, u dejjem.

(2)

Obbligi li jikkonċernaw objettiv li għandu jinkiseb minn għadd ta’ trasportaturi tal-ajru b’mod konġunt fejn kull trasportatur tal-ajru jikkontribwixxi biex jintlaħaq dak l-objettiv (kumplessiv) fuq ir-rotta. Dan huwa tipikament il-każ għal obbligi li jirrigwardaw il-frekwenzi minimi jew il-kapaċitajiet ta’ postijiet. Il-Kummissjoni kkonfermat dan fid-deċiżjoni tagħha tat-23 ta’ April 2007 fuq il-gżira ta’ Sardinja (44) (§ 51): “(…) it-trasportaturi mhumiex obbligati jiżguraw individwalment l-għadd ta’ frekwenzi jew ta’ kapaċitajiet, imma l-operaturi lkoll flimkien li jistgħu jippermettu li jiġi żgurat dan is-servizz minimu.” Huwa ovvju li dan japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tad-dritt tal-kompetizzjoni (b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 TFUE). Sitwazzjonijiet li fihom l-OSP jiġu ssodisfati bil-kontribuzzjonijiet minn bosta trasportaturi tal-ajru tipikament isejħu għal adattament korrispondenti tal-obbligi (ara l-kapitolu 5 hawn taħt).

59.

Peress li l-Artikolu 15(4) tar-Regolament jippermetti operazzjoni skont ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi u ma jeskludix il-każ tal-OSP, tali ftehimiet huma f’dan il-każ ammissibbli fil-prinċipju. Bħal fil-każijiet l-oħra kollha, dan huwa soġġett għall-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni. L-istess japplika għall-programmi frequent flyer.

60.

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor u mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa għal rivalutazzjoni regolari diskussa fil-kapitolu 5 hawn taħt, l-OSP ma għandux għalfejn ikollhom limitu ta’ żmien. Madankollu, jekk l-ebda servizz tal-ajru skedat ma ġie operat matul perjodu ta’ tnax-il xahar, l-OSP għandu jitqies li skada (45).

4.   PROĊEDURI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TAL-OSP

61.

Qabel jimponi OSP, jenħtieġ li l-Istat Membru jikkonsulta lill-Istati Membri kkonċernati l-oħra (speċjalment fil-każ ta’ OSP fuq rotta lejn Stat Membru ieħor jew meta Stat Membru ieħor ikollu ajruport fir-reġjun tal-fruntiera qrib tal-ajruport li jkun previst li jiġi inkluż fir-rotta tal-OSP). Jenħtieġ li jinforma lill-Kummissjoni (46), lill-ajruporti kkonċernati u lit-trasportaturi tal-ajru li attwalment ikunu qed joperaw ir-rotta inkwistjoni. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istat Membru jikkomunika t-test tal-abbozz tal-att legali li jikkonċerna lill-OSP previst lil dawn il-partijiet u jħalli żmien biżżejjed għal risposti possibbli. Jenħtieġ li l-kuntatt mal-Kummissjoni jiġi stabbilit permezz tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport (minn hawn ‘il quddiem:: “DĠ MOVE”). Dan jista’ jsir bl-aktar mod effiċjenti permezz ta’ ittra elettronika lill-kaxxa tal-ittri speċifika għal kwistjonijiet dwar l-OSP: MOVE-PSO@ec.europa.eu. Fejn awtorità reġjonali jew lokali biħsiebha timponi OSP, il-Kummissjoni tħeġġeġ l-involviment tar-Rappreżentanza Permanenti jew tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat fil-proċess ta’ komunikazzjoni deskritt hawnhekk, skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-liġi nazzjonali, sabiex tiżgura koordinazzjoni adegwata.

62.

Is-servizzi tal-Kummissjoni huma lesti li jagħtu parir informali u jenħtieġ li jiġu kkuntattjati preferibbilment fi stadju bikri ħafna tal-preparazzjonijiet tal-OSP. Id-diskussjonijiet jistgħu jikkonċernaw l-interpretazzjoni tar-Regolament, il-proċeduri u soluzzjonijiet possibbli f’sitwazzjonijiet speċifiċi. Kuntatti bikrija jippermettu wkoll li l-proċeduri jsiru aktar malajr peress li t-tħassib potenzjali ikun ġie indirizzat minn qabel. Kuntatti informali jistgħu jgħinu wkoll biex jiġi evitat milli jqumu ċerti kwistjonijiet fi stadju ulterjuri, pereżempju lmenti possibbli minn partijiet interessati.

4.1.   Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali

63.

Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 16(4) tar-Regolament Nru 1008/2008, l-Istat Membru kkonċernat li biħsiebu jimponi OSP, għandu jikkomunika t-test tal-impożizzjoni prevista lill-Kummissjoni (47). Imbagħad ikun f’idejn il-Kummissjoni li tippubblika l-avviż ta’ informazzjoni msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-istess dispożizzjoni. Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti u veloċi, hu rakkomandabbli li l-Istati Membri jħejju abbozz korrispondenti tal-avviż ta’ informazzjoni u jikkomunikawh lill-Kummissjoni (fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE). Dan jenħtieġ li jiġi indirizzat permezz ta’ ittra elettronika lill-kaxxa tal-ittri funzjonali msemmija hawn fuq (48) (f’format elettroniku, bl-użu ta’ waħda mis-sistemi ta’ pproċessar tas-soltu). Jenħtieġ li l-abbozz ikun fih l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 16(4)(a)-(c) tar-Regolament (49). L-għan tal-pubblikazzjoni hu li l-partijiet interessati kollha jsiru konxji tal-OSP previst u jkunu jistgħu jiksbu aktar informazzjoni, speċjalment it-termini preċiżi. Il-Kummissjoni ppreparat mudelli li huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet tas-CIRCABC miftuħ għall-amministrazzjonijiet nazzjonali rilevanti. Kopji tal-mudell jistgħu wkoll jintalbu direttament mill-Kummissjoni.

64.

Biex jiżgura trasparenza sħiħa, id-DĠ MOVE jippubblika l-avviżi trażmessi fuq is-sit web tiegħu (50), fil-bullettin tiegħu u fuq in-newsgroup dedikat tas-CIRCABC.

65.

Rigward ir-rotot li fihom l-għadd totali ta’ passiġġieri li huma mistennija jużaw is-servizz tal-ajru huwa inqas minn 10 000 fis-sena, ir-Regolament jagħti lill-Istat Membru l-għażla bejn li jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika avviż ta’ informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew li jippubblikah hu stess fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali tiegħu stess (51). L-Artikolu 16(5) tar-Regolament jikkostitwixxi eċċezzjoni għall-paragrafu 4 dwar ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni biss. Ir-rekwiżiti l-oħrajn kollha tal-Artikolu 16, b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ konsultazzjoni u ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri l-oħrajn u tal-ajruporti u t-trasportaturi tal-ajru kkonċernati, japplika wkoll għal rotot b’inqas mill-10 000 passiġġier mistenni.

66.

Id-data li fiha jidħol fis-seħħ OSP ma tistax tiġi qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni (52). Jenħtieġ li l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali skont l-Artikolu 16(5) ma sseħħx qabel il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jekk l-Istat Membru jixtieq jippubblika l-avviż fit-tnejn.

67.

Sabiex tinforma lis-suq dwar il-modifiki ppjanati fil-kundizzjonijiet tal-OSP imposti, il-Kummissjoni tikkunsidra li jenħtieġ li japplikaw l-istess proċeduri għall-modifiki tal-OSP eżistenti, fundamentalment għall-istess raġunijiet bħal dawk li huma rilevanti għall-pubblikazzjoni inizjali direttament imsemmija fl-Artikolu 16(4) u (5). Għal raġunijiet ta’ trasparenza, dan ifisser li jenħtieġ li jissemmew il-modifiki kollha tal-kundizzjonijiet imposti mill-OSP. Fil-każijiet li fihom Stat Membru jasal għall-konklużjoni li l-OSP ma għadux neċessarju, jista’ jitlob lill-Kummissjoni tippubblika avviż ta’ informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar it-tħassir tal-OSP, sabiex jinforma lis-suq li r-rotta reġgħet saret disponibbli. Inkella, jista’ jippubblika dan l-avviż hu stess fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali fil-każ li n-notifika li tikkonċerna l-OSP tkun ġiet ippubblikata hemm biss.

5.   IL-ĦTIEĠA GĦAL RIVALUTAZZJONI REGOLARI TAL-OSP

68.

Jenħtieġ li l-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-OSP (ara l-paragrafu 3.3 iktar ‘il fuq) ma ssirx darba biss. Minflok, jenħtieġ li l-OSP ikunu rivalutati b’mod regolari u tal-inqas kull darba li wieħed mill-fatturi rilevanti tal-valutazzjoni, bħan-numru ta’ fornituri tas-servizz, jinbidel b’mod sinifikanti. L-OSP huma risposta għal falliment speċifiku tas-suq u, għalhekk, jenħtieġ li jevolvu mas-suq. Rivalutazzjoni tista’ twassal għal modifika jew anki għat-tħassir tal-OSP ikkonċernat. Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi jiġu rrispettati f’kull ħin mit-trasportaturi tal-ajru li joperaw ir-rotot tal-OSP, bħali prattika tajba jkun ippreferut rieżami tal-prestazzjoni tagħhom mill-inqas fuq bażi annwali.

69.

Sabiex jiġi żgurat li sitwazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tas-sitwazzjonijiet deskritti fil-punt (2) tal-punt 58 hawn fuq ma jwasslux għal diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru, kull darba li operatur ġdid jibda jew ikun se jibda jopera rotta, jenħtieġ li jiġu aġġustati l-livell tal-kapaċità u tal-frekwenza imposti mill-OSP fuq kull operatur, biex il-frekwenza u l-kapaċità totali fuq kull rotta ma jabqżux dak li huwa strettament neċessarju biex jiġi fornit servizz adegwat.

6.   KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI ESKLUSSIVI

70.

F’konformità mal-prinċipji tas-suq intern, ir-Regolament Nru 1008/2008 ifittex li jiżgura li l-kompetizzjoni fil-kuntest ta’ OSP isseħħ fuq l-usa’ firxa possibbli u li kwalunkwe eċċezzjoni għal dan il-prinċipju tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv iġġustifikat tal-konnettività. Dan ir-reġim għandu t-tendenza wkoll li jippermetti l-iffrankar ta’ ammonti sostanzjali ta’ flus pubbliċi għall-Istat Membru jew għall-awtoritajiet lokali/reġjonali kkonċernati, filwaqt li tibqa’ tiġi żgurata konnettività adegwata.

71.

B’mod konkret, l-Artikolu 16(9) tar-Regolament jippermetti li l-aċċess għas-servizzi skedati fuq ir-rotta tal-OSP ikun limitat għal trasportatur wieħed biss tal-UE, iżda biss jekk l-ebda trasportatur ma jkun beda jew jista’ juri li jkun se jibda servizzi tal-ajru skedati sostenibbli fuq dik ir-rotta. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-wiri li t-trasportatur tal-ajru jkun se jibda servizzi sostenibbli li jikkorrispondu għall-OSP ikun ċar u kredibbli, li jfisser li t-trasportatur tal-ajru jkun irid jimpenja ruħu għall-forniment ta’ dawn is-servizzi għal ċertu perjodu speċifikat fil-kundizzjonijiet tal-OSP f’medda ta’ żmien ċara u limitata u jaċċetta l-possibbiltà li jiġu imposti penali fuqu jekk jonqos milli jonora dan l-impenn. Il-limitazzjoni tar-reġim tal-OSP għal trasportatur tal-ajru wieħed jaf tiġi jew ma tiġix ikkombinata ma’ kumpens finanzjarju, kif speċifikat fir-Regolament (53).

6.1.   L-obbligu ta’ offerta pubblika

72.

Id-dritt esklużiv għall-operazzjoni tar-rotta jrid jiġi offrut b’offerta pubblika skont il-proċeduri tar-Regolament Nru 1008/2008. It-trasparenza tal-offerta għal darb’oħra hija żgurata mill-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (54).

73.

Jekk qabel jew waqt il-proċedura tal-offerta, trasportatur tal-ajru jibda servizzi tal-ajru skedati skont l-OSP, jew juri li se jibda servizzi sostenibbli bħal dawn (55) (iżda mingħajr ma jirrekjedi dritt esklużiv jew kumpens), il-proċedura tal-offerta trid tiġi kkanċellata u l-aċċess għar-rotta jenħtieġ li jibqa’ miftuħ għall-kompetizzjoni (56). Id-data ta’ skadenza preċiża biex trasportatur tal-ajru jibda jew inkella jesprimi l-intenzjoni biex jibda l-operazzjonijiet m’għandhiex tkun aktar kmieni mid-data ta’ meta jiġi konkluż il-kuntratt mat-trasportatur tal-ajru. Din il-konklużjoni tal-kuntratt timplika obbligi konkreti reċiproċi tal-partijiet, li jikkostitwixxu l-“limitazzjoni ta’ aċċess” fis-sens tal-Artikolu 16(9) tar-Regolament. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jipposponu din id-data ta’ skadenza, pereżempju sa ma jibdew l-operazzjonijiet mit-trasportatur tal-ajru magħżul fl-offerta.

74.

F’każ li l-offerta tikkonċerna rotta li l-aċċess għaliha ġie diġà limitat għal trasportatur tal-ajru wieħed skont l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 17(4) tar-Regolament jipprovdi għal pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni sitt xhur qabel jibda l-perjodu tal-kuntratt il-ġdid. L-għan ewlieni ta’ dan l-avviż minn qabel huwa li jagħti lit-trasportaturi tal-ajru interessati li joperaw ir-rotta mingħajr kumpens l-opportunità li jantiċipaw, skont il-kriterji tal-Artikolu 16(9), limitazzjoni ġdida għal trasportatur tal-ajru wieħed magħżul skont l-Artikolu 16(9) sa (12) u l-Artikolu 17 tar-Regolament (ara l-punt preċedenti).

6.2.   Eliġibbiltà għall-preżentazzjoni tal-offerta

75.

Skont l-Artikolu 16(9) tar-Regolament, huma biss trasportaturi tal-ajru tal-UE, jew trasportaturi tal-ajru assimilati magħhom skont id-dritt tal-UE, li jistgħu jibbenefikaw minn dritt esklużiv li joperaw rotta tal-OSP. Għalhekk, dawk intitolati huma trasportaturi tal-ajru li għandhom liċenzja operattiva valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz li għalih japplika r-reġim stipulat fir-Regolament Nru 1008/2008 (eż in-Norveġja, l-Iżlanda) (57). F’dan li ġej, ser issir referenza għal “trasportaturi tal-ajru” jew għal “trasportaturi tal-ajru tal-UE” biss, għall-faċilità tal-preżentazzjoni.

76.

Ir-Regolament ma jimpedixxix lil grupp ta’ trasportaturi tal-ajru milli jippreżentaw offerta komuni, iżda fl-offerta tiegħu t-trasportatur tal-ajru tal-UE jeħtieġlu jiċċara l-identità (tal-konsorzju) tat-trasportatur(i) tal-ajru li kieku jopera(w) is-servizzi tal-OSP skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jikkontrollaw it-twettiq tar-rekwiżiti formali mit-trasportaturi tal-ajru kollha involuti. Filwaqt li s-sottokuntrattar mhuwiex ipprojbit fir-Regolament, huwa fil-prinċipju f’idejn l-Istat Membru li jispeċifika jekk dan jippermettix subkuntrattar jew le u taħt liema kundizzjonijiet, sakemm ir-Regolament u d-dritt tal-UE b’mod ġenerali jkunu rispettati. F’kull każ, is-sottokuntrattur ukoll irid ikun trasportatur tal-ajru tal-UE.

77.

OSP partikolari jista’ jiġi operat biss meta l-liċenzja operattiva u ċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (minn issa ‘l quddiem “AOC”) ikunu proporzjonati għar-rekwiżiti ta’ dak l-OSP. Aktar minn hekk, trasportatur tal-ajru bl-hekk imsejħa liċenzja B, irregolata mill-Artikolu 5(3) tar-Regolament, ma jistax jopera ajruplani oħra għajr tat-tip kopert minn tali liċenzja (u kopert mill-AOC mogħti lilu). Dawn ir-rekwiżiti japplikaw għat-trasportatur(i) tal-ajru li se joperaw is-servizzi tal-OSP.

6.3.   Kriterji tal-Għażla

78.

L-għażla minn fost l-offerti għandha ssir kemm jista’ jkun malajr filwaqt li jitqiesu l-adegwatezza tas-servizz, inklużi l-prezzijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu kkwotati lill-utenti, u l-ispiża tal-kumpens meħtieġ mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i), jekk ikun hemm (58). L-Istati Membri huma fil-prinċipju ħielsa li jiddeteminaw kif iwieżnu l-kriterji tal-għażla tar-rebbieħ, pereżempju jistgħu jattribwixxu 70 % għal-livell tal-kumpens u 30 % għall-kwalità (59). Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, normalment ma jkun hemm xejn li jżommhom milli jistipulaw limitu massimu għall-ammont totali tal-kumpens li għandu jitħallas. Huwa partikolarment importanti madankollu li dawn il-kriterji jkunu stabbiliti minn qabel fid-dokumenti tas-sejħa għal offerti, b’mod ċar, oġġettiv u trasparenti.

6.4.   Il-konsegwenzi tal-għoti tad-dritt esklużiv għall-operazzjoni tar-rotta

79.

Matul il-perjodu ta’ esklużività, l-aċċess għar-rotta kkonċernata se jiġi rrifjutat lil kwalunkwe trasportatur tal-ajru barra t-trasportatur tal-ajru magħżul mill-proċedura ta’ offerti. Id-dritt esklużiv għall-operazzjoni tar-rotta ma jistax ikun għal aktar minn erba’ snin; madankollu, dan il-perjodu jista’ jkun sa ħames snin jekk l-OSP jiġi impost fuq rotta lejn ajruport li jaqdi reġjun ultraperiferiku, kif definit illum fl-Artikoli 349 u 355(1) TFUE (60). Jekk il-kuntratt oriġinali jiġi konkluż għal inqas mill-perjodu massimu ffissat fir-Regolament Nru 1008/2008 (jiġifieri 4 jew 5 snin) (61), allura l-kuntratt jista’ jiġġedded sal-massimu applikabbli, jekk din l-għażla tkun ġiet imsemmija b’mod ċar u trasparenti fid-dokumenti tal-offerta u fil-kuntratt. Jekk il-kuntratt huwa għall-perjodu massimu mill-bidu, allura trid tiġi organizzata offerta ġdida jekk l-Istat Membru jikkunsidra li għadhom jeżistu l-kundizzjonijiet li jiġġustifikawh, peress li skont l-Artikolu 16(9) tar-Regolament hemm bżonn li s-sitwazzjoni tiġi evalwata. F’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament, fil-każ li l-offerta tikkonċerna rotta li l-aċċess għaliha kien diġà ġie limitat għal trasportatur tal-ajru wieħed skont l-Artikolu 16(9) tar-Regolament, l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti tiġi pubblikata mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-konċessjoni l-ġdida sabiex tiġi vvalutata l-ħtieġa kontinwata tal-aċċess ristrett. L-ebda tiġdid lil hinn mill-perjodi massimi msemmija ma hu possibbli, peress li jrid isir rieżami regolari u dan ikun qed jagħlaq is-suq għal min jidħol ġdid għal perjodu twil iżżejjed.

80.

Ir-rekwiżit tal-proporzjonalità jimplika li jenħtieġ li d-dritt esklużiv jiġi limitat għal dawk is-servizzi kkonċernati mill-OSP. Pereżempju, jekk l-OSP jikkonċerna biss l-istaġun tax-xitwa, l-aċċess għar-rotta jeħtieġ li jkun liberu matul is-sajf. Jenħtieġ li l-OSP u l-istedina għall-offerti jsemmu b’mod ċar għal liema perjodi u għal liema servizzi japplikaw. Tabilħaqq, din l-informazzjoni hija kruċjali għat-trasportaturi tal-ajru li jwieġbu għall-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti peress li l-medda tad-dritt esklużiv normalment ikollha impatt konsiderevoli fuq il-kundizzjonijiet tal-offerta tagħhom.

81.

Jenħtieġ li r-restrizzjoni għal trasportatur tal-ajru wieħed ma twaqqafx lit-trasportatur tal-ajru milli jagħmel ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi ma’ trasportaturi tal-ajru oħra, soġġett għall-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni. Kif imsemmi hawn fuq (62), il-permess fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament għall-operar skont ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi jestendi wkoll għar-rotot tal-OSP, u r-Regolament lanqas ma fih xi esklużjoni meta l-aċċess għal din ir-rotta jkun limitat skont il-paragrafi 9 et seq. tal-Artikolu 16 tar-Regolament.

82.

Sakemm mhux iddikjarat mod ieħor fid-dokumenti tal-offerta, xejn fir-Regolament ma jżomm lit-trasportatur tal-ajru tal-UE milli jgawdi d-dritt esklużiv li jissottokuntratta parti mis-servizzi tal-ajru jew kollha kemm huma lil trasportatur tal-ajru ieħor fl-UE. Iżda r-responsabbiltà għat-twettiq tal-kuntratt tibqa’ tat-trasportatur tal-ajru magħżul permezz tal-proċedura tal-offerti.

83.

L-Artikolu 16(9) huwa eċċezzjoni għall-prinċipju, stabbilit fil-paragrafu 8 tiegħu, li kwalunkwe trasportatur tal-ajru jista’, fi kwalunkwe ħin, jibda jipprovdi servizzi kif definiti f’OSP. Jekk l-esklużività tkun ingħatat lil trasportatur tal-ajru wieħed b’manjiera definita skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, dan il-prinċipju ma jibqax japplika iżjed.

6.5.   Eżaminazzjoni mill-ġdid tal-OSP u tal-esklużività fi tmiem kull perjodu ta’ konċessjoni

84.

Kif deskritt qabel, jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw regolarment il-ħtieġa u l-adegwatezza tal-OSP. B’mod partikolari, fil-każ ta’ OSP ristretti (esklużivi), is-sitwazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-ġdid fi tmiem il-perjodu ta’ konċessjoni (63) u l-ħtieġa kontinwata tal-aċċess ristrett għandha tiġi vvalutata qabel il-bidu ta’ konċessjoni ġdida (64). Ġeneralment l-objettiv huwa li matul il-perjodu ta’ sitt xhur qabel il-bidu ta’ konċessjoni ġdida jiġi vvalutat jekk iċ-ċirkustanzi li taħthom kienet ħarġet l-offerta preċedenti inbidlux jew le. Tipikament, il-valutazzjoni tinkludi l-esperjenza tal-aħħar perjodu ta’ konċessjoni, speċjalment fir-rigward tad-domanda osservata, u jekk tistax tingħata provvista adegwata ta’ servizzi tal-ajru mingħajr esklużività u/jew b’OSP mibdul, inqas restrittiv, jew anki mingħajr OSP.

85.

Il-perjodu ta’ sitt xhur mhuwiex il-perjodu ta’ żmien massimu biex il-Kummissjoni tagħti l-awtorizzazzjoni għall-OSP maħsub. Ir-Regolament ma jipprovdix għal awtorizzazzjoni bħal din u dan il-perjodu huwa maħsub għal għanijiet oħrajn. B’mod partikolari, huwa meħtieġ biex jippermetti lil trasportaturi tal-ajru oħra jippreżentaw proposti biex joperaw fir-rotta tal-OSP mingħajr esklużività jew kumpens, f’liema każ dan jista’ juri li ma hemmx aktar bżonn ta’ aċċess ristrett. Jekk dan ma jseħħx, dan jista’ jkun indikazzjoni li għad hemm ħtieġa għal aċċess ristrett. F’kull każ, iridu jkunu l-Istati Membri li l-ewwel jagħmlu valutazzjoni tal-ħtieġa għal aċċess ristrett, soġġetta għal eżaminazzjoni mill-ġdid tal-Kummissjoni skont id-dritt tal-UE.

6.6.   Każ speċjali: raggruppament ta’ rotot fl-offerti

86.

Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-Istati Membri jipproċedu bl-offerti pubbliċi għal kull rotta individwali. Madankollu, ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri joħorġu offerta pubblika għal grupp ta’ rotot tal-OSP, iżda biss fejn dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta’ effiċjenza operazzjonali (65). Fil-prattika dan ifisser li tingħata esklużività lil trasportatur wieħed għal grupp ta’ rotot tal-OSP.

87.

Dan ir-raggruppament tar-rotot huwa permess partikolarment fejn bosta rotot bi traffiku b’densità baxxa jippreżentaw komplementarjetajiet operattivi importanti (eż. rotot lejn/f’arċipelagu iżolat jew f’żoni remoti u skarsament popolati).

88.

Ir-raġunijiet għal dan ir-raggruppament għandhom ikunu ta’ natura operattiva (eż. il-ħtieġa ta’ bażi operattiva f’żona remota). Ir-raggruppament ma jistax ikollu bħala l-għan prinċipali tiegħu li jnaqqas l-impatt baġitarju fuq l-Istat Membru. F’dan is-sens, ir-raggruppament ta’ rotot li jħallu qligħ u ta’ dawk li ma jħallux qligħ mingħajr fatturi operazzjonali komuni mhuwiex possibbli.

89.

Jenħtieġ li r-raggruppament tar-rotot għall-offerti, kif deskritt hawnhekk, ma jiġix konfuż mal-iggruppar tar-rotot meta jiġu imposti l-OSP. Kif spjegat fil-punt 28 iktar ‘il fuq, l-aċċess għal rotta partikolari ma jistax jiddependi fuq l-operazzjoni fuq rotot oħrajn. Bl-istess mod, jista’ jkun li ċerti rotot ma jkunux eliġibbli biex jingħaqdu fi grupp għall-offerti, u f’dan il-każ jistgħu madankollu jiġu koperti flimkien f’sejħa unika għall-offerti, jekk dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva (66).

7.   IL-PROĊEDURI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI GĦALL-OFFERTI PUBBLIĊI

90.

Rigward il-fażi ta’ qabel il-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(4) (67), ir-Regolament jipprevedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika t-test sħiħ tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti lill-Kummissjoni ħlief fejn, f’konformità mal-Artikolu 16(5), ikun avża dwar l-obbligu ta’ servizz pubbliku permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali tiegħu. F’dak il-każ, is-sejħa għall-offerti għandha tiġi pubblikata fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali wkoll (68). Fl-interess tal-immaniġġjar effiċjenti u rapidu, jenħtieġ li l-Istat Membru jikkomunika wkoll (fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE) lill-Kummissjoni (permezz ta’ ittra elettronika lill-kaxxa tal-ittri funzjonali msemmija qabel) (69) abbozz ta’ avviż ta’ informazzjoni li jikkonċerna l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti (f’format elettroniku, bl-użu ta’ waħda mis-sistemi ta’ pproċessar tas-soltu) li għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwi kollha tal-UE. Jenħtieġ li dan l-abbozz tal-avviż ta’ informazzjoni jkun fih l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament. Il-Kummissjoni ħejjiet mudelli li huma disponibbli fis-CIRCABC u fuq talba mingħand il-Kummissjoni. L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll biex jittrażmettu l-patti tal-kuntratt previst u kull dokument ieħor relatat mal-punti msemmija fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 1008/2008.

91.

Skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament Nru 1008/2008, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel disponibbli mingħajr dewmien u bla ħlas kwalunkwe informazzjoni u dokument rilevanti mitluba minn parti interessata fl-offerti pubbliċi. Għalkemm ma jeżisti l-ebda obbligu li d-dokumenti tas-sejħa għall-offerti jiġu pprovduti lill-partijiet interessati f’lingwi barra dawk tal-Istat Membru kkonċernat, dan jista’ jattira aktar offerenti potenzjali.

92.

Jenħtieġ li l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u l-kuntratt sussegwenti jkopru mill-inqas il-punti msemmija fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament. Il-format u l-kontenut preċiżi ta’ dawn id-dokumenti jiġu deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni m’għandhiex mudelli għalihom.

93.

L-Istat Membru jista’ joħroġ stedina waħda għall-preżentazzjoni tal-offerti li tkopri rotot differenti għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva (70). Dan jista’ jwassal għal bosta trasportaturi tal-ajru li joperaw ir-rotot differenti kkonċernati, peress li ma jfissirx li l-offerti jistgħu jsiru biss għar-rotot ikkonċernati kollha.

94.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti ma għandhiex tkun iqsar minn xahrejn wara l-jum tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni (71). Id-data tal-bidu tal-perjodu ta’ esklużività trid tissemma’ fis-sejħa għall-offerti. Din id-data normalment tikkorrispondi mad-data tal-bidu tal-kuntratt mat-trasportatur tal-ajru, iżda l-kuntratt jista’ wkoll jibda aktar tard. Il-kuntratt u l-operazzjonijiet li jsiru taħtu ma jistgħux jibdew qabel id-data tal-bidu ta’ esklussività li tkun ġiet indikata.

95.

Skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament, fil-każ li s-sejħa għall-offerti tikkonċerna rotta li l-aċċess għaliha diġà kien ġie limitat għal trasportatur tal-ajru wieħed, l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti tiġi ppubblikata mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-konċessjoni l-ġdida. Kif jirriżulta mid-dispożizzjoni, dan il-perjodu minimu huwa maħsub biex jiżgura li l-ħtieġa kontinwa tal-aċċess ristrett tiġi vvalutata kif xieraq (72). Huwa possibbli wkoll li jiġi ppubblikat avviż ta’ informazzjoni biex iħabbar il-ftuħ mill-ġdid tar-rotta meta jintemm kuntratt ma’ trasportatur esklużiv u r-rotta terġa’ ssir rotta miftuħa tal-OSP. Madankollu, stedina ġdida għall-preżentazzjoni tal-offerti skont ir-Regolament tagħmilha possibbli wkoll li t-trasportaturi tal-ajru jiġu informati u jħabbru li huma lesti li joperaw mingħajr esklużività u kumpens.

96.

L-Istat Membru jrid jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar ir-riżultati tal-offerti pubbliċi (73). Għalissa m’hemm l-ebda mudell disponibbli għal dan l-għan. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru biex jikkomunika, fi żmien xahar, id-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-għażla ta’ trasportatur tal-ajru għall-OSP (74).

8.   KUMPENS U RELAZZJONI MAR-REGOLI TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

8.1.   Il-possibbiltà u l-ammont tal-kumpens

97.

Il-proċedura tal-offerti għandha l-għan li tagħti d-dritt esklużiv għall-operazzjoni tar-rotta tal-OSP lil trasportatur tal-ajru wieħed. Skont l-Artikolu 17(8) tar-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jikkumpensa lit-trasportatur tal-ajru magħżul mis-sejħa għall-offerti, talli jissodisfa l-istandards mitluba mill-OSP. Anki meta trasportatur tal-ajru joffri li jopera r-rotta mingħajr kumpens, id-dritt esklużiv jista’ jingħata biss minn offerta pubblika (75).

98.

Il-kumpens ma jistax jisboq l-ammont meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż netti mġarrba fl-eżekuzzjoni ta’ kull PSO, filwaqt li jitqies id-dħul relatat miegħu miżmum mit-trasportatur tal-ajru u profitt raġonevoli (76). It-terminu “profitt raġonevoli” ma ġiex iddefinit fir-Regolament Nru 1008/2008. Fil-kuntest tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, dan it-terminu huwa ddefinit fl-Artikolu 5(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (77) (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ”) bħala r-rata ta’ redditu fuq il-kapital li tkun meħtieġa minn intrapriża tipika li tkun qed tikkunsidra jekk tipprovdix is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għall-perjodu kollu tal-inkarigu, filwaqt li jitqies il-livell tar-riskju. Skont l-Artikolu 5(7) ta’ dik id-Deċiżjoni, “(f)ejn il-forniment tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ma jkunx marbut ma’ riskju kummerċjali jew kuntrattwali sostanzjali, b’mod partikolari meta l-ispiża netta involuta sabiex jiġi provdut is-servizz ta’ interess ġenerali ekonomiku hija essenzjalment ikkumpensata ex post bi sħiħ, il-profitt raġonevoli ma jistax jaqbeż ir-rata rilevanti ta’ tpartit flimkien ma’ primjum ta’ 100 punt bażi.” (78) Jidher li jkun raġonevoli li dawn il-prinċipji jiġu applikati b’analoġija fil-kuntest tal-OSP tat-trasport bl-ajru li jsemmi r-Regolament. Jekk il-profitt jisboq il-livell raġonevoli, il-kumpens jista’ jqajjem ukoll kwistjonijiet dwar il-konformità tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat.

99.

Jenħtieġ li l-ammont tal-kumpens imħallas lit-trasportatur tal-ajru jiġi kkalkolat abbażi tal-ispejjeż u d-dħul effettivi u attwali mill-operar tar-rotta kif irreġistrati mit-trasportatur tal-ajru. Biex dawn ikunu trasparenti u verifikabbli, it-trasportatur tal-ajru jrid iżomm sistema kontabilistika dettaljata biżżejjed li tippermetti l-kalkolu tal-ispejjeż u tad-dħul li jikkorrispondu għal din ir-rotta tal-OSP speċifika. F’kull każ, il-kumpens huwa llimitat għall-ammont muri fl-offerta tat-trasportatur tal-ajru.

8.2.   Relazzjoni mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

100.

L-ewwel, irid jitfakkar li l-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat isseħħ indipendentement mill-valutazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1008/2008. Madankollu, jekk ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1008/2008 ma jiġux issodisfati, pereżempju fir-rigward tad-definizzjoni tal-OSP, u fejn kumpens finanzjarju jkun parti minn dan l-OSP, ir-rekwiżiti tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat ma jistgħux jiġu ssodisfati lanqas. Filwaqt li s-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati jaħdmu mill-qrib flimkien fil-valutazzjoni tal-iskemi tal-OSP, huwa importanti li jiġi enfasizzat li n-notifiki tal-għajnuna mill-Istat, fejn dawn ikunu meħtieġa (79), ikunu separati min-notifika tal-iskema tal-OSP lill-Kummissjoni; fil-livell amministrattiv, din tal-aħħar hija ttrattata mid-DĠ MOVE filwaqt li kull notifika meħtieġa tal-għajnuna mill-Istat hija indirizzata mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni (magħruf bħala d-“DĠ COMP”). Iż-żewġ settijiet ta’ regoli u ta’ proċeduri jeħtieġ li jiġu rrispettati, u lmenti lill-Kummissjoni huma possibbli skont it-tnejn li huma.

8.2.1.   Sussidji pubbliċi mogħtija bħala kumpens għal obbligi ta’ servizz pubbliku

101.

Ir-Regolament japplika bl-istess mod kemm jekk il-kumpens jingħata kif ukoll jekk ma jingħatax. Madankollu, meta jingħata kumpens għall-OSP, dan irid jsir skont ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat (l-Artikoli 107–109 TFUE) kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, u b’konformità mar-regoli li jinsabu fl-istrumenti tal-Kummissjoni li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat għall-forniment ta’ Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SIEĠ). Dawn l-istrumenti tal-Kummissjoni huma:

(a)

Komunikazzjoni (80) li tiċċara l-kunċetti ewlenin li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens għal servizz pubbliku, kif ukoll il-kundizzjonijiet (l-hekk imsejħa “kriterji Altmark (81)”; ara l-punt li ġej) li taħthom il-kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat;

(b)

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 dwar l-għajnuna “de minimis” għall-forniment ta’ SIEĠ (minn hawn ‘il quddiem: “ir-Regolament Nru 360/2012”) (82) li jipprevedi li kumpens għal servizz pubbliku f’ammont li ma jaqbiżx il-EUR 500 000 matul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali ma jitqiesx li jikkostitwixxi għajnuna, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament;

(c)

id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jkopri kumpens għal OSP li jingħata lit-trasportaturi tal-ajru fir-rigward ta’ links tal-ajru ma’ gżejjer fejn it-traffiku annwali medju ma jaqbiżx it-300 000 passiġġier u li jikkonforma mar-Regolament Nru 1008/2008;

(d)

Komunikazzjoni dwar il-Qafas għall-Għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi (83) (minn hawn ‘il quddiem “il-Qafas tas-SIEĠ”) li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom il-kumpens soġġett għar-rekwiżit ta’ notifika (84) jista’ jiġi ddikjarat mill-Kummissjoni bħala kompatibbli mal-Artikolu 106(2) TFUE;

(e)

Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u s-suq intern għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, u b’mod partikolari għas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (85), tipprovdi gwida ulterjuri dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar is-SIEĠ.

8.2.2.   Il-kriterji Altmark

102.

Fis-sentenza tagħha fil-kawża Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH (Altmark), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE dment li jiġu ssodisfati erba’ kriterji kumulattivi:

(1)

l-impriża benefiċjarja trid fil-fatt tkun ingħatat l-inkarigu li teżegwixxi OSP, u dawk l-OSP jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar;

(2)

il-parametri li fuq il-bażi tagħhom irid jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti bil-quddiem b’mod oġġettiv u trasparenti;

(3)

il-kumpens ma jistax jeċċedi dak li hu meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha li jsiru fit-twettiq tal-OSP, jew parti minnhom, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u profitt raġonevoli;

(4)

fejn l-impriża li jkollha teżegwixxi l-OSP, f’każ speċifiku, ma tintgħażilx wara proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti li tkun tippermetti l-għażla tal-offerent li kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell ta’ kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li ġġarrab impriża tipika, ġestita tajjeb u pprovduta b’mod adegwat b’mezzi tat-trasport.

103.

Meta jkunu ssodisfati dawn l-erba’ kriterji, kumpens għal OSP ma jkunx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u notifika ta’ għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni mhijiex meħtieġa f’dan il-każ (madankollu, kif imsemmi qabel, ir-rekwiżiti ta’ notifika u ta’ pubblikazzjoni tar-Regolament Nru 1008/2008 jibqgħu applikabbli) (86). Huma primarjament l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati li għandhom jivvalutaw jekk dawn l-erba’ kriterji humiex sodisfatti minn kwalunkwe kumpens mogħti skont l-Artikolu 17(8) tar-Regolament Nru 1008/2008.

104.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1008/2008 ġew immudellati fuq il-kriterji msemmija iktar ‘il fuq: l-Artikolu 17(3)(a) ikopri l-ewwel kriterju Altmark, l-Artikolu 17(3)(e) it-tieni, l-Artikolu 17(8) it-tielet u, fir-rigward tar-raba’ kriterju Altmark, l-Artikolu 16(10) jipprovdi għall-użu ta’ proċedura tal-offerti. Filwaqt li l-Artikolu 16(10) ma jikkwalifikax iktar il-proċedura tal-offerti, skont is-sentenza Altmark, jenħtieġ li l-proċedura magħżula twassal għall-provvista tas-servizz bl-inqas spiża għall-komunità. Għalhekk, meta jiġi applikat ir-raba’ kriterju Altmark, jekk ikun hemm offerta waħda biss sottomessa fil-proċedura tal-offerti, normalment ma jistax jiġi preżunt li dan il-kriterju ġie ssodisfat, sakemm (i) ikun hemm salvagwardji partikolarment b’saħħithom fid-disinn tal-proċedura li jiżguraw il-provvista tas-servizz bl-inqas spiża għall-komunità jew (ii) l-Istat Membru kkonċernat jivverifika permezz ta’ mezzi addizzjonali li l-eżitu jikkorrispondi għall-inqas spiża għall-komunità. Dan ifisser li jekk tinżamm konformità mal-kundizzjonijiet tar-Regolament Nru 1008/2008 (fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet mogħtija iktar ‘il fuq), fil-prinċipju jista’ jiġi kkunsidrat li ma hemmx għajnuna mill-Istat.

105.

Fil-każ li ma jkunx jista’ jiġi eskluż li, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Altmark, jista’ jkun hemm għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiżgura b’mod ieħor li tinżamm konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Każ bħal dan jista’ jirriżulta meta, pereżempju, fil-kondizzjonijiet ta’ emerġenza tal-Artikolu 16(12) tar-Regolament, it-trasportatur tal-ajru jintgħażel mingħajr proċedura tal-offerti miftuħa, bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u t-trasportatur tal-ajru. F’każijiet bħal dawn jenħtieġ li l-Istat Membru jivverifika jekk l-ammont tal-kumpens ma jimplikax l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-kriterji Altmark jew tar-Regolament Nru 360/2012. Huwa wkoll possibbli li l-għajnuna hija kompatibbli skont id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ, f’liema każ l-ebda notifika ma hija meħtieġa, jew hu meħtieġ li din tiġi nnotifikata, iżda tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 106(2) TFUE jekk il-kundizzjonijiet tal-Qafas tas-SIEĠ ikunu ssodisfati.

9.   IL-PROĊEDURA TA’ EMERĠENZA

106.

Matul konċessjoni esklussiva, it-trasportatur tal-ajru tal-UE li kien magħżul permezz tal-offerta pubblika jista’ jiġi mġiegħel li jtemm il-provvista tas-servizzi fi żmien qasir, pereżempju minħabba insolvenza finanzjarja. F’dawn iċ-ċirkostanzi, fejn meħtieġ, l-Artikolu 16(12) tar-Regolament jippermetti proċedura ta’ emerġenza sabiex tiġi evitata interruzzjoni tas-servizzi tal-ajru kkonċernati. Il-proċedura tapplika biss għall-interruzzjoni għal għarrieda u mhux mistennija ta’ servizzi tal-ajru fuq rotta OSP fejn is-servizzi diġà kienu qed jitwettqu minn trasportatur tal-ajru magħżul permezz ta’ offerti pubbliċi. Din ma tapplikax meta l-proċeduri nazzjonali għall-modifika tal-OSP jew għat-tiġdid tal-offerti jkunu ħadu żmien twil mhux mistenni (87).

107.

Il-proċedura ta’ emerġenza ma tistax tiġi applikata inter alia fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

linja tal-ajru kienet qed topera r-rotta mingħajr esklużività (OSP miftuħ);

l-interruzzjoni tas-servizzi tal-ajru hija kkawżata minn tmiem il-kuntratt (peress li din l-interruzzjoni tas-servizzi hija prevedibbli u għalhekk mhux għal għarrieda). Avviż ta’ sejħa ġdida għall-offerti kellu jiġi ppubblikat mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta’ konċessjoni l-ġdid;

l-interruzzjoni tas-servizzi tal-ajru sseħħ wara avviż bil-quddiem ta’ mill-inqas sitt xhur mogħti mit-trasportatur tal-ajru operazzjonali (l-interruzzjoni tas-servizzi mhijiex għal għarrieda jew imprevedibbli u hemm biżżejjed żmien biex titnieda offerta ġdida mingħajr il-proċedura ta’ emerġenza) (88).

108.

Fil-każ ta’ interruzzjoni għal għarrieda tas-servizz mit-trasportatur tal-ajru magħżul skont il-proċedura tal-offerti msemmija qabel, l-Istat Membru jista’ jagħżel trasportatur tal-ajru differenti tal-UE biex jopera l-OSP għal perjodu ta’ mhux aktar minn seba’ xhur jekk l-ammont tal-kumpens jibqa’ konformi mal-Artikolu 17(8) tar-Regolament (89) u jekk l-għażla tat-trasportatur tal-ajru l-ġdid issir fost it-trasportaturi tal-ajru tal-UE f’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni. Stedina ġdida għall-preżentazzjoni tal-offerti għal perjodu ta’ kuntratt regolari għandha titnieda minnufih ukoll, li hija implikata wkoll mill-interazzjoni tal-limiti ta’ żmien spjegati immedjatament hawn taħt.

109.

Il-perjodu ta’ seba’ xhur għandu jingħadd mill-bidu tal-operazzjonijiet tat-trasportatur tal-ajru li jkun għadu kemm intgħażel. Ma jistax jiġi mġedded. Fil-fatt, peress li l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti timmira għat-tiġdid ta’ dritt esklużiv li diġà jeżisti, l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti trid titnieda mill-inqas sitt xhur bil-quddiem skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament.

110.

Jenħtieġ li jiġu rrispettati l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni għall-għażla tat-trasportatur tal-ajru, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari. Tabilħaqq, il-proċedura ta’ emerġenza tapplika meta ma jkunx hemm biżżejjed żmien għad-dispożizzjoni biex titnieda offerta formali minħabba li jkun hemm bżonn li jinstab trasportatur ġdid malajr. Xorta jenħtieġ li l-awtoritajiet jikkuntattjaw mill-iktar fis lil diversi trasportaturi tal-ajru li x’aktarx ikunu interessati biex itiru fuq ir-rotta kkonċernata. Tipikament dawn jistgħu jkunu trasportaturi tal-ajru li diġà jkunu attivi fir-reġjun u/jew li jkunu ħadu sehem fil-proċedura tal-offerti preċedenti.

111.

L-Istat Membru kkonċernat għandu mingħajr dewmien jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati dwar il-proċedura ta’ emerġenza u r-raġunijiet għaliha (90). Huwa rakkomandat li l-Istat Membru jinforma lill-Kummissjoni wkoll dwar kwalunkwe kuntatt ma’ trasportaturi tal-ajru oħra u dwar l-eżitu ta’ dawn il-kuntatti. Il-Kummissjoni tista’ tirranġa wkoll għall-pubblikazzjoni ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għalkemm din il-pubblikazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ tal-proċedura ta’ emerġenza.

112.

Fuq it-talba ta’ Stat Membru, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’, skont il-proċedura konsultattiva rilevanti, tissospendi l-proċedura ta’ emerġenza jekk wara l-valutazzjoni tagħha tqis li din ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti tal-proċedura ta’ emerġenza stipulati fir-Regolament jew tmur b’xi mod ieħor kontra d-dritt tal-UEEU (91).

10.   PROĊEDURI TA’ OFFERTI TAL-OSP U R-RELAZZJONI MAR-REGOLI TAL-AKKWIST

113.

Il-proċeduri fir-Regolament Nru 1008/2008 dejjem iridu jiġu applikati fl-organizzazzjoni tal-offerti għall-akkwist ta’ servizzi tal-ajru. Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tikkonkludi kuntratt ta’ servizz pubbliku, din trid tirrispetta r-regoli applikabbli dwar l-akkwisti. Fis-26 ta’ Frar 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE (92) (minn hawn ‘il quddiem “id-Direttiva 2014/24” u “id-Direttiva 2014/25”), li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-kuntratti pubbliċi għal servizzi.

114.

Fl-istess data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Direttiva ġdida 2014/23/UE dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizz (93) (minn hawn ‘il quddiem “id-Direttiva 2014/23”) u skont l-esperjenza tal-Kummissjoni, ħafna mill-kuntratti mogħtija bl-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1008/2008 jikkostitwixxu “konċessjonijiet ta’ servizzi” skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva l-ġdida. B’mod partikolari, permezz ta’ kuntratt ta’ dan it-tip, l-awtorità kompetenti tafda l-forniment tas-servizzi tal-ajru lil trasportatur tal-ajru wieħed għal ċertu perjodu ta’ żmien. It-trasportatur tal-ajru huwa obbligat jipprovdi s-servizz tat-trasport stipulat fil-kuntratt, normalment għal kumpens finanzjarju mingħand l-awtorità (94). Fil-prinċipju, it-trasportatur tal-ajru jġarrab ir-riskju operazzjonali (jekk dan ma jkunx il-każ, tali kuntratt jikkwalifika bħala kuntratt pubbliku skont it-tifsira tad-Direttivi 2014/24 u d-Direttiva 2014/25), li jinkludi wkoll ir-riskju relatat mad-domanda għas-servizzi tiegħu ta’ trasport, peress li normalment l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux garanzija fil-kuntratt li t-trasportatur tal-ajru se jkun jista’ jirkupra l-investimenti kollha li jkun għamel jew l-ispejjeż li jkun ġarrab fl-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali tiegħu (95). Il-kwalifikazzjoni bħala konċessjoni hija importanti peress li l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2014/23/UE dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jiddikjara b’mod espliċitu li din ma tapplikax għal konċessjonijiet għal servizzi tat-trasport bl-ajru bbażati fuq l-għoti ta’ liċenzja operattiva skont it-tifsira tar-Regolament Nru 1008/2008. Fil-każijiet rari li fihom l-arranġament jista’ jkun ikkwalifikat bħala kuntratt pubbliku ta’ servizz, li hu kopert bid-Direttiva 2014/24/UE jew bid-Direttiva 2014/25, skont kif ikun il-każ, id-Direttiva applikabbli fil-prinċipju tkun tapplika b’mod simultanju mar-Regolament Nru 1008/2008 li aktar tard, f’każ ta’ kunflitt, jieħu preċedenza bħala lex specialis.

11.   INVESTIGAZZJONI U SETGĦAT DEĊIŻJONALI TAL-KUMMISSJONI

115.

L-Istati Membri jridu jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw li kull deċiżjoni (inkluż deċiżjonijiet ta’ għoti) dwar OSP tkun tista’ tiġi eżaminata mill-ġdid b’mod effettiv u mill-iktar fis, fuq il-bażi ta’ ksur tad-dritt tal-UE jew tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dak id-dritt (96).

116.

Skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru biex jikkomunika, fi żmien xahrejn, dokument ta’ ġustifikazzjoni għall-OSP u l-konformità tiegħu mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 16, l-analiżi tal-ekonomija tar-reġjun, l-analiżi tal-proporzjonalità bejn l-obbligi previsti u l-għanijiet ta’ żvilupp ekonomiku u, finalment, analiżi tas-servizzi tal-ajru eżistenti, jekk ikun hemm, u tal-mezzi l-oħra tat-trasport disponibbli li jistgħu jitqiesu bħala sostituti għall-impożizzjoni maħsuba. Id-dritt li tirċievi d-dokumenti u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 18(1)(a)-(d) jippermetti lill-Kummissjoni li tkun informata dwar l-OSP u dwar il-ġustifikazzjoni tiegħu. Dawn id-dokumenti pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat jistgħu jiċċaraw ukoll l-isfond tal-OSP u l-adegwatezza tiegħu skont ir-Regolament.

117.

Il-Kummissjoni għandha tniedi investigazzjoni fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament.

118.

Skont l-Artikolu 18(2), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni (97), abbażi tal-fatturi rilevanti kollha, dwar jekk l-Artikoli 16 u 17 għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tar-rotta kkonċernata. L-għan huwa li tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tar-regoli rilevanti kemm għall-impożizzjoni tal-OSP bħala tali kif ukoll għal-limitazzjoni tal-aċċess skont l-Artikolu 16(9) u l-ammont ta’ kull kumpens mogħti.


(1)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(2)  COM(2015) 598 final tas-7.12.2015.

(3)  InterVISTAS, 2015, Economic Impact of European Airports – A Critical Catalyst to Economic Growth; PwC, 2013, Econometric analysis to develop evidence on the links between aviation and the economy; IATA, 2007, Aviation Economic Benefits — Measuring the economic rate of return on investment in the aviation industry.

(4)  Barra minn hekk, Stati Membri oħrajn urew interess fl-impożizzjoni ta’ OSP. Pereżempju, il-Ġermanja kellha tliet OSP fil-passat. L-Ungerija kienet viċin li timponi obbligu ta’ servizz pubbliku. Madankollu, it-trasportatur tal-ajru ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jibda jopera fuq ir-rotta kkonċernata eżatt qabel. Is-Slovenja wkoll staqsiet lill-Kummissjoni dwar l-OSP. Il-Latvja u Malta għandhom rappreżentanti fil-grupp ta’ interess tal-OSP fis-CIRCABC (Ċentru ta’ Riżorsi ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għall-Amministraturi, Negozji u Ċittadini. L-aċċess għall-grupp ta’ interess jingħata lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti). Link għas-sit https://circabc.europa.eu.

(5)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2013) 208 final, tas-6.6.2013, it-taqsima 5.1.1.3. http://ec.europa.eu/transport/modes/air/internal_market/fitness_check_en.htm

(6)  Il-Kumitat Konsultattiv dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għall-operaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji.

(7)  http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3118&Lang=MT

(8)  Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kemm sostantivi kif ukoll proċedurali, jibqgħu applikabbli għar-rotot tal-OSP. Skont ir-Regolament, il-proċedura tal-OSP ma tissostitwixxix il-proċedura tal-għajnuna mill-Istat.

(9)  Il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni fi kwalunkwe ħin qabel jew wara l-pubblikazzjoni, jew minħabba talba mingħand Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess (eż. wara lment).

(10)  Kif indikat fil-kwestjonarju, ir-regoli li jikkonċernaw l-avviżi dwar l-għajnuna mill-istat huma applikati kompletament għall-kumpens imħallas skont l-OSP. Ikun x’ikun il-każ, jenħtieġ li l-avviż dwar l-għajnuna mill-istat isir ladarba l-ammont tal-kumpens ikun magħruf, jiġifieri ffissat fid-deċiżjoni tal-għotja u/jew fil-kuntratt. L-Istati Membri għandhom ukoll il-possibbiltà li jinnotifikaw minn qabel lill-Kummissjoni dwar il-kumpens tal-OSP. Il-prenotifika hija stadju informali utli qabel ma ssir notifika li fih is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jagħtu feedback informali u gwida lill-Istat Membru. Huwa f’idejn l-Istat Membru li jistaqsi lill-Kummissjoni għal gwida ex ante jekk jikkunsidrax li dan huwa neċessarju.

(11)  Kif definit fl-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1008/2008.

(12)  Ara l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(13)  L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(14)  L-Artikolu 2(15): “Bejgħ ta’ postijiet biss tfisser il-bejgħ ta’ postijiet, mingħajr xi servizz ieħor marbut miegħu, bħal ma hi l-akkomodazzjoni, direttament lill-pubbliku mit-trasportatur tal-ajru jew mill-aġent awtorizzat tiegħu jew minn charterer”.

(15)  L-Artikolu 16(7) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(16)  L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(17)  Pereżempju, reġjuni li jkunu għadhom lura fil-kuntest tal-politika reġjonali tal-UE (fejn il-PDG għal kull abitant huwa inqas mill-75 % tal-medja tal-UE) normalment jissodisfaw din il-kundizzjoni. Peress li anki s-sitwazzjonijiet rispettivi tar-reġjuni tal-istess Stat Membru jistgħu jkunu differenti f’livell importanti, il-kwalifikazzjoni bħala reġjun fil-fażi tal-iżvilupp tista’ tirriżulta wkoll minn paragun mal-PDG nazzjonali jew mal-livell tal-qgħad tal-Istat Membru kkonċernat.

(18)  Madankollu dan ma jfissirx li kwalunkwe rotta bi traffiku ta’ inqas minn 100 000 passiġġier fis-sena bilfors tkun rotta b’densità baxxa. B’mod ġenerali, aktar ma jkun għoli l-għadd tal-passiġġieri fuq rotta partikolari, aktar ikun diffiċli li jsir l-argument li din ir-rotta tkun eliġibbli għal OSP, jiġifieri li mingħajr OSP l-ebda trasportatur ma jassumi ċerti standards kif riferit fl-Artikolu 16(1) unikament fuq il-bażi tal-interess kummerċjali tiegħu.

(19)  Ara b’mod partikolari l-Artikoli 1(1) u 15(1) tar-Regolament Nru 1008/2008. Madankollu, ir-Regolament ma jżommx lill-Istati Membri milli jagħmlu arranġamenti simili ma’ pajjiżi terzi bbażati fuq ftehim bilaterali jew multilaterali, soġġetti għal-liġi tal-UE applikabbli dwar il-kompetizzjoni. Pereżempju, Stat Membru kkonkluda Memoranda ta’ Qbil ma’ pajjiżi terzi biex ikunu jistgħu jsiru titjiriet bejn iż-żewġ territorji f’kundizzjonijiet simili għal dawk tar-rotot tal-OSP fl-UE. Is-sejħa għall-offerti saret skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi.

(20)  Dan ifisser li l-kompetituri jistgħu jidħlu f’rotot oħrajn. F’dan il-każ, jekk is-servizzi tal-ajru f’kompetizzjoni jikkorrispondu għar-rekwiżiti tal-OSP, jenħtieġ li l-OSP jiġi revokat. Jekk is-servizzi tal-ajru f’kompetizzjoni jwettqu dawn ir-rekwiżiti parzjalment biss, jenħtieġ li dawn tal-aħħar jiġu aġġustati. Pereżempju, fl-2014 ir-Renju Unit impona OSP għal sitt rotot (Dundee – sitt ajruporti f’Londra). L-offerta rebbieħa kienet għar-rotta Dundee-London Stansted u, bħala konsegwenza, il-ħames OSP l-oħrajn tħassru.

(21)  Jenħtieġ li l-possibbiltà ta’ waqfiet tiġi indikata fl-ispeċifikazzjonijiet tal-OSP u tal-offerta.

(22)  L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1008/2008. “L-ajruport” hawnhekk jirreferi għall-ajruport li jaqdi reġjun periferali jew fil-fażi tal-iżvilupp fit-territorju tal-Istat Membru.

(23)  Dan ifisser li l-ħolqien tal-hekk imsejħa “OSP hub” li jkopru r-rotot kollha jew kważi kollha minn ajruport partikolari mhuwiex konformi mar-Regolament Nru 1008/2008.

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).

(25)  Dan ifisser li Stat Membru jista’ jirriserva slots biss fit-territorju tiegħu mhux fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor fil-każ ta’ OSP bejn żewġ Stati Membri.

(26)  L-Artikolu 16(3) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(27)  L-Artikolu 16(3)(a) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(28)  “L-ajruport” hawnhekk jirreferi għall-ajruport li jaqdi reġjun periferali jew fil-fażi tal-iżvilupp fit-territorju tal-Istat Membru.

(29)  L-Artikolu 16(3)(b) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(30)  L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, jistabbilixxi l-kategoriji li ġejjin għat-tul tat-titjira: sa 1 500 km, 1 500–3 500 km u titjiriet oħra (aktar minn 3 500 km). Dawn id-distanzi jintużaw ta’ spiss biex jiddefinixxu titjiriet fuq distanzi qosra, medji u twal.

(31)  L-Artikolu 16(3)(b) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(32)  L-Artikolu 16(3)(c) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(33)  L-Artikolu 16(3)(d) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(34)  L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(35)  L-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(36)  Kapaċità minima ta’ kuljum tista’ tinkiseb ukoll billi jsiru aktar titjiriet b’inġenji tal-ajru iżgħar.

(37)  Per eżempju, tariffi preferenzjali għal persuni li twieldu iżda li ma għadhomx jgħixu f’ċertu reġjun jidhru sproporzjonati.

(38)  L-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(39)  L-obbligu tal-kontinwità jista’ jiġi assoċjat ma’ penali, iżda anki din jentħieġ li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u penali għolja wisq tista’ tkun ta’ deterrent biex jinbdew l-operazzjonijiet.

(40)  L-Artikolu 16(9) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(41)  L-Artikolu 16(6) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(42)  Dan hu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jgħid li kwalunkwe OSP irid ikun neċessarju fid-dawl tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1008/2008. Filwaqt li livell ogħla ta’ servizz fornit jista’ xi drabi iqajjem dubji dwar din in-neċessità, ġudizzju fuq din il-kwistjoni jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ. B’mod partikolari, fejn iż-żieda, meta mqabbla mal-OSP impost, tal-livell tas-servizz timmaterjalizza għal fażijiet qosra biss jew tkun xort’oħra mhux sistematika, tista’ ma tkunx indikatur deċiżiv.

(43)  L-Artikolu 16(8) tar-Regolament Nru 1008/2008. Dan jappika wkoll b’mod ċar għat-trasportaturi li kienu operaw ir-rotta qabel.

(44)  C(2007) 1712 finali, tat-23.4.2007. Id-deċiżjoni tikkonċerna skema implimentata skont ir-Regolament Nru 2408/92, li ġie qabel ir-Regolament 1008/2008.

(45)  L-Artikolu 16(11) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(46)  L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(47)  Kif ukoll lill-Istati Membri kkonċernati l-oħrajn, lill-ajruporti kkonċernati u lit-trasportaturi tal-ajru li joperaw ir-rotta inkwistjoni.

(48)  Id-DĠ MOVE jirrekjedi l-pubblikazzjoni permezz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jikkuntattjawx direttament lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE.

(49)  L-abbozz tal-avviż ta’ informazzjoni jista’ jkopri l-OSP imposti fuq bosta rotot.

(50)  http://ec.europa.eu/transport/modes/air/internal_market/pso_en.htm

(51)  L-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 1008/2008. Għal rotot b’aktar minn 10 000 passiġġier, in-notifika trid tiġi ppubblikata mill-anqas f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iżda l-Istati Membri xorta jistgħu jużaw il-Ġurnali Uffiċjali nazzjonali tagħhom stess biex jattiraw pubbliċità massima għall-offerta tagħhom.

(52)  L-Artikolu 16(6) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(53)  L-Artikolu 17(8) tar-Regolament Nru 1008/2008. Ara wkoll il-kapitlu 8 hawn taħt. Fil-prattika, l-OSP ristretti kollha fl-UE għadhom joperaw b’kumpens finanzjarju sal-ġurnata tal-lum.

(54)  L-Artikolu 17(4) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(55)  Ara l-Artikolu 16(9) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(56)  Ara wkoll il-punt 71 hawn fuq.

(57)  Ara l-Artikolu 2(11) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(58)  L-Artikolu 17(7) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(59)  L-aspetti tal-kwalità meħudin f’kunsiderazzjoni jistgħu jinkludu l-esperjenza fl-operat tal-OSP; il-manutenzjoni tal-ajruplani u l-arranġamenti ta’ riżerva; l-idoneità tal-iskedi u t-tul tal-waqfa fid-destinazzjoni matul vjaġġ binhar; l-għażliet interlining offruti; it-tariffi medji offruti; l-operazzjoni ta’ bejgħ u reklamar; il-promozzjoni tas-servizzi u r-robustezza finanzjarja tat-trasportatur. Pereżempju, ir-reklamar ta’ rotta jista’ jkun importanti ħafna biex jiġu żgurati s-suċċess inizjali ta’ rotta u l-vijabilità fit-tul biex tiġi żviluppata rotta bl-għan eventwali li jitnaqqsu u finalmet jiġu eliminati s-sussidji.

(60)  L-Artikolu 16(9) tar-Regolament Nru 1008/2008 – ir-reġjuni kkonċernati huma l-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion, Saint Martin, l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Canary.

(61)  L-Artikolu 17(9) tar-Regolament Nru 1008/2008

(62)  Punt 59.

(63)  L-Artikolu 16(9) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(64)  L-Artikolu 17(4) tar-Regolament Nru 1008/2008. Il-bidu ta’ konċessjoni ġdida huwa fl-aktar data bikrija wara d-data li fiha tiskadi l-konċessjoni eżistenti, iżda jista’ jkun f’data aktar tard ukoll.

(65)  L-Artikolu 16(10) tar-Regolament Nru 1008/2008. Eżempji ta’ rotot fi gruppi fil-fażi tal-offerta jinkludu 14-il rotta tal-OSP fl-arċipelagu tal-Azores, 4 rotot tal-OSP fil-Gżejjer Shetland, 6 rotot tal-OSP fil-Gżejjer Orkney, 4 OSP fil-Gżejjer Canary u 4 rotot tal-OSP li jgħaqqdu l-gżejjer Taljani ta’ Lampedusa u Pantellerija ma’ 3 ibliet fi Sqallija.

(66)  L-Artikolu 16(10) tar-Regolament Nru 1008/2008. Ara l-paragrafu 94 hawn taħt.

(67)  Ara wkoll il-punt 72 hawn fuq.

(68)  L-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(69)  Id-DĠ MOVE jirrekjedi l-pubblikazzjoni permezz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jikkuntattjawx direttament lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE. Barra minn hekk, dawn l-avviżi ta’ informazzjoni jiġu ppubblikati fuq is-sit web tad-DĠ MOVE, fil-bullettin tiegħu u fin-newsgroup dedikat tas-CIRCABC.

(70)  L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(71)  L-Artikolu 17(4) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(72)  L-Artikolu 17(4) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(73)  L-Artikolu 17(9) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(74)  L-Artikolu 17(10) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(75)  L-Artikolu 16(10) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(76)  L-Artikolu 17(8) tar-Regolament Nru 1008/2008.

(77)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(78)  http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/swap_rates_en.html

(79)  Jenħtieġ li jitfakkar li jekk jiġu rrispettati l-kriterji Altmark (ara n-nota 83 f’qiegħ il-paġna) jew id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ (ara n-nota 85 f’qiegħ il-paġna), tali notifika mhijiex meħtieġa.

(80)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għal kumpens mogħti għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).

(81)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH.

(82)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).

(83)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(84)  Dan ifisser li meta l-kumpens għal servizz pubbliku ma jissodisfax il-kriterji Altmark, dan mhuwiex kopert mir-regolament de minimis tas-SIEĠ u mhuwiex eżentat bħala kategorija skont id-Deċiżjoni.

(85)  SWD(2013) 53 final/2, disponibbli hawn:

http://ec.europa.eu/competition/state_aid/overview/new_guide_eu_rules_procurement_mt.pdf

(86)  Pereżempju, jenħtieġ li jiġi enfasizzat li l-ewwel kriterju Altmark, kif ukoll id-Deċiżjoni tas-SIEĠ u l-Qafas tas-SIEĠ ilkoll jeħtieġu l-eżistenza ta’ Servizz ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali “ġenwin”, li fil-kuntest tat-trasport tal-ajru jimplika li l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament Nru 1008/2008 iridu jiġu rrispettati.

(87)  Il-Kummissjoni nnutat użu aktar mifrux tal-proċeduri ta’ emerġenza u rikors għall-proċeduri nazzjonali ta’ għoti f’każijiet li fil-fatt jistgħu ma jikkwalifikawx bħala emerġenzi. Din hija tendenza li biħsiebha tissorvelja u tikkontrolla mill-qrib u tindirizzaha fejn meħtieġ.

(88)  L-Artikolu 17(4) tar-Regolament Nru 1008/2008 u l-punt 97 hawn fuq.

(89)  Bħal dejjem, għandu jkun hemm ukoll konformità mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

(90)  L-Artikolu 16(12), l-aħħar sottoparagrafu, l-ewwel sentenza, tar-Regolament Nru 1008/2008.

(91)  Ibidem, it-tieni sentenza.

(92)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65); Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(93)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1)

(94)  Ara wkoll il-Kawża C-205/99, Analir vs Administración General del Estado, ECLI:EU:C:2001:107, paragrafi 63 u 65.

(95)  Id-differenza fil-livell tar-riskju jkollha effett ukoll fuq id-definizzjoni ta’ profitt raġonevoli.

(96)  L-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1008/2008. L-Istati Membri jiddeċiedu jekk dan isirx minn korp amministrattiv jew mill-qorti.

(97)  L-applikazzjoni tal-proċedura konsultattiva rilevanti skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 1008/2008.


ANNESS I

Kwestjonarju żviluppat mid-DĠ KOMP u mid-DĠ MOVE għal notifika tal-OSP lill-Kummissjoni

Notifika tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) imposti abbażi tal-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008  (1)

* Jekk jogħġbok ehmeż din il-formola ma’ dawk li se jintbagħtu lid-DĠ MOVE għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.

* Il-formola għandha tintbagħat lil MOVE-PSO@ec.europa.eu

* Jenħtieġ li l-paġni 1 u 2 jintbagħtu flimkien man-notifika tal-impożizzjoni tal-OSP.

* Jenħtieġ li l-paġna 3 tintbagħat flimkien man-notifika tas-sejħa għall-offerti.

Informazzjoni dwar ir-reġjun

Reġjun moqdi mill-OSP (2)

 

Tip ta’ rotta

Dan huwa reġjun periferali jew reġjun ta’ żvilupp? Din hija rotta b’densità baxxa meqjusa vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun moqdi mill-ajruport?

 

Il-ġustifikazzjoni li tikkonċerna l-ħtiġijiet tar-reġjun (3)

 


Informazzjoni dwar ir-rotta/rotot

Minn meta ġie impost l-OSP fuq ir-rotta (4)?

 

Traffiku totali fuq ir-rotta matul l-aħħar sentejn (espress fin-numru ta’ passiġġieri)

 

 

Traffiku totali (5) fl-ajruporti moqdija matul l-aħħar sentejn

Ajruport ta’ destinazzjoni (li jaqdi r-reġjun ikkonċernat)

 

 

Ajruport tal-oriġini

 

 


Informazzjoni dwar servizzi bl-ajru alternattivi

Ajruporti alternattivi għall-ajruport ta’ destinazzjoni/tal-oriġini (6)

 

Deskrizzjoni tas-servizzi tal-ajru alternattivi (frekwenzi, skedi, waqfiet, staġjonalità)

 

Paragun tal-ħinijiet tal-ivvjaġġar bejn is-servizz tal-ajru kopert mill-OSP u s-servizzi alternattivi

 

Konklużjoni dwar l-assenza ta’ alternattiva valida għall-passiġġieri

 


Informazzjoni dwar modi alternattivi ta’ trasport

Mezzi oħrajn ta’ trasport disponibbli (jekk jogħġbok immarka)

Marittimi?

 

Ferrovija?

 

Triq?

 

Deskrizzjoni tas-servizzi offruti minn modi tat-trasport alternattivi (frekwenzi, skedi, waqfiet, staġjonalità)

 

Paragun tal-ħinijiet tal-ivvjaġġar bejn is-servizz tal-ajru kopert mill-OSP u s-servizzi alternattivi

 

Konklużjoni dwar l-assenza ta’ alternattiva valida għall-passiġġieri

 


Informazzjoni dwar l-OSP

Preżentazzjoni qasira tal-OSP f’termini ta’ tariffi, ta’ skedi, ta’ frekwenzi u ta’ kapaċità.

 

Kif ġew stabbiliti dawn l-aspetti tas-servizz?

 


Informazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti

Speċifika jekk is-sejħa għall-offerti tikkonċernax bosta rotot għal raġunijiet ta’ effiċjenza operattiva

 

Speċifika jekk is-sejħa għall-offerti għandhiex l-għan li toffri esklużività mingħajr kumpens finanzjarju. Jekk le, jekk jogħġbok spjega għaliex din l-għażla mhix adattata.

 

Speċifika jekk kienx offrut kumpens finanzjarju u l-ammont

 

Speċifika kif ġie kkalkolat il-kumpens offrut permezz tas-sejħa għall-offerti u permezz tal-patti tar-referenza.

 

Informazzjoni li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat

Is-servizzi tal-Kummissjoni jixtiequ jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali lejn il-fatt li l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1008/2008 hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni kontra regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ta’ kumpens finanzjarju possibbli mogħti skont l-Artikolu 17 (8) tar-Regolament Nru 1008/2008 (ara b’mod partikolari l-paragrafu 68 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (7)).

B’mod partikolari, il-konformità ta’ tali kumpens mal-Artikoli 17(3), 17(8) u 16(10) tar-Regolament Nru 1008/2008 mhijiex biżżejjed sabiex jiġi kkunsidrat li l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi tas-sentenza Altmark  (8) huma ssodisfati. Huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jivvalutaw jekk dawn l-erba’ kundizzjonijiet humiex issodisfati minn kwalunkwe kumpens mogħti skont l-Artikolu 17 (8) tar-Regolament Nru 1008/2008. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-kumpens inkwistjoni jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (għajnuna de minimis kif definita fir-Regolament Nru 360/2012 hija meqjusa li ma tissodisfax il-kriterji kollha tal-Artikolu 107 (1) tat-TFUE u għalhekk mhix soġġetta għall-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat (9)).

Għajnuna mill-Istat bħal din tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli u eżenti mill-obbligu ta’ notifika jekk ikunu ssodisfati l-kriterji tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (10). Fil-każ oppost, japplika l-obbligu tan-notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Imbagħad il-kumpens jista’ jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (11). Sabiex jillimitaw in-numru ta’ notifiki, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw skemi ta’ għajnuna minflok miżuri ta’ għajnuna individwali.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni), ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(2)  Jekk jogħġbok indika l-ibliet partikolari li r-rotot tal-OSP se jaqdu.

(3)  Jekk jogħġbok indika r-raġunijiet imsemmija mill-Artikolu 16(1) u (3)(a) tar-Regolament Nru 1008/2008 u li jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġi impost l-OSP.

(4)  Jekk jogħġbok ehmeż it-test tal-aħħar impożizzjoni jew modifika tal-OSP abbażi tar-Regolament Nru 1008/2008 jew, jekk japplika, tar-Regolament Nru 2408/92.

(5)  Passiġġieri fit-tluq u l-wasla.

(6)  Jenħtieġ li din il-lista tinkludi mill-inqas l-ajruporti li jinsabu f’raġġ ta’ 150 km jew isokroni ta’ siegħa u nofs mill-belt/mill-ibliet tar-reġjun ikkonċernat.

(7)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(8)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH, Regierungspräsidium Magdeburg u Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, il-paragrafi 87 sa 93. L-erba’ kundizzjonijiet huma dawn li ġejjin: 1. l-impriża benefiċjarja trid tkun effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, u tali obbliġi jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar. 2. il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat l-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti sabiex ikun evitat li tali kumpens jirriżulta f’vantaġġ ekonomiku li jista’ jiffavorixxi l-impriża benefiċjarja fuq impriżi kompetituri. 3. il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta’ tali obbligi. 4. meta, f’każ speċifiku, l-impriza li għandha twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku mhijiex magħżula permezz ta’ proċedura ta’ appalt pubbliku li tippermetti li jintgħażel il-kandidat kapaċi li jipprovdi tali servizzi bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż, li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b’mezzi ta’ trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3). Din tikkonċerna pereżempju r-rotot għal gżejjer li fuqhom it-traffiku annwali matul is-sentejn finanzjarji preċedenti ma jkunx qabeż it-300 000 passiġġier).

(11)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.


ANNESS II

Estratt tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-OSP fir-Regolament Nru 1008/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni)

Il-premessi 11–12 u l-Artikoli 16–18:

Billi:

11.

Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet tar-reġjuni l-aktar ‘il bogħod, b’mod partikolari d-distanza, l-insularità u d-daqs żgħir tagħhom, u tal-ħtieġa li jsir kollegament adegwat bejnhom u r-reġjuni ċentrali tal-Komunità, jistgħu jkunu ġustifikati arranġamenti speċjali fir-rigward tar-regoli dwar il-perijodi ta’ validità tal-kuntratti għall-obbligi tas-servizz pubbliku li jkopru rotot għal tali reġjuni.

12.

Il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu imposti l-obbligi ta’ servizz pubbliku għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar u inekwivoku, filwaqt li l-proċeduri assoċjati tat-tfigħ tal-offerti għandhom jippermettu li numru biżżejjed ta’ kompetituri jkunu jistgħu jieħdu sehem fit-tfigħ tal-offerti. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tikseb informazzjoni kemm ikun meħtieġ sabiex tkun tista’ tistħarreġ il-ġustifikazzjonijiet ekonomiċi għall-obbligi tas-servizz pubbliku għal każi individwali.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali għall-obbligi ta’ servizz pubbliku

1.   Stat Membru, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri l-oħra konċernati u wara li jkun informa lill-Kummissjoni, lill-ajruporti konċernati u lit-trasportaturi tal-ajru li joperaw fuq ir-rotta, jista’ jimponi obbligu ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati bejn ajruport fil-Komunità u ajruport li jservi reġjun periferiku jew ta’ żvilupp fit-territorju tiegħu jew fuq rotta b’densità ta’ traffiku baxxa lejn kwalunkwe ajruport fit-territorju tiegħu meta dik ir-rotta tkun meqjusa vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun li l-ajruport iservi. Dik l-obligazzjoni tista’ biss tiġi imposta sal-limitu meħtieġ biex ikun żgurat fuq dik ir-rotta l-għoti minimu ta’ servizzi tal-ajru skedati li jkunu jissodisfaw l-istandards stabbiliti ta’ kontinwità, regolarità, prezz jew kapaċità minima, li t-trasportaturi tal-ajru ma jassumux kieku jqisu biss l-interess kummerċjali tagħhom.

L-istandards fissi imposti fuq ir-rotta suġġetta għal dak l-obbligu ta’ servizz pubbliku għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju.

2.   Fil-każi meta forom oħra ta’ trasport ma jistgħux jiżguraw servizz mhux interrott b’mill-inqas żewġ frekwenzi kuljum, l-Istati Membri konċernati jistgħu jinkludu fl-obbligu ta’ servizz pubbliku r-rekwiżit li kull trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkollu l-ħsieb li jopera r-rotta jagħti garanzija li jopera r-rotta għal ċertu perijodu, li għandu jkun speċifikat, skont it-termini l-oħra tal-obbligu ta’ servizz pubbliku.

3.   Il-ħtieġa u l-adekwatezza ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku li jkun qed jiġi kkunsidrat għandhom jiġu evalwati mill-Istati Membri filwaqt li jitqiesu:

(a)

il-proporzjonalità bejn l-obbligu li jkun qed jiġi kkunsidrat u l-ħtiġijiet ta’ żvilupp ekonomiku tar-reġjunkonċernat;

(b)

il-possibbiltà, li jkun hemm aċċess għal mezzi oħra tat-trasport u kapaċità ta’ dawk il-mezzi li jissodisfaw l-ħtiġijiet tat-trasport li jkunu qed jiġu kkunsidrati, partikolarment meta servizzi eżistenti tal-ferrovija jservu r-rotta li tkun qed tiġi kkunsidrata b’ħin tal-ivvjaġġar ta’ inqas minn tliet sigħat u bi frekwenzi, konnessjonijiet suffiċjenti u ħinijiet xierqa;

(c)

in-nollijiet u l-kondizzjonijiet tal-ajru li jistgħu jiġu kkwotati lill-utenti;

(d)

l-effett konġunt tat-trasportaturi tal-ajru kollha li joperaw jew li jkollhom il-ħsieb li joperaw fuq ir-rotta.

4.   Meta Stat Membru jkun jixtieq jimponi obbligu ta’ servizz pubbliku, għandu jikkomunika t-test tal-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku li tkun qed tiġi kkunsidrata lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra konċernati, lill-ajruporti konċernati u lit-trasportaturi tal-ajru li joperaw ir-rotta in kwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż ta’ informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)

li jidentifika ż-żewġ ajruporti konnessi mir-rotta konċernata u punt(i) ta’ waqfien intermedji possibbli,

(b)

isemmi d-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligu ta’ servizz pubbliku; u

(c)

jindika l-indirizz komplut fejn it-test u kull informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu ta’ servizz pubbliku għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien u bla ħlas mill-Istat Membru konċernat.

5.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, fir-rigward tar-rotot fejn in-numru ta’ passiġġeri li mistennija jużaw is-servizz tal-ajru jkun anqas minn 10 000 fis-sena, l-avviż ta’ informazzjoni dwar obbligu ta’ servizz pubbliku għandu jiġi pubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali tal-Istat Membru konċernat.

6.   Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku m’għandhiex tkun aktar kmieni mid-data tal-pubblikazzjoni l-avviż ta’ informazzjoni imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

7.   Meta jkun ġie impost obbligu ta’ servizz pubbliku skont il-paragrafi 1 u 2, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju għandu jkun kapaċi joffri bejgħ ta’ postijiet biss sakemm is-servizz tal-ajru in kwistjoni jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-obbligu ta’ servizz pubbliku. Konsegwentement dak is-servizz bl-ajru għandu jitqies bħala servizz tal-ajru skedat.

8.   Meta obbligu ta’ servizz pubbliku jkun ġie impost skont il-paragrafi 1 u 2, kwalunkwe trasportatur tal-arju Komunitarju ieħor għandu fi kwalunkwe ħin ikun permess jibda servizzi tal-ajru skedati li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-obbligu ta’ servizz pubbliku, inkluż il-perijodu ta’ operazzjoni li jista’ jkun meħtieġ skont il-paragrafu 2.

9.   Minkejja l-paragrafu 8, jekk ebda trasportatur tal-ajru Komunitarju ma jkun beda jew ma ikun jista’ juri li huwa se jibda servizzi tal-ajru skedati sostenibbli fuq xi rotta skont l-obbligu ta’ servizz pubbliku li jkun ġie impost fuq dik ir-rotta, l-Istat Membru konċernat jista’ jillimita l-aċċess għas-servizzi bl-ajru skedati fuq dik ir-rotta għal trasportatur tal-ajru Komunitarju wieħed biss, għal perijodu sa erba’ snin, u wara dan il-perijodu għandu jkun hemm reviżjoni tas-sitwazzjoni.

Dan il-perijodu jista’ jkun sa ħames snin jekk l-obbligu ta’ servizz pubbliku ikun impost fuq rotta lejn ajruport li jaqdi wieħed mir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod, kif jingħad fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

10.   Il-jedd li jiġu operati dawk is-servizzi msemmija fil-paragrafu 9 għandu jiġi offrut permezz ta’ offerta pubblika skont l-Artikolu 17, għal rotta waħda jew, f’każi fejn dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ effiċjenza operattiva, għal grupp ta’ rotot bħal dawn, lil kwalunkwe trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun intitolat li jopera tali servizzi bl-ajru. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, Stat Membru jista’ joħroġ sejħa għall-offerti waħda li tkopri rotot differenti.

11.   Obbligu ta’ servizz pubbliku għandu jitqies li skada jekk l-ebda servizz bl-ajru skedat ma jiġi operat tul perijodu ta’ tnax-il xahar fuq ir-rotta suġġetta għal tali obbligu.

12.   Fil-każ ta’ interruzzjoni għall-għarrieda tas-servizz mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju magħżul skont l-Artikolu 17, l-Istat Membru konċernat jista’, f’każ ta’ emerġenza, jagħżel bi ftehim reċiproku trasportatur tal-ajru Komunitarju differenti biex jopera l-obbligu ta’ servizz pubbliku għal perijodu sa seba’ xhur, li ma jistax jiġġedded, taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kwalunkwe kumpens imħallas mill-Istat Membru għandu jsir b’mod konformi mal-Artikolu 17(8);

(b)

l-għażla għandha ssir minn fost it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji b’mod konformi mal-prinċipji tat-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni;

(c)

għandha ssir sejħa ġdida għall-offerti.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri konċernati għandhom jiġu infurmati mingħajr dewmien dwar il-proċedura ta’ emerġenza u r-raġunijiet għaliha. Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), tissospendi il-proċedura jekk wara l-valutazzjoni tagħha tqis li din ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu jew tkun b’xi mod ieħor kuntrarja għal-liġi Komunitarja.

Artikolu 17

Proċeduri ta’ offerta pubblika għall-obbligu ta’ servizz pubbliku

1.   L-offerta pubblika meħtieġa fl-Artikolu 16(10) għandha titmexxa skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 10 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-Istat Membru konċernat għandu jikkomunika t-test sħiħ tas-sejħa għall-offerti lill-Kummissjoni ħlief fejn, f’konformità mal-Artikolu 16(5), ikun għarraf l-obbligu ta’ servizz pubbliku permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali tiegħu. F’dak il-każ, is-sejħa għall-offerti għandha tiġi pubblikata fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali wkoll.

3.   Is-sejħa għall-offerti u l-kuntratt sussegwenti għandhom ikopru, inter alia, il-punti li ġejjin:

(a)

l-istandards meħtieġa mill-obbligu ta’ servizz pubbliku;

(b)

ir-regoli dwar l-emendi u t-tmiem tal-kuntratt, b’mod partikolari biex jitqiesu bidliet li ma setgħux jiġu mbassra;

(c)

il-perijodu ta’ validità tal-kuntratt;

(d)

il-penalitajiet fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt;

(e)

il-parametri oġġettivi u trasparenti li fuq il-bażi tagħhom għandu jiġi kalkolat il-kumpens, jekk ikun hemm, għall-qadi tal-obbligu ta’ servizz pubbliku.

4.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf is-sejħa għall-offerti b’avviż ta’ informazzjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-iskadenza għat-tfigħ tal-offerti m’għandhiex tkun aktar kmieni minn xahrejn wara l-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż ta’ informazzjoni. Fil-każ li l-offerta tikkonċerna rotta li l-aċċess għaliha kien diġà ġie limitat għal trasportatur wieħed skont l-Artikolu 16(9), is-sejħa għall-offerti tiġi pubblikata mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-konċessjoni l-ġdida sabiex tiġi smata l-ħtieġa ta’ kontinwata tal-aċċess ristrett.

5.   L-avviż ta’ informazzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-Istati Membri konċernati;

(b)

ir-rotta konċernata;

(c)

il-perijodu ta’ validità tal-kuntratt;

(d)

l-indirizz komplut fejn it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta’ servizz pubbliku għandhom ikunu disponibbli mingħajr dewmien u bla ħlas mill-Istat Membru konċernat;

(e)

l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

6.   L-Istat(i) Membri konċernati għandhom jikkomunikaw mingħar dewmien u bla ħlas kull tagħrif u dokumenti rilevanti mitluba minn xi parti interessata fl-offerta pubblika.

7.   L-għażla minn fost l-offerti għandha ssir kemm jista’ jkun malajr filwaqt li jitqiesu l-adegwatezza tas-servizz, inklużi l-prezzijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu kkwotati lill-utenti, u l-ispiża tal-kumpens meħtieġ mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i), jekk ikun hemm.

8.   L-Istati Membri konċernati jistgħu jikkumpensaw lil trasportatur tal-ajru, li jkun magħżul skont il-paragrafu 7, talli jaderixxi mal-istandards meħtieġa minn obbligu ta’ servizz pubbliku impost taħt l-Artikolu 16. Dak il-kumpens m’għandux jisboq l-ammont meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż netti mġarrba fil-qadi ta’ kull obbligu ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jitqies id-dħul relatat miegħu miżmum mit-trasportatur tal-ajru u qliegħ raġonevoli.

9.   Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bil-miktub u mingħajr dewmien dwar ir-riżultati tal-offerta pubblika u dwar l-għażla mill-Istat Membru u għandha tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja.

(a)

in-numri, l-ismijiet u informazzjoni korporattiva tal-offerenti;

(b)

l-elementi operattivi fl-offerti;

(c)

il-kumpens mitlub fl-offerti;

(d)

l-isem tal-offerent li ntgħażel.

10.   Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jikkomunikaw, fi żmien xahar, id-dokumenti kollha rilevanti marbuta mal-għażla ta’ trasportatur tal-ajru għat-twettiq ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku. Fil-każ li d-dokumenti mitluba ma jiġux komunikati qabel l-iskadenza, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi s-sejħa għall-offerti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 18

Eżami tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw li kull deċiżjoni meħuda taħt l-Artikoli 16 u 17 tkun tista’ tiġi riveduta b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun fuq il-bażi li tali deċiżjoni kisret il-liġi Komunitarja jew ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw il-liġi Komunitarja.

B’mod partikolari, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jikkomunikaw, fi żmien xahrejn:

(a)

dokument li jiġġustifika l-ħtieġa tal-obbligu ta’ servizz pubbliku u l-konformità tiegħu mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 16;

(b)

analiżi tal-ekonomija tar-reġjun;

(c)

analiżi tal-proporzjonalità bejn l-obbligazzjonijiet li jkunu qed jiġu kkunsidrati u l-għanijiet ta’ żvilupp ekonomiku;

(d)

analiżi tas-servizz tal-ajru eżistenti, jekk ikun hemm, u ta’ modi oħra ta’ trasport disponibbli li jistgħu jitqiesu bħala sostituti għall-impożizzjoni maħsuba.

2.   Fuq talba ta’ Stat Membru li jikkonsidra li l-iżvilupp ta’ rotta ikun qiegħed ikun jiġi indebitament ristrett mit-termini tal-Artikoli 16 u 17, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tagħmel investigazzjoni u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-talba u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), għandha tieħu deċiżjoni abbażi tal-fatturi kollha rilevanti dwar jekk l-Artikoli 16 u 17 għandhomx jibqgħu japplikaw għar-rigward tar-rotta konċernata.


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/29


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7746 — Teva/Allergan Generics)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 194/02)

Fl-10 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7746. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/29


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8503 — Goldman Sachs/Eurazeo/Dominion Web Solutions)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 194/03)

Fit 8 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8503. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ġunju 2017

li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

(2017/C 194/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Ungeriż,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Lázló ODROBINA, sar disponibbli siġġu ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru għall-Ungerija fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-Gvern.

(3)

Jinħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

L-UNGERIJA

Is-Sinjura Krisztina VUJKOV TOMORNÉ

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.

(3)  ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/32


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Ġunju 2017

(2017/C 194/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1167

JPY

Yen Ġappuniż

124,33

DKK

Krona Daniża

7,4361

GBP

Lira Sterlina

0,87453

SEK

Krona Żvediża

9,7370

CHF

Frank Żvizzeru

1,0885

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4615

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,233

HUF

Forint Ungeriż

307,91

PLN

Zloty Pollakk

4,2184

RON

Leu Rumen

4,5835

TRY

Lira Turka

3,9225

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4683

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4766

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7108

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5441

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5457

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 265,35

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,3831

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6089

HRK

Kuna Kroata

7,3995

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 849,32

MYR

Ringgit Malażjan

4,7756

PHP

Peso Filippin

55,614

RUB

Rouble Russu

64,2300

THB

Baht Tajlandiż

37,923

BRL

Real Brażiljan

3,6681

MXN

Peso Messikan

20,0887

INR

Rupi Indjan

71,9515


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Ġunju 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni tas-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Almansa (DOP))

(2017/C 194/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja ressqet applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Almansa” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u sabet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huma ssodisfati.

(3)

Sabiex id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni jkunu jistgħu jsiru skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Almansa” tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Almansa” (DOP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tikkkonferixxi dritt ta’ oġġezzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

“ALMANSA”

DOP-ES-A0044-AM03

Data tat-tressiq tal-applikazzjoni: 31.8.2015

Applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-emenda

2.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

L-emendi huma dovuti għall-bidliet li seħħew fis-suq tal-inbid billi l-konsumatur qed jitlob dejjem aktar inbejjed b’kontenut baxx ta’ alkoħol u nbejjed ta’ varjetajiet ġodda viniferi li huma adattati bl-aħjar mod għall-ħamrija u għall-klima tagħna.

Barra minn hekk, hija speċifikata l-qawwa alkoħolika miksuba minn inbid abjad, rożè, aħmar inqas immaturat u aħmar “roble” għall-inbid nofsu misjur, ħelu mezzan u ħelu, b’grad ta’ alkoħol minimu ta’ 9 % għal dan it-tip ta’ inbid.

Minħabba d-domanda u l-kompetizzjoni tas-suq, id-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa tqiegħed għall-kummerċjalizzazzjoni l-inbejjed frizzanti ta’ kwalità li huma mmirati għal suq ġdid u li jkomplu jippromwovu d-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa.

Għalhekk, f’dan ir-rigward, qed jiġu stabbiliti l-parametri li għandhom jiġu osservati għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità bid-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa.

2.2.   Prattiki enoloġiċi użati

Għall-inbid abjad inqas immaturat, l-inbid aħmar inqas immaturat, l-inbid abjad iffermentat fil-btieti u l-inbid abjad “Crianza”, tiġi eliminata l-pressjoni massima tal-ippressar, filwaqt li jinżamm kostanti r-rendiment massimu tal-ħsad. Ir-rendiment tal-ħsad huwa r-rendiment mkejjel u fuq il-bażi ta’ dan jiġi ddeterminat sa liema limitu tal-pressjoni għandu jsir l-ippressar.

Fir-rigward tal-inbid rożè inqas immaturat, huwa eliminat il-limitu dwar il-perjodu taż-żmien tal-maċerazzjoni għaliex, għall-produzzjoni tal-inbid, ma huwiex possibbli li jiġi stabbilit il-perjodu minimu u massimu ta’ maċerazzjoni peress li dan jiddependi mill-grad ta’ maturazzjoni tal-għeneb, mit-temperatura tal-most matul il-proċess ta’ maċerazzjoni u l-varjetà tal-għenba. B’hekk jiġi evitat li l-inbejjed rożè jkollhom kulur wisq skur u tannin wisq qawwi, billi meta jkunu daqshekk robusti jkun diffiċli li jiġu kkumerċjalizzati.

Qed jiżdied paragrafu ġdid, għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità, li jispeċifika li l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għandhom jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 606/2009. Għal dawn l-inbejjed, id-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa se tiġi deskritta. Barra minn hekk, se jkun possibbli li jiġi indikat it-tip ta’ fermentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 66(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009.

2.3.   Delimitazzjoni taż-żona ġeografika

F’dan il-paragrafu, qed jintalab li jiġi emendat il-mod kif issir id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika permezz tad-definizzjoni abbażi tal-muniċipalitajiet, billi bħalissa hija ddefinita bil-poligoni katastali. Mill-1975 (Id-Digriet Nru 16414 tad-19 ta’ Mejju 1975 li jirregola d-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa u l-kunsill regolatorju tagħha) sal-2006 (Id-Digriet Nru 1.2.2006 tal-Consejería de Agricultura, li jistabbilixxi l-istandards ta’ produzzjoni u karatteristiċi oħra jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ nbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa), iż-żona ġeografika kienet definita bil-muniċipalitajiet; fl-2006, kien ġie emendat l-istandard tal-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed u ż-żona ġeografika ddefinita bil-poligoni katastali.

Id-definizzjoni attwali taż-żona ġeografika kienet ġiet determinata abbażi taż-żoni mħawla bid-dwieli. Din mihiex żona ġeografika sħiħa, u tinkludi gżejjer bejn il-poligoni katastali indikati fl-istandard tal-produzzjoni, u ma tikkorrispondix maż-żona tal-produzzjoni storika tad-D.O. Almansa, billi ż-żoni mhux inklużi jirrispettaw il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ĠU Almansa u dawn għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni wkoll. L-emenda ppreżentata tevita żbalji fil-futur dovuti għat-tqassim mill-ġdid tal-art u għat-tibdil fin-nomenklatura/numerazzjoni tal-poligoni katastali fir-reġistru.

Għalhekk qed jintalab li d-definizzjoni taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa tinkludi l-ħbula tal-art u l-għelieqi tad-dwieli li jinsabu fil-muniċipalitajiet li ġejjin:

Almansa

Alpera

Bonete

Corral Rubio

Higueruela

Hoya Gonzalo

Pétrola

iż-żona tal-muniċipalità ta’ Chinchilla tikkorrispondi għad-distrett tagħha ta’ Villar de Chinchilla, iddefinita bit-triq AB-402, (li twassal minn Horna Venta għal Alhama), li tmiss minn naħa mal-muniċipalitajiet Pétrola u Corral Rubio u, min-naħa l-oħra, mal-muniċipalitajiet ta’ Bonete Higueruela u Hoya Gonzalo.

Dawn il-muniċipalitajiet kollha jirrappreżentaw żona omoġena fejn il-kundizzjonijiet pedoloġiċi u klimatiċi huma komparabbli u għandhom il-karatteristiċi meħtieġa fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa, kif kienet tinsab fl-istandard tal-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed qabel l-2006.

2.4.   Varjetajiet ta’ dwieli

Dawn jinkludu varjetà ta’ għeneb iswed “Pinot Noir” (bħala varjetà sekondarja) billi din ilha mħawla fiż-żona ġeografika mill-2000 u tiffaċilita l-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità meħtieġa mid-DO Almansa.

2.5.   Rabta

Dan il-paragrafu jiċċara r-rabtiet eżistenti maż-żona ġeografika fir-rigward tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità.

Il-kundizzjonijiet lokali pedoklimatiċi, il-pożizzjoni taż-żona, l-esperjenza tal-vitikultivaturi bħala produtturi tal-inbid u l-varjetajiet tad-denominazzjoni ta’ oriġini joħolqu l-kundizzjonijiet propizji li jippermettu l-produzzjoni ta’ għeneb li għandhom il-kwalità meħtieġa għad-denominazzjoni ta’ oriġini użati fil-preparazzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità.

2.6.   L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet tal-kontroll

Qed jiġi indikat l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet tal-kontroll fil-kariga mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni sal-emenda u nżamm il-link tal-Internet fejn hu possibbli li wieħed jara d-dejta aġġornata tal-awtoritajiet tal-kontroll tad-DOP Almansa.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem

Almansa

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Inbid abjad u rożè anqas immaturat, misjur

L-inbejjed bojod huma ħfief, ta’ qawwa alkoħolika medja, tal-lewn isfar mitfi u moderatament aromatiċi.

L-inbejjed rożè għandhom lewn li jvarja bejn ir-roża tal-frawli u r-roża tal-lampun. Huma friski, ħfief, u b’aċidità medja. Fil-palat, iħallu togħma friska tal-frott.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum):

11,5

Qawwa alkoħolika minima effettiva (f’% ta’ volum):

11,5

Aċidità minima totali:

4,5 fi grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

10

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

Inbid abjad u rożè, nofsu misjur, ħelu mezzan u ħelu

Għal dak li jirrigwarda l-apparenza u l-fwieħa tagħhom, jixbhu l-inbid misjur tal-istess varjetà.

It-togħma tagħhom, hija bbilanċjata f’dak li jirrigwarda l-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut ta’ zokkor residwu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum):

11,5

Qawwa alkoħolika minima effettiva (f’% ta’ volum):

9

Aċidità minima totali:

4,5 fi grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

10

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

Inbid abjad iffermentat fil-bettija u nbid abjad “Crianza”

Għal dak li jirrigwarda d-dehra tiegħu, huwa nadif u jleqq, ta’ lewn isfar kulur it-tiben u/jew b’tonalitajiet dehbin.

Ir-riħa tiegħu għandha aromi primarji flimkien ma’ aromi terzjarji ta’ xiwi ġejjin minn ġol-bettija. Intensità minn medja sa għolja.

Fil-palat, huwa bbilanċjat, ħelu, u jħalli togħma ta’ frott u bi ħjiel tal-injam tas-siġar.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum):

11,5

Qawwa alkoħolika minima effettiva (f’% ta’ volum):

11,5

Aċidità minima totali:

4,5 fi grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

11,7

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

Inbid aħmar anqas immaturat u inbid aħmar “roble”, misjur

L-inbejjed ħomor għandhom kulur qawwi u jleqq, bi sfumaturi vjola/tal-granata u/jew vjola skur. L-aċidità eċċellenti tagħhom tippermetti l-maturazzjoni u l-konservazzjoni fit-tul. L-inbejjed għandhom aroma u kulur qawwijin ħafna, u jippreżentaw kombinazzjoni tabilħaqq tajba ta’ intensità medja.

Dawn l-inbejjed huma karatterizzati minn konsistenza qawwija, b’kulur rikk. Huma wkoll ibbilanċjati u b’karattru kemmxejn tanniku. Dawk li jinħażnu fil-btieti tal-ballut għandhom persistenza medja u togħma retronażali bi ħjiel tax-xiwi.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum):

12

Qawwa alkoħolika minima effettiva (f’% ta’ volum):

12

Aċidità minima totali:

4,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

11,7

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

150

Inbid aħmar anqas immaturat, inbid aħmar anqas immaturat “Roble”, nofsu misjur, ħelu mezzan u ħelu

Għal dak li jirrigwarda l-apparenza u l-fwieħa tagħhom, jixbhu l-inbid misjur tal-istess varjetà.

It-togħma tagħhom, hija bbilanċjata f’dak li jirrigwarda l-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut ta’ zokkor residwu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum):

12

Qawwa alkoħolika minima effettiva (f’% ta’ volum):

9

Aċidità minima totali:

4,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

11,7

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

150

Inbid aħmar “Crianza”, “Reserva” u “Gran reserva”

Ta’ lewn aħmar taċ-ċirasa jew tar-rubini, bil-possibbiltà ta’ tonalitajiet tat-terrakotta. Il-kulur huwa moderatment intens jew medju.

Kombinazzjoni tabilħaqq tajba ta’ aromi tal-frott u tal-bettija jew togħmiet ta’ ħwawar. Intensità bejn moderatament għolja jew għolja.

Inbid strutturat b’tanniċità medja li jħalli togħma armonjuża u persistenti. *Aċidità volatili massima: 15 meq/l għal inbejjed maturati.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum):

12

Qawwa alkoħolika minima effettiva (f’% ta’ volum):

12

Aċidità minima totali:

4,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

16,7

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

150

Inbid frizzanti ta’ kwalità

Bżieżaq fini u persistenti, għall-inbejjed bojod b’tonalitajiet li jvarjaw minn pallidi għal dehbin u brillanti, għall-inbejjed rożè b’tonalitajiet minn roża għal terrakotta. Aromi nodfa u tal-frott; fl-inbejjed tar-riżerva, l-aromi huma intensi. Fil-palat, huma bbilanċjati u jħallu togħma friska.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% ta’ volum):

11

Qawwa alkoħolika minima effettiva (f’% ta’ volum):

10

Aċidità minima totali:

4 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

13,3

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

185

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Metodi enoloġiċi essenzjali

Metodi enoloġiċi speċifiċi

Il-proċess ta’ fermentazzjoni alkoħolika għandu jsir sakemm iz-zokkor li jiffermenta jispiċċa kompletament; it-temperatura xierqa għall-kisba tal-aromi primarji karatteristiċi m’għandhiex taqbeż 20 °C għall-inbejjed bojod, 25 °C għall-inbejjed rożè u 28 °C għall-inbejjed ħomor. Il-fermentazzjoni tista’ tiġi interrotta sabiex jiġi kkonservat iz-zokkor residwu, jew inkella, għall-inbid misjur, permezz ta’ taħlil bil-most ikkonċentrat u msaffi li jkun ġej miż-żona tal-produzzjoni.

L-inbejjed jistgħu jgħaddu minn perjodu ta’ maturazzjoni. Għall-inbejjed “Crianza”, “Reserva” u “Gran reserva”, dan il-perjodu huwa rispettivament 18-il xahar, 24 xahar u 36 xahar. Il-btieti huma tal-injam tal-ballut, b’kapaċità ta’ 330 litri.

L-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għandhom jiġu adattati għar-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 606/2009.

b.   Produzzjoni massima

Varjetajiet ta’ nbid abjad minn dwieli mħarrġa f’forma ta’ sġajriet

7 860 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet ta’ nbid abjad minn dwieli mħarrġa f’forma ta’ sġajriet

55 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet ta’ nbid aħmar minn dwieli mħarrġa f’forma ta’ sġajriet

6 430 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet ta’ nbid aħmar minn dwieli mħarrġa f’forma ta’ sġajriet

45 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet ta’ nbid abjad minn dwieli mħarrġa f’espaliers

11 430 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet ta’ nbid abjad minn dwieli mħarrġa f’espaliers

80 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet ta’ nbid aħmar minn dwieli mħarrġa f’espaliers

10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet ta’ nbid aħmar minn dwieli mħarrġa f’espaliers

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona definita

Din tinkludi l-ħbula tal-art u żoni u għelieqi tad-dwieli li jinsabu fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Almansa, Alpera, Bonete, Corral Rubio, Higuereula, Hoya Gonzalo, Pétrola u Chinchilla, żona ddefinitabit-triq AB-402, (li twassal minn Horna għal Venta Alhama), li tmiss minn naħa mal-muniċipalitajiet Pétrola u Corral Rubio u min-naħa l-oħra, mal-muniċipalitajiet, Bonete, Higueruela u Hoya Gonzalo.

7.   L-għeneb prinċipali tal-inbid

Verdejo

Garnacha Tintorera

Monastrell

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Inbid

1)

Informazzjoni dettaljata dwar iż-żona ġeografika (fatturi naturali u umani)

Iż-żona ġeografika li tinkludi d-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa hija pjanura għolja li fil-Lvant tmiss mal-kuritur ta’ Almansa, dak li qabel kien ir-Renju ta’ Valencia. Għal sekli sħaħ din iż-żona kienet tikkostitwixxi l-passaġġ li jgħaddi mill-artijiet ta’ Levante lejn Castille. Il-fattur l-aktar prominenti li jiddistingwi t-territorju tad-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa, imqabbel mal-artijiet tal-Levante huwa d-differenza fl-altitudni, li tvarja minn 400 m (fil-belt ġara ta’ Fuente La Higuera) sa 700 m (f’Almansa) ‘il fuq mill-levell tal-baħar, għalkemm iż-żewġt ibliet jinsabu biss 15-il km ‘l bogħod minn xulxin. Il-klima hija kontinentali estrema, bi xtiewi kesħin u xotti ħafna li jalternaw ma sjuf sħan ħafna. Il-preċipitazzjoni hija kkonċentrata fir-rebbiegħa u lejn tmiem is-sajf, u l-medja annwali tax-xita ma taqbiżx il-250 mm fis-sena.

Il-ħamrija b’mod ġenerali għandha kontenut rikk ta’ ġir u hija kkaratterizzata mill-alternanza bejn żoni bil-ġebel f’sottostrat ftit li xejn oħxon u żoni oħra aktar profondi u aktra imrammla. Ġeneralment l-artijiet mhumiex fertili ħafna, b’rendiment baxx għal kull ettaru.

Il-muniċipalitajiet li jikkostitwixxu d-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa jinsabu kollha fi ħdan il-provinċja ta’ Albacete. Hija żona ferm rurali u l-akbar belt ta’ aggolomerazzjoni urbana tagħha hija Almansa nnifisha b’26 000 abitant, u billi l-agrikoltura hija r-riżorsa ewlenija tar-reġjun, id-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa nħolqot fl-1966.

2)

Informazzjoni dwar il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-inbid dovuti essenzjalment jew esklussivament għall-ambjent ġeografiku partikolari.

Il-klima kontinentali semiarida taż-żona ta’ produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ orġini Almansa, flimkien ma’ ħamrija relattivament infertili, tiffaċilita l-awtokontroll tal-produzzjoni tad-dwieli, bil-valur medju għal kull ettaru ta’4 500 kg. Dan ir-rendiment baxx għal kull unità jżid il-konċentrazzjoni tal-kulur, il-konċentrazzjoni tat-tannini u r-rikkezza aromatika tal-inbejjed ħomor. Matul il-fażi tal-maturazzjoni, l-elevazzjoni ‘l fuq mil-livell tal-baħar, tippermetti inverżjoni termika qawwija billejl. Dan il-fenomenu jippromwovi l-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità għolja.

3)

Ir-rabta bejn il-karatteristiċi taż-żona ġeografika u l-kwalità tal-inbid

Iż-żona tal-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ orġini Almansa tinsab f’reġjun ta’ tranżizzjoni, id-dwieli jinsabu fuq artijiet baxxi, ikkaratterizzati minn ħamrija permeabbli, b’kontenut għoli ta’ ġir u bi ftit nutrijenti; barra minn hekk, il-medja annwali ta’ xita hija baxxa, u ma taqbiżx il-250 mm fis-sena. Ftit xita, il-permeabbiltà tal-ħamrija u r-rendiment baxx jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed li għandhom aroma u kulur qawwijin ħafna.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

1)

Informazzjoni dettaljata dwar iż-żona ġeografika (fatturi naturali u umani)

Il-klima estrema, ikkaratterizzata minn xtiewi kesħin ħafna u minn sjuf xotti u sħan ħafna fiż-żona tal-produzzjoni, kif ukoll mill-altitudni medja, mill-ħamrija rikka u mit-tradizzjoni tat-tkabbir tal-għeneb tad-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet propizji għall-produzzjoni ta’ għeneb bil-kwalità meħtieġa u l-kundizzjonijiet ideali għat-tħejjija ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità.

2)

Informazzjoni dwar il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-inbid dovuti essenzjalment jew esklussivament għall-ambjent ġeografiku partikolari.

In-nuqqas ta’ preċipitazzjoni u l-ħamrija ftit li xejn fertili jagħtu rendiment baxx ta’ għeneb għal kull ettaru, u għalhekk l-inbejjed frizzanti ta’ kwalità bid-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa għandhom konsistenza qawwija u bbilanċjata, u jkun fihom il-bżieżaq fini u persistenti.

3)

Rabta bejn il-karatteristiċi taż-żona ġeografika u l-kwalità tal-inbid.

It-temperaturi estremi u r-rikkezza tal-ħamrija tal-ġir jippermettu l-kultivazzjoni tal-varjetajiet li jagħtu lill-inbejjed konsistenza qawwija u bbilanċjata; bl-istess mod, in-nixfa, ir-rendiment baxx u d-dawl tax-xemx flimkien mal-qawwa alkoħolika naturali jippermettu l-produzzjoni ta’ nbid frizzanti ta’ kwalità bi klassifikazzjonijiet alkoħoliċi definiti.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħrajn

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplementari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Biex jintuża l-isem ta’ varjetà ta’ dielja speċifika u unika, jeħtieġ li tal-anqas 86 % mill-għeneb ikun ġej minn din il-varjetà u li dan jitniżżel fir-reġistri tal-inbejjed.

10.   Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/20131202_PLIEGO_DOP_ALMANSA.pdf


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/41


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Ġunju 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Méntrida (DOP))

(2017/C 194/07)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja ressqet applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Méntrida”, skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat din l-applikazzjoni u sabet li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1), kif ukoll fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huma ssodisfati.

(3)

Sabiex id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni jkunu jistgħu jsiru skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Méntrida” jeħtieġ li tiġi pppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Méntrida” (DOP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dritt ta’ oppożizzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-artikolu jingħata għal xahrejn li jibdew jiskorru mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

“MÉNTRIDA”

AOP-ES-A0047-AM03

Data tat-tressiq tal-applikazzjoni: il-15 ta’ Lulju 2015

Applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

Artikolu 105 - Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-emenda

2.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Minħabba d-domanda fis-swieq u tal-konsumaturi bħalissa, jinħtieġ li jiġi inkluż l-inbid frizzanti abjad, rosé u aħmar fl-ispeċifikazzjoni, sabiex:

Parti mill-produzzjoni tiġi diretta lejn tip ta’ suq li huwa inqas saturat b’dan it-tip ta’ prodotti.

Qed tiġi osservata żieda fil-bejgħ ta’ dawn il-prodotti u nikkunsidraw li dan huwa l-mument opportun biex dawn jiġu protetti permezz ta’ standards ta’ kwalità differenzjata.

Is-swieq internazzjonali jeħtieġu dejjem iktar diversifikazzjoni tal-prodotti u li dawn jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur. Jekk ma niddiversifikawx, ma nkunux kompetittivi u, għalhekk, ġie deċiż li titwessa’ r-rappreżentanza tal-prodotti fi ħdan il-firxa u l-prezzijiet kollha, l-aktar ta’ dawk li huma intenzjonati għall-esportazzjoni.

2.2.   Prattiki enoloġiċi użati

Qed jiġu stabbiliti prattiki enoloġiċi speċifiċi ġodda għall-“inbid frizzanti”, it-tip il-ġdid ta’ prodott tal-inbid.

2.3.   Delimitazzjoni taż-żona ġeografika

F’dan il-paragrafu, qed jintalab l-aġġornament tas-17-il muniċipalità taż-żona ta’ produzzjoni, li huma: Argés (il-poligoni 3 u 5 biss), Cardiel de los Montes, Carpio del Tajo (El), Carriches, Cazalegas, Erustes, Garciotún, Guadamur (il-poligoni 17 u 18 biss), Illán de Vacas, Lominchar, Mata (La), Mesegar, Nuño Gómez, Olías del Rey, Palomeque, San Martín de Pusa u Talavera de la Reina.

Dawn il-muniċipalitajiet hemm bżonn li jiġu aġġornati minħabba li fil-bidu ma kellhomx il-pjantaġġjuni tad-dwieli u allura ma ġewx inkorporati fl-istandards tal-produzzjoni stabbiliti tal-bidu nett. Xi wħud minn dawn il-muniċipalitajiet kienu diġà ssemmew fiż-żona ta’ produzzjoni definita fir-Regolamenti tad-denominazzjoni ta’ oriġini ppubblikati fl-1966, l-1976 u l-1992 u dawn is-17-il muniċipalità ġeografikament jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni definita u għandhom fruntieri komuni.

Bħalissa hemm pjantaġġjuni tad-dwieli ta’ varjetajiet awtoktoni taż-żona, awtorizzati fl-ispeċifikazzjoni tad-DOP Méntrida u, kif intwera għal dawn il-muniċipalitajiet kollha, kemm il-ħamrija u kif ukoll il-klima tagħhom huma simili għal dawk tal-muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żona; għalhekk, jista’ jiġi kkunsidrat li l-muniċipalitajiet imsemmija jagħmlu parti miż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP Méntrida.

Il-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-varjetajiet ta’ dawn il-muniċipalitajiet li jeħtieġ li jiġu aġġornati, huma simili għal dawk li diġà jikkostitwixxu ż-żona ta’ produzzjoni ta’ din id-denominazzjoni tal-oriġini.

2.4.   Rabta

Qed tiġi stabbilita rabta ġdida għall-“inbid frizzanti”, it-tip il-ġdid ta’ prodott tal-inbid.

2.5.   L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet ta’ kontroll

L-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-emenda huma indikati kif ukoll il-ħolqa għas-sit web biex wieħed ikun jaf min huma l-awtoritajiet ta’ kontroll aġġornati tad-DOP Méntrida.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet

Méntrida (es)

2.   Tip ta’indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Inbid abjad mhux misjur u inbid abjad mhux misjur “Roble”

L-inbejjed bojod huma ta’ lewn isfar pallidu/lewn it-tiben, possibbilment bi sfumaturi ħadranin (matul l-ewwel xhur u li wara jisparixxu), bi lwien dehbin sottili skont il-varjetà u, jekk ikun il-każ, iż-żmien li jieħdu biex jimmaturaw fil-bettija. L’aromi huma nodfa u ta’intensità medja jew qawwija. L’aromi tal-frott huma enfasizzati b’noti ta’ fjuri friski jew erbaċej. L-aromi dominanti fl-inbid abjad “Roble” jfakkru fil-pastiċċerija bil-krema u kemmxejn fit-togħma ta’ xiwi. Għandhom togħma tajba u aromatika.

Id-diossidu tal-kubrit totali: se jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

11

L-aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Inbid abjad, inbid abjad “Roble”, inbid nofsu misjur, nofsu ħelu u ħelu

Fażijiet viżivi u olfattivi simili għal dawk ta’ nbejjed mhux misjura tal-istess varjetà.

Il-fażi gustattiva: inbid bbilanċjat meta wieħed iqis il-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut taz-zokkor residwu.

Id-diossidu tal-kubrit totali: se jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9

L-aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Inbid rosé mhux misjur, nofsu misjur, nofsu ħelu u ħelu

Lewn il-frawli jgħajjat u jleqq, b’riflessi ħomor kardinali meta jkun għadu ma mmaturax. Aroma qawwija, li tfakkar fil-frawli, fil-lampun, fil-frott artab u/jew fil-petali tal-ward.

Frisk u b’togħma ta’ frott (frott artab, frawli, lampun), tajba u qawwija.

Inbejjed ikkummerċjalizzati mingħajr filtrazzjoni jew stabilizzazzjoni fil-fażi viżwali huma ddefiniti bħala “daqsxejn imdardra jew opaka”, filwaqt li fil-fażi tad-dewqan, it-togħma tagħhom tista’ tkun aktar densa u rikka.

Qawwa alkoħolika reali minima għal inbejjed mhux misjura: 11,5 % vol.

Id-diossidu tal-kubrit totali: se jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9

L-aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Inbid aħmar u nbid aħmar mhux matur “Roble”, inbid aħmar mhux misjur u nbid aħmar “Crianza”, “Reserva” u “Gran Reserva”

Titrazzjoni għolja. Lewn iċ-ċirasa, granata skura jew aħmar amarena, bi sfumaturi vjola jleqqu fit-tarf jew aħmar tar-rubini li jkanġi fl-aħmar taċ-ċirasa, imtektek bl-oranġjo u t-terrakotta. B’togħma ta’ frott (tut, ribes), jew bi ħjiel ta’ fjuri, xi minn daqqiet imħawra jew tal-bosk. Inbid b’togħma tajba u aromatiku, bit-tannini integrati sew. Sakemm jinżamm ġol-bettija tal-ballut, għandu togħma qawwija għall-palat; għandu struttura u palat tajbin, u jħalli togħmiet qawwija ta’ frott u ħjiel tal-imsaġar li huma karatteristiċi tal-injam. Iħalli wkoll togħma kemxejn morra, li ddum u intensa.

* Aċidità volatili li possibbilment teċċedi l-1 meq/l għal kull grad ta’ alkoħol ogħla minn 11 % vol. u kull sena tal-maturazzjoni sa massimu ta’ 16,6 meq/l. * Id-diossidu tal-kubrit: 200 mg/l meta z-zokkor ikun > 5 g/l.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

12

L-aċidità totali minima:

4,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru):

150

Inbid aħmar mhux matur u nbid aħmar mhux matur “Roble”, inbid nofsu misjur, nofsu ħelu u ħelu

Fażijiet viżivi u olfattivi simili għal dawk ta’ nbejjed mhux misjura tal-istess varjetà.

Il-fażi gustattiva: inbid bbilanċjat meta mqabbel mal-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut taz-zokkor residwu.

Id-diossidu tal-kubrit totali: se jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

9

L-aċidità totali minima:

4,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Inbid frizzanti aħmar, abjad u rosé

Bżieżaq fini persistenti. B’togħmiet ta’ frott u nodfa. L-inbid “Reserva” fih togħmiet qawwija. Huwa nbid ibbilanċjat fil-ħalq, u bi struttura faċli għall-palat.

L-inbejjed bojod għandhom ħjiel pallidi tad-deheb li huma mdehbin fil-każ tal-inbejjed “Reserva”. L-inbejjed rosé għandhom tonalitajiet roża li jfakkruk fil-petali tal-ward u fit-terrakotta fil-każ tal-inbejjed “Reserva”. L-inbejjed ħomor għandhom tonalitajiet vjola u brillanti u t-tonalitajiet tal-bosk fl-inbejjed “Reserva”.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum)

10

L-aċidità totali minima:

3,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru):

185

5.   Il-prattiki tal-vitikultura

a.   Metodi enoloġiċi essenzjali

Pressjonijiet ta’ inqas minn 2,5 kg/cm2 huma applikati biex jiġi estratt il-most u l-inbid u biex jiġi separat mill-karfa tal-għeneb magħsur b’tali mod li l-produzzjoni ma taqbiżx is-70 litru ta’ most jew ta’ nbid għal kull 100 kg tal-ħsad tal-għeneb.

Fl-inbejjed il-bojod, il-mosti, ħielsa mill-partijiet solidi tal-għanqud, jiffermentaw f’temperaturi inferjuri għal 20 °C. Għall-inbejjed il-ħomor, it-tul minimu tal-maċerazzjoni tal-most bil-ġilda huwa ta’ 48 siegħa.

Għall-inbejjed li jeħtieġu l-maturazzjoni, il-fermentazzjoni alkoħolika titwettaq f’temperatura li ma teċċedix it-30 °C. Matul il-proċess ta’ maturazzjoni, jiġu maħżuna fi btieti tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 330 litru.

b.   Produzzjoni massima

Pjanti miżbura f’forma ta’ kalċi

7 150 kg għeneb għal kull ettaru

Pjanti miżbura f’forma ta’ kalċi

50 hl għal kull ettaru

Pjanti miżbura fuq kannizzati

12 850 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Pjanti miżbura fuq kannizzati

90 hl għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Li tinsab fit-Tramuntana tal-provinċja ta’ Toledo: il-provinċja ta’ Toledo: Albarreal de Tajo, Alcabón, Aldeaencabo, Almorox, Arcicollar, Argés (il-poligoni 3 u 5 biss), Barcience, Bargas, Burujón, Camarena, Camarenilla, Cardiel de los Montes, Carmena, Carpio de Tajo (El), Carranque, Carriches, Casar de Escalona (El), Casarrubios del Monte, Castillo de Bayuela, Cazalegas, Cebolla, Cerralbos (Los), Chozas de Canales, Domingo Pérez, Erustes, Escalona, Escalonilla, Fuensalida, Garciotún, Gerindote, Guadamur (il-poligoni 17 u 18 biss), Hormigos, Huecas, Illán de Vacas, Lominchar, Lucillos, Malpica de Tajo, Maqueda, Mata (La), Méntrida, Mesegar, Montearagón, Nombela, Novés, Nuño Gómez, Olías del Rey, Otero, Palomeque, Paredes, Pelahustán, Portillo, Quismondo, Real de San Vicente, Recas, Rielves, San Martín de Pusa, Santa Cruz del Retamar, Santa Olalla, Talavera de la Reina, Toledo, Torre de Esteban Hambrán (La), Torrijos, Val de Santo Domingo, Valmojado, Ventas de Retamosa (Las), Villamiel, Viso (El) u Yunclillos.

7.   Id-dwieli prinċipali

Garnacha Tinta

8.   Id-deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet

Inbid

Minħabba l-klima kontinentali estrema, ikkaratterizzata minn xtiewi twal u kesħin, sjuf sħan u ftit li xejn xita, kif ukoll il-ħamrija ramlija, aċida u b’kontenut fqir ta’ ġir, l-inbejjed prodotti għandhom qawwa alkoħolika għolja u kontenut għoli ta’ estratt niexef u fl-istess ħin huma rikki, qawwijin fil-palat u sħan.

Inbid frizzanti

L-ambjent ġeografiku jippermetti l-kultivazzjoni tal-varjetajiet indikati fil-punt 6 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, varjetajiet li jikkontribwixxu għat-togħma bnina u bbilanċjata tal-inbejjed.

Bl-istess mod, in-nixfa u s-sigħat twal ta’ xemx jipproduċu qawwa alkoħolika naturali li tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’qawwiet alkoħoliċi definiti. L-inbejjed msemmija fil-punt preċedenti jintużaw bħala l-inbid ta’ bażi għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti. Għaldaqstant, l-indikazzjonijiet li jinsabu f’dak il-paragrafu huma applikabbli wkoll għal dawn l-inbejjed.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Qafas legali: —

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri: —

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni: —

10.   Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/20121108_PLIEGO_DOP_MENTRIDA.pdf


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/47


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8505 — NN Group/ATP/Hotel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 194/08)

1.

Fis-6 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi NN Group N.V. (“NN Group”, in-Netherlands), permezz tas-sussidjarja proprjetà kollha kemm hi tagħha, REI Germany B.V. (“REI”, in-Netherlands), u Arbejdsmarkedets Tillægspension (“ATP”, id-Danimarka), indirettament jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpless ta’ bini fi Munich, il-Ġermanja, li jikkonsisti prinċipalment f’lukanda Holiday Inn (“il-Lukanda”), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   NN Group: istituzzjoni finanzjarja globali ta’ oriġini Olandiża li toffri servizzi ta’ investiment u assikurazzjoni.

—   ATP: fond pubbliku tal-pensjonijiet Daniż b’4,9 miljun membru taħt is-superviżjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja Daniża. Il-fond jamministra għadd ta’ skemi ta’ benesseri u ta’ sigurtà soċjali li jgħinu biex tkun provduta sigurtà bażika għal ċittadini Daniżi.

—   il-Lukanda: bini magħruf bħala Holiday Inn Hotel li jinsab f’Hochstraße 3, Munich, il-Ġermanja u l-parkeġġ, ir-ristoranti, bars u faċilitajiet ta’ divertiment marbuta miegħu.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8505 — NN Group/ATP/Hotel, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/48


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8508 — Engie/CDC/Solairecorsica 1-2-3)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 194/09)

1.

Fis-6 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi Engie (Franza) u Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett tal-impriżi Solairecorsica 1, Solairecorsica 2 u Solairecorsica 3 (kollha minn Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Engie: Il-katina intiera tal-valur tal-enerġija fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u s-servizzi tal-enerġija;

—   għal CDC: grupp finanzjarju u maniġer tal-fond ta’ investiment, proprjetà tal-Istati Franċiż, li jinvesti kemm fi proġetti tas-settur pubbliku u kemm f’attivitajiet fis-swieq miftuħa;

—   għal SolaireCorsica 1, 2 u 3: is-sjieda u l-ġestjoni ta’ impjant tal-enerġija fotovoltajka attiv fil-ġenerazzjoni tal-elettriċità f’Korsika (Franza);

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8508 — Engie/CDC/Solairecorsica 1-2-3, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/49


Notifka minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8495 — Cummins/Eaton Corporation/Eaton JV Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 194/10)

1.

Fid-9 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Cummins Inc. (“Cummins” tal-Istati Uniti tal-Amerka) u Eaton Corporation (“Eaton” tal-Irlanda) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ partijiet ta’ Eaton (“Eaton JV Business”), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Cummins: id-disinn, il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-manutenzjoni madwar id-dinja ta’ magni u prodotti relatati;

—   għal Eaton: il-provvista ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija għall-immaniġġar tal-enerġija elettrika, idrawlika u ekkanika, inklużi l-manifattura u l-bejgħ ta’ trasmissjonijiet awtomatiċi għall-vetturi kummerċjali;

—   għall-Eaton JV Business: il-provvista u l-iżvilupp ta’ trażmissjoni awtomatizzata għal vetturi kummerċjali tqal u medji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8495 — Cummins/Eaton Corporation/Eaton JV Business, fl-indirizz li jmiss:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/50


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8435 — FMC/DuPont Divestment Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 194/11)

1.

Fit-8 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u skont referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża FMC Corporation (“FMC”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet mill-impriża E.I. Du Pont de Nemours and Company (“DuPont”, l-Istati Uniti tal-Amerika) (in-“Negozju ta’ Divestiment”).

Din il-konċentrazzjoni proposta hija parti minn ftehim ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ assi, li daħlu għalih bejniethom DuPont u FMC fl-31 ta’ Marzu 2017, li jipprevedi l-akkwist minn FMC ta’ ċerti attivitajiet ta’ DuPont, skont l-impenji ta’ divestiment li daħlu għalihom The Dow Chemical Company (“Dow”) u DuPont fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjonijiet fir-rigward tal-konċentrazzjoni proposta ta’ Dow u DuPont (il-Każ M.7932 Dow / DuPont).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal FMC: kumpanija dinjija ta’ kimiċi ta’ speċjaltà b’interessi fi swieq agrikoli, industrijali u tal-konsumatur,

—   għan-Negozju ta’ Divestiment: il-maġġoranza tal-attivitajiet dinjija tal-insettiċidi u l-erbiċidi ta’ DuPont, kif ukoll l-attivitajiet ta’ RuŻ ta’ DuPont għall-protezzjoni tal-uċuħ tar-raba’. Dawn jinkludu wkoll liċenzja esklużiva għall-provvista ta’ picoxystrobin pur, funġiċida AI, li għandu jintuża għall-formulazzjoni ta’ prodotti formulati puri jew imħallta għall-kultivazzjoni tar-ross fiż-ŻEE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8435 — FMC/DuPont Divestment Business, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/51


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8526 — CPPIB/BTPS/Milton Park)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 194/12)

1.

Fit-12 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada) u l-British Telecom Pension Scheme (“BTPS”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-business park ta’ Milton Park (“Milton Park”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CPPIB: investiment tal-fondi tal-Canada Pension Plan u li huwa bbażat f’Toronto. CPPIB prinċipalment jinvestu fil-proprjetà immobbli, l-ekwitajiet pubbliċi, l-ekwitajiet privati, l-infrastruttura u fi strumenti b’introjtu fiss;

BTPS: skema tal-pensjonijiet tax-xogħol stabbilita għall-benefiċċju tal-impjegati tal-BT Group plc. L-attivitajiet ta’ BTPS jinkludu investiment fil-proprjetà immobbli u l-grupp usa tagħha huwa attiv fl-investiment tal-bonds u l-ekwità, kemm fir-Renju Unit u kemm barra l-pajjiż;

Milton Park, li tinsab f’Didcot, Oxfordshire, tikkonsisti f’żona ta’ proprjetà immobbli li testendi sa 302 acres. Hemm 92 binja b’250 okkupant, li jimpjegaw aktar minn 9 000 persuna. Milton Park bħalissa hija proprjetà tal-BTPS.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8526 — CPPIB/BTPS/Milton Park, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/52


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 194/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

BLEU D’AUVERGNE

Nru tal-UE: PDO-FR-02214 — 4.1.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Syndicat Interprofessionnel Régional du “Bleu d’Auvergne”

Indirizz:

Mairie

15400 Riom-ès-Montagnes

FRANCE

Tel.

+33 471781198

Faks

+33 471781198

Email:

bleudauvergne@wanadoo.fr

Is-Syndicat Interprofessionnel Régional du Bleu d’Auvergne huwa magħmul minn operaturi tad-DOP “Bleu d’Auvergne” (produtturi, kolletturi, proċessuri u speċjalisti tal-maturazzjoni) u għandu interess leġittimu li jressaq din l-applikazzjoni.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   L-intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: rabta, kontroll

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Sabiex tingħata deskrizzjoni kompluta tal-prodott, huwa miżjud li l-“Blue d’Auvergne” huwa “manifatturat esklużivament” mill-ħalib tal-baqar “miżjud bit-tames” u li għandu konsistenza “mhux mgħaffġa, mhux imsajra, iffermentata u mielħa”.

Is-sentenza:

“Dan il-ġobon jinsab f’żewġ formati: — il-formati kbar b’dijametru ta’ madwar 20 cm, b’għoli minn 8 sa 10 cm, u b’piż minn 2 sa 3 kg; — il-formati żgħar b’dijametru ta’ madwar 10,5 cm u piż ta’ 350 g, 500 g jew kilogramma”

hija sostitwita bis-sentenza:

“Dan il-ġobon għandu l-forma ta’ ċilindru ċatt b’dijametru li jvarja minn 19 cm sa 23 cm, għoli li jvarja minn 8 sa 11-il cm u b’piż li jvarja minn 2 sa 3 kg”.

Għalhekk, il-ġobon ta’ format kbir biss (dijametru minn 19 sa 23 cm u għoli minn 8 sa 11-il cm) huwa kkunsidrat fid-denominazzjoni, billi l-ġobon ta’ format żgħir ilu ma jiġi manifatturat għal diversi snin. Id-dijametru tal-ġobon huwa bejn valur minimu ta’ 19-il cm u valur massimu ta’ 23 cm, u dan huwa aktar preċiż mill-kliem “madwar 20 cm” li jinsab fl-ispeċifikazzjoni fis-seħħ. L-għoli massimu għandu jiżdied b’ċentimetru sabiex jiġu kkunsidrati l-prattiki identifikati.

Il-kontenut ta’ materja niexfa tal-prodott huwa stabbilit għal minimu ta’ 51 % minflok 52 % u huwa miżjud li dan il-parametru huwa mogħti “wara tnixxif totali” għall-finijiet tal-kontroll. Din l-emenda tikkunsidra l-iżvilupp gradwali tal-prodott lejn konsistenza aktar kremuża. Paragun tal-osservazzjonijiet dwar it-togħma u tar-riżultat ta’ estratt niexef juri korrelazzjoni pożittiva, fejn il-ġobniet bl-aħjar togħma spiss jikkorrispondu għall-ġobniet li l-estratti niexfa tagħhom huma l-aktar baxxi.

Is-sentenza:

“Il-ġobon jista’ jiġi kummerċjalizzat biss taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Bleu d’Auvergne’ mit-28 jum wara d-data taż-żieda tat-tames.”

għandha tiżdied, u tissostitwixxi s-sentenza:

“It-tul tal-maturazzjoni huwa mill-inqas erba’ ġimgħat għall-ġobniet ta’ aktar minn kilogramma u ta’ mill-inqas ġimagħtejn għall-ġobniet li l-piż tagħhom huwa anqas minn kilogramma.”, li tinsab taħt l-intestatura “Metodu ta’ produzzjoni” tal-ispeċifikazzjoni fis-seħħ.

It-tul tal-maturazzjoni tal-ġobniet għalhekk għandu jinbidel b’tul ta’ żmien minimu qabel il-kummerċjalizzazzjoni ekwivalenti f’termini ta’ tul minħabba l-introduzzjoni tal-possibilità ta’ fażi ta’ konservazzjoni wara l-fażi ta’ maturazzjoni propja. Dan it-tul ta’ żmien huwa espress bħala jiem minflok ġimgħat u huwa speċifikat li jingħadd mid-data taż-żieda tat-tames, skont it-tradizzjonijiet u sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll.

Il-qoxra tal-prodott hija deskritta b’mod aktar preċiż (minflok “qoxra naturali bil-moffa”), permezz tas-sentenzi “Il-qoxra tal-‘Bleu d’Auvergne’ hija tajba, mingħajr ma tkun umda jew mingħajr ma tnixxi. Hija ma għandhiex kulur wieħed uniformi. Jista’ jkollha moffa bajda, griża, ħadra, blu u sewda.”. Id-deskrizzjoni organolettika tal-prodott hija kkompletata mill-elementi li ġejjin: “Il-ġobna għandha kulur abjad fl-avorju b’fetħiet u vini tat-tursina mifruxa b’mod ugwali, blu fl-aħdar. Dawn il-vini tat-tursina huma ta’ daqs li jvarja bejn dak taż-żerriegħa tal-qamħ u ż-żerriegħa tal-qamħirrum. Il-konsistenza hija ratba ħafna, kremuża u fina. It-togħma tal-‘Bleu d’Auvergne’ hija intensa, tipika, bilanċjata, b’aromi ta’ ġobon tat-tursina, veġetazzjoni li tikber taħt is-siġar u saħansitra ta’ faqqiegħ. Hija tista’ tkun ftit mielħa u morra. Hija tiżdied, b’mod kemmxejn qawwi skont il-grad ta’ maturazzjoni, bit-togħmiet li jirriżultaw mill-attività tal-moffa Penicillium roqueforti.”. Din id-deskrizzjoni, li ġejja mis-sessjonijiet ta’ eżami organolettiku mwettqa mill-professjonisti tal-“Bleu d’Auvergne”, tippermetti li l-prodott jiġi karatterizzat aħjar u hija utli għall-eżami organolettiku tal-prodott fil-kuntest tal-kontroll.

Għandu jiżdied li “Il-‘Bleu d’Auvergne’ jista’ jiġi kummerċjalizzat fil-forma ta’ porzjonijiet fil-formati kollha.”, billi l-prodott huwa mibjugħ l-aktar maqtugħ f’biċċiet.

Żona ġeografika

Billi d-deskrizzjoni tal-fażi ta’ maturazzjoni ġiet kompluta permezz tad-distinzjoni bejn fażi ta’ maturazzjoni fil-kantini f’temperatura ta’ bejn 6 u 12 °C u possibilment fażi ta’ konservazzjoni fil-kesħa bejn 0 u 6 °C, l-ewwel fażi li tindika l-istadji li jseħħu fiż-żona ġeografika għandha tiġi kompluta billi tissemma l-fażi ta’ konservazzjoni tal-ġobniet sat-28 jum mid-data taż-żieda tat-tames.

Id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika għandha tinbidel. Iż-żona ġeografika għandha titnaqqas minn 1 158 sa 630 muniċipalità. Fil-fatt, hija ffokata mill-ġdid fuq il-plateau ta’ Hercynia u l-kopertura vulkanika tagħha, filwaqt li l-baċini sedimentarji vasti u l-widien alluvjali kbar huma esklużi. Hija tiffavorixxi r-reġjuni agrikoli bil-mergħat, li l-prattiki tagħhom huma orjentati lejn il-ħaxix u li jibbenefikaw minn altitudni u ammont ta’ xita favorevoli għal din il-produzzjoni. Fl-aħħar nett, hija inkluża fiż-żona tradizzjonali tal-“Bleu d’Auvergne” u tittraduċi ż-żamma ta’ drawwiet attwali ta’ proċessar u ġbir tal-ħalib għall-“Bleu d’Auvergne”. Fiż-żoni esklużi miż-żona ġeografika, ma hemmx aktar ġbir tal-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Bleu d’Auvergne” jew għall-produzzjoni tal-“Bleu d’Auvergne” rikonoxxuti.

Prova tal-oriġini

Hija prevista dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-operaturi, filwaqt li ġiet sostitwita d-dikjarazzjoni tal-kompetenza. L-identifikazzjoni tal-operaturi hija prerekwiżit għall-approvazzjoni tagħhom, li tirrikonoxxi l-kompetenza tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni li jibbenefikaw minnha. Huma previsti wkoll dikjarazzjonijiet neċessarji għall-għarfien u s-sorveljanza tal-prodotti maħsuba li jiġu kummerċjalizzati b’denominazzjoni ta’ oriġini.

Il-lista tar-reġistrazzjonijiet li l-operaturi għandhom iwettqu hija kkompletata. Il-kjarifiki li saru għall-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni definiti mill-ispeċifikazzjoni fil-fatt jeħtieġu elementi ta’ reġistrazzjoni supplimentari biex ikun jista’ jsir il-kontroll tagħhom.

Metodu ta’ produzzjoni

Produzzjoni tal-ħalib:

Huma introdotti dispożizzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ta’ trobbija, il-ġestjoni u l-għalf tal-merħla li tipproduċi l-ħalib b’tali mod li jiġu rreġistrati l-prattiki tradizzjonali.

Il-merħla li tipproduċi l-ħalib hija ddefinita. Din tikkonċerna “il-baqar tal-ħalib u l-erieħ ta’ tiġdid tal-merħla kollha preżenti fl-impriża agrikola”, waqt li huwa mifhum li “il-baqar tal-ħalib huma l-annimali li jkunu qegħdin jipproduċu l-ħalib u dawk li ma jipproduċuhx” waqt li “l-erieħ huma l-annimali bejn il-fażi tal-ftim sakemm iwelldu.”. Din id-definizzjoni hija intiża biex tistabbilixxi b’mod ċar għal liema annimali qiegħda ssir referenza għalihom bl-użu tat-termini “merħla li tipproduċi l-ħalib”, “baqar tal-ħalib” u “erieħ” fil-kumplament tal-ispeċifikazzjonijiet, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni.

Għandu jiżdied li l-introduzzjoni fil-merħliet ta’ baqar jew erieħ li jipproduċu l-ħalib imwielda u/jew imrobbija lil hinn miż-żona ġeografika hija pprojbita. Fil-fatt, storikament, il-persuni li jrabbu fiż-żona ġeografika huwa awtonomi biex jiġi żgurat it-tiġdid tal-merħliet tagħhom għaliex l-erieħ jew il-baqar mixtrija lil hinn miż-żona ġeografika jistgħu jsibu diffikultajiet ta’ adattament kemm għall-ambjent tal-muntanji medju kif ukoll għat-tip ta’ għalf, li jwassal għar-riforma rapida tagħhom. Il-projbizzjoni li jiġu introdotti fil-merħliet li jipproduċu l-ħalib annimali mwielda u/jew imrobbija lil hinn miż-żona ġeografika għalhekk tippermetti adattament aħjar tal-annimali għall-ambjent u l-għalf, u dan speċjalment għaliex ma hemmx rekwiżit rigward ir-razza.

Madankollu huwa previst li għal raġunijiet sanitarji jew għar-razez Abondance, Aubrac, Brune, Ferrandaise, Simmental Française u Tarentaise preżenti f’numri żgħar fiż-żona ġeografika, din id-dispożizzjoni tista’ tkun soġġetta għal deroga mogħtija b’mod dettaljat u għal żmien limitat mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Dawn ir-razez huma meqjusa li huma aktar adattati għaż-żoni muntanjużi, u għaldaqstant ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ adattament għaż-żona ġeografika. Barra minn hekk, dawn huma soġġetti għall-osservazzjoni tal-istess kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-baqar ta’ razez oħra sakemm ikunu preżenti f’impriża agrikola inkluża fid-DOP “Bleu d’Auvergne”.

Għandu jiżdied li “Matul is-sena kollha, ir-razzjon bażiku tal-merħla li tipproduċi l-ħalib huwa magħmul esklużivament minn għalf li ġej miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni.”. Din l-awtonomija fl-għalf fiż-żona ġeografika tikkontribwixxi għar-rinfurzar tar-rabta mal-art.

Imbagħad hija spjegata l-kompożizzjoni tar-razzjon bażiku: L-għalf kollu, inkluż in-nifel twil imnixxef fi gzuz, u minbarra l-pjanti kruċiferi, għaliex dawn għandhom impatt qawwi fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-ħalib (riħa ta’ kaboċċi).

Il-proporzjon ta’ ħaxix tal-mergħa, imnixxef, imnixxef minn qabel jew maħżun f’silo fir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib huwa stabbilit għal minimu ta’ 70 % bħala medja fis-sena, espress bħala materja niexfa. Huwa stabbilit għal minimu ta’ 30 % kuljum. Lil hinn mill-perjodu meta jirgħu, il-baqar tal-ħalib jingħataw ħuxlief (ħaxix maħsud u mnixxef b’rata ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 80 %), b’mill-inqas 3 kg ta’ materja niexfa kuljum għal kull baqra. Il-produzzjoni tal-“Bleu d’Auvergne” fil-fatt hija stabbilita f’żona muntanjuża fejn tiddomina l-produzzjoni ta’ ħaxix użat għall-għalf tal-baqar tal-ħalib. Permezz tad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni, l-inklużjoni tal-ħaxix bħala bażi tal-għalf hija kkonfermata.

Obbligu li jirgħu, mill-inqas matul 150 jum fis-sena, huwa stabbilit għall-baqar tal-ħalib li jreddgħu, kif ukoll erja minima ta’ 30 ares għal kull baqra pprovduti biex jirgħu. Ir-ragħa fil-fatt huwa element ċentrali tal-alimentazzjoni tal-baqar tal-ħalib li jreddgħu fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini. Huwa jingħaqad mal-kunċett espress fil-paragrafu preċedenti dwar l-importanza tal-ħaxix fir-razzjon tal-baqar tal-ħalib.

Il-projbizzjoni tat-trobbija fil-magħluq tal-merħla tal-ħalib hija affermata, sabiex tkun garantita r-rabta mat-territorju permezz tal-għalf tal-annimali.

L-ammont ta’ bhejjem tal-impriżi agrikoli huwa limitat għal baqra tal-ħalib għal kull ettaru tal-erja tal-foraġġ, li jkompli mal-proposti preċedenti li jiffavorixxu alimentazzjoni minn riżorsi tal-foraġġ tal-impriża agrikola, u għalhekk li ġejjin miż-żona ġeografika, u jikkontribwixxi għaż-żamma tan-natura relattivament estensiva tal-impriżi agrikoli.

Il-kundizzjonijiet għall-ħżin tal-għalf għall-baqar tal-ħalib huma deskritti: Is-silos tat-tip “taupinière” u kuritur huma magħmula fuq pjattaforma tal-konkrit jew stabilizzata, il-foraġġ niexef huwa maħżun taħt struttura ta’ kenn fissa. Dawn id-dispożizzjonijiet jimmiraw li jippreservaw il-kwalità tal-foraġġ.

Għall-baqar tal-ħalib, iż-żieda ta’ ikel komplementari hija limitata għal 1 800 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib fis-sena, bħala medja għall-baqar tal-ħalib kollha, u għall-erieħ, iż-żieda ta’ ikel addizzjonali ma tistax taqbeż 30 % tar-razzjon totali, espress bħala materja niexfa, bħala mejda fis-sena. Għandu jiġi evitat li dan l-ikel jieħu rwol wisq importanti fl-għalf u b’hekk li jiffavorixxi r-razzjon bażiku, li jiġi miż-żona ġeografika. Barra minn hekk, il-materja prima awtorizzata fl-ikel komplementari tal-baqar tal-ħalib u l-addittivi awtorizzati huma kollha soġġetti kull għal lista pożittiva, neċessarji biex l-għalf jiġi mmaniġġjat, iggarantit u kkontrollat aħjar. It-trattament fil-formaldeid tal-għalf magħmul miż-żrieragħ li minnhom ikun ġie estratt iż-żejt huwa pprobjit, billi din il-prattika mhijiex f’konformità mal-prattiki tradizzjonali.

Ġiet miżjuda dispożizzjoni li tipprojbixxi l-OĠM fl-għalf tal-annimali u fil-kultivazzjonijiet tal-impriża agrikola, sabiex tinżamm in-natura tradizzjonali tal-għalf.

Huma stabbiliti dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tifrix tal-fertilizzanti organiċi biex l-għalf tal-baqar ikun protett minn kwalunkwe riskju ta’ kontaminazzjoni minn sustanzi li jniġġsu.

Il-ħalib użat:

Huwa miżjud li l-ħalib huwa maħżun f’tank imkessaħ wara t-taħlib u li l-ħżin tiegħu fir-razzett ma jistax ikun għal aktar minn 48 siegħa, sabiex tiġi limitata d-degradazzjoni tiegħu u jiġi evitat l-iżvilupp tal-mikrobi mhux mixtieqa.

Huwa miżjud li “It-tbattil taċ-ċisterni f’tankijiet fissi għandu jitwettaq b’mod obbligatorju fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni.”. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ it-traċċabilità tal-ħalib miġbur u li tiffaċilita l-kontroll.

Huwa miżjud li l-ħalib użat jista’ jkun mhux imsajjar, ipproċessat bis-sħana jew pasturizzat, li jikkorrispondi għall-prattiki implimentati għal bosta deċennji.

Proċessar:

Il-preparazzjoni tal-ħalib qabel iż-żieda tat-tames hija deskritta, fil-każ tal-produzzjoni fir-razzett u tal-produzzjoni tal-ħalib, f’konformità mal-għarfien espert fil-qasam, b’mod li jiġi garantit li dan jibqa’ tajjeb.

Fil-produzzjoni fir-razzett, id-differiment tal-ħalib huwa limitat għal żewġ taħlibiet sussegwenti (l-ewwel wieħed huwa mkessaħ biex jiġi kkonservat) u ż-żieda tat-tames isir mhux aktar minn 16-il siegħa wara t-taħlib l-anqas reċenti.

Fil-produzzjoni tal-ħalib, issir prematurazzjoni tal-ħalib qabel iż-żieda tat-tames, f’temperatura bejn 6 u 14 °C għal perjodu minimu ta’ 4 sigħat. It-tisħin tal-prematurazzjoni jista’ jiġi akkumpanjat jew le minn żieda ta’ fermenti u jsir fl-24 siegħa wara li l-ħalib jasal fil-fabbrika. Dawn il-kundizzjonijiet huma favorevoli għall-iżvilupp tal-mikrobi lattiċi preżenti jew miżjuda fl-ambjent. Huma għalhekk jippermettu li tiġi kkawżata aċidifikazzjoni ħafifa qabel iż-żieda tat-tames u li sussegwentement tinkiseb baqta b’dominanza lattika. Il-prematurazzjoni hija proċess storiku fil-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib tal-“Bleu d’Auvergne”.

Għaż-żewġ tipi ta’ produzzjoni, l-omoġenizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-materja grassa huma awtorizzati. L-omoġenizzazzjoni hija teknika li tiffavorixxi l-iżvilupp tat-togħma tal-ġobon, tippermetti tqassim aħjar tal-materja grassa fil-baqta u tippermetti li tinkiseb ġobna aktar bajda, b’ġabra aħjar ta’ vini tat-tursina.

It-temperatura taż-żieda tat-tames hija bejn 30 u 34 °C. Fil-fatt hija għandha effett kbir fuq l-attività tal-tames f’dan l-istadju essenzjali.

Il-Penicillium roqueforti jissemma b’mod partikolari fil-lista tal-ingredjenti, prodotti sekondarji u addittivi awtorizzati fil-ħalib u waqt il-produzzjoni tal-“Bleu d’Auvergne”, minbarra l-materja prima tal-ħalib. F’din l-istess lista, ir-referenza għall-“kolturi inoffensivi tal-batterji, ħmira u moffa” għandha tiġi sostitwita minn referenza għal kolturi “oħra” (minbarra l-Penicillium) ta’ batterji, ħmira u moffa “li s-sikurezza tagħhom tintwera mill-użu”, għal finijiet ta’ aktar preċiżjoni. L-inokulazzjoni bil-Penicillium roqueforti wara jiġi kkonfermat, għaliex huwa element indispensabbli fil-proċess teknoloġiku tal-produzzjoni tal-“Bleu d’Auvergne”. Ta’ min jinnota li r-referenza għall-Penicillium roqueforti tissostitwixxi r-referenza għall-Penicillium glaucum imsemmija fis-sommarju ppubblikat wara żvilupp fl-għarfien tal-moffa u fil-klassifikazzjoni tagħha. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità waqt il-kontrolli, huwa speċifikat li l-mezzi tal-koltura rikostitwiti huma awtorizzati bħala appoġġ għall-iżvilupp tal-fermenti.

Wara l-koagolazzjoni, l-istadji tal-qtugħ u t-taħlit tal-baqta, kif ukoll is-separazzjoni tal-maġġoranza tal-baqta u tax-xorrox qabel l-iffurmar, ġew introdotti sabiex jiġu kkunsidrati d-drawwiet: “Wara l-koagolazzjoni, il-baqta titqatta’ f’kubi ta’ daqs bejn dak taż-żerriegħa tal-qamħirrum u ġellewża. It-taħlit jippermetti li jinkisbu biċċiet ‘mhux uniformi’. Qabel ma jitqiegħed fil-forom, il-maġġoranza tax-xorrox jiġi separat mill-baqta. Il-baqta titqiegħed fil-forom wara t-tqattigħ u t-taħlit.” Għalhekk għandha tiġi deskritta l-produzzjoni skont il-ħxuna tal-biċċiet tal-baqta wara t-tqattigħ (mid-daqs li jvarja minn dak taż-żerriegħa tal-qamħirrum u għal dak ta’ ġellewża) u li tiġi nnutata d-dehra (imfittxija) ta’ konsistenza mhux uniformi li sseħħ wara l-iffurmar tal-fetħa, fejn il-biċċiet tal-baqta jibqgħu individwali meta jitqiegħdu fil-forom.

Il-fażi ta’ tqattir tal-baqta wara l-iffurmar hija ddettaljata. Huwa definit massimu ta’ 72 siegħa, billi jiġi sostitwit l-avverb “bil-mod” li jinsab fl-ispeċifikazzjoni fis-seħħ u li mhuwiex preċiż, sabiex jiġu rreġistrati l-prattiki attwali u jkun hemm valur għat-twettiq tal-kontrolli. Għandu jiżdied li t-tqattir isir mingħajr tagħsir, permezz tat-taqlib u f’temperatura li tippermetti li jinkiseb pH ta’ inqas minn 5 fit-tmiem tal-istadju. Dan il-valur ta’ pH huwa element obbligatorju sabiex jinkiseb tqattir suffiċjenti għall-“Bleu d’Auvergne”.

Is-sentenza “Hija pprojbita l-konservazzjoni f’temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk” ġiet sostitwita bis-sentenza “Id-differiment tal-ipproċessar tal-baqta huwa pprojbit kif ukoll il-konservazzjoni f’temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni jew tal-ġobon frisk”. Dan jikkonċerna l-projbizzjoni tad-differiment tal-ipproċessar tal-baqta bi kwalunkwe mezz, għaliex dan ma jikkorrispondi ma’ ebda tradizzjoni storika.

Il-modalitajiet ta’ tmelliħ huma modifikati sabiex jadattaw ruħhom aħjar għall-iżvilupp tal-għodod tal-produzzjoni.

Is-sentenzi:

“Il-ġobon huwa mmellaħ fit-tmiem tat-tqattir, bl-għorik jew bit-tifrix tal-melħ, fuq il-wiċċ kollu, f’kamra li t-temperatura tagħha tista’ tvarja minn 14 °C sa 22 °C. Qabel dan it-tmelliħ jista’ jsir trattament bis-salmura”

jissostitwixxu s-sentenza:

“Il-ġobon huwa mqattar bil-mod, immellaħ bl-idejn f’żewġ fażijiet bil-melħ oħxon niexef, b’bosta taqlib”. Fil-fatt, it-teknika manwali u f’żewġ fażijiet, li tintuża dejjem, ma tistax tibqa’ l-uniku metodu ta’ tmelliħ minħabba l-iżvilupp ta’ dawn l-għodod. Jistgħu jintużaw kemm il-melħ oħxon kif ukoll il-melħ irqiq. It-tmelliħ bl-għorik jew it-tifrix tal-melħ, bl-idejn jew le, jippermetti l-iffurmar tal-qoxra tipika tal-“Bleu d’Auvergne”. Qablu jista’ jsir trattament tal-prodott bis-salmura, li hija prattika li ilha tintuża għal xi snin flimkien mat-tmelliħ bl-għorik jew it-tifrix tal-melħ mingħajr ma taffettwa l-kwalitajiet organolettiċi tal-prodott, kif juru r-riżultati tad-dewqan. Għandu jiġi speċifikat li t-tmelliħ isir fit-tmiem tat-tqattir.

L-istadju tat-titqib jiġi komplut, filwaqt li jiġi indikat li ssir titqiba waħda u jiġi definit perjodu massimu ta’ 10 ijiem bejn iż-żieda tat-tames u t-titqib, sabiex tiġi garantita l-kwalità tal-prodott.

Maturazzjoni:

Minflok “It-tul tal-maturazzjoni huwa ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat għall-ġobniet ta’ aktar minn kilogramma u ta’ ġimagħtejn għall-ġobniet li l-piż tagħhom huwa inqas minn kilogramma”, huwa jiġi indikat li “Mid-data tat-titqib, il-ġobniet huma maturati mikxufa għal mill-inqas 15-il jum f’kantina jew kamra għall-maturazzjoni, f’temperatura bejn 6 u 12 °C u umdità ta’ aktar minn 90 %. Wara l-ġobniet huma kkonservati, jekk meħtieġ, f’kamra f’temperatura bejn 0 u 6 °C, sakemm ma jintlaħaq it-tul ta’ 28 jum mid-data wara ż-żieda tat-tames”, f’konformità mat-tradizzjoni. Il-fażi ta’ maturazzjoni mikxufa f’temperatura bejn 6 u 12 °C u umdità ta’ aktar minn 90 % tippermetti lill-Penicillium roqueforti jiżviluppa fil-ġobna. Wara dan l-iżvilupp, u wara mill-inqas 15-il jum mid-data tat-titqib, il-ġobniet jinżammu f’kantina bejn 6 u 12 °C sat-28 jum mid-data taż-żieda tat-tames jew inkella kkonservati f’kamra f’temperatura bejn 0 u 6 °C, sabiex titnaqqas ir-rata ta’ żvilupp tal-Penicillium roqueforti, sat-28 jum mid-data taż-żieda tat-tames. L-għan huwa li jiġi kkontrollat it-tkabbir tal-moffa u li jiġi żvelat il-kampjun aromatiku tal-prodott.

Huwa miżjud li ebda operazzjoni ta’ qtugħ tal-prodott ma tista’ ssir qabel ma jgħaddi l-perjodu ta’ 28 jum mid-data taż-żieda tat-tames, sabiex tiġi garantita l-integrità tal-prodott sakemm ikun kiseb il-karatteristiċi kollha tiegħu u biex jiġi evitat li jiġi żnaturat.

Tikkettar

Għandu jiġi introdott daqs minimu tat-tipa għad-denominazzjoni rreġistrata: “ta’ mill-inqas żewġ terzi ta’ dawk tal-akbar karattri li jinsbu fuq it-tikketta”, sabiex tkun tista’ tinqara tajjeb biżżejjed id-denominazzjoni meta mqabbla mal-indikazzjonijiet l-oħra li jinsabu fuq it-tikketta.

Għandu jiżdied l-obbligu li jitqiegħed is-simbolu tad-DOP tal-Unjoni Ewropa.

Huwa miżjud li l-użu ta’ kull kwalifika mehmuża direttament mal-isem tad-denominazzjoni huwa pprojbit. Dan jikkorrispondi għal aġġornament mal-iżviluppi fit-termini ta’ tikkettar tal-prodotti taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini.

Sabiex tiġi kkunsidrata d-diversità tal-metodi ta’ imballaġġ, is-sentenza li tindika li l-ġobniet għandhom ikunu mgeżwra fil-karta miksija bl-aluminju għandha titħassar, billi jistgħu jintużaw imballaġġi oħra.

Oħrajn

L-intestatura “Elementi li jiġġustifikaw ir-rabta mal-ambjent ġeografiku” għandha tiġi riformulata u strutturata fi tliet partijiet. Il-parti “Speċifiċità taż-żona ġeografika” tfakkar il-fatturi naturali billi tenfasizza l-produzzjoni tal-ħaxix taż-żona ġeografika kif ukoll il-fatturi umani permezz tas-sommarju tal-parti storika u l-enfasi tal-għarfien speċifiku tal-produtturi tal-“Bleu d’Auvergne” (għalf tal-baqar tal-ħalib li jiffavorixxi l-ħaxix, taħlit tal-biċċiet tal-baqta f’kantina tal-produzzjoni, tqattir mingħajr tagħsir, tmelliħ, titqib u maturazzjoni). Il-parti “Speċifiċità tal-prodott” hija aġġornata bl-elementi introdotti fid-deskrizzjoni tal-prodott. Fl-aħħar nett, il-punt “Rabta kawżali” jispjega l-interazzjonijiet bejn il-fatturi naturali u umani u l-prodott.

Fis-subintestatura “Kontrolli fuq il-prodott”, huwa miżjud li “l-eżamijiet għandhom isiru permezz ta’ teħid tal-kampjuni fuq ġobniet ta’ mill-inqas 28 jum mid-data taż-żieda tat-tames, skont il-proċeduri deskritti fil-pjan ta’ kontroll”. Dawn il-modalitajiet wara huma ripetuti fil-pjan ta’ kontroll tad-denominazzjoni ta’ oriġini mfassal minn korp ta’ kontroll.

Fl-intestatura “Referenzi għall-istruttura ta’ kontroll”, l-isem u d-dettalji tal-istrutturi ta’ kontroll għandhom jiġu aġġornati.

Fl-aħħar nett, għandha tiżdied tabella li tippreżenta l-punti prinċipali li għandhom jiġu kkontrollati u l-metodu ta’ evalwazzjoni tagħhom.

DOKUMENT UNIKU

“BLEU D’AUVERGNE”

Nru tal-UE: PDO-FR-02214 — 4.1.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Bleu d’Auvergne”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’1

Il-“Bleu d’Auvergne” huwa ġobon manifatturat esklużivament mill-ħalib tal-baqar miżjud bit-tames, tat-tursina, b’konsistenza mhux mgħaffġa, mhux imsajra, iffermentata u mielħa.

Dan il-ġobon għandu l-forma ta’ ċilindru ċatt b’dijametru minn 19 cm sa 23 cm, għoli minn 8 sa 11-il cm u b’piż minn 2 sa 3 kg.

Il-kontenut ta’ xaħam huwa tal-anqas 50 % wara tnixxif totali, u dak ta’ materja niexfa mhux anqas minn 51 %.

Il-ġobon jista’ jiġi kummerċjalizzat biss taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini “Bleu d’Auvergne” mit-28 jum wara d-data taż-żieda tat-tames.

Il-qoxra tal-“Bleu d’Auvergne” hija tajba, mingħajr umdità jew tnixxija. Hija ma għandhiex kulur wieħed uniformi. Jista’ jkollha moffa bajda, griża, ħadra, blu u sewda.

Il-ġobna fuq ġewwa għandha kulur abjad fl-avorju b’fetħiet u vini tat-tursina mifruxa b’mod ugwali, blu fl-aħdar.

Id-daqs ta’ dawn il-vini tat-tursina jvarja bejn dak taż-żerriegħa tal-qamħ u ż-żerriegħa tal-qamħirrum.

Il-konsistenza hija ratba ħafna, kremuża u fina.

It-togħma tal-“Bleu d’Auvergne” hija intensa, tipika, ibbilanċjata, b’aromi ta’ ġobon tat-tursina, veġetazzjoni li tikber taħt is-siġar u saħansitra ta’ faqqiegħ. Hija tista’ tkun ftit mielħa u morra. Hija miżjuda, b’mod kemmxejn qawwi skont il-grad ta’ maturazzjoni, bit-togħmiet li jiġu mill-attività tal-moffa Penicillium roqueforti.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Matul is-sena kollha, ir-razzjon bażiku tal-merħla li tipproduċi l-ħalib huwa magħmul esklużivament minn għalf li ġej miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni. Fir-rigward tal-ikel komplementari mogħti lill-merħla li tipproduċi l-ħalib, l-altitudni u l-klima medja muntanjuża taż-żona ġeografika teknikament ma jippermettux il-produzzjoni tiegħu fiż-żona ġeografika. Għall-baqar tal-ħalib, din iż-żieda ta’ ikel komplementari hija limitata għal 1 800 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib fis-sena, bħala medja għall-baqar tal-ħalib kollha. Għall-erieħ, din ma tistax taqbeż 30 % mir-razzjon totali, espress bħala materja niexfa, bħala medja fis-sena. Għalhekk, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li mill-inqas 70 % tal-materja niexfa tar-razzjon alimentari totali pprovdut lill-mergħa li tipproduċi l-ħalib hija prodotta fiż-żona ġeografika.

Minbarra l-kruċiferi, li huma pprojbiti fil-forma ta’ foraġġi għall-annimali kollha tal-impriża agrikola, il-foraġġi kollha jistgħu jiġu inklużi fir-razzjon bażiku tal-merħla li tipproduċi l-ħalib. In-nifel twil imnixxef fi gzuz huwa parti minnhom.

Bħala medja matul is-sena, il-ħaxix mikul mill-mergħa, imnixxef, imnixxef minn qabel jew maħżun fis-silo jirrappreżenta ta’ mill-inqas 70 % tar-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib, espress bħala materja niexfa.

Ta’ kuljum, il-ħaxix mikul mill-mergħa, fil-forma ta’ ħuxlief, qabel ma jsir ħuxlief jew maħżun fis-silo jirrappreżenta ta’ mill-inqas 30 % tar-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib, espress bħala materja niexfa.

Barra mill-perjodu meta jirgħu, il-baqar tal-ħalib jirċievu kuljum ta’ mill-inqas 3 kg ħuxlief għal kull baqra, espress bħala materja niexfa. Ħuxlief tfisser ħaxix maħsud u mnixxef b’rata ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 80 %.

Matul il-perjodu meta jkun disponibbli l-ħaxix, sakemm ikun jippermetti t-temp, huwa impost obbligu li l-baqar tal-ħalib li jkunu qed jipproduċu l-ħalib jitħallew jirgħu. Fi kwalunkwe każ, il-perjodu li matulu jirgħu ma jistax ikun inqas minn 150 jum fis-sena.

Huma awtorizzati biss fl-għalf komplementari u l-addittivi mogħtija lill-baqar tal-ħalib il-materja prima u l-addittivi speċifikati f’lista pożittiva.

Fl-għalf tal-annimali huma awtorizzati biss il-pjanti, il-prodotti sekondarji u l-għalf komplementari derivat minn prodotti mhux transġeniċi.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura, il-maturazzjoni u l-preżervazzjoni tal-ġobon għal 28 jum mid-data ta’ meta jiżdied it-tames isiru fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li għalih tagħmel referenza d-denominazzjoni

Il-“Bleu d’Auvergne” jista’ jiġi kummerċjalizzat fil-forma ta’ porzjonijiet tal-formati kollha.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li d-denominazzjoni tirreferi għalih

It-tikkettar għandu jinkludi b’mod obbligatorju l-isem tad-denominazzjoni miktub b’ittri ta’ daqs mill-inqas ugwali għal żewġ terzi ta’ dawk tal-akbar ittri li jinsbu fuq it-tikkettar.

L-użu ta’ kull kwalifika marbuta direttament mal-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini huwa pprojbit fit-tikkettar, ir-reklamar, il-fatturi jew id-dokumenti kummerċjali bl-eċċezzjoni ta’ trademarks jew marki tal-fabbrika speċjali.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-“Bleu d’Auvergne” testendi fit-territorju li ġej:

Id-Dipartiment tal-Aveyron:

Il-muniċipalitajiet ta’ Brommat, Lacroix-Barrez, Mur-de-Barrez, Murols, Taussac, Thérondels.

Id-Dipartiment ta’ Cantal:

Id-distretti ta’ Arpajon-sur-Cère, Aurillac-1, Aurillac-2, Aurillac-3, Mauriac, Murat, Naucelles, Riom-ès-Montagnes, Saint-Flour-1, Saint-Flour-2, Saint-Paul-des-Landes, Vic-sur-Cère, Ydes.

Id-distretti ta’ Alleuze, Anglards-de-Saint-Flour, Boisset, Celoux, Chaliers, Chazelles, Clavières, Lavastrie, Leynhac, Lorcières, Marcolès, Maurs, Mourjou, Neuvéglise, Quézac, Rageade, Roannes-Saint-Mary, Rouziers, Ruynes-en-Margeride, Saint-Antoine, Saint-Constant-Fournoulès, Saint-Etienne-de-Maurs, Saint-Georges, Saint-Julien-de-Toursac, Saint-Mamet-la-Salvetat, Sansac-de-Marmiesse, Soulages, Vabres, Val d’Arcomie, Védrines-Saint-Loup, Vitrac.

Id-Dipartiment ta’ Corrèze:

Id-distretti ta’ Altillac, Auriac, Bassignac-le-Bas, Bassignac-le-Haut, Bort-les-Orgues, Camps-Saint-Mathurin-Léobazel, La Chapelle-Saint-Géraud, Confolent-Port-Dieu, Darazac, Eygurande, Feyt, Goulles, Hautefage, Lafage-sur-Sombre, Lamazière-Basse, Lapleau, Laroche-près-Feyt, Latronche, Laval-sur-Luzège, Liginiac, Margerides, Mercœur, Merlines, Mestes, Monestier-Merlines, Monestier-Port-Dieu, Neuvic, Palisse, Reygade, Rilhac-Xaintrie, Saint-Bonnet-les-Tours-de-Merle, Saint-Bonnet-près-Bort, Saint-Cirgues-la-Loutre, Saint-Étienne-aux-Clos, Saint-Exupéry-les-Roches, Saint-Fréjoux, Saint-Geniez-ô-Merle, Saint-Hilaire-Foissac, Saint-Hilaire-Luc, Saint-Julien-aux-Bois, Saint-Julien-le-Pèlerin, Saint-Julien-près-Bort, Saint-Pantaléon-de-Lapleau, Saint-Privat, Saint-Victour, Sarroux, Sérandon, Servières-le-Château, Sexcles, Soursac, Thalamy, Ussel, Veyrières.

Id-Dipartiment ta’ Haute-Loire:

Id-distretti ta’ Ally, Arlet, Autrac, Auvers, La Besseyre-Saint-Mary, Blesle, Bonneval, La Chaise-Dieu, La Chapelle-Geneste, Charraix, Chastel, Chazelles, Cistrières, Cronce, Desges, Espalem, Ferrussac, Grenier-Montgon, Lubilhac, Malvières, Mercœur, Pébrac, Pinols, Saint-Austremoine, Saint-Cirgues, Saint-Étienne-sur-Blesle, Sembadel, Tailhac.

Id-Dipartiment ta’ Lot:

Id-distretti ta’ Anglars, Bannes, Bessonies, Le Bourg, Le Bouyssou, Cahus, Cardaillac, Cornac, Espeyroux, Frayssinhes, Gorses, Labastide-du-Haut-Mont, Labathude, Lacapelle-Marival, Latouille-Lentillac, Latronquière, Lauresses, Laval-de-Cère, Leyme, Molières, Montet-et-Bouxal, Prendeignes, Sabadel-Latronquière, Saint-Bressou, Saint-Cirgues, Saint-Hilaire, Saint-Maurice-en-Quercy, Saint-Médard-Nicourby, Saint-Perdoux, Saint-Vincent-du-Pendit, Sainte-Colombe, Sénaillac-Latronquière, Sousceyrac-en-Quercy, Terrou, Teyssieu, Viazac.

Id-Dipartiment ta’ Lozère:

Id-distretti ta’ Langogne, Saint-Chély-d’Apcher.

Id-distretti ta’ Albaret-le-Comtal, Arzenc-d’Apcher, Aumont-Aubrac, Les Bessons, Brion, Chambon-le-Château, Chauchailles, Chaulhac, La Chaze-de-Peyre, Estables, La Fage-Montivernoux, La Fage-Saint-Julien, Fau-de-Peyre, Fontans, Fournels, Grandrieu, Javols, Julianges, Lachamp, Lajo, Les Laubies, Le Malzieu-Forain, Le Malzieu-Ville, Les Monts-Verts, Noalhac, La Panouse, Paulhac-en-Margeride, Ribennes, Rieutort-de-Randon, Saint-Alban-sur-Limagnole, Saint-Amans, Saint-Denis-en-Margeride, Saint-Gal, Saint-Juéry, Saint-Laurent-de-Veyrès, Saint-Léger-du-Malzieu, Saint-Paul-le-Froid, Saint-Privat-du-Fau, Saint-Sauveur-de-Peyre, Saint-Symphorien, Sainte-Colombe-de-Peyre, Sainte-Eulalie, Serverette, Servières, Termes, La Villedieu.

Id-Dipartiment ta’ Puy-de-Dôme:

Id-distretti ta’ Aix-la-Fayette, Ambert, Les Ancizes-Comps, Anzat-le-Luguet, Apchat, Arlanc, Augerolles, Aurières, Auzelles, Avèze, Baffie, Bagnols, Bertignat, Besse-et-Saint-Anastaise, Beurières, Bongheat, Bort-l’Étang, La Bourboule, Bourg-Lastic, Briffons, Bromont-Lamothe, Brousse, Bulhon, La Celle, Ceilloux, Ceyssat, Chambon-sur-Dolore, Chambon-sur-Lac, Chaméane, Champagnat-le-Jeune, Champétières, Chapdes-Beaufort, La Chapelle-Agnon, La Chapelle-sur-Usson, Charbonnières-les-Vieilles, Charensat, Charnat, Chastreix, Chaumont-le-Bourg, Cisternes-la-Forêt, Combrailles, Compains, Condat-en-Combraille, Condat-lès-Montboissier, Courpière, Crevant-Laveine, Cros, Culhat, Cunlhat, Domaize, Doranges, Dorat, Dore-l’Église, Échandelys, Égliseneuve-d’Entraigues, Égliseneuve-des-Liards, Églisolles, Escoutoux, Espinchal, Estandeuil, Esteil, Fayet-le-Château, Fayet-Ronaye, Fernoël, La Forie, Fournols, Gelles, Giat, La Godivelle, La Goutelle, Grandrif, Grandval, Herment, Heume-l’Église, Isserteaux, Job, Jumeaux, Labessette, Landogne, Laqueuille, Larodde, Lastic, Lezoux, Limons, Luzillat, Manglieu, Manzat, Marat, Marsac-en-Livradois, Mauzun, Mayres, Mazaye, Mazoires, Medeyrolles, Messeix, Miremont, Le Monestier, Mons, Mont-Dore, Montel-de-Gelat, Montfermy, Montmorin, Murat-le-Quaire, Murol, Nébouzat, Néronde-sur-Dore, Neuville, Noalhat, Novacelles, Olby, Olliergues, Olmet, Orcival, Orléat, Paslières, Perpezat, Peschadoires, Peslières, Picherande, Pontaumur, Pontgibaud, Prondines, Pulvérières, Puy-Saint-Gulmier, Queuille, Roche-Charles-la-Mayrand, Rochefort-Montagne, Saillant, Saint-Alyre-d’Arlanc, Saint-Alyre-ès-Montagne, Saint-Amant-Roche-Savine, Saint-Anthème, Saint-Avit, Saint-Bonnet-le-Bourg, Saint-Bonnet-le-Chastel, Saint-Bonnet-près-Orcival, Saint-Clément-de-Valorgue, Saint-Dier-d’Auvergne, Saint-Donat, Saint-Éloy-la-Glacière, Saint-Étienne-des-Champs, Saint-Étienne-sur-Usson, Saint-Ferréol-des-Côtes, Saint-Flour, Saint-Genès-Champanelle, Saint-Genès-Champespe, Saint-Genès-la-Tourette, Saint-Georges-de-Mons, Saint-Germain-près-Herment, Saint-Germain-l’Herm, Saint-Gervais-sous-Meymont, Saint-Hilaire-les-Monges, Saint-Jacques-d’Ambur, Saint-Jean-d’Heurs, Saint-Jean-des-Ollières, Saint-Jean-en-Val, Saint-Jean-Saint-Gervais, Saint-Julien-Puy-Lavèze, Saint-Just, Saint-Martin-des-Olmes, Saint-Martin-d’Ollières, Saint-Nectaire, Saint-Ours, Saint-Pierre-Colamine, Saint-Pierre-le-Chastel, Saint-Pierre-Roche, Saint-Priest-des-Champs, Saint-Quentin-sur-Sauxillanges, Saint-Romain, Saint-Sauves-d’Auvergne, Saint-Sauveur-la-Sagne, Saint-Sulpice, Saint-Victor-la-Rivière, Sainte-Agathe, Sainte-Catherine, Sallèdes, Saulzet-le-Froid, Sauvagnat, Sauvessanges, Sauviat, Sauxillanges, Savennes, Sermentizon, Singles, Sugères, Tauves, Thiers, Thiolières, Tortebesse, La Tour-d’Auvergne, Tours-sur-Meymont, Tralaigues, Trémouille-Saint-Loup, Trézioux, Valbeleix, Valz-sous-Châteauneuf, Vernet-la-Varenne, Le Vernet-Sainte-Marguerite, Verneugheol, Vernines, Vertolaye, Villosanges, Vinzelles, Viverols, Voingt.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-“Bleu d’Auvergne” tikkorrispondi għall-parti ċentrali tat-Tramuntana tal-Massif Central.

Hija essenzjalment tinsab fuq il-plateau ta’ Hercynia tal-Massif Central, magħmul minn blat metamorfiku u tal-granit, b’kopertura vulkanika.

Din hija żona muntanjuża ta’ altitudni medja bi qċaċet ta’ aktar minn 1 000 m u għandha altitudni li hija dejjem aktar minn 500 m.

Hija karatterizzata mill-predominanza ta’ klima muntanjuża varjata, fil-Punent mill-influwenzi ta’ klima oċeanika alterata u fil-Lvant mill-influwenzi ta’ klima kontinentali affettwata mill-klimi fil-viċin tagħha. F’din il-klima kultant kumplessa, l-aktar parametru determinanti huwa x-xita, li taffettwa b’mod sinifikanti l-produzzjoni ta’ ħaxix abbundanti osservat fit-territorju. Iż-żona ġeografika għalhekk tikkorrispondi għas-setturi fejn ix-xita hija aktar minn 800 mm fis-sena.

Fir-rigward tal-fatturi umani, iż-żona ta’ Puy-de-Dôme li tinsab fil-Punent tal-Monts d’Auvergne, favorevoli għat-tkabbir tal-ħaxix u għall-produzzjoni tal-ħalib, hija l-post tat-twelid storiku tal-produzzjoni tal-“Bleu d’Auvergne”, li tfaċċa fin-nofs tas-seklu XIX. Dan is-settur jikkostitwixxi l-ewwel ċentru tad-denominazzjoni, li minnha żviluppat gradwalment il-produzzjoni. Fir-rigward tal-oriġini fl-irziezet, il-produzzjoni testendi gradwalment għall-irziezet tal-ħalib fit-tieni nofs tas-seklu XIX, partikolarment grazzi għall-innovazzjonijiet tekniċi proposti minn Antoine Roussel, ċittadin ta’ Auvergne li stabbilixxa t-titqib tal-ġobon. It-tixrid ta’ dan il-metodu mit-tmiem tas-seklu XIX wassal għall-iżvilupp tat-tieni ċentru ta’ produzzjoni fil-Lbiċ tal-muntanji ta’ Cantal, imbagħad il-produzzjoni tal-“Bleu d’Auvergne” estendiet gradwalment għaż-żona ġeografika kollha. Definizzjoni tal-“Bleu d’Auvergne” ġiet approvata fl-1934 mill-Ministru tal-Agrikoltura u l-prodott ġie rikonoxxut bħala denominazzjoni ta’ oriġini f’Marzu tal-1975.

Illum il-ġurnata l-għalf tal-baqar tal-ħalib jiffavorixxi l-ħaxix prodott fiż-żona ġeografika, li bħala medja fis-sena jirrappreżenta aktar minn żewġ terzi tar-razzjon bażiku. Huwa obbligatorju li l-baqar jitħallew jirgħu mill-inqas 150 jum fis-sena.

Barra minn hekk, il-produzzjoni tal-“Bleu d’Auvergne” timplimenta għarfien speċifiku. Il-biċċiet tal-baqta jiġu mħallta fil-kantina tal-produzzjoni sabiex jitgħattew, jiġifieri jiġu mdawra b’folja rqiqa li ma tħallihomx jeħlu flimkien waqt l-iffurmar. Wara jiġu mqiegħda f’forom. Wara jsir tqattir mingħajr tagħsir, akkumpanjat minn taqlib. Il-ġobon huwa mmellaħ fit-tmiem tat-tqattir, bl-għorik jew bit-tifrix tal-melħ, fuq il-wiċċ kollu, u wara mtaqqab darba biex il-ġobna tingħata l-arja. Fl-aħħar nett, issegwi maturazzjoni f’kantina umda u ventilata.

Il-“Bleu d’Auvergne” huwa ġobon tal-ħalib tal-baqar ta’ 2 sa 3 kg, li l-ġobna għandha vini tat-tursina ta’ daqs li jvarja bejn dak taż-żerriegħa tal-qamħ u ż-żerriegħa tal-qamħirrum mifruxa b’mod ugwali mal-wiċċ kollu, ta’ lewn blu fl-aħdar.

It-togħma tiegħu hija intensa, tipika, bilanċjata, b’aromi ta’ ġobon tat-tursina, veġetazzjoni ta’ taħt is-siġar u saħansitra ta’ faqqiegħ. Din hija miżjuda mit-togħmiet li ġejjin mill-attività tal-moffa Penicillium roqueforti.

Il-produzzjoni tal-“Bleu d’Auvergne” hija stabbilita f’żona muntanjuża ta’ altitudni medja, fejn l-altitudni u l-klima, ikkaratterizzata minn ammonti ta’ xita sinjifikanti, tiffavorixxi produzzjoni kbira ta’ ħaxix użat għall-għalf tal-baqar tal-ħalib, partikolarment permezz tal-prattika tal-mergħa.

Dawn l-artijiet vukaniċi u tal-granit għolja tal-blata ċentrali, bi xtiewi twal u ħorox, barra minn hekk iddeterminaw għal ħafna żmien drawwiet ta’ produzzjoni speċifiċi.

Il-produzzjoni ta’ dan il-ġobon ta’piż minn 2 sa 3 kg ippermettiet żmien ta’ konservazzjoni importanti u kienet tikkostitwixxi soluzzjoni għall-problemi ta’ proċessar u differiment imposti mill-karatteristiċi klimatiċi u l-ħtiġijiet tal-bnedmin. Barra minn hekk, din il-produzzjoni kienet għal ħafna żmien alternattiva għall-produzzjoni tal-“Cantal” għall-produtturi żgħar li ma kellhomx biżżejjed ħalib biex jipproduċu forma ta’ “Cantal”.

Il-karatteristiċi organolettiċi tal-“Bleu d’Auvergne” huma partikolarment iddeterminati mill-implimentazzjoni ta’ teknoloġija partikolari ta’ produzzjoni. L-ikkurar tal-biċċiet permezz tat-taħlit fil-kantina u t-tqattir mingħajr tagħsir jiffavorixxu l-ħolqien ta’ fetħiet fil-parti ta’ ġewwa tal-ġobna, imqassma b’mod regolari. It-titqib joħloq passaġġi tal-ventilazzjoni fil-ġobna. Il-provvista tal-ossiġnu permezz ta’ dawn il-passaġġi jippermetti l-iżvilupp tal-Penicillium roqueforti fil-fetħiet. Dan jispjega l-vini tat-tursin fini ħafna (ta’ daqs li jvarja bejn dak taż-żerriegħa tal-qamħ sa żerriegħa tal-qamħirrum) blu fl-aħdar mifruxa b’mod regolari tal-“Bleu d’Auvergne”. L-attività tal-Penicillium roqueforti tikkontribwixxi wkoll għall-formazzjoni tat-togħma tal-prodott. It-tmelliħ bl-għorik jew it-tifrix tal-melħ fuq il-wiċċ kollu tal-ġobon jippermetti li jiġi perfezzjonat it-tqattir u għandu rwol importanti fil-ħolqien tat-togħma intensa u tipika tal-“Bleu d’Auvergne”. Fl-aħħar nett, il-maturazzjoni f’kantini umdi u ventilati tippermetti l-iżvilupp tat-togħmiet karatteristiċi tal-ġobon tat-tursina, ta’ veġetazzjoni ta’ taħt is-siġar u tal-faqqiegħ tal-“Bleu d’Auvergne”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-710d3e0c-449b-40f1-a1ee-bada81ef7a31/telechargement


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.