|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2017/C 182/01 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 182/02 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 182/03 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8499 — Goldman Sachs/Caldic) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 182/04 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8525 — Apax Partners/Safety-Kleen) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 182/05 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
9.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/1 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/975, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2017/C 182/01)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/975 (2), dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda permezz tar-Riżoluzzjoni 2356(2017) li inti/il-kumpanija tiegħek għandek tiġi inkluż/għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-UNSCR 1718 (2006).
Dawk ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jkunu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Dik it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
United Nations – Focal point for delisting |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room S-3055 E |
|
New York, NY 10017 |
|
UNITED STATES OF AMERICA |
Aktar informazzjoni fi: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1718
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li ġew iddeżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dak l-Anness.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (3), sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG C 1C - Kwistjonijiet Orizzontali |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u fir-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) ĠU L 146, 9.6.2017, p. 145.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Ġunju 2017
(2017/C 182/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1229 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,77 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4383 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86755 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,7885 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0856 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5233 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,268 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,01 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2065 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5665 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9865 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4894 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5175 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7551 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5575 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5525 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 261,42 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,4476 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6332 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4228 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 932,32 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7931 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,624 |
|
RUB |
Rouble Russu |
64,0135 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,220 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,6852 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,4700 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,1365 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/4 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8499 — Goldman Sachs/Caldic)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 182/03)
|
1. |
Fil-31 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Caldic B.V. (“Caldic”, in-Netherlands) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Goldman Sachs: servizzi bankarji globali għall-investiment, titoli u ġestjoni tal-investimenti. — għal Caldic: id-distribuzzjoni internazzjonali tal-prodotti bażiċi u kimiċi ta’ speċjalità lil klijenti fl-industriji industrijali, tas-saħħa u tal-ikel. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8499 — Goldman Sachs/Caldic, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
9.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/5 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8525 — Apax Partners/Safety-Kleen)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 182/04)
|
1. |
Fl-1 ta’ Ġunju tal-2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż dwar proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Apax Partners LLP (ir-Renju Unit) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża WP Safety-Kleen (Cayman) Limited (“Safety-Kleen”, il-Gżejjer Cayman) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Apax Partners LLP: l-għoti ta’ servizzi konsultattivi dwar l-investiment f’fondi ta’ ekwità privata investiti primarjament fl-Ewropa f’firxa ta’ setturi tal-industrija — għal Safety-Kleen: il-forniment ta’ magni għat-tindif ta’ parts industrijali, prodotti / soluzzjonijiet relatati mat-tindif, u servizzi ta’ ġbir ta’ deterġent u solvent użati. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8525 — Apax Partners/Safety-Kleen, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/6 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi CHO IL U (magħruf bħala Cho Il Woo), CHO YON CHUN (magħruf bħala Jo Yon Jun), CHOE HWI, JO YONG-WON (magħruf bħala Cho Yongwon), KIM CHOL NAM, KIM KYONG OK, KIM TONG-HO, MIN BYONG CHOL (Min Pyo’ng-ch’o’l; Min Byong-chol; Min Byong Chun), PAEK SE BONG, PAK HAN SE (magħruf bħala Kang Myong Chol), PAK TO CHUN (magħruf bħala Pak Do Chun), RI JAE IL (magħruf bħala Ri, Chae-Il), RI SU YONG, RI YONG MU, CHOE SONG IL, JANG YONG SON, KIM JUNG JONG (magħruf bħala Kim Chung Chong) u KIM YONG CHOL u l-entitajiet Kangbong Trading Corporation, Korea Kumsan Trading Corporation, Koryo Bank u l-Forza tal-Missili Strateġiċi tal-Armata tal-Poplu tal-Korea (magħrufa wkoll bħala Forza tal-Missili Strateġiċi; il-Kmand tal-Forza tal-Missili Strateġiċi tal-APK), li ġew miżjuda mal-lista msemmija f’Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi magħżula mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-paragrafu 8(d) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006) u l-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2094 (2013), jew li l-elenku tagħhom ġie emendat, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/970
(2017/C 182/05)
|
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1) issejjaħ lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuni u l-entitajiet, kif indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala impenjati jew li jipprovdu appoġġ, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti, għall-programmi tal-RDPK relatati man-nukleari, relatati mal-missili ballistiċi jew ma' programmi oħra relatati ma' armi tal-qerda tal-massa jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti. |
|
2. |
Il-Kunisll tas-Sigurtà tal-NU adotta r-Riżoluzzjoni 2356 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li żżid l-persuni fiżiċi CHO IL U (magħruf bħala Cho Il Woo), CHO YON CHUN (magħruf bħala Jo Yon Jun), CHOE HWI, JO YONG-WON (magħruf bħala Cho Yongwon), KIM CHOL NAM, KIM KYONG OK, KIM TONG-HO, MIN BYONG CHOL (Min Pyo’ng-ch’o’l; Min Byong-chol; Min Byong Chun), PAEK SE BONG, PAK HAN SE (magħruf bħala Kang Myong Chol), PAK TO CHUN (magħruf bħala Pak Do Chun), RI JAE IL (magħruf bħala Ri, Chae-Il), RI SU YONG u RI YONG MU u l-entitajiet Kangbong Trading Corporation, Korea Kumsan Trading Corporation, Koryo Bank u l-Forza tal-Missili Strateġiċi tal-Armata tal-Poplu tal-Korea (magħrufa wkoll bħala Forza tal-Missili Strateġiċi; il-Kmand tal-Forza tal-Missili Strateġiċi tal-APK) fil-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Barra minn hekk, fl-1 ta’ Ġunju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda l-lista tal-persuni fiżiċi CHOE SONG IL, JANG YONG SON, KIM JUNG JONG (magħruf bħala Kim Chung Chong) u KIM YONG CHOL. Dawk ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fi kwalunkwe ħin lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma' kwalunkwe prova dokumentarja, biex id-deċiżjoniet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU jerġgħu jiġu kkunsidrati. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Tista' ssib aktar informazzjoni hawn: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/delisting |
|
3. |
Sabiex jiġu implimentati l-listi l-ġodda, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/970 (2) li jemenda l-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (3) skont dan. L-individwi u l-entitajiet kkonċernati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni li jiġu elenkati jew li jinżammu fuq il-lista, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, lill-Kummissjoni Ewropea f'dan l-indirizz:
|
|
4. |
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/970 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
5. |
Fl-aħħar nett, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet elenkati għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati u r-riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) ĠU L 146, 8.6.2017, p. 129.