ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
23 ta' Mejju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

2017/C 163/01

Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba

1


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/1


Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba

(2017/C 163/01)

WERREJ

1.

Introduzzjoni 2

2.

L-għanijiet tad-dokument ta’ gwida 2

3.

L-ambitu u l-użu 3

4.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE li tapplika 3

4.1.

Il-leġiżlazzjoni marbuta mar-regoli tal-Iġjene Ġenerali 3

4.2.

Il-leġiżlazzjoni marbuta ma’ regoli speċifiċi tal-UE 3

5.

Il-fatturi ewlenin tar-riskju tal-patoġeni mikrobijoloġiċi fil-Ħaxix u l-Frott Frisk identifikati mill-EFSA 4

6.

Il-listi ta’ kontroll għall-ispezzjonijiet dwar l-iġjene tal-FĦF fil-livell primarju tal-produzzjoni 5

7.

Prattiki tajbin agrikoli u tal-iġjene 11

7.1.

Il-kontroll tal-fatturi ambjentali u l-pożizzjoni tal-post tat-tkabbir 12

7.2.

Il-kontroll tal-fertilizzanti (organiċi) 13

7.3.

Il-kontroll tal-ilma għall-produzzjoni primarja u għall-operazzjonijiet assoċjati magħha fil-post tal-produzzjoni (il-ħsad u wara l-ħsad) 17

7.4.

L-iġjene u l-istat ta’ saħħa tal-ħaddiema agrikoli 24

7.5.

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-iġjene waqt attivitajiet assoċjati fil-livell tar-razzett minbarra dawk deskritti fil-kapitoli 7.3 u 7.4 26

8.

Iż-żamma tar-rekords u r-responsabbiltajiet b’rabta mas-sejħa lura u l-irtirar ta’ prodotti tal-ikel 30

8.1.

Iż-żamma tar-rekords 30

8.2.

Ir-responsabbiltajiet dwar is-sejħa lura jew l-irtirar 31

ANNESS I

Glossarju 32

ANNESS II

Eżempju ta’ matriċi biex issostni l-valutazzjoni tar-riskji mikrobijoloġiċi fl-ilma agrikolu 35

ANNESS III

Eżempju ta’ ġerarkija tad-deċiżjonijiet biex issostni l-valutazzjoni tar-riskji mikrobijoloġiċi fl-ilma agrikolu 38
Appendiċi 39

1.   INTRODUZZJONI

Skont ir-Rapport ta’ Monitoraġġ taż-Żoonożi tal-2014 (1), il-maġġoranza tat-tifqigħat ivverifikati fl-UE kienu marbutin ma’ oġġetti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali. Il-frott u l-ħaxix kienu implikati biss f’7,1 % tat-tifqigħat ivverifikati, u primarjament dawn kienu kkawżati mil-lampun iffriżat li kien ikkontaminat bin-Norovirus; iżda dan l-ammont kien akbar minn tal-2013, meta “l-ħxejjex u l-meraq” kienu ġew irrappurtati f’4,4 % tat-tifqigħat. Madankollu, il-konsegwenzi possibbli tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-frott u l-ħaxix frisk (FĦF) ma għandhomx jitqiesu li huma żgħar, kif uriet il-kriżi fil-Ġermanja (2) marbuta mal-kontaminazzjoni tan-nebbieta bil-batterjaEscherichia coli (VTEC).

Wara din il-kriżi tal-VTEC fl-2011, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex tagħti l-parir tagħha dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika li jikkawżaw il-patoġeni fl-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u, b’mod partikolari, biex tindirizza l-fatturi tar-riskju u l-alternattivi għat-tnaqqis tar-riskji, fosthom il-kriterji possibbli mikrobijoloġiċi. Bi tweġiba għal din it-talba, l-EFSA ħarġet sitt opinjonijiet xjentifiċi dwar il-kombinazzjonijiet ta’ ikel u patoġeni li jidhru hawn taħt, u li ġew identifikati li huma l-aktar riskji importanti fl-ikel li mhuwiex ta’ oriġini mill-annimali:

(1)

Il-VTEC fiż-żrieragħ u fin-nebbieta (3)

(2)

Is-Salmonella u n-Norovirus fl-oġġetti tal-ikel li fihom il-ħxejjex ħodor werrieqa li jittieklu nejjin fl-insalati.

(3)

Is-Salmonella u n-Norovirus fil-frott artab.

(4)

Is-Salmonella u n-Norovirus fit-tadam.

(5)

Is-Salmonella fil-bettieħ.

(6)

Is-Salmonella, il-Yersinia, ix-Shigella u n-Norovirus fil-ħxejjex bil-basla u fil-ħxejjex biz-zokk, u fiz-zunnarija.

Din il-linja gwida tqis l-opinjonijiet rilevanti tal-EFSA u l-konsultazzjonijiet mal-esperti mill-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati. Minkejja li hija maħsuba biex tkun ta’ għajnuna għall-bdiewa, tista’ tintuża wkoll mill-ispetturi uffiċjali waqt l-awditi tagħhom meta jkun il-lok. L-EFSA kkonfermat li għandha titkompla r-riċerka dwar ir-riskji possibbli u dwar il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji marbuta mal-FĦF.

2.   L-GĦANIJIET TAD-DOKUMENT TA’ GWIDA

L-għan ta’ dan id-dokument ta’ gwida huwa li jkun ta’ għajnuna għall-bdiewa (ikun xi jkun id-daqs tar-razzett) fl-istadju ewlieni tal-produzzjoni, biex dawn japplikaw ir-rekwiżiti għall-iġjene marbutin mal-produzzjoni u t-trattament tal-FĦF b’mod korrett u uniformi. Dan jipprovdi gwida lill-bdiewa dwar kif għandhom jindirizzaw ir-riskji għas-saħħa mill-ikel permezz ta’ prattiki agrikoli tajbin u prattiki tal-iġjene tajbin fl-istadju ewlieni tal-produzzjoni (jiġifieri waqt it-tkabbir, il-ħsad, u wara l-ħsad) tal-FĦF li jinbiegħ nej (mhux ipproċessat) jew ipproċessat mill-inqas (jiġifieri maħsul, magħżul, ippakkjat) u waqt it-trasportazzjoni, lill-konsumaturi, dejjem jekk dawn l-attivitajiet ma jbiddlux b’mod sostanzjali n-natura tal-prodotti, kif stipulat fid-definizzjoni li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 (4). Minn hawn ‘il quddiem dawn l-attivitajiet jissemmew “operazzjonijiet assoċjati”. Dawn il-prattiki t-tajba għandhom jintużaw matul il-katina tal-produzzjoni ewlenija.

L-użu ta’ din il-gwida għandu jitqies prijorità għall-FĦF li jittiekel nej, u kemm jista’ jkun, il-gwida għandha tiġi segwita wkoll fil-każ tal-FĦF li jittiekel imsajjar.

3.   L-AMBITU U L-UŻU

Din il-gwida tittratta l-prattiki tal-iġjene tajbin u l-prattiki agrikoli tajbin involuti fil-produzzjoni tal-FĦF fl-istadju ewlieni tal-produzzjoni, li jinkludi l-operazzjonijiet assoċjati, biex jiġu kkontrollati l-patoġeni mikrobijoloġiċi li jikkawżaw il-mard gastrointestinali li jirriżulta mill-konsum tal-FFV (5).(eż. l-E.coli, il-virus tal-Hepatitis A, il-Listeria…patoġeniċi).

Fejn hu rilevanti ddaħħlet gwida speċifika addizzjonali għal ċerti prodotti (6). Billi qiegħda titħejja gwida tal-UE speċifika għall-prassi t-tajba tal-iġjene fil-produzzjoni tan-nebbieta u taż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta (7) mill-European Sprouted Seeds Association [Assoċjazzjoni Ewropea taż-Żrieragħ Imnibbta], il-produzzjoni ta’ din il-kategorija mhijiex indirizzata aktar fid-dettall f’din il-gwida.

Dan id-dokument ta’ gwida juri kif għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti ġenerali għall-iġjene fil-każ tal-FĦF. Għandu jintuża flimkien ma’ dokumenti ta’ gwida differenti li jkunu rilevanti. Minkejja li l-industrija Ewropea tal-FĦF hija diversa ħafna, u l-kategoriji tal-FĦF ittrattati minn hawn ‘il quddiem jiġu prodotti f’kundizzjonijiet ambjentali diversi fl-Istati Membri tal-UE, u b’hekk xi dispożizzjonijiet ta’ din il-gwida jistgħu jiġu addattati għall-irziezet żgħar jew għal żoni tal-biedja tradizzjonali, jeħtieġ li r-rekwiżiti ġenerali għall-iġjene stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 dejjem ikunu sodisfati.

4.   IL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-UE LI TAPPLIKA

Din il-gwida hija ddedikata speċifikament lejn kif għandhom jiġu indirizzati l-perikli mikrobijoloġiċi. Il-bdiewa kollha jridu jikkonformaw mar-regolamenti rilevanti tal-UE li huma assoċjati mal-prattiki deskritti f’din il-gwida. Biex dak li jkun jifhem sew, huwa essenzjali li l-gwida tfakkar fil-leġiżlazzjoni tal-UE li hija l-iżjed rilevanti għall-prattiki t-tajba fil-produzzjoni primarja tal-ħaxix u l-frott frisk.

4.1.   Il-leġiżlazzjoni marbuta mar-regoli tal-Iġjene Ġenerali

a.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 (8), li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (magħruf ukoll bħala “l-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel”).

b.

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 Dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali għall-iġjene li għandhom ikunu rispettati min-negozji tal-ikel fl-istadji kollha tal-katina alimentari. L-operaturi tan-negozji tal-ikel kollha (il-bdiewa kollha huma Operaturi tan-Negozji tal-Ikel) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament biex ikollhom prattiki tal-iġjene tajbin li huma mmirati biex jevitaw il-kontaminazzjoni tal-ikel, ikun xi jkun l-oriġini tiegħu. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jintwera fl-Appendiċi.

4.2.   Il-leġiżlazzjoni marbuta ma’ regoli speċifiċi tal-UE

a.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (10) tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali].

b.

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 jistabbilixxi l-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf jew fuq l-ikel u l-għalf li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali.

c.

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 (12) tistipula dwar l-użu tal-ħama tad-dranaġġ fl-agrikultura b’mod li jibqa’ jitħares l-ambjent, u b’mod partikolari, il-ħarsien tal-ħamrija, kif emendata bid-Direttiva 91/692/KEE, u bir-Regolamenti (KE) Nru 807/2003 u (KE) Nru 219/2009.

d.

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE (13) tat-3 ta’ Novembru 1998 tistabbilixxi l-kriterji marbutin mal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

e.

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (14) tat-12 ta’ Diċembru 1991 tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli u għall-prevenzjoni ta’ aktar tniġġis ta’ dan it-tip.

f.

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009 (15) jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti dderivati minnhom li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali).

g.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (16) tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

Barra minn dawn, hemm il-liġijiet jew l-istandards nazzjonali stabbiliti f’xi Stati Membri (17) dwar il-kwalità tal-ilma riċiklat.

Taħt l-intestatura dwar kwistjonijiet tas-sigurtà fl-ikel (food safety issues), is-sit web tad-DĠ Sante ukoll joffri l-gwidi tal-UE dwar l-iġjene. Fil-livell internazzjonali, tinsab aktar informazzjoni wkoll fil-kodiċijiet tal-prattiki iġjeniċi rilevanti għall-FĦF tal-Codex Alimentarius (18).

5.   IL-FATTURI EWLENIN TAR-RISKJU TAL-PATOĠENI MIKROBIJOLOĠIĊI FIL-ĦAXIX U L-FROTT FRISK IDENTIFIKATI MILL-EFSA

Dijagramma sekwenzjali nru 1

Image

6.   IL-LISTI TA’ KONTROLL GĦALL-ISPEZZJONIJIET DWAR L-IĠJENE TAL-FĦF FIL-LIVELL PRIMARJU TAL-PRODUZZJONI

L-eżempji ta’ listi ta’ kontroll (in-Nri 1 sa 7) li jidhru hawn taħt juru l-obbligazzjonijiet iġjeniċi għal kull kategorija ta’ riskji (identifikati fl-opinjonijiet tal-EFSA), li jistgħu jintużaw minn kull min ikabbar l-ikel biex jivverifika jekk ikunx qiegħed jissodisfa r-rekwiżiti tal-iġjene tal-UE. Barra minn hekk, dawn il-listi ta’ kontroll jistgħu jgħinu lill-bdiewa japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-kapitli 6 u 7 ta’ din il-gwida.

Il-lista ta’ kontroll nru 1: Ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali u l-azzjoni ta’ rimedju addattata

Iż-żona li ġiet ikkontrollata

X’ħareġ mill-kontrolli

Il-leġiżlazzjoni

Meta sar l-aħħar kontroll uffiċjali? (agħti d-data)

 

It-taqsima II.6 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament 852/2004.

Jekk instabu nuqqasijiet ta’ konformità (waqt l-aħħar kontrolli uffiċjali), ittieħdu l-azzjonijiet ta’ rimedju?

 

Il-lista ta’ kontroll nru 2: Il-fatturi ambjentali u l-pożizzjoni tal-post tal-produzzjoni

Il-fatturi ambjentali, fosthom il-ħwat jew il-kanali tal-ilma għall-annimali jistgħu jkunu sors ta’ kontaminazzjoni tal-FĦF, u dawn ir-riskji għandhom jintlaqgħu jew għallinqas jitnaqqsu kemm jista’ jkun. Jekk l-analiżi tkun uriet li l-art hija kkontaminata, il-lista ta’ kontroll nru 2 tista’ tgħin lill-bdiewa jidentifikaw is-sors tal-kontaminazzjoni u jieħdu l-azzjonijiet rilevanti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet xierqa tal-UE.

Iż-żona li ġiet ikkontrollata

X’ħareġ mill-kontrolli

Il-leġiżlazzjoni

Ġew identifikati sorsi ta’ kontaminazzjoni tal-art li qed tintuża għat-tkabbir tal-FĦF?

 

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004,

II.2, II.3, II.5 (e)

Hawnhekk agħti indikazzjoni ta’ x’inhu s-sors tal-kontaminazzjoni, jekk dan ġie identifikat, u aqbeż il-punti ta’ hawn taħt.

Jekk is-sors tal-kontaminazzjoni MA ĠIEX IDENTIFIKAT, it-tweġibiet li tagħti għall-mistoqsijiet fil-punti għandhom jgħinuk biex tidentifika s-sors.

 

L-annimali (kemm dawk domestiċi kif ukoll annimali slavaġ) jistgħu jidħlu fl-art fejn jitkabbru l-ħxejjex jew il-frott?

 

L-annimali (domestiċi jew slavaġ) għandhom aċċess għas-sorsi tal-ilma li jintuża fil-produzzjoni primarja u fl-operazzjonijiet marbuta ma’ din?

 

Jeżistu xi żoni fejn jinżamm id-demel qrib iż-żona tat-tkabbir li minnhom hemm xi ilma kkontaminat mid-demel li qed inixxi, jgħaddi għal-ġol ħamrija, jew inkella jfur?

 

Jeżistu xi żoni fejn hemm fil-preżent, jew kien hemm fl-imgħoddi, xi skart perikoluż qrib iż-żona tat-tkabbir?

 

Hemm, jew qatt kien hemm fl-imgħoddi, xi sit tat-trattament tad-dranaġġ qrib iż-żona tat-tkabbir?

 

Hemm, jew qatt kien hemm fl-imgħoddi, xi sit industrijali jew xi minjieri qrib iż-żona tat-tkabbir?

 

Teżisti l-possibbiltà li jiskula xi ilma mill-għelieqi li hemm fil-qrib?

 

Teżisti l-possibbiltà li l-art tat-tkabbir tingħarraq minn xi ilma kkontaminat?

 

Hemm xi ilma tal-wiċċ fiż-żona ta’ madwar l-art tat-tkabbir?

 

Jeżistu xi sorsi oħra ta’ kontaminazzjoni?

 

Il-prodotti primarji se jgħaddu minn xi proċess li jelimina jew inaqqas il-kontaminazzjoni għal livell aċċettabbli?

Iva/Le

It-taqsimiet II.2 u II.3 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Jekk mhuwiex se jsir ipproċessar li jelimina jew inaqqas il-kontaminazzjoni għal livell aċċettabbli, huwa importantissimu li wieħed isegwi l-prattiki t-tajbin tal-iġjene deskritti fil-Kapitlu 6 ta’ din il-gwida.

Jekk ikun ġie identifikat sors ta’ kontaminazzjoni, jeħtieġ li ssir evalwazzjoni dwar għandux jitkabbar l-FĦF f’din iż-żona, u jekk twettqux miżuri ta’ kontroll preventivi jew korrettivi (ara l-eżempji tal-miżuri proposti fil-Kapitlu 6 ta’ dan id-dokument ta’ gwida).

Il-lista ta’ kontroll nru 3: Fertilizzanti

Iż-żona li ġiet ikkontrollata

X’ħareġ mill-kontrolli

Il-leġiżlazzjoni

Jekk qegħdin jintużaw il-fertilizzanti, speċifika ta’ liema tip huma (jiġifieri: organiċi jew inorganiċi) (19)

 

It-taqsima Ii.3(a) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali) (20)

Id-Direttiva 86/278/KEE (21) dwar il-protezzjoni tal-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura

Il-fertilizzanti qegħdin jinżammu kif suppost?

 

Hemm miżuri stabbiliti biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni mill-fertilizzanti organiċi?

 

Indika liema minn dawn il-miżuri li jidhru hawn taħt qegħdin jittieħdu biex tkun evitata l-kontaminazzjoni mill-fertilizzanti organiċi: trattamenti fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi

 

Jekk qegħdin jintużaw fertilizzanti organiċi kompostati mixtrijin mingħand xi kumpaniji, hemm ċertifikat li jiddeskrivi “l-proċess tal-ikkompostar”?

 

Meta jintuża l-kompostar, dan qiegħed isir skont il-linji gwida li jinsabu f’dan id-dokument (għal mill-inqas 90 jum)?

 

Qiegħed jiġi rispettat il-perjodu xieraq (l-intervall ta’ qabel il-ħsad) bejn l-applikazzjoni tad-demel mhux ittrattat u l-ħsad tal-FĦF?

NB: jiddependi fuq it-tip ta’ FĦF u jekk dan huwiex maħsub biex jittiekel nej - ara t-tabella 1 (eż. minimu ta’ 60 jum għall-ħxejjex ħodor werrieqa li jittieklu nejjin).

 

Jekk tintuża l-ħama tad-dranaġġ, hemm stabbiliti miżuri ta’ kontroll u miżuri korrettivi biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni mill-mikrobi? (ara t-tabella 1)

 

Hemm miżuri stabbiliti biex il-kontaminazzjoni mid-demel u minn fertilizzanti oħrajn naturali minn għelieqi li jmissu maż-żona tat-tkabbir titnaqqas kemm jista’ jkun? (pereżempju tingħata attenzjoni waqt l-applikazzjoni u hemm kontroll tal-iskol?) Jekk iva, wieġeb għal dan li ġej:

 

Speċifika l-miżuri li qegħdin jintużaw biex jagħlqu ż-żoni fejn jiġu ttrattati u jinżammu d-demel u l-fertilizzanti naturali oħrajn, u biex jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata mill-iskol jew mil-lissija (pereżempju jistgħu jintużaw xi barrikati biex iżommu d-demel milli jinfirex).

 

Fejn hu possibbli, it-tagħmir li jiġi f’kuntatt mad-demel jinħasel u jiġi ddiżinfettat qabel ma jerġa’ jintuża?

 

Il-lista ta’ kontroll nru 4: L-ilma għall-produzzjoni primarja u għall-operazzjonijiet assoċjati magħha fil-post tal-produzzjoni

Iż-żona li ġiet ikkontrollata

X’ħareġ mill-kontrolli

Il-leġiżlazzjoni

Ġew identifikati kollha s-sorsi tal-ilma li jintuża fil-prattiki agrikoli tiegħek? Għid x’inhuma s-sorsi tal-ilma (eż. bir, xmara/xmajra, ġibjuni/bwar/għadira, ilma riċiklat) għal kull użu (eż. l-irrigazzjoni, il-ħasil, it-tindif tat-tagħmir, eċċ.)

 

It-taqsimiet II.2, II.3 u II.5(c) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Ġew identifikati kollha is-sistemi tad-distribuzzjoni u tal-ħżin tal-ilma li jintuża fil-prattiki agrikoli tiegħek?

 

Huma protetti kontra l-kontaminazzjoni s-sorsi, is-sistemi tad-distribuzzjoni u l-ħażniet tal-ilma (mill-annimali domestiċi u slavaġ, mill-ħmieġ tal-għasafar…)?

 

It-taqsimiet II.2, II.3, II.5(c) u II.5(e) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Is-sorsi u s-sistemi tad-distribuzzjoni tal-ilma li jintuża fil-produzzjoni huma iżolati mid-demel u mill-possibbiltà li jkun hemm skol minnu?

 

It-taqsimiet II2, II.3 u II.5(b) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Is-sorsi, is-sistemi tad-distribuzzjoni, u l-ħażniet tal-ilma għandom protezzjoni biex ma jnixxix fihom l-iskol mid-demel meta tagħmel ħafna xita?

 

Isiru kontrolli regolari fuq is-sorsi, fuq is-sistemi tad-distribuzzjoni, u fuq il-ħażniet tal-ilma li jintuża fil-prattiki agrikoli tiegħek? (eż. spezzjonijiet viżivi, valutazzjoni tal-mikrobi).

Jekk dawn isiru, kemm isiru ta’ spiss?

 

X’tip ta’ metodu tat-tisqija jintuża (eż. tisqija b’għargħar, tisqija bil-friefet jew tisqija bil-qatra)?

 

Kemm jitħalla żmien bejn l-aħħar tisqija u l-ħsad?

 

L-ilma tat-tisqija jagħmel kuntatt mal-partijiet li jittieklu tal-FĦF?

 

Il-FĦF għandu xi karatteristiki li minħabba fihom faċli jinġemal-ilma fih (eż. ħxejjex ħodor li l-weraq tagħhom ma jkunx lixx)?

Jekk iva, x’azzjoni(jiet) ħadt?

 

It-taqsimiet II.2, II.3 u II.5(c) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Il-FĦF jinħasel wara l-ħsad u qabel ma jiġi ppakkjat?

 

It-taqsimiet II.2, II.3 u II.5(b) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Jekk il-FĦF jinħasel qabel ma jiġi ppakkjat, ftakar li fl-ewwel ħasliet jista’ jintuża ilma nadif, iżda fl-aħħar tlaħliħa jrid jintuża ilma li hu tajjeb għax-xorb.

Is-sistema tal-produzzjoni tippermetti li jkun hemm kuntatt dirett bejn il-ħamrija u l-partijiet tal-għelejjel li jittieklu?

 

Saret valutazzjoni tar-riskji biex tidentifika l-fatturi ta’ riskju tas-sorsi tal-ilma?

Jekk iva, din saret fuq il-produzzjoni tal-għelejjel u/jew fuq it-trattament ta’ wara l-ħsad?

 

It-taqsimiet II.2, II.3 u II.5(c) u (g) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Huwa importanti li, skont it-tip ta’ riskju, wieħed iqis jekk hemmx bżonn ta’ ttestjar mikrobijoloġiku fuq l-ilma li jintuża fil-prattika agrikola (għal spjegazzjoni aktar fid-dettall ara l-Kapitlu 6.3 ta’ dan id-Dokument ta’ Gwida u ara l-Annessi II u III).

Jekk qiegħed isir l-ittestjar mikrobijoloġiku tal-ilma:

Indika:

Dan qed isir għall-patoġeni u/jew għall-mikroorganiżmi indikaturi?

Kull meta jsir l-ittestjar?

L-informazzjoni li tinġabar tintuża biex jiġi elaborat kuntest storiku li minnu jiġu ddeterminati l-akbar riskji skont il-punti/iż-żmien meta jittieħdu l-kampjuni?

 

It-taqsimiet II.2, II.3 u II.5(g) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Tajbin ir-riżultati tat-testijiet tal-ilma?

 

Jekk dawn ir-riżultati ma kinux tajbin, saru l-miżuri korrettivi?

 

It-taqsimiet II.2, II.3 u II.5(c) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Ġew stabbiliti l-miżuri ta’ kontroll speċifiċi għal kull wieħed mill-fatturi tar-riskju li ġew identifikati?

 

Il-lista ta’ kontroll nru 5: L-iġjene u l-istat ta’ saħħa tal-ħaddiema agrikoli

Iż-żona li ġiet ikkontrollata

X’ħareġ mill-kontrolli

Il-leġiżlazzjoni

Il-persunal ingħata taħriġ dwar l-iġjene personali u l-prattiki tat-trattament tal-ikel li huma sikuri? Dan jinkludi l-impjegati l-ġodda u dawk temporanji

 

 

Hemm tabelli li jfakkru lill-impjegati jaħslu idejhom imwaħħlin f’postijiet fejn jidhru sew?

 

It-taqsima Ii.5(d) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Meta jintuża t-tagħmir protettiv, dan ikun f’kundizzjoni tajba u nadif?

 

Teżisti politika għat-trattament fil-każ ta’ mard tal-impjegati? Jekk iva, wieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin.

 

L-impjegati jafu li jekk iħossuhom ma jifilħux, speċjalment jekk ikollhom sintomi bħal dijarea jew remettar, ma għandhomx ikomplu jaħdmu f’kuntatt mal-prodott?

 

L-impjegati jirrappurtaw lill-maniġment jekk ikunu mardu jew weġġgħu?

 

Jekk l-impjegati jkollhom xi grif, qatgħat jew feriti, dawn jitgħattew qabel ma jkunu jistgħu jkomplu b’xogħolhom?

 

Hemm żoni fejn il-ħaddiema jkunu jistgħu jistrieħu ftit mix-xogħol u fejn jieklu, imwarrba mill-għelieqi u mill-post tal-ippakkjar?

 

Il-persuni li mhumiex essenzjali għax-xogħol tal-produzzjoni, pereżempju l-viżitaturi, jitwaqqfu milli jidħlu fiż-żoni tal-produzzjoni tal-ikel?

 

Il-lista ta’ kontroll nru 6: Il-kundizzjoni tal-iġjene waqt attivitajiet assoċjati fil-livell tar-razzett

Iż-żona li ġiet ikkontrollata

X’ħareġ mill-kontrolli

Il-leġiżlazzjoni

Ir-razzett huwa miżmum nadif u tajjeb?

 

It-taqsima Ii.5(a) u (b) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

It-tojlits u l-faċilitajiet sanitarji huma skont ir-rakkomandazzjonijiet (22) (għadd ta’ ħaddiema/tojlits) u qegħdin imwarrbin miż-żoni tal-produzzjoni tal-ikel?

 

It-tojlits u l-faċilitajiet sanitarji qegħdin f’pożizzjoni tajba biex ma jkunx hemm skol minnhom għaż-żoni tal-produzzjoni?

 

Fit-tojlits u fil-faċilitajiet sanitarji hemm ilma nadif, sapun u mezzi biex jitnixxfu l-idejn?

 

Hemm disponibbli ġellijiet diżinfettanti fil-faċilitajiet tal-ħasil tal-idejn u f’postijiet xierqa oħrajn?

 

Hemm dranaġġ xieraq fil-post, biex ikun żgurat li l-materjali u t-tagħmir li jiġu f’kuntatt mal-ikel ma jkunux f’riskju ta’ kontaminazzjoni minħabba xi ilma qiegħed?

 

L-iskart jinżamm ‘il bogħod miż-żoni fejn jinħażnu l-prodotti, biex jiġu evitati l-annimali/insetti ta’ ħsara?

 

Il-kontenituri tal-iskart jiġu żvujtati b’mod regolari?

 

L-ilma li mhuwiex tajjeb għax-xorb għandu sistema separata għalih? L-ilma li mhuwiex tajjeb għax-xorb huwa mmarkat b’mod ċar?

 

It-taqsima II.5(c) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

It-tagħmir tal-ħsad nadif? U t-tagħmir u l-għodod kollha li jiġu f’kuntatt dirett mal-FĦF jitnaddfu u, fejn hemm bżonn, jiġu ddiżinfettati b’mod regolari, kif meħtieġ?

 

It-taqsima II.5(a) u (b) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Il-kaxxi li jintefa’ fihom il-prodott maħsud u l-kontenituri tal-prodotti jintużaw biss għall-prodotti, u dawn jitnaddfu regolarment?

 

Il-kontenituri tal-prodotti huma addattati biex jiġu f’kuntatt mal-ikel?

 

Il-kontenituri u t-tagħmir jinżammu f’kundizzjoni tajba li tevita l-kontaminazzjoni u l-ħsara għall-prodott?

 

Il-prodotti li jinħasdu huma protetti mill-elementi tar-riħ, ix-xita u x-xemx u jiddaħħlu f’faċilità tal-ipproċessar jew tal-ippakkjar kemm jista’ jkun malajr?

 

Il-FĦF maħsud jinħażen ‘il bogħod mill-kimiċi, mill-annimali, u minn sorsi oħrajn ta’ kontaminazzjoni?

 

Il-FĦF li mhuwiex tajjeb biex jittiekel mill-bniedem jiġi sseparat qabel il-ħżin jew it-trasportazzjoni?

 

Il-faċilitajiet u t-tagħmir tal-ippakkjar jinżammu ndaf kif suppost?

 

Hemm faċilità li wieħed jista’ jikkontrolla t-temperatura biha?

 

Jinżammu ndaf it-tagħmir, il-kontenituri u l-vetturi tat-trasport?

 

Il-FĦF maħsud huwa protett kontra l-kontaminazzjoni waqt it-trasportazzjoni?

 

It-tagħbija u t-trasportazzjoni jsiru b’mod li jkun hemm mill-inqas kemm jista’ jkun ħsara jew kontaminazzjoni tal-FĦF?

 

It-tindif u d-diżinfettar isiru b’mod u f’post li ma jistgħux jikkawżaw kontaminazzjoni tal-FĦF?

 

L-effikaċja tat-tindif u tad-diżinfettar tal-uċuħ li jiġu f’kuntatt mal-ikel tiġi vverifikata kull tant żmien permezz ta’ swabbjar (23)?

 

Ir-riżultati tal-iswabbjar huma sodisfaċenti?

 

Il-kimiċi tat-tindif jintmissu u jintużaw skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur?

 

Il-lista ta’ kontroll nru 7: Iż-żamma tar-rekords u l-proċeduri ta’ rtirar/sejħa lura

Iż-żona li ġiet ikkontrollata

X’ħareġ mill-kontrolli

Il-leġiżlazzjoni

Għandek sistema taż-żamma ta’ rekords preċiża stabbilita?

Jekk iva, wieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin.

 

It-taqsima III.9 (a), (b) u (c) tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Jeżistu rekords dwar l-użu tal-pestiċidi (prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti u bijoċidi) skont l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (24) u l-bijoċidi? (Rekord meħtieġ skont il-liġi)

 

Jeżistu rekords tal-okkorrenza ta’ pesti jew ta’ mard li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti (rekords meħtieġa skont il-Liġi)?

 

Jinżammu r-riżultati ta’ xi analiżijiet rilevanti li twettqu fuq kampjuni miġbura mill-pjanti jew minn kampjuni oħrajn li jkollhom importanza għas-saħħa tal-bniedem (eż. ttestjar tal-kwalità tal-ilma, analiżijiet mikrobijoloġiċi tal-prodotti…) (Rekords meħtieġa skont il-liġi)?

 

Jeżistu rekords dwar l-użu ta’ fertilizzanti li ġew applikati, li jista’ jkun fihom ukoll l-identifikazzjoni tal-oriġini tal-fertilizzant?

 

Jeżistu rekords tat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-faċilitajiet u tat-tagħmir?

 

Jeżistu rekords dwar it-taħriġ tal-persunal dwar il-produzzjoni ta’ ikel sikur?

 

Jeżistu rekords u politika dwar il-memri tal-persunal li jidħlu lura x-xogħol wara xi mard?

 

Jeżistu rekords dwar il-verifiki fuq it-temperatura kkontrollata u dwar il-kalibrazzjoni tat-tagħmir ta’ monitoraġġ?

 

Jeżistu rekords dwar il-verifiki tal-attivitajiet tal-produzzjoni (l-oriġini taż-żerriegħa, id-dejta dwar il-verifiki fuq il-produzzjoni tal-FĦF, eċċ.)?

 

Jeżistu rekords xierqa għat-traċċabbiltà, li jippermettu li l-FĦF jiġi rintraċċat b’pass lura u b’pass ‘il quddiem?

 

L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

Jeżistu l-proċeduri għall-irtirar u għas-sejħa lura tal-prodotti?

 

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

Meta jintalbu r-rekords mill-awtorità kompetenti biex tagħmel spezzjoni, jew mill-operaturi tan-negozji tal-ikel li jirċievu l-prodott, dawn jingħatawlhom?

 

It-taqsima III.7 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

7.   PRATTIKI TAJBIN AGRIKOLI U TAL-IĠJENE

Il-FĦF jitkabbar u jinħasad f’firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet klimatiċi u f’diversità ta’ żoni ġeografiċi. Jista’ jitkabbar f’siti tat-tkabbir ġewwa (eż. fis-serer) u barra, jinħasad, u jiġi ppakkjat jew mill-ewwel fl-għelieqi jew jiġi ttrasportat lejn stabbiliment tal-ippakkjar. Il-prattiki tal-produzzjoni, il-kundizzjonijiet tat-tkabbir u fejn tinsab il-parti li tittiekel waqt it-tkabbir (fil-ħamrija, f’wiċċ il-ħamrija, ‘il fuq minn wiċċ il-ħamrija) flimkien mal-fatturi intrinsiċi u estrinsiċi u fatturi ta’ ħsad u ta’ pproċessar, jaffettwaw l-istatus mikrobijoloġiku aħħari tal-FĦF meta dan jiġi kkunsmat. Intwera li l-perikli għas-sikurezza mikrobijoloġika tal-ikel u s-sorsi ta’ kontaminazzjoni jvarjaw ħafna bejn tip ta’ produzzjoni u ieħor tal-FĦF u bejn post jew kuntest partikolari u ieħor, anki meta jikkonċerna l-istess tip ta’ FĦF. Dawn il-fatturi diversi jistgħu jiġu indirizzati mill-prattiki agrikoli tajbin u tal-iġjene.

Iżjed ‘il quddiem f’dan id-dokument jinsabu l-eżempji u r-rakkomandazzjonijiet dwar kif wieħed għandu jimplimenta l-obbligi kollha li jinsabu fl-Anness I (Produzzjoni Primarja) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

7.1.   Il-kontroll tal-fatturi ambjentali u l-pożizzjoni tal-post tat-tkabbir

7.1.1.   Il-prinċipji ġenerali

Valutazzjoni tal-fatturi ta’ riskju ambjentali fiż-żona tat-tkabbir tal-FĦF u madwarha (eż. biex jiġu identifikati s-sorsi potenzjali ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika) hija importanti b’mod speċjali għaliex imbagħad jista’ jinqala’ li jekk jittieħdu l-passi wara li sseħħ kontaminazzjoni waqt il-produzzjoni, dawn ma jkunux biżżejjed biex din tinqered, u f’ċerti każijiet tista’ twassal għal kundizzjonijiet li jippermettu li jikbru l-patoġeni mikrobijoloġiċi.

7.1.2.   L-obbligi tal-UE stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004

[It-taqsima II.2 tal-Parti A tal-Anness I] “Sakemm ikun possibbli, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jassiguraw li l-prodotti primarji jkunu mħarsa kontra l-kontaminazzjoni, billi jqisu xi proċessar li l-prodotti primarji eventwalment jgħaddu minnu”.

[It-taqsima II.3(a) tal-Parti A tal-Anness I]“…l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet leġislattivi tal-Komunità u nazzjonali li jirrigwardaw il-kontroll ta’ perikoli fil-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, inklużi miżuri ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni li jirriżultaw mill-arja, mill-ħamrija, mill-ilma, mill-għalf, mill-fertilizzanti, mill-prodotti tal-mediċina veterinarja, mill-prodotti u mill-bioċidi tal-protezzjoni tal-pjanti u mill-ħażna, t-tqandil u r-rimi tal-iskart.

[It-taqsima II.5(e) tal-Parti A tal-Anness I] “L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom jieħdu l-miżuri adekwati kif xieraq li sakemm ikun possibbli jipprevjenu l-annimali u l-pesti milli joħolqu kontaminazzjoni .”

7.1.3.   Rakkomandazzjonijiet għall-prattiki t-tajbin

a.

Jekk persuna li tkabbar il-ħaxix u l-frott frisk tissuspetta li hemm riskju possibbli minħabba l-użu preċedenti taż-żona tal-produzzjoni primarja minn siti li jmissu magħha, jew minn xi attività industrijali fil-viċinat, din għandha tikkonsulta lil speċjalisti tekniċi, u jista’ jkun li s-siti jkunu jridu jiġu analizzati dwar ir-riskji li jkunu ta’ tħassib.

b.

Jeħtieġ li l-bdiewa jiżguraw li ż-żoni tat-tkabbir jinżammu tajjeb billi jneħħu l-imbarazz u l-iskart, u billi jaqtgħu l-ħaxix ħażin, u jneħħu l-iskart tal-pjanti fl-inħawi diretti ta’ kull binja jew struttura protettiva li tista’ tattira lill-annimali jew insetti ta’ ħsara, jew tkun post ta’ kenn għalihom, jew post fejn jgħammru (25).

c.

jeħtieġ li min ikabbar il-frott u l-ħaxix frisk jiżgura li l-art madwar ċerti strutturi protettivi (serer tal-plastik għoljin (high tunnel), serer tal-plastik baxxi (hoop house), eċċ. titnaddaf minn sorsi potenzjali ta’ kontaminazzjoni, pereżempju il-fdalijiet tal-pjanti u l-imniezel tal-pjanti mwarrba għandhom jitneħħew minnufih miż-żoni tat-tkabbir.

d.

Bħala miżuri ta’ prevenzjoni tal-kontaminazzjoni taż-żona tat-tkabbir huma rakkomandati l-barrikati fiżiċi, bħalma huma l-imniezel, l-ilqugħ veġetali u l-gandotti, biex jidderiġu jew inaqqsu l-iskol li jkun ġej minn xi operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-annimali jew tal-ġestjoni tal-iskart.

e.

L-użu ta’ magni li jikkawżaw l-ansjetà fl-annimali, u tagħmir ieħor li jkeċċi l-pesti, bħal tagħmir li jagħmel l-istorbju jew jimita l-għajat ta’ predatur, ċint soniku jew ħsejjes ultrasoniċi li jkeċċu l-ġrieden, jistgħu jnaqqsu l-attività tal-annimali.

f.

Dawk li jkabbru l-FĦF jistgħu jużaw in-naffara, in-nases mekkaniċi, l-istrixxi riflettivi jew l-isparar biex iżommu ‘l bogħod l-għasafar u l-pesti biex ma jikkontaminawx il-FĦF. Jekk jista’ jkun, ma għandux ikun hemm linji tal-elettriku għaddejjin minn fuq l-għelieqi fejn jitkabbru l-pjanti maħsubin biex jittieklu nejjin, biex tkun evitata l-kontaminazzjoni mill-għasafar li joqogħdu fuq il-linji.

g.

Il-FĦF li l-parti tiegħu li tittiekel (26) tkun ġiet f’kuntatt ma’ xi ilma tal-għargħar inqas minn ħmistax qabel il-ħsad ma għandux jittiekel nej. Jekk it-tgħarriq ikun sar iktar minn ħmistax qabel il-ħsad, jew jekk dawn il-prodotti jiġu pproċessati, għandha ssir valutazzjoni tar-riskji skont il-każ (speċifika għas-sit).

7.2.   Il-kontroll tal-fertilizzanti (organiċi)

7.2.1.   Il-prinċipji ġenerali

Il-komponenti li jiddaħħlu fil-produzzjoni agrikola huma diversi ħafna, u jistgħu jinkludu l-fertilizzanti organiċi (eż. d-demel tal-bhejjem, id-demel likwidu u l-ħama tad-dranaġġ) jew il-fertilizzanti inorganiċi (fertilizzanti kimiċi). Il-fertilizzanti għandhom jintużaw biss fl-ammonti li jkunu biżżejjed biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-FĦF. Peress li din il-gwida tikkonċentra fuq il-perikli mikrobijoloġiċi għas-sikurezza tal-ikel, il-fertilizzanti inorganiċi mhumiex se jitqiesu iżjed hawnhekk  (27)

Il-fertilizzanti organiċi jintużaw ħafna u huma siewja biex jissodisfaw il-bżonnijiet nutrittivi tal-FĦF u biex itejbu l-fertilità tal-ħamrija, iżda jekk jintużaw ħażin jistgħu jkunu sors ta’ kontaminazzjoni kemm mikrobijoloġika (eż. is-Salmonella spp, il-VTEC, in-Norovirus) kif ukoll kimika (eż. il-metalli tqal). Jista’ jkun hemm il-patoġeni fid-demel u f’fertilizzanti naturali oħrajn, u dawn jistgħu jibqgħu hemm il-ġimgħat u anki x-xhur, speċjalment jekk it-trattament ta’ dawn il-materjali ma jkunx adegwat.

Biex jitnaqqas ir-riskju tal-potenzjal li jibqgħu ħajjin il-patoġeni umani fid-demel, fil-ħama tad-dranaġġ, u f’fertilizzanti organiċi oħrajn, jistgħu jintużaw metodi tat-trattament fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi (eż. l-ikkompostjar (28), il-pasturizzazzjoni, it-tnixxif bis-sħanat, l-irradjazzjoni bir-raġġi UV, id-diġestjoni bl-alkali, it-tnixxif permezz tax-xemx, jew kombinazzjonijiet ta’ dawn il-mezzi).

Għaldaqstant, il-fertilizzanti organiċi ma għandux ikun fihom kontaminanti mikrobjali, fiżiċi, jew kimiċi fi kwantitajiet li jistgħu jaffettwaw ħażin is-sikurezza tal-FĦF, u jeħtieġ li l-użu tagħhom jikkonforma mar-regolamenti rilevanti tal-UE u jqis il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar l-użu fis-sikur tal-ilma skartat u tal-eskrementi fl-agrikultura, skont ir-rilevanza.

7.2.2.   L-obbligi tal-UE stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u fid-Direttiva Nru 86/278/KEE

[It-taqsima II.2 tal-Parti A tal-Anness I] “Sakemm ikun possibbli, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jassiguraw li l-prodotti primarji jkunu mħarsa kontra l-kontaminazzjoni, billi jqisu xi proċessar li l-prodotti primarji eventwalment jgħaddu minnu.

[It-taqsima II.3(a) tal-Parti A tal-Anness I]L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet leġislattivi tal-Komunità u nazzjonali li jirrigwardaw il-kontroll ta’ perikoli fil-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, inklużi miżuri ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni li jirriżultaw mill-arja, mill-ħamrija, mill-ilma, mill-għalf, mill-fertilizzanti, mill-prodotti tal-mediċina veterinarja, mill-prodotti u mill-bioċidi tal-protezzjoni tal-pjanti u mill-ħażna, t-tqandil u r-rimi tal-iskart.

[It-taqsima II.5(f) tal-Parti A tal-Anness I] “L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom jieħdu l-miżuri adekwati kif xieraq li jaħżnu u jqandlu l-iskart u s-sustanzi perikolużi hekk li jipprevjenu l-kontaminazzjoni.

[Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE] “Jeħtieġ li l-użu tal-ħama tad-dranaġġ fil-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex jikkonforma mar-rekwiżiti tal-UE u nazzjonali. F’ċerti sitwazzjonijiet l-użu tal-ħama fl-agrikultura huwa pprojbit, jiġifieri: fuq il-frott u l-ħxejjex (FĦF) waqt l-istaġun tat-tkabbir (minbarra mas-siġar tal-frott) u fil-ħamrija li tintuża għat-tkabbir ta’ frott u ħxejjex (FĦF) li normalment ikunu f’kuntatt dirett mal-ħamrija u jittieklu nejjin. Din il-projbizzjoni tapplika għal 10 xhur qabel il-ħsad u matul il-ħsad”.

7.2.3.   Rakkomandazzjonijiet għall-prattiki t-tajbin

7.2.3.1.   Rakkomandazzjonijiet ġenerali

a.

L-azjendi agrikoli kollha għandhom jiżviluppaw pjan ta’ ġestjoni tad-demel (29) li jidentifika fejn jista’ jintuża d-demel u fejn ma jistax jintuża, u meta jista’ jsir dan, u meta ma jistax, eż. iż-żoni fejn m’għandux jinfirex id-demel, fosthom madwar: il-gandotti, il-korsiji tal-ilma, in-nixxigħat, il-bjar u l-ispieri, l-inklinazzjonijiet weqfin fejn hemm riskju kbir li jkun hemm skol, żoni sensittivi mil-lat ambjentali, għelieqi fejn hemm probabbiltà li jingħarrqu, eċċ.

b.

Meta jintużaw id-demel, il-ħama tad-dranaġġ u fertilizzanti organiċi oħrajn, dawn għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jitħalltu sew mal-ħamrija, u f’kull każ qabel ma jsir xi tħaffir u tħawwil ta’ FĦF, billi dan it-taħlit inaqqas il-potenzjal tal-kontaminazzjoni diretta tal-FĦF, u jnaqqas l-irwejjaħ u l-emissjonijiet tal-ammonja u l-potenzjal li l-fertilizzanti jmorru mal-ilma.

c.

Evita li jkollok iż-żoni ta’ trattament jew ta’ ħżin tad-demel u ta’ fertilizzanti organiċi oħrajn (dan jinkludi l-ħżin tal-ħama tad-dranaġġ) viċin wisq taż-żoni tat-tkabbir tal-FĦF.

d.

Ilqa’ kontra milli jkun hemm skol jew lissija miż-żoni tat-trattament u tal-ħżin li jikkontamina l-art, l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art, eċċ. tal-madwar, billi tuża l-barrikati fiżiċi xierqa (eż. gandotti tad-dranaġġ).

e.

Kull tagħmir li jkun ġie f’kuntatt mad-demel, mal-ħama tad-dranaġġ jew ma’ fertilizzanti organiċi oħrajn għandu jitnaddaf sew u, fejn hemm bżonn, jiġi ddiżinfettat qabel ma jerġa’ jintuża.

f.

Kemm jista’ jkun, il-moviment tal-vetturi tar-razzett għandu jkun ikkontrollat biex jipprevjeni l-kontaminazzjoni kroċjata taż-żoni tat-tkabbir u tal-produzzjoni.

g.

Il-membri tal-persunal li jaħdmu d-demel u l-ħama tad-dranaġġ jeħtieġ li jużaw prattiki ta’ iġjene personali tajbin (eż. jaħslu jdejhom wara li jkunu ħadmu b’dawn il-materjali u qabel ma jmissu l-FĦF, qabel ma jieklu jew jixorbu, eċċ.), għandhom jilbsu l-apparat xieraq tal-protezzjoni personali u ħwejjeġ ta’ barra addattati, li jinkludu l-ingwanti u żraben jew bwiez li ma jistax jgħaddi l-ilma minnhom u li jistgħu jitnaddfu tajjeb u jiġu ddiżinfettati wara l-użu.

7.2.3.2.   Demel ittrattat (eż. demel solidu, ħama)

a.

Id-demel ittrattat jista’ jintuża fuq l-art fejn jitkabbar il-FĦF li jkun maħsub biex jittiekel nej fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir jew it-tħawwil (30).

b.

B’mod ġenerali, id-demel ittrattat ma għandux jintuża għall-FĦF wara t-tħawwil. Madankollu, meta dan ikun essenzjali għas-sistema tal-produzzjoni, id-demel ittrattat jista’ jintuża fil-ħamrija biex din tilħaq il-bżonnijiet nutrittivi tal-FĦF waqt il-perjodu tat-tkabbir sakemm ikun intuża proċess validu tal-kompostar (ara l-gwida għall-ikkompostar aktar ‘l isfel) u ma jkunx hemm kuntatt dirett jew indirett mal-partijiet li jittieklu tal-FĦF.

c.

Meta jintuża d-demel li jinħażen f’lottijiet (jew demel “immaturat”), iż-żmien meħtieġ għall-ħżin jew għat-trattament passiv tiegħu jkun ivarja skont ir-reġjun, il-klima u l-oriġini tad-demel. Waqt dan il-perjodu ta’ ħżin m’għandux jinżied demel frisk ma’ dak li jkun inħażen.

d.

Il-kompostar tad-demel solidu huwa metodu effettiv ħafna għall-kontroll tal-patoġeni mikrobjali meta jkun ġestit b’mod attiv. Huwa rrakkomandat li d-demel jiġi ttrattat bħala lott u jiddawwar b’mod regolari (eż. mill-inqas darbtejn fl-ewwel sebat ijiem, jew b’tagħmir li jgħabbi minn quddiem jew, preferibbilment, b’tagħmir apposta li jdawwar il-kompost). B’hekk, fuq perjodu ta’ żmien jiġu ġġenerati temperaturi għoljin biżżejjed (minimu ta’ 55 °C għal tlett ijiem) li effettivament joqtlu l-patoġeni. Bħala parti mill-proċess, id-demel ikkompostat jeħtieġ li jitħalla jimmatura, u b’mod ġenerali, il-proċess kollu għandu jdum mill-inqas tliet xhur qabel ma jintuża d-demel.

e.

It-trattament tad-demel likwidu bil-ġir (fejn jinżied il-ġir verġni jew l-idrossidu tal-kalċju mad-demel biex jgħolli l-pH għal 12 għal mill-inqas sagħtejn) huwa metodu effettiv biex jiddeżattiva l-patoġeni batterjali. Bħala parti mill-proċess tat-trattament tal-lott, id-demel likwidu jrid jitħalla jimmatura. B’mod ġenerali, qabel ma jintuża d-demel likwidu, għandu jitħalla jimmatura għal mill-inqas tliet xhur.

7.2.3.3.   Demel u fertilizzanti oħrajn organiċi mhux ittrattati jew ittrattati parzjalment

a.

B’mod ġenerali, għandu jittawwal kemm jista’ jkun il-perjodu taż-żmien bejn l-applikazzjoni tad-demel jew fertilizzanti organiċi oħrajn mhux ittrattati jew ittrattati parzjalment u t-tħawwil u l-ħsad (l-intervall ta’ qabel il-ħsad) tal-FĦF li jittiekel nej, minħabba li l-patoġeni mikrobjali jmutu maż-żmien.

b.

Il-klima, it-tip ta’ ħamrija u l-oriġini tad-demel ukoll jaffettwaw kemm idumu ħajjin il-patoġeni fid-demel, fil-ħamrija miżjuda bil-fertilizzanti u fil-ħmieġ tal-annimali li jiġi depożitat direttament (jekk l-art tkun intużat qabel biex jirgħu fiha l-annimali).

c.

Normalment huma aċċettati intervalli ta’ qabel il-ħsad ta’ 120 jum għall-ħxejjex ħodor werrieqa fil-gwida tal-prattiki agrikoli tajbin (31), iżda perjodu ta’ 60 jum huwa meqjus bħala l-minimu.

d.

F’ċerti każijiet huma rakkomandati l-intervalli ta’ qabel il-ħsad li jkunu ta’ tnax-il xahar jew itwal għall-FĦF li jittiekel nej (eż. f’pajjiżi li jkollhom klima relattivament bierda u livelli pjuttost baxxi ta’ radjazzjoni solari, bħall-pajjiżi fit-Tramuntana tal-Ewropa).

e.

It-Tabella 1 tagħti eżempju ta’ xi intervalli ta’ qabel il-ħsad rakkomandati għall-applikazzjoni ta’ firxa ta’ fertilizzanti organiċi (fosthom id-demel ittrattat u d-demel mhux ittrattat) fuq tipi differenti ta’ FĦF li jittiekel nej kif ukoll imsajjar.

7.2.3.4.   It-trattament u l-użu tal-ħama tad-dranaġġ

a.

Għandhom jiġu implimentati kontrolli stretti meta tintuża l-ħama tad-dranaġġ f’art fejn jitkabbar il-FĦF. Qabel ma jiġi applikat il-ħama tad-dranaġġ, il-ħamrija trid tiġi ttestjata mill-fornitur tal-ħama.

b.

Għandu jittawwal kemm jista’ jkun il-perjodu taż-żmien bejn l-applikazzjoni tal-ħama tad-dranaġġ ittrattata u l-ħsad (l-intervall ta’ qabel il-ħsad), u għandu jirrifletti t-tip ta’ trattament li jkun sar lill-ħama (jiġifieri l-livell tat-tnaqqis tal-patoġeni fil-ħama tad-dranaġġ ittrattata) u l-FĦF li jkun qiegħed jitkabbar. Normalment ikun rakkomandat perjodu ta’ qabel il-ħsad itwal meta: it-tnaqqis tal-patoġeni ma jkunx wisq kbir; il-FĦF li qed jitkabbar normalment jittiekel nej; u meta jista’ jkun hemm kuntatt dirett bejn il-parti li tittiekel tal-FĦF u l-ħamrija.

c.

Meta tintuża l-ħama tad-dranaġġ ittrattata b’mod konvenzjonali (32), l-intervall ta’ qabel il-ħsad irid ikun mill-inqas 30 xahar għall-FĦF li jittiekel nej, jew mill-inqas 12-il xahar fil-każ tal-FĦF li jittiekel imsajjar.

d.

Meta tintuża l-ħama tad-dranaġġ bi trattament intensifikat (33), l-intervall ta’ qabel il-ħsad rakkomandat għandu jkun ta’ mill-inqas 10 xhur għall-FĦF kollu, kemm dak li jittiekel nej, kif ukoll dak li jittiekel imsajjar.

7.2.3.5.   L-ispeċifikazzjonijiet għall-produzzjoni u l-użu tad-diġestati anerobiċi u l-komposti (34)

a.

Għandhom jiġu żviluppati l-ispeċifikazzjonijiet tal-garanzija tal-kwalità rilevanti għall-fertilizzanti li huma diġestat anaerobiku u dawk ibbażati fuq il-kompost, li jinxtraw mingħand fornituri esterni, dan jinkludi wkoll l-ispeċifikazzjonijiet għall-prodott finali (il-fertilizzant).

b.

Fejn jixraq għandu jinżied l-istadju tal-pasturizzazzjoni fil-produzzjoni ta’ diġestati anerobiċi.

c.

Barra minn hekk, fejn hu possibbli għandhom jiġu żviluppati u implimentati protokolli standardizzati li jkopru l-produzzjoni u l-użu ta’ diġestati anerobiċi u komposti li l-kwalità tagħhom tkun garantita, inkluża l-ispeċifikazzjoni tal-materjal ta’ skart organiku xieraq li jiddaħħal, issegregat mis-sors (il-materja prima).

d.

Jeħtieġ li l-bdiewa joqogħdu attenti għall-potenzjal li l-materjali li jiddaħħlu u d-diġestati anaerobiċi/il-komposti jistgħu jkunu kkontaminati b’xi ħġieġ, metall, jew plastik iebes, partikolarment meta dan il-materjal ikun se jintuża fuq art fejn jitkabbru l-patata u l-FĦF tal-għerq.

7.2.3.6.   Diliġenza partikolari meta jintużaw fertilizzanti organiċi mixtrijin fis-suq

Il-bdiewa li jixtru d-demel tal-bhejjem, il-ħama tad-dranaġġ u fertilizzanti organiċi oħrajn mis-suq għandhom jagħżlu fornitur reputabbli u jakkwistaw id-dokumenti li jidentifikaw l-oriġini, it-trattament li ntuża, u r-riżultati tat-testijiet kollha (anki dawk għall-kontaminanti mikrobijoloġiċi u kimiċi) li jkunu twettqu fuq il-prodott finali.

It-Tabella 1 tagħti eżempju tal-intervalli ta’ qabel il-ħsad li jridu jinżammu meta l-bdiewa jużaw il-fertilizzanti organiċi.

Tabella 1:

 

Diġestat Anaerobiku (ta’ Kwalità Assigurata (35) u Pasturizzat)

Diġestat Anaerobiku (ta’ Kwalità Assigurata, mhux pasturizzat)

Diġestat Anaerobiku (mhux assigurat)

Demel mhux ittrattat/demel likwidu

Kompost (inkluż dak li jkun ta’ Kwalità Assigurata (36), u dak li ma jkunx ta’ kwalità assigurata li jkun kompost aħdar issegregat mis-sors, u kompost aħdar/mill-ikel)

Demel ittrattat (37)/demel likwidu ttrattat

Ħama tad-dranaġġ ittrattata b’mod konvenzjonali (38)

Ħama tad-dranaġġ bi trattament intensifikat (39)

Art li eżatt qabel intużat bħala mergħa

Il-FĦF li normalment jittiekel nej mingħajr qoxra protettiva (40)

Fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir/it-tħawwil

Mhux fit-12-il xahar qabel it-tħaffir/it-tħawwil (*1)

Mhux fit-12-il xahar qabel il-ħsad u mill-inqas 6 xhur qabel it-tħaffir/it-tħawwil (*1)

Fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir/it-tħawwil (41)

Mhux fit-30 xahar qabel il-ħsad (*1)

Mhux fl-10 xhur qabel il-ħsad

Mhux fit-12-il xahar qabel il-ħsad u mill-inqas 6 xhur qabel it-tħaffir/it-tħawwil (*1)  (1)

FĦF li normalment jittiekel nej, jew b’qoxra protettiva jew li jitkabbar ‘il fuq mill-ħamrija (42)

Fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir/it-tħawwil

Mhux fit-12-il xahar qabel il-ħsad u mill-inqas 6 xhur qabel it-tħaffir/it-tħawwil (*1)

Mhux fit-12-il xahar qabel il-ħsad u mill-inqas 6 xhur qabel it-tħaffir/it-tħawwil (*1)

Fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir/it-tħawwil (43)

Mhux fit-30 xahar qabel il-ħsad (*1)

Mhux fl-10 xhur qabel il-ħsad

Mhux fit-12-il xahar qabel il-ħsad u mill-inqas 6 xhur qabel it-tħaffir/

it-tħawwil (*1)  (1)

FĦF li dejjem jissajjar qabel ma jittiekel (44)

Fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir/it-tħawwil

Fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir/it-tħawwil

Fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir/it-tħawwil

Fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir/it-tħawwil

Mhux fl-12 xhur qabel il-ħsad (*1)

Mhux fl-10 xhur qabel il-ħsad

Fi kwalunkwe żmien qabel it-tħaffir/it-tħawwil

7.3.   Il-kontroll tal-ilma għall-produzzjoni primarja u għall-operazzjonijiet assoċjati magħha fil-post tal-produzzjoni (il-ħsad u wara l-ħsad)

Hemm ħafna fatturi marbutin mal-użu tal-ilma fl-agrikulturi li jistgħu jinfluwenzaw l-ammont ta’ riskju li l-FĦF jiġi kkontaminat bil-mikrobi, bħal: is-sors tal-ilma, it-tip ta’ tisqija (bil-qatra, bil-bexx, eċċ.) jekk il-FĦF ikollux kuntatt dirett mal-ilma tat-tisqija, l-applikazzjoni mill-bidwi ta’ trattament bl-ilma, iż-żmien tat-tisqija b’relazzjoni mal-ħsad, il-possibbiltà li xi annimali jkollhom aċċess għas-sors, eċċ. Kwistjoni importanti oħra li għandha titqies hija l-istadju fil-katina alimentari: eż. jekk ikun għad fadal xi sors ta’ kontaminazzjoni, dan jista’ jiġi eliminat jew imnaqqas, pereżempju permezz ta’ tnixxif (bir-raġġi tax-xemx fl-għalqa), permezz ta’ ħasil, jew b’xi mod ieħor. L-oġġetti tal-ikel li jinbiegħu lesti biex jittieklu u oġġetti tal-ikel li jkunu qrib il-punt tal-konsum ikunu jeħtieġu ilma ta’ kwalità ogħla.

7.3.1.   Il-prinċipji ġenerali

Fil-prattiki agrikoli jintużaw sorsi u kwalitajiet ta’ ilma differenti fl-attivitajiet ta’ qabel il-ħsad, ta’ waqt il-ħsad u ta’ wara l-ħsad (dawn il-kwalitajiet ta’ ilma flimkien jissejħu “ilma agrikolu” - ara d-Dijagramma Sekwenzjali Nru 2), u kull waħda minn dawn il-kwalitajiet ta’ ilma jkollha effett differenti rigward il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-FĦF. L-ilma li ma jkunx ta’ kwalità tajba jista’ jkun sors dirett ta’ kontaminazzjni u vettur għat-tifrix ta’ kontaminazzjoni lokalizzata fl-għalqa, fil-faċilità jew waqt it-trasport. Kull meta l-ilma jiġi f’kuntatt mal-prodotti friski, il-kwalità tiegħu jkollha impatt fuq il-potenzjal ta’ kontaminazzjoni patoġenika. Jekk il-patoġeni jibqgħu ħajjin fuq il-prodotti, jistgħu jikkawżaw il-mard mill-ikel. Il-maġġoranza tal-patoġeni li jiġu trażmessi mill-ilma ta’ kwalità baxxa huma batterji enteriċi, eż. is-Salmonella spp., il-Campylobacter spp., il-VTEC u l-vajrusis, eż. n-Norovirus. L-E. coli normalment jintuża bħala organiżmu li jindika l-kontaminazzjoni mir-rawt, u livelli għoljin ta’ E. coli jistgħu jindikaw potenzjal għoli għall-preżenza tal-patoġeni.

Barra mir-rakkomandazzjonijiet għall-kontrolli tal-ilma deskritti f’din it-taqsima, għandu jitqies ukoll dan li ġej:

Il-linji gwida żviluppati mill-ISO (45) dwar l-ilma tal-iskart ittrattat li jintuża għat-tisqija,

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-FAO dwar il-kwalità tal-ilma tat-tisqija (46),

Il-linji gwida li ġew żviluppati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fl-2006, għall-użu sikur tal-ilma skartat u tal-eskrementi fl-agrikultura u fl-akkwakultura (47).

Dijagramma Sekwenzjali Nru 2: Sommarju tat-tipi diversi ta’ ilma agrikolu u tal-prattiki agrikoli fil-produzzjoni tal-FĦF (lest biex jittiekel) fl-UE.

Image

7.3.2.   L-obbligi tal-UE stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004

[It-taqsima II.3(a) tal-Parti A tal-Anness I]“…l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet leġislattivi tal-Komunità u nazzjonali li jirrigwardaw il-kontroll ta’ perikoli fil-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, inklużi miżuri ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni li jirriżultaw mill-arja, mill-ħamrija, mill-ilma, mill-għalf, mill-fertilizzanti, mill-prodotti tal-mediċina veterinarja, mill-prodotti u mill-bioċidi tal-protezjoni tal-pjanti u mill-ħażna, t-tqandil u r-rimi tal-iskart.”

[It-taqsima II.5(f) tal-Parti A tal-Anness I] “L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom jieħdu l-miżuri adekwati kif xieraq li jaħżnu u jqandlu l-iskart u s-sustanzi perikolużi hekk li jipprevjenu l-kontaminazzjoni.

7.3.3.   Għodod prattiċi biex jiġi evalwat is-sors u l-użu maħsub tal-ilma agrikolu

Għandha titwettaq valutazzjoni tar-riskji li tqis is-sors u l-użu maħsub tal-ilma agrikolu (eż. is-sistema tat-tisqija, il-karatteristiki tal-FĦF, l-użu maħsub tal-FĦF…), li tiddefinixxi dak li hu addattat għall-finijiet agrikoli, il-valuri ta’ limitu mikrobijoloġiċi rrakkomandati, u l-frekwenza tal-monitoraġġ kif deskritt fl-Anness II ta’ dan id-dokument ta’ gwida.

Għal gwida dwar kif titwettaq valutazzjoni tar-riskji fuq l-ilma, il-bdiewa jistgħu jirreferu għall-approċċ li jidher fid-Dijagramma Sekwenzjali nru 3 li jgħin biex wieħed jidentifika s-sorsi possibbli tal-kontaminazzjoni tal-ilma fil-produzzjoni primarja tal-FĦF. Dan japplika kemm għall-ilma tat-tisqija kif ukoll għall-ilma li jintuża f’xogħol assoċjat (eż. l-applikazzjoni tal-pestiċidi, il-fertigazzjoni, il-ħasil, eċċ.).

Metodu aktar sempliċi u ħafif huwa li dak li jkun juża “ġerarkija tad-deċiżjonijiet” bħal dik li tidher fl-Anness III ta’ dan id-dokument ta’ gwida, li fiha r-riżultat iqis għadd limitat ta’ rakkomandazzjonijiet għat-teħid tal-kampjuni, meta mqabbel ma’ dawk li hemm fl-Anness II.

L-għodot it-tnejn li huma jistgħu jintużaw biex dak li jkun jieħu deċiżjoni skont il-profil tar-riskji tal-ilma agrikolu, iżda billi ż-żewġ metodi huma differenti minn xulxin, ir-riżultati tagħhom ma jistgħux jitqabblu jew jiġu estrapolati.

Il-passi li jista’ juża kull bidwi biex jidentifika s-sorsi possibbli tal-kontaminazzjoni mill-ilma fil-produzzjoni primarja tal-FĦF ingħataw fid-Dijagramma Sekwenzjali nru 3 hawn taħt.

Dijagramma Sekwenzjali Nru 3: Metodu prattiku ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-ilma agrikolu

Image

Mod prattiku li bih wieħed jista’ jwettaq il-valutazzjoni tar-riskji tal-ilma agrikolu fid-Dijagramma Sekwenzjali Nru 3 huwa billi jimla t-tabella li ġejja.

Tabella 2: L-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika mill-ilma li jintuża fl-attivitajiet agrikoli.

Attività

Is-sors tal-ilma (48)

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskji (ibbażata fuq l-Anness II jew l-Anness III)

Il-ħtieġa li l-ilma jiġi ttestjat (abbażi tal-Anness II jew tal-Anness III) u, jekk teżisti l-ħtieġa, il-frekwenza tal-ittestjar għall-E. coli/100 ml ilma

Qabel il-ħsad

Id-dilwizzjoni tal-pestiċidi

 

 

 

It-tindif tat-tagħmir

 

 

 

It-tisqija

 

 

 

L-applikazzjoni tal-fertilizzanti

 

 

 

Id-dilwizzjoni tas-sustanzi kimiċi agrikoli

 

 

 

 

 

 

Il-ħsad

It-tindif tat-tagħmir

 

 

 

Il-ħasil ta’ idejn il-ħaddiema qabel il-ħsad bl-idejn

 

 

 

 

 

 

Wara l-ħsad

It-tkessiħ

 

 

 

It-trasport

 

 

 

Il-ħasil/

It-tlaħliħ

 

 

 

It-tindif tat-tagħmir

 

 

 

….

 

 

 

Għall-fini tal-konformità mal-obbligi tal-UE (ara t-taqsima 7.3.3), ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni tar-riskji jkunu ta’ għajnuna billi jiddefinixxu safejn għandhom jiġu applikati l-Prattiki t-Tajbin tal-Iġjene (7.3.3) inklużi r-rakkomandazzjonijiet dwar l-analiżijiet tal-ilma għall-użu agrikolu.

7.3.4.   Rakkomandazzjonijiet għall-prattiki t-tajbin

7.3.4.1.   Rakkomandazzjonijiet ġenerali dwar is-sors, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-ilma

a.

Ma għandux jintuża l-ilma tad-dranaġġ (urban) mhux ittrattat. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu kkonsultati qabel ma wieħed jikkunsidra li juża xi ilma skartat ieħor minħabba li jista’ jkun hemm xi restrizzjonijiet legali.

b.

Għandha tiġi ttestjata l-kwalità tal-ilma agrikolu riċirkolat li jista’ jintuża fil-livell tal-biedja. Jekk hemm bżonn, l-ilma jkollu jiġi ttrattat jew iddiżinfettat qabel ma jerġa’ jintuża.

c.

Għandu jkun evitat l-aċċess tal-bhejjem għas-sorsi tal-ilma u għaż-żoni tal-ippumpjar.

d.

Għandhom jittellgħu l-barrikati biex kemm jista’ jkun jiġi evitat l-aċċess tal-annimali slavaġ għall-ilma li jintuża fil-produzzjoni primarja tal-FĦF.

e.

Hija rakkomandata valutazzjoni tal-possibbiltajiet li jiġu kkontaminati l-ħamrija u l-ilma bi skol tal-ilma tal-wiċċ meta jkun hemm xita qawwija, u li jinbnew l-istrutturi biex iwaqqfu dan l-iskol (barrikati magħmulin minn strixxi ta’ veġetazzjoni, l-użu ta’ kanali tad-dranaġġ, eċċ.).

f.

Is-sistemi tad-distribuzzjoni tal-ilma, fosthom vaski, tankijiet u ħażniet ta’ tal-ilma għandhom jingħataw il-kura u jitnaddfu tajjeb biex jiġu evitati l-kontaminazzjoni mikrobjali tas-sors tal-ilma u l-formazzjoni ta’ bijorita.

g.

Il-latrini, il-ħażniet tad-demel, tal-iskart fekali u tal-fertilizzanti għandhom ikunu f’pożizzjoni ta’ inklinament ‘l isfel mis-sorsi tal-ilma, u mill-inqas 250 metri ‘l bogħod biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni. Jekk ikun hemm bżonn, il-bdiewa għandhom jivvalutaw is-sitwazzjonijiet lokali u jipprevedu distanza itwal.

h.

Jekk ir-riżultat tat-test mikrobijoloġiku tas-sors tal-ilma ma jkunx tajjeb, jew tiġi identifikata problema, għandhom jiġu applikati wkoll il-miżuri ta’ korrezzjoni li ġejjin, skont xi jkun is-sors tal-ilma.

i.

Għall-ilma ta’ taħt l-art li jittella’ mill-bjar, għandhom jitqiesu l-miżuri speċifiċi li ġejjin:

Il-kura regolari tal-bjar.

Ivverifika li hemm separazzjoni tajba bejn il-bir u dawn li ġejjin: sistemi tal-iskart domestiku, faċilitajiet tal-ħżin ta’ sustanzi kimiċi, binjiet fejn jinżammu l-annimali (fejn jinżammu l-klieb, il-qwiegħi, iż-żoni tat-tismin), tojlits, fossa jew tank tal-eskrement, żoni tat-trattament u tal-ħżin tad-demel likwidu u tal-fertilizzanti organiċi.

Iċċekkja l-kisi u l-għatu tal-bir b’mod regolari biex tara li ma hemmx xquq jew ksur fihom, u ara li l-għatu tal-bir jidħol kexxun. Il-fetħa ta’ fuq tal-bir għandha tkun mill-inqas 30 cm ‘l fuq mill-art, biex fil-bir ma jkunux jistgħu jidħlu la l-ilma tal-wiċċ u lanqas kontaminanti. Ara li ż-żona madwar il-fetħa tal-bir tkun inklinata ‘l barra minnu, u li ma jkunx fiha weraq, ħaxix u skart ieħor.

Ibni xoffa tal-konkrit (b’radju ta’ metru) madwar il-bir jew il-pompi tal-idejn.

Iddiżinfetta s-sistema tal-pajpijiet (pereżempju b’sanitizzanti magħmulin bil-kloru jew trattamenti tad-diżinfezzjoni oħrajn).

Jekk l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni li jeżistu ma jservux sew biex jevitaw il-kontaminazzjoni tas-sors tal-ilma, għandek taħseb biex tagħmel it-tiswijiet fuq il-bir li hemm jew tibni bir ġdid.

ii.

Għall-ilma tax-xita, għandhom jitqiesu l-miżuri speċifiċi li ġejjin:

Ipproteġi t-tankijiet tal-ħżin miftuħin tal-ilma tax-xita biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni mill-iskart, mill-weraq, mill-annimali u mill-insetti li jbidu (l-insetti jistgħu jkunu vetturi tal-kontaminazzjoni mikrobjali).

Naddaf b’mod regolari, jew żid il-frekwenza tat-tindif tat-tankijiet, tal-imagħqad u tal-qattara tal-ilma tax-xita tas-sistemi tal-ħsad biex tiġbor u żżomm il-kwalità t-tajba tal-ilma tax-xita.

Fejn u meta jeħtieġ, biddel it-tankijiet u l-qattara tal-ilma.

iii.

Għat-trattament tal-ilma (trattament primarju jew sekondarju u/jew diżinfezzjoni tal-ilma), għandek taħseb biex issegwi dawn il-miżuri speċifiċi:-

Iċċekkja l-effikaċja tat-tagħmir tat-trattament tal-ilma li qiegħed jintuża.

Iddiżinfetta l-installazzjonijiet tat-trattament tal-ilma (eż. billi tuża xi bijoċida jew sanitizzant) jew biddel it-tankijiet u s-sistemi tal-pajpijiet tal-ilma li jinġabar lokalment.

Biddel it-tagħmir tat-trattament tal-ilma.

Jekk bidwi jkun irid jittratta jew jiddiżinfetta l-ilma biex jagħmlu tajjeb għax-xorb jew biex itejjiblu l-kwalità, jeħtieġ li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti dwar il-Bijoċidi (49).

7.3.4.2.   Rakkomandazzjonijiet għall-prassi tajba fil-kuntest tal-metodi tat-tisqija

a.

Fil-każ tat-tisqija bil-qatra għandu jkun evitat li jinġabar l-ilma f’għadajjar fuq wiċċ il-ħamrija jew fir-raded, li jkun jista’ jagħmel kuntatt mal-parti li tittiekel tal-FĦF (50).

b.

Għat-tisqija bil-friefet għandha tintuża kwalità ta’ ilma aħjar, billi dan jagħmel kuntatt dirett mal-partijiet tal-pjanta li jittieklu, u jekk inhu possibbli (51), din it-tisqija għandha ssir biss fl-istadji bikrija tat-tkabbir tal-pjanti. Jista’ jitħalla intervall ta’ żmien bejn it-tisqija u l-ħsad. Dan huwa l-każ għall-prodotti kollha li jittieklu nejjin (weraq, ħxejjex għall-insalati, frott, eċċ.) (Ara l-valutazzjoni tar-riskji tal-ilma agrikolu fil-punt 7.3.3).

c.

Il-kwalità tal-ilma li jintuża f’sistemi tat-tkabbir mingħajr ħamrija għandha tkun iċċekkjata b’mod regolari, u l-ilma għandu jinbidel ta’ spiss, jew jekk jiġi rriċiklat, għandu jkun ittrattat biex kemm jista’ jkun titnaqqas il-kontaminazzjoni bil-mikrobi. Jekk ma tiġix osservata konformità mal-indikaturi, għandhom jitwettqu strateġiji ta’ mitigazzjoni bbażati b’mod ewlieni fuq it-teknika tat-trattament tal-ilma.

d.

Dwar is-sistemi tat-tisqija:

i.

Ifflaxxja l-pajpijiet ewlenin u sekondarji u t-tubi l-oħrajn tat-tisqija b’mod regolari biex tnaqqas li jinġabru xi materjali organiċi jew bijoriti. Huwa rrakkomandat li l-ilma jitħalla għaddej mill-pajp tal-qtar għal mill-inqas minuta, sakemm l-ilma joħroġ ċar.

ii.

Meta jkun hemm perjodu twil ta’ ħafna xita, huwa rrakkomandat li tifflaxxja s-sistema tat-tisqija qabel ma jibda l-istaġun tat-tisqija li jmiss.

7.3.4.3.   Rakkomandazzjonijiet ta’ prassi tajba dwar l-ilma li jintuża waqt il-ħsad u wara l-ħsad (operazzjonijiet assoċjati)

a.

Ħafna mill-operazzjonijiet tal-ħsad u ta’ wara l-ħsad jinvolvu l-ħasil, it-tlaħliħ, it-tkessiħ, l-għażla u t-trasportazzjoni tal-FĦF. L-ilma li jintuża għal dawn l-attivitajiet assoċjati minn hawn ‘il quddiem jissejjaħ “ilma tal-ħasil”.

b.

Ġeneralment, il-ħasil (kemm billi l-prodotti jitgħaddsu fl-ilma kif ukoll permezz tat-traxxix) tal-prodott frisk jista’ jnaqqas xi ftit mit-tagħbija mikrobjali. Dan huwa pass importanti għaliex il-parti l-kbira tal-kontaminazzjoni mikrobjali qiegħda fuq wiċċ il-FĦF. Madankollu, l-ilma tal-ħasil jista’ wkoll iferrex il-mikroorganiżmi u potenzjalment jikkontamina proporzjon akbar tal-prodott.

c.

L-ilma tal-ħasil li jintuża jeħtieġ li jkun għallinqas ta’ kwalità ta’ ilma nadif fl-istadji bikrija tal-ħasil. L-ilma li jintuża għat-tlaħliħiet tal-aħħar irid ikun ta’ kwalità li tkun tajba għax-xorb jekk il-FĦF ħafna drabi jkun ikkunsmat bħala lest biex jittiekel (eż. it-tadam, it-tuffieħ, il-lanġas, iz-zunnarija żgħira, basal tar-Rebbiegħa …). Għalhekk għandha ssir valutazzjoni tar-riskji skont id-Dijagramma Sekwenzjali Nru 2 u jistgħu jintużaw l-għodod previsti fl-Anness II jew fl-Anness III biex issir l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ilma tal-ħasil meħtieġa.

d.

Jekk il-bidwi biħsiebu juża l-għajnuniet għall-ipproċessar fl-ilma tal-ħasil ta’ prodott maħsud, dan jeħtieġ li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti, peress li l-użu ta’ għajnuniet għall-ipproċessar bħala dekontaminanti kimiċi ġeneralment ikun suġġett għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri. L-istess jgħodd għall-ħasil tat-tankijiet biex tinżamm il-kwalità tal-ilma. Jekk jintużaw diżinfettanti tal-kloru, wieħed irid joqgħod attent li fl-ikel ma jkunx hemm xi residwi tal-prodotti sekondarji tal-klorat li jaqbżu l-livelli massimi għar-residwi. L-azzjonijiet elenkati hawn taħt jistgħu jnaqqsu l-kontaminazzjoni tal-ikel bil-klorat:

i.

Jintużaw l-iżgħar konċentrazzjonijiet possibbli tad-diżinfettanti tal-kloru li bihom jinkiseb il-livell ta’ diżinfezzjoni l-mixtieq.

ii.

Rata tajba ta’ tibdil tal-ilma tal-ħasil. Filwaqt li l-kloru attiv jevapora, ir-residwi tal-klorat jibqgħu jikkonċentraw f’dan l-ilma.

iii.

Id-diżinfettanti jeħtieġ li jinħażnu kif suppost, billi jekk ikunu esposti għad-dawl jew għal temperaturi għoljin, id-diżinfettanti jibdew jiddegradaw għall-istat ta’ klorat qabel stess jintużaw.

e.

Il-ħasil enerġetiku tal-prodott li ma jeħtieġx tħakkik iżid il-probabbiltà li jitneħħew il-patoġeni. Il-ħasil bil-ħakkieka huwa aktar effettiv mill-ħasil mingħajrhom. Il-ħakkieka li jintużaw fil-ħasil iridu jitnaddfu ta’ spiss.

f.

Jekk l-ilma jiġi kkontaminat waqt il-ħasil u mbagħad jiġi riċirkolat, jista’ jkun mezz ta’ kontaminazzjoni kroċjata. Għaldaqstant, jintuża l-metodu li jintuża għall-ħasil, il-bdiewa għandhom isegwu prassi tajba li tiżgura u żżomm kwalità tajba tal-ilma billi:

iv.

jibdlu l-ilma tal-ħasil bi frekwenza fissa (proċess mhux kontinwu)

v.

iżommu t-tagħmir tal-ħasil mimli b’volum fiss (proċess kontinwu)

vi.

japplikaw it-trattament tal-ilma

vii.

jużaw l-aġenti diżinfettanti tal-ilma b’mod ikkontrollat biex jevitaw il-kontaminazzjoni kroċjata.

g.

Għal ċerti operazzjonijiet, sensiela ta’ ħasliet taf tkun iżjed effettiva minn ħasla waħda biex jitneħħew il-ħamrija, il-fdalijiet u l-effużjonijiet. Pereżempju, għandhom jikkunsidraw li jużaw l-ewwel ħasla biex titneħħa l-parti l-kbira tal-ħamrija mill-prodott, imbagħad sensiela ta’ ħasliet u fl-aħħar nett tlaħliħa b’ilma li hu tajjeb għax-xorb.

h.

L-installazzjoni, l-ispezzjonijiet ta’ rutina u l-manutenzjoni tat-tagħmir bħall-apparati tar-rifluss u apparati fejn tinqabad l-arja huma meħtieġa biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni tal-ilma nadif b’ilma li jista’ jkun ikkontaminat (bħal bejn il-pajpijiet li jimlew it-tagħmir bl-ilma tajjeb għax-xorb u l-pajpijiet tad-dranaġġ għal ġot-tank tal-iskart).

7.3.4.4.   Prassi tajba addizzjonali għall-ħxejjex ħodor werrieqa, għat-tadam u għall-bettieħ (52)

a.

Billi l-ħxejjex friski werrieqa ġieli jitraxxu b’ ammonti żgħar ta’ ilma waqt il-ħsad li jsir bil-magni, jew fil-kontenitur li jitqiegħdu fih fl-għalqa wara l-ħsad, biex ma jinxfux, irid jintuża ilma li hu tajjeb għax-xorb għal dawn il-proċessi fejn ikun hemm kuntatt dirett bejn l-ilma u l-partijiet tal-ħxejjex li jittieklu.

b.

It-tadam li jitkabbar fil-ħamrija jista’ jinħasel biex jitneħħielu t-trab, jitnixxiflu l-wiċċ, jintagħżel skont id-daqs u jiġi ppakkjat. Anki f’dan il-każ għandu jintuża ilma li hu tajjeb għax-xorb.

c.

Kultant jintużaw tankijiet tal-ilma skartat biex jiġu ttrasportati l-bettieħ u d-dulliegħ mill-kontenituri fl-għalqa sal-istabbiliment tal-ippakkjar. F’dan il-każ:

i.

It-temperaturi tal-ilma jridu jkunu ogħla mit-temperaturi interni tal-bettiħ u tad-dulliegħ, biex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju li l-ilma jinfiltra fihom.

ii.

Għandu jkun kemm jista’ jkun qasir il-ħin li l-bettieħ u d-dulliegħ jibqa’ fit-tank tal-ilma skartat.

iii.

Meta jkun possibbli, il-kwalità mikrobijoloġika tal-ilma skartat fit-tank għandha tiġi kkontrollata, issorveljata u rreġistrata. Jekk hemm bżonn, għandhom jitwettqu miżuri li jiggarantixxu l-kwalità mikrobijoloġika tal-ilma.

7.3.4.5.   Rakkomandazzjonijiet tal-prassi tajba għall-analiżi tal-ilma li jintuża għall-agrikultura

a.

Qabel ma tinbeda strateġija tal-kampjunar tal-ilma huwa rrakkomandat li wieħed jiżgura li l-valutazzjoni tar-riskji għadha valida u li l-miżuri ta’ prevenzjoni ġew implimentati tajjeb u ġew ivvalidati. Il-valutazzjonijiet tar-riskji (ara 7.3.2) għandhom jiġu rieżaminati kull sena.

b.

Għandhom jitwettqu analiżijiet mikrobjali (53) tas-sorsi tal-ilma possibbli biex jiġi ddeterminat kull sors tal-ilma huwiex xieraq biex jintuża għall-agrikultura.

c.

Perjodikament għandhom isiru spezzjonijiet viżivi u bix-xamm biex jekk ikun hemm xi kontaminazzjoni din tinsab. Jekk ikun hemm xi tibdil fid-dehra/tar-riħa, għandhom jittieħdu l-kampjuni għall-analiżi ta’ kontroll.

d.

Għandhom jittieħdu l-kampjuni tal-ilma mill-punt fejn dan jintuża.

e.

Il-frekwenza tal-ittestjar (54) tal-ilma agrikolu tista’ titnaqqas sakemm ir-riżultati tal-analiżijiet rakkomandati jkunu favorevoli għal tliet snin konsekuttivi, u skont jekk l-ilma huwiex vulnerabbli għall-kontaminazzjoni, eż. jekk ikun ilma ta’ taħt l-art.

f.

Għandhom jittieħdu kampjuni addizzjonali jekk ikun hemm xi avvenimenti bħal tgħarriq, tifwir f’postijiet fejn jinħażen id-demel, kontaminazzjoni temporanja jew li sseħħ xi kultant, xita qawwija, eċċ. Dawn it-testijiet addizzjonali jridu jsiru eżatt wara l-avveniment.

g.

Huma rrakkomandati t-testijiet li ġejjin jekk bidwi jsib livelli għolja tal-ispeċi indikatur b’mod ripetut (jiġifieri l-indikatur E. coli) fis-sorsi tal-ilma meta jitwettqu t-testijiet:

Ieqaf milli tuża dak l-ilma sakemm joħorġu riżultati tat-testijiet favorevoli, u jekk ikun possibbli u fattibbli, ibdel is-sors tal-ilma.

Inkella, ittratta l-ilma qabel ma tużaħ għat-tisqija (eż. billi tiddiżinfettaħ permezz ta’ dawl ultravjola, filtrazzjoni bl-ożmożi inversa, diżinfettanti bbażati fuq l-ożonu jew fuq il-kloru, eċċ.) skont il-prassi tad-diżinfezzjoni tal-Istat Membru.

Il-frekwenza tal-kampjunar u l-ambitu tal-ittestjar għall-mikrobi jistgħu jiġu addattati għas-sitwazzjonijiet speċifiċi: għandu jsir kampjunar addizzjonali biex jivverifika l-preżenza tas-Salmonella spp, u l-E.coli patoġenika (jiġifieri l-VTEC).

Eżamina mill-ġdid il-valutazzjoni tar-riskji attwali (ara 7.3.1) billi tiffoka fuq is-sorsi potenzjali tal-kontaminazzjoni fekali.

Jekk, wara li jkun wettaq il-miżuri korrettivi, it-test tal-ilma jibqa’ jagħti riżultat li ma jkunx favorevoli, u jekk il-bidwi ma jkunx jista’ jibdel is-sors tal-ilma, dan jeħtieġlu jżid l-intervall taż-żmien bejn l-aħħar tisqija u l-ħsad, u jbiddel il-metodu tat-tisqija billi, pereżempju juża t-tisqija bil-qatra biex l-ilma ma jitħalliex jiġi f’kuntatt mal-parti tal-FĦF li tittiekel.

7.4.   L-iġjene u l-istat ta’ saħħa tal-ħaddiema agrikoli

7.4.1.   Il-prinċipji ġenerali

Il-ħaddiema kollha għandhom ikunu jafu l-prinċipji bażiċi tal-iġjene u tas-saħħa, u għandhom jiġu infurmati dwar ir-riskji kollha possibbli marbutin mal-kontaminazzjoni tal-prodott. Għandhom jingħataw taħriġ dwar l-iġjene li jkun addattat għall-kompiti tagħhom u kultant jiġu ttestjati. Dan it-taħriġ irid isir b’lingwa u b’mod li jiżguraw li l-ħaddiema jifhmu x’inhi l-prassi iġjenika meħtieġa.

B’mod ġenerali, ma għandhomx jidħlu viżitaturi mhux awtorizzati fiż-żoni fejn jiġi prodott u ttrattat l-ikel. Jekk ikun hemm viżitaturi awtorizzati, dawn iridu jimlew kwestjonarju ta’ evalwazzjoni tas-saħħa qabel ma jitħallew jidħlu, u fejn hu xieraq għandhom jilbsu lbies protettiv u jirrispettaw id-dispożizzjonijiet dwar l-iġjene tal-personal tan-negozju tal-ikel. Kemm hu possibbli, il-proċessi tal-ħsad, tal-ippakkjar u tal-ispezzjoni għandhom ikunu maħsubin biex il-prodotti jitmissu mill-inqas.

Kull bidwi għandu jfassal dokumenti illustrati u li jinqraw faċilment (55), dwar l-istat tas-saħħa, il-prassi t-tajba tal-iġjene, it-taħriġ tal-persunal, u l-faċilitajiet sanitarji, biex ikun żgurat li l-persunal, il-kuntratturi u l-viżitaturi jkunu jafu bil-Prattiki t-Tajbin tal-Iġjene u jsegwuhom dejjem.

7.4.2.   L-obbligi tal-UE stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004

[It-Taqsima Ii.5(d) tal-Parti A tal-Anness I] “L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jkabbru, jew jaħsdu l-prodotti tal-pjanti għandhom jieħdu miżuri adekwati, kif xieraq li jassiguraw li l-persunal li jqandel l-oġġetti tal-ikel ikunu b’saħħithom u li jkollhom taħriġ dwar ir-riskji tas-saħħa.

7.4.3.   Rakkomandazzjonijiet għall-prattiki t-tajbin

a.

Ma għandhomx jintlibsu jew jiddaħħlu oġġetti personali, bħal ġojjelli, arloġġi, eċċ. fiż-żoni tat-tkabbir u tal-produzzjoni tal-FĦF.

b.

Meta l-prattiki normali jirrikjedu li jintużaw għodod jew oġġetti żgħar, dawn għandhom ikunu nnumerati jew identifikati b’xi mod ieħor.

c.

Fejn jixraq, il-ħaddiema għandhom jilbsu l-ħwejjeġ u ż-żraben protettivi addattati. Jista’ jkun utli li jintużaw l-ingwanti, dejjem jekk dawn jinħaslu jew jinbidlu ta’ spiss biex jiġi evitat li jinfirxu l-mikroorganiżmi. Iżda l-ilbies tal-ingwanti biss ma jissostitwixix il-prattika tal-ħasil sew tal-idejn, b’mod partikolari:

Jekk l-ingwanti jkunu ta’ tip li jistgħu jintużaw aktar minn darba, jeħtieġ li jkunu magħmulin minn materjal li faċilment jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat, u għandhom jitnaddfu b’mod regolari u jinżammu f’post nadif u niexef.

Jekk jintużaw ingwanti ta’ darba biss, dawn għandhom jintremew meta jitqattgħu jew jitħammġu.

d.

Il-ħaddiema li jkunu f’kuntatt dirett mal-FĦF għandhom iżommu standard għoli ta’ iġjene personali. B’mod ġenerali, jeħtieġ li jaħslu u jixxuttaw idejhom tajjeb qabel ma jmissu l-FĦF u mal-uċuħ li jmissu mal-FĦF, speċjalment waqt u wara l-ħsad (eż. meta jmissu l-FĦF fil-bidu tal-ħsad, waqt il-ħsad, u wara l-ħsad, wara li jieklu, wara li jużaw it-tojlit, eċċ.).

e.

Jeħtieġ li l-ħaddiema jevitaw imġiba li tista’ twassal għall-kontaminazzjoni tal-FĦF, pereżempju: li jpejpu, jobżqu, jogħmodu ċ-chewing gum jew jieklu, jew jgħattsu jew jisogħlu fuq il-prodotti friski.

f.

Kull persuna li tkun ma tiflaħx għandha minnufih tirrapporta l-mard jew is-sintomi tal-mard lill-bidwi/lill-maniġer u ma għandhiex taħdem f’kuntatt mal-FĦF.

g.

Sa fejn hu possibbli, il-faċilitajiet iġjeniċi u sanitarji jridu:

Ikunu f’post qrib ħafna (56) tal-għelieqi kif ukoll qrib il-binjiet, biex jintużaw faċilment u titnaqqas il-possibbiltà li l-ħaddiema jagħmlu fl-għelieqi. U jrid ikun hemm biżżejjed minnhom għall-għadd ta’ membri tal-persunal (eż. wieħed għal kull 20 ruħ), u jkun hemm tojlits kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa meta l-persunal ikun magħmul minn irġiel u nisa (57).

Ikunu maħsubin biex jiżguraw li l-ħmieġ jintrema b’mod iġjeniku u ma jikkontaminax is-siti tat-tkabbir, il-FĦF jew l-inputs agrikoli (l-affarijiet għat-tkabbir tal-pjanti li jinżiedu mal-ħamrija, eż. l-ilma agrikolu, il-fertilizzanti organiċi).

Ikun hemm faċilitajiet tajbin għall-ħasil (tal-idejn).

Jinżammu f’kundizzjoni nadifa u jaħdmu tajjeb.

Ikun hemm fihom ilma ġieri tajjeb għax-xorb, sapun, tojlit pejper jew xi ħaġa oħra li tista’ tintuża bħala tojlit pejper, u karti biex dak li jkun inixxef idejħ u jarmihom, jew xi ħaġa ekwivalenti. Jekk ma jkunx possibbli tipprovdi l-ilma ġieri tajjeb għax-xorb, l-awtorità kompetenti għandha tirrakkomandalek xi metodu alternattiv għat-tindif tal-idejn (eż. xi sapun jew diżinfettant).

It-tojlits portabbli ma għandhomx jitnaddfu fiż-żoni tat-tkabbir tal-FĦF jew qrib sorsi tal-ilma li jintuża għat-tisqija jew qrib il-pajpijiet li jwasslu l-ilma għall-ħxejjex. Il-bdiewa jridu jsibu l-postijiet fejn jiestgħu jqiegħdu t-tojlits portabbli b’mod sikur.

h.

It-taħriġ għandu jinkludi l-proċeduri l-korretti għall-ħasil u t-tnixxif tal-idejn, għall-użu tat-tojlits u għar-rimi tat-tojlit pejper jew tal-prodott li jkun l-ekwivalenti tiegħu.

i.

Jekk il-ħaddiema jkollhom xi qtugħ jew xi ġrieħi f’idejhom, dawn iridu jitgħattew b’xi stikka jew faxxa li ma jgħaddix ilma minn ġo fiha, u jridu jintlibsu l-ingwanti fuqha fejn hu possibbli. Jekk ma jkunx hemm forniment ta’ dawn l-affarijiet, il-persuna li jkollha xi ġerħa jew qatgħa għandha tingħata xogħol f’post ieħor fejn ma jkollhiex il-kompitu li tmiss mal-FĦF jew mal-uċuħ li jmissu mal-prodott.

j.

Irid ikun hemm żoni fejn il-ħaddiema jkunu jistgħu jistrieħu ftit mix-xogħol u fejn jieklu, imwarrba mill-għelieqi u mill-post tal-ippakkjar. Il-ħaddiema ma għandhomx idaħħlu ikel magħhom fiż-żoni tal-produzzjoni, biex tiġi evitata l-possibbiltà li l-FĦF jiġi kkontaminat b’xi allerġeni tal-ikel.

7.5.   Il-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-iġjene waqt attivitajiet assoċjati fil-livell tar-razzett minbarra dawk deskritti fil-kapitoli 7.3 u 7.4

7.5.1.   Il-prinċipji ġenerali

Il-metodi tal-ħsad ivarjaw skont il-karatteristiki tal-prodott. Il-ħsad mekkaniku huwa prattika komuni għal ċerti FĦF, u jnaqqas il-kontaminazzjoni kroċjata li tista’ sseħħ fil-ħsad bl-idejn. Iżda jekk it-tagħmir mekkaniku tal-ħsad jieqaf jaħdem waqt il-ħsad, jew ma jkunx miżmum tajjeb, ma jkunx tnaddaf jew ġie ddiżinfettat sew, jew jagħmel ħsara lill-pjanti li jinħasdu, jista’ jikkaġuna t-tifrix ta’ kontaminazzjoni bil-mikrobi u/jew kundizzjonijiet li jiffavorixxu t-tkabbir tal-mikrobi (jiġifieri FĦF imħassar).

Il-FĦF għandu jinħażen u jiġi ttraspurtat f’kundizzjonijiet iġjeniċi tajbin. Il-faċilitajiet tal-ħżin u l-vetturi tat-trasport tal-FĦF maħsud iridu jkunu magħmulin b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun il-ħsara għall-FĦF u ma jħallux li jidħlu pesti bħal insetti, rodituri u għasafar. It-tfassil u d-disinn tal-faċilitajiet irid ikun b’mod li jiżgura li ma hemm l-ebda riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata mikrobijoloġika, kimika jew fiżika. Il-passi kollha tal-fluss tal-prodott fil-faċilità (jiġifieri kull pass minn meta tasal il-materja prima, l-ewwel ħasla, it-tindif mill-partijiet żejda, l-ippakkjar, sal-ħżin u t-trasport) iridu jitqiesu, u jiġu indirizzati r-riskji kollha tal-kontaminazzjoni kroċjata.

7.5.2.   L-obbligi tal-UE stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004

[It-taqsima II.5(a) tal-Parti A tal-Anness I] “L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom jieħdu l-miżuri adekwati, kif xieraq li jżommu nadif u, meta meħtieġ wara t-tindif, li jiddisinfettawhom b’manjera xierqa, il-faċilitajiet, l-apparat, il-kontenituri, id-dugħ, il-vetturi u l-karettuni .”

[It-taqsima Ii.5(b) tal-Parti A tal-Anness I] “L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom jieħdu l-miżuri adekwati, kif xieraq li jassiguraw, meta meħtieġ, produzzjoni iġenika, kondizzjonijiet tat-trasport u l-ħażna għal, u t-tindif ta’, il-prodotti mill-pjanti.

[It-taqsima II.5(f) tal-Parti A tal-Anness I] “L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom jieħdu l-miżuri adekwati kif xieraq li jaħżnu u jqandlu l-iskart u s-sustanzi perikolużi hekk li jipprevjenu l-kontaminazzjoni.

7.5.3.   Rakkomandazzjonijiet ta’ prassi tajba għal waqt ix-xogħol tal-ħsad u l-ippakkjar fl-għalqa jew fir-razzett

7.5.3.1.   Għall-istabbilimenti kollha

a.

Meta l-prodott frisk jiġi ppakkjat fl-għalqa, wieħed għandhu joqgħod attent li l-kontinaturi ma jiġux ikkontaminati minħabba xi kuntatt ma’ demel, ħmieġ tal-annimali, ħamrija jew ilma.

b.

Meta mat-tagħmir tal-ippakkjar li jintuża wara l-ħsad, jintuża xi kkuttunar biex jevita ħsara għall-prodott, dan għandu jkun magħmul minn materjal li jista’ jitnaddaf, u, jekk inhu possibbli, jiġi ddiżinfettat.

c.

Il-bdiewa għandhom ineħħu l-biċċa l-kbira tal-ħamrija u t-tajn minn mal-prodott u/jew il-kontenituri waqt il-ħsad u għandhom inaddfu l-għodod kollha u l-kontenituri li jintużaw il-ħin kollhu waqt il-ħsad, wara kull tagħbija.

d.

Il-bdiewa għandhom jevitaw li jpoġġu l-kontenituri għall-prodott maħsud u l-prodott frisk maħsud direttament fuq il-ħamrija waqt u wara l-ħsad qabel ma jgħabbuhom fil-vettura tat-trasportazzjoni. Għandhom jevitaw li jużaw il-kontenituri għall-prodotti maħsuda, li jiġu f’kuntatt dirett mal-prodotti, għal skopijiet oħra minbarra dan.

e.

Il-prodotti ppakkjati li huma maħsuba direttament għall-konsum għandhom jiġu ttikkettati tajjeb u jinħażnu kif suppost. Fejn hemm bżonn, għall-ħżin għandhom jiġu ssettjati t-temperaturi u l-kundizzjonijiet ta’ umdità relattivi.

f.

Il-bdiewa għandhom jevitaw li jimlew iżżejjed l-ixkejjer u t-tankijiet tal-ġarr, biex jevitaw it-trasferiment possibbli ta’ kontaminanti għal fuq il-prodott frisk waqt it-tagħbija. Dan jevita wkoll li ssir ħsara lill-prodott.

g.

Il-ħsad għandu jsir permezz ta’ xafra li taqta’ dritt, mingħajr ħsara għaz-zokk.

h.

Fi tmiem kull ġurnata ta’ ħsad, għandhom jinġabru u jitneħħew mill-għalqa l-materjal tal-ippakkjar li jkun fadal u l-prodotti li jiġu skartati.

i.

L-FĦF li ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem m’għandux jinħasad, inkella jiġi ssegregat waqt il-ħsad.

j.

Il-prodotti skartati għandhom jitneħħew b’mod iġjeniku fil-faċilità tal-ħsad minn ħaddiema li ma jmissux il-frott jew il-ħaxix it-tajjeb, u għandu jintrema b’mod li ma jattirax xi pesti fil-faċilità.

7.5.3.2.   Rakkomandazzjonijiet addizzjonali speċifiċi ta’ prassi tajba għal min ikabbar it-tadam, il-frott artab, il-bettieħ u d-dulliegħ

a.

Meta, waqt it-tkabbir tal-frott artab, tat-tadam, tal-bettieħ u tad-dulliegħ, jintuża xi materjal taħthom biex inaqqas il-kuntatt mal-ħamrija (eż. xi mulch jew xi materjal bijodegradabbli, bħalma hu t-tiben), jew waqt il-ħsad, biex jipproteġi l-frott li jkun inġabar (eż. plastik jew xi materjal bijodegradabbli bħal weraq jew karti tat-tgeżwir jew qfief bijodegradabbli):

Il-plastik irid ikun nadif u mingħajr mikrobi.

Il-materjali bijodegradabbli u/jew il-mulch ma għandhomx jerġgħu jintużaw, biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata.

b.

Għandha tinżamm prassi tal-iġjene tajba tul il-katina alimentari, billi l-frott artab fil-biċċa l-kbira jittiekel nej u/jew il-proċessi bħat-tindif, il-ħasil jew it-tkessiħ tiegħu jsiru mill-inqas.

c.

Il-frott artab għandu jitkessaħ minnufih wara l-ħsad. Meta jkun hemm bżonn, il-bdiewa għandhom jużaw ilma tajjeb għax-xorb biex jagħmlu s-silġ jew fil-magni tat-tkessiħ bl-ilma, għat-tkessiħ minn qabel, biex jitnaqqsu r-riskji ta’ kontaminazzjoni.

d.

Meta l-ħsad isir bl-idejn, il-bdiewa għandhom jieħdu nota tal-gwida li ġejja:

Id-dehra u l-ebusija tal-frott artab normalment huma assoċjati mal-freskezza u l-kwalità t-tajba. Jekk il-frott artab jintmiss iżżejjed, jista’ jitħassar u b’hekk tiġi affettwata l-kwalità tiegħu. Barra minn hekk, jekk it-temperatura ma tkunx favorevoli jekk il-ħsad isir meta t-temp ikun sħun u/jew umdu, dan jaffettwa ħażin il-kwalità tal-frott, u jista’ jaffettwa wkoll is-sikurezza tiegħu minħabba li l-frott jista’ jitħassar u joħroġlu l-meraq, u dan jista’ jinfirex fuq il-frott it-tajjeb u jikkontaminah.

Il-bdiewa huma mħeġġa jaħtru persuna responsabbli biex tissorvelja l-ħsad il-ħin kollu, biex tiżgura li min jiġbor il-frott juża l-proċeduri l-korretti tal-ħasil tal-idejn u li jevita li jiġbor frott li jkun imxarrab, li jkollu d-daqqiet u/jew xi ħsara.

e.

Xi bdiewa jqiegħdu l-bettieħ u d-dulliegħ li jkun qed jikber fuq kuxxini tal-plastik żgħar, jew fuq sodod tal-plastik mgħottija bil-mulch, inkella fuq zkuk tal-bambù maqtugħa min-nofs biex inaqqsu l-kuntatt dirett tal-bettieħ u d-dulliegħ mal-ħamrija u b’hekk inaqqsu li jiffurmawlu t-tikek. Waqt l-istaġun tat-tkabbir, dan il-frott jista’ wkoll kultant jiddawwar bl-idejn biex ma jinħaraqx mix-xemx jew jiżviluppawlu t-tikek fejn imiss mal-art, inkella jista’ jitgħatta b’xi materjal bijodegradabbli, bħat-tiben tar-ross, biex ma jinħaraqx mix-xemx. Dawn il-prattiki li ġejjin huma rakkomandati meta jintużaw il-kuxxini tal-plastik jew xi materjal bijodegradabbli:

Qabel ma jitpoġġew il-kuxxini taħt il-bettieħ/id-dulliegħ, wieħed għandu jiżgura li dawn huma ndaf, mingħajr mikrobi u mingħajr xfar li jaqtgħu, u li l-użu tagħhom ma jikkawżax li jinġabar l-ilma taħt il-frotta.

Wieħed għandu jiżgura li l-ħaddiema li jdawru l-frott fuq il-kuxxini u li jaħsduh isegwu l-prassi tal-iġjene l-korretta.

Il-materjali bijodegradabbli għandhom jintużaw darba biss, biex ma sseħħx kontaminazzjoni kroċjata.

7.5.4.   Rakkomandazzjonijiet ta’ prassi tajba waqt ix-xogħol ta’ tagħbija/trasportazzjoni/ħżin u tindif/diżinfezzjoni

7.5.4.1.   Fir-razzet u fl-istadji tal-ippakkjar u tat-trasportazzjoni

a.

Il-prodotti għandhom jitgħabbew b’mod li ma jġarrbux ħsara waqt it-trasport.

b.

Għandu jsir kull sforz biex il-prodotti maħsuda jkunu protetti mix-xemx, mir-riħ, mix-xita u mill-pesti u annimali oħrajn.

c.

Il-prodotti maħsuda għandhom jittieħdu fil-post tat-trattament u tal-ippakkjar kemm jista’ jkun malajr. Fejn it-temperaturi jkunu għoljin, dan it-trasferiment għandu jkun iżjed mgħaġġel.

d.

Il-prodott jista’ jitqiegħed f’kaxxi tal-għalqa jew f’xi kontenituri oħrajn li jkunu addattati biex jintużaw għall-prodotti tal-ikel, mingħajr ma jintefgħu fihom, u mingħajr ma jitgħafsu flimkien. Il-kaxxi m’għandhomx jimtlew ‘il fuq mix-xifer.

e.

Iż-żoni tal-ħżin iridu jkunu ndaf u addattati għal kull tip ta’ prodott li jinħażen fihom. Il-prodotti maħsuda ma għandhomx jinħażnu flimkien ma’ affarijiet li jistgħu jikkawżaw il-kontaminazzjoni, eż. annimali, prodotti kimiċi, eċċ.

f.

Il-vetturi tat-trasport iridu jkunu nodfa: Il-FĦF ma għandux jinħażen flimkien ma’ affarijiet li jistgħu jikkawżaw il-kontaminazzjoni, eż. annimali, prodotti kimiċi. Jekk il-vetturi jkunu ntużaw biex jittrasportaw xi annimali, xi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bijoċidi, lubrikanti tal-magni, karburanti, jew xi materjal ta’ skart, għandhom jitnaddfu sew, u jekk hemm bżonn, jiġu ddiżinfettati, qabel ma jintużaw biex jittrasportaw il-FĦF. F’kull każ, il-vetturi li jintużaw għat-trasportazzjoni tal-FĦF kull tant żmien iridu jitnaddfu.

g.

Il-FĦF li mhuwiex tajjeb biex jittiekel mill-bniedem għandu jiġi sseparat qabel il-ħżin jew it-trasportazzjoni. Dak li ma jistax jiġi pproċessat iżjed biex isir tajjeb għall-ikel għandu jintrema b’mod iġjeniku.

7.5.4.2.   Ix-xogħol ta’ tindif, ta’ manutenzjoni u ta’ diżinfettar

a.

Il-kaxxi tal-għalqa jew il-kontenituri li jintużaw għat-trasportazzjoni tal-FĦF għandhom jitnaddfu kull tant żmien u ma għandux ikollhom xi xquq jew xi mbuzzar li jistgħu jagħmlu ħsara lill-prodott.

b.

Il-proċeduri tat-tindif għandhom jinkludu t-tneħħija ta’ fdalijiet mill-uċuħ tat-tagħmir, l-applikazzjoni ta’ soluzzjoni deterġenti, tlaħliħ bl-ilma, u fejn hemm bżonn, id-diżinfezzjoni.

c.

L-effikaċja tat-tindif u d-diżinfettar tal-uċuħ li jiġu f’kuntatt mal-ikel għandha tiġi vverifikata kull tant żmien permezz ta’ swabbjar.

d.

Fejn hemm bżonn, fil-faċilitajiet tal-produzzjoni primarja ġewwa l-bini, għandu jkun hemm sistema xierqa ta’ distribuzzjoni u ħżin tal-ilma nadif.

e.

Għandu jintuża ilma nadif għat-tindif tat-tagħmir kollu li jiġi f’kuntatt dirett mal-FĦF, dan jinkludi l-magni li jintużaw fir-razzett, it-tagħmir tal-ħsad u tat-trasport, il-kontenituri u s-skieken.

f.

L-ilma li mhuwiex tajjeb għax-xorb għandu jkollu sistema separata għalih. Is-sistemi tal-ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar, u ma għandhomx ikunu konnessi mas-sistemi tal-ilma tajjeb għax-xorb, jew ikunu magħmulin b’mod li l-ilma mhux tajjeb għax-xorb ikun jista’ jmur fis-sistemi tal-ilma tax-xorb.

g.

Għandu jkun hemm sistemi u faċilitajiet tajbin tad-dranaġġ u tal-iskart.

h.

Il-bdiewa għandhom iżommu t-tagħmir kif suppost, u jaqtgħu l-ħaxix ħażin kollu ta’ madwar il-bini.

i.

Il-bdiewa għandhom jevitaw li jsuqu t-tagħmir tal-ħsad f’għelieqi fejn intuża d-demel jew il-kompost.

j.

Huwa rrakkomandat li l-bdiewa jnaddfu u jiddiżinfettaw it-tagħmir tal-ħsad kull staġun, jew kull meta jkun hemm bżonn.

k.

Huwa rrakkomandat li jkun hemm skeda għat-tindif u d-diżinfezzjoni ta’ dawn il-faċilitajiet u tat-tagħmir u l-għodod li jintużaw għall-ippakkjar.

l.

It-tindif u d-diżinfettar ma għandhomx isiru f’post fejn l-ilma tat-tlaħliħ jista’ jikkontamina l-FĦF.

m.

Il-bdiewa jistgħu jużaw il-bijoċidi biex jiddiżinfettaw l-uċuħ li jiġu f’kuntatt mal-ikel, it-tagħmir tal-ħasil, tat-tlaħliħ u tat-tkessiħ tal-FĦF.

n.

Il-materjali tat-tindif (ez. id-deterġenti, il-bijoċidi, eċċ.) għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u jinżammu f’post separat f’faċilitajiet sikuri u tajbin (58). Dawn iridu jkunu awtorizzati kif xieraq u għandhom jintużaw għall-iskop maħsub tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

7.5.4.3.   Rakkomandazzjonijiet oħra għall-prassi tajba b’rabta mal-faċilitajiet tal-ħżin u tal-ippakkjar għal min ikabbar it-tadam, il-frott artab, il-bettieħ/id-dulliegħ u l-ħxejjex ħodor werrieqa.

a.

B’mod ġenerali, iżda speċjalment fil-każ tat-tadam, tal-bettieħ u tad-dulliegħ, dawk li jkunu tnaddfu jew ikun sarilhom trattament kimiku għandhom jiġu sseparati mill-materja prima u mill-kontaminanti ambjentali, jiġifieri jitqiegħdu f’bini separat jew jiġu ttrattati fi żmien differenti. Barra minn hekk, il-binjiet u l-kmamar tal-ippakkjar għandhom ikunu maħluqin b’mod li jkollhom żoni għat-tadam (it-tadam maħmuġ li jkun għadu kif inġabar mill-għelieqi) li jiġi mill-għelieqi separati miż-żoni li jintużaw għat-trattar sussegwenti. Kemm jista’ jkun, iż-żoni tat-trattament tal-materja prima għandhom ikunu sseparati miż-żoni tal-ippakkjar.

b.

Waqt it-tkessiħ u l-ħasil tal-ħxejjex ħodor werrieqa, għandha tiġi żgurata l-kwalità mikrobika jew billi l-ilma jinbidel ta’ spiss, jew billi jiġi ttrattat, biex jitnaqqsu l-akkumulazzjoni tal-mikroorganiżmi u r-riskji tal-kontaminazzjoni kroċjata tal-prodotti.

8.   IŻ-ŻAMMA TAR-REKORDS U R-RESPONSABBILTAJIET B’RABTA MAS-SEJĦA LURA U L-IRTIRAR TA’ PRODOTTI TAL-IKEL

8.1.   Iż-żamma tar-rekords

8.1.1.   Il-prinċipji ġenerali

Biex ikun hemm sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà (‘il quddiem u lura) għandhom jinżammu d-dokumenti li jindikaw is-sors ta’ prodott, u għandu jinħoloq mekkaniżmu biex il-prodott jiġi mmarkat jew identifikat, li permezz tiegħu l-prodott jista’ jiġi rintraċċat għar-razzett. Biex iżomm ir-rekords, il-bidwi jista’ jkollu l-għajnuna ta’ persuni oħra bħall-ħaddiema tekniċi tar-razzett.

Din l-informazzjoni għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-operaturi tan-negozji tal-ikel li jixtru l-prodotti maħsuda, meta tintalab.

8.1.2.   L-obbligi tal-UE stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004

[It-taqsima III.7 tal-Parti A tal-Anness I]: L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom iżommu u jaħżnu r-reġistri li jirrigwardjaw il-miżuri fis-seħħ tal-kontroll tal-perikoli f’manjera xierqa u għall-perijodu xieraq, proporzjonalment man-natura u d-daqs tan-negozju tal-ikel. L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom iqisu li l-informazzjoni relevanti li tkun f’dawk ir-reġistri, li tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti u lill-operaturi tal-negozji tal-ikel li jirċievu l-prodotti. Meta jkunu mitluba biex jagħmlu dan.

[It-taqsima III.9(a) sa (c) tal-Parti A tal-Anness I]: L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom, partikolarment iżommu registri dwar:

a)

kull użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u bijoċidi;

b)

l-okkorrenza ta’ pesti jew ta’ mard li jista’ jaffettwa s-sigurtà tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti;

c)

li jqisu r-riżultati ta’ xi analiżi relevanti mwettqa fuq kampjuni miġbura mill-pjanti jew minn kampjuni oħrajn li jkollhom importanza għas-saħħa umana.

8.1.3.   Rakkomandazzjonijiet għall-prattiki t-tajbin

a.

Għandhom jinżammu rekords dettaljati li juru kull fornitur fil-katina tal-provvista tal-prodott li jkun involut fil-produzzjoni primarja, dawn jinkludu t-tipi ta’ rekords li ġejjin:

L-identifikazzjoni tar-razzett u tal-post tal-produzzjoni (eż. għalqa jew serra tal-plastic jew kamra tat-tkabbir…)

It-tip ta’ prodott (eż. l-isem tal-frott jew tal-ħaxix u/jew isem il-varjetà…)

Is-sors taż-żerriegħa/tal-pjanti għall-propagazzjoni

Id-data taż-żriegħ/tat-taħwil tal-prodott maħsud u l-metodu tal-ħsad

Is-sors tal-ilma tat-tisqija u l-metodu tat-tisqija

L-aħħar data tat-tisqija qabel ma nħasad l-FĦF

Is-sustanzi li ntużaw fuq l-FĦF (il-fertilizzanti, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, flimkien mad-dati u d-dożi…)

Id-data tal-ippakkjar u l-ħruġ

L-identifikazzjoni tal-lott

L-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport

Il-livelli tat-temperaturi fil-kamra tal-ħżin

Rekords dwar it-taħriġ tal-impjegati, rekords dwar il-monitoraġġ tat-tagħmir u l-manutenzjoni tiegħu

Ir-rapporti tat-tindif u tad-diżinfezzjoni tal-binjiet, tal-istrutturi u tat-tagħmir

Ir-riżultati tat-testijiet mikrobijoloġiċi li twettqu biex tiġi vverifikata l-effikaċja tat-tindif u tad-diżinfezzjoni tal-uċuħ li jiġu f’kuntatt mal-ikel u tat-tagħmir

Rekords tal-ispezzjonijiet/tal-awditjar.

b.

Huwa rrakkomandat li r-rekords jinżammu għal mill-inqas tliet snin. Għandhom jiġu rreġistrati l-miżuri li jitwettqu għall-kontroll tal-perikli fil-produzzjoni tal-FĦF (ara t-taqsimiet ta’ qabel f’dan id-dokument dwar il-kontrolli li huma rakkomandati), eż. għandu jinżamm rekord tal-patoġeni batteriċi u tal-kontaminanti kimiċi. Għandhom jinżammu rekords tal-kontrolli li jitwettqu fuq:

l-ilma li jkun intuża kemm għat-tisqija kif ukoll biex tħallat mal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u mal-fertilizzanti, li ntuża fil-ħasil tal-prodotti tal-ikel u tat-tagħmir, li ntuża għall-iġjene personali

Il-fertilizzanti organiċi

Il-materjal skartat

Il-persunal — it-taħriġ li juri li l-persunal jaf x’inhuma l-perikli possibbli, meta daħlu lura għax-xogħol wara xi mard.

8.2.   Ir-responsabbiltajiet dwar is-sejħa lura jew l-irtirar

8.2.1.   L-obbligi tal-UE stabbiliti fl-Artikoli 14, 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

[l-Artikolu 14 (1)] “L-ikel m’għandux jitqiegħed fuq is-suq jekk ma jkunx tajjeb.

[l-Artikolu 14(2) u (6)] L-ikel għandu jitqies li ma jkunx tajjeb jekk ikun meqjus li: “jkun ta’ ħsara għas-saħħa u/jew ma jkunx tajjeb għall-konsum uman” u “Fejn xi ikel li ma jkunx tajjeb ikun parti minn grupp, lott jew kunsinna tal-ikel tal-istess klassi jew deskrizzjoni, għandu jiġi preżunt li l-ikel kollu f’dak il-grupp, lott jew kunsinna huwa wkoll mhux tajjeb, sakemm wara li ssir stima dettaljata ma jkun hemm ebda xhieda li l-bqija tal-grupp, lott jew kunsinna ma tkunx tajba.”

[l-Artikolu 18(2)] “L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom ikunu kapaċi li jidentifikaw kull persuna li tkun ipprovdiethom b’ikel, jew xi sustanza oħra maħsuba li tkun, jew mistennija li tkun, inkorporata f’ikel (…).”“Għal dan il-għan, dawk l-operaturi għandhom ikollhom sistemi u proċeduri mħaddma li jkunu jippermettu li dan it-tagħrif jkun disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet kompetenti.”

[l-Artikolu 18(3)] “L-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-għalf għandhom ikollhom sistemi u proċeduri mħaddma li jidentifikaw in-negozji l-oħra li lilhom ikunu pprovdew il-prodotti.”“Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli fuq talba lill-awtoritjiet kompetenti.”

[l-Artikolu 18(4)] “Ikel jew għalf li jitqiegħed fis-suq jew li x’aktarx jitqiegħed fis-suq fil-Komunità għandu jkun ittikkettjat kif imiss jew identifikat biex jiffaċilita t-traċċabilità tiegħu, permezz ta’ dokumentazzjoni rilevanti jew tagħrif skont ir-rekwiżiti rilevanti ta’ aktar dispożizzjonijiet speċifiċi.

[l-Artikolu 19(1)] “Jekk operatur ta’ negozju tal-ikel iqis jew ikollu raġuni għaliex jaħseb li ikel li jkun ġie importat, prodott, ipproċessat, manifatturat jew imqassam ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-ikel, għandu minnufih jibda proċeduri biex jirtira l-ikel inkwistjoni mis-suq fejn l-ikel ikun ħalla l-kontroll immedjat ta’ dak l-operatur inizjali tan-negozju u javża lill-awtoritjiet kompetenti b’dan. Jekk il-prodott jista’ jkun li wasal għand il-konsumatur, l-operatur għandu effettivament u eżattament javża lill-konsumaturi bir-raġuni tal-irtirar tiegħu, u fejn meħtieġ, jiġbor lura mingħand il-konsumaturi l-prodotti diġà pprovduti lilhom fejn miżuri oħra ma jkunux biżżejjed biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa.

[l-Artikolu 19(3)] “Operatur ta’ negozju tal-ikel għandu minnufih javża lill-awtoritajiet kompetenti jekk iqis jew ikollu raġuni għaliex jaħseb li ikel li jkun tqiegħed fis-suq jista’ jkun ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem. L-operaturi għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni meħuda biex jevitaw riskji għall-konsumatur finali u m’għandhomx jipprevjenu jew jiskoraġġixxu lil xi persuna milli tikkoopera, skont il-liġi nazzjonali u l-prattika legali, mal-awtoritajiet kompetenti, fejn dan jista’ jipprevjeni, inaqqas jew jelimina xi riskju li jinħoloq minn dak l-ikel.

[l-Artikolu 19(4)] “L-operaturi ta’ negozju ta’ ikel għandhom jikkollaboraw mal-awtoritajiet kompetenti dwar azzjoni meħuda biex jiġu evitati jew jitnaqqsu r-riskji maħluqa minn ikel li jipprovdu jew ikunu pprovdew.

8.2.2.   Rakkomandazzjonijiet għall-prattiki t-tajbin

a.

Pjan għas-sejħa lura jew għall-irtirar tal-ikel ikun fih sett ta’ dokumenti jew ta’ materjali ta’ ġustifikazzjoni maħsubin biex jiffaċilitaw it-tneħħija tal-prodott tal-ikel mis-suq u biex jagħtu l-informazzjoni l-korretta lin-negozji, lill-konsumaturi u lill-awtoritajiet kompetenti.

b.

Il-bidwi għandu jiżgura li l-ikel li jkun issejjaħ lura ma jerġax jitqiegħed fis-suq permezz ta’ toroq oħrajn.

c.

Jekk jiġri li jkun hemm xi tifqigħa ta’ mard marbuta mal-FĦF, iż-żamma ta’ rekords tajbin dwar il-produzzjoni u l-ħidmiet assoċjati magħha, bħall-ippakkjar u t-trasportazzjoni, jistgħu jgħinu biex jiġi identifikat is-sors tal-kontaminazzjoni fil-katina alimentari u b’hekk jiffaċilitaw is-sejħa lura tal-prodott.


(1)  The European Union summary report on trends and sources of zoonoses, zoonotic agents and food-borne outbreaks in 2014, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4329/pdf.

(2)  http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/dyna/consumervoice/create_cv.cfm?cv_id=740

(3)  B’segwitu ta’ din l-Opinjoni tal-EFSA ġew adottati erba’ regolamenti speċifiċi: Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013, (UE) Nru 209/2013, (UE) Nru 210/2013 u (UE) Nru 211/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà, dwar l-approvazzjoni, dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi, u dwar ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta.

(4)  Pereżempju, l-imballaġġi li fihom l-atmosfera tkun irregolata, jew it-tqaxxir jew it-tqattigħ f’biċċiet żgħar ta’ frott u ħaxix frisk ipproċessat mill-inqas, ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I.

(5)  Il-mikotossini ma jidħlux fl-ambitu ta’ din il-gwida għaliex din hija bbażata fuq l-opinjonijiet tal-EFSA li għandhom rabta mal-patoġeni mikrobijoloġiċi.

(6)  Il-ħxejjex ħodor werrieqa li jittieklu nejjin fl-insalati, il-frott artab, it-tadam, il-bettieħ, il-ħxejjex bil-basla jew biz-zokk u z-zunnarija.

(7)  Ara d-definizzjoni ta’ ‘nebbieta’ fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni ta’ nebbieta. Iż-żrieragħ bin-nebbieta jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament 852/2004 (Produzzjoni Primarja) – (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(8)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(10)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(11)  ĠU L 70, 16.3.2005, p.1.

(12)  ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6.

(13)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.

(14)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(15)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(16)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(17)  DK/HU/PT/RO/SK

(18)  CAC/GL 79-2012, CAC/RCP 53-2003, CAC/RCP 42-1995, u CAC/RCP 1-1969:

http://www.codexalimentarius.org/standards/list-standards/en/?no_cache=1?provide=standards&orderField=ccshort&sort=asc&num1

(19)  NB: Jekk jintużaw fertilizzanti inorganiċi, ma hemmx bżonn li wieħed iwieġeb il-mistoqsijiet li fadal f’din il-lista ta’ kontroll, billi dawn mhumiex deskritti f’din il-gwida.

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 — (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(21)  Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ tintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).

(22)  Kif deskritt fil-Kapitlu 7.4 (il-paragrafu 7.4.3).

(23)  Kif deskritt fil-paragrafu 7.5.4.2.

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE — (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(25)  Bi qbil mar-rekwiżiti tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara.

(26)  F’dan il-każ titqies biss il-parti tal-pjanti li tittiekel.

(27)  Minkejja li din il-gwida tittratta biss il-fertilizzanti organiċi, ir-riskji marbuta mal-użu ta’ fertilizzanti inorganiċi li jiddewbu fl-ilma huma ttrattati fit-taqsima dwar l-ilma (il-Kapitlu 7.3 tal-gwida).

(28)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE f’dak li għandha x’taqsam ma’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva, jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-trasformazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-annimali fil-produzzjoni tal-fertilizzanti u ta’ prodotti li jtejbu l-kwalità tal-ħamrija, fost dawn ir-rekwiżiti hemm għadd ta’ standards mikrobijoloġiċi għar-residwi tad-diġestjoni u tal-kompost. Id-demel li jiġi prodott u jintuża fl-istess razzett jista’ jinfirex fl-art mingħajr ipproċessar jekk l-awtorità kompetenti ma tqisx li tkun ta’ riskju fit-trażmissjoni ta’ xi marda trażmissibbli serja — (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(29)  jiġifieri, pjan għat-tixrid tad-demel tal-bhejjem, tad-demel likwidu u tal-iskart organiku fir-razzett. Kull pjan jgħin lill-bidwi jnaqqas ir-riskju li jikkawża t-tniġġis tal-ilma. Dan il-pjan għandu jgħinu biex jissodisfa r-rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE.

(30)  Biex l-ilma jkun protett mit-tniġġis bin-nitrati, it-tifrix tad-demel ittrattat jeħtieġ li jsir fiż-żmien skont kif stabbilit mir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE.

(31)  Skont l-opinjoni xjentifika tal-EFSA, “Scientific Opinion on the risk posed by pathogens in food of non-animal origin. Part 2 (Salmonella and Norovirus in leafy greens eaten raw as salads)”.

(32)  Il-ħama tad-dranaġġ ittrattata b’mod konvenzjonali tinkludi l-ħama li tinħażen bħala laguna, il-ħama mħaxxna u l-ħama ddiġerita anaerobikament f’temperaturi mesofiliċi. Jeħtieġ li t-trattament jiżgura li jinqerdu 99 % tal-patoġeni (tnaqqis ta’ 2 logaritmi).

(33)  It-trattamenti intensifikati tal-ħama tad-dranaġġ jinkludu l-pasturizzazzjoni, id-diġestjoni termofilika, l-istabbilizzazzjoni bil-ġir u l-kompostar. Jeħtieġ li t-trattament jiżgura li jinqerdu 99.9999 % tal-patoġeni (tnaqqis ta’ 6 logaritmi).

(34)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi xi standards mikrobijoloġiċi għar-residwi tad-diġestjoni u għall-kompost idderivat mill-ipproċessar tal-Prodotti Sekondarji tal-Annimali, fost dawn id-demel.

(*1)  Dawn l-intervalli ta’ qabel il-ħsad huma eżempji tal-prassi t-tajba, u l-bdiewa għandhom jinterpretaw din il-gwida skont ir-riskji assoċjati mal-operazzjoni partikolari tagħhom. Il-fatturi li jaffettwaw ir-rata tal-imwiet tal-patoġeni fid-demel frisk/fid-demel likwidu wara li dan jinfirex fl-art jinkludu t-temperatura, ir-radjazzjoni UV, il-pH, it-tnixxif, it-tip ta’ ħamrija, eċċ. Għalhekk jistgħu jkunu ġġustifikati perjodi taż-żmien oħrajn, skont il-kundizzjonijiet klimatiċi u ambjentali differenti reġjonali, eċċ.

(1)  Meta r-ragħa tal-bhejjem tkun parti essenzjali tas-sistema tal-biedja (eż. fi wħud mill-irziezet organiċi) għandu jitħalla intervall ta’ mill-inqas sitt xhur bejn ir-ragħa u l-ħsad. Biex ir-riskji jitnaqqsu iżjed, il-gwida fit-tabella ta’ hawn fuq għandha tiġi segwita fejn hu possibbli.

(35)  Pereżempju BSi PAS 110 jew l-ekwivalenti.

(36)  Pereżempju BSi PAS 100 jew l-ekwivalenti.

(37)  Id-demel jew id-demel likwidu tal-irziezet irid jinħażen bħala lott għal żmien minimu ta’ sitt xhur mingħajr ma jinżiedlu demel jew demel likwidu frisk. Tipi ta’ trattament aktar attivi jinkludu l-kompostar (demel solidu) u t-trattament bil-ġir (demel likwidu), ara t-taqsima 7.2.3.2).

(38)  Il-ħama tad-dranaġġ ittrattata b’mod konvenzjonali tinkludi l-ħama li tinħażen bħala laguna, il-ħama mħaxxna u l-ħama ddiġerita anaerobikament f’temperaturi mesofiliċi. Jeħtieġ li t-trattament jiżgura li jinqerdu 99 % tal-patoġeni (tnaqqis ta’ 2 logaritmi).

(39)  It-trattamenti intensifikati tal-ħama tad-dranaġġ jinkludu l-pasturizzazzjoni, id-diġestjoni termofilika, l-istabbilizzazzjoni bil-ġir u l-kompostar. Jeħtieġ li t-trattament jiżgura li jinqerdu 99.9999 % tal-patoġeni (tnaqqis ta’ 6 logaritmi).

(40)  Jista’ jkun ġie kkontaminat bil-patoġeni fil-passat, eż. il-ħass sħiħ, insalati magħmulin mill-weraq, karfus, basal għall-insalati, ravanell, ħxejjex aromatiċi friski u ffriżati, eċċ.

(41)  Iridu jinkisbu l-mira ta’ żero u l-limitu massimu assolut ta’ < 0,1 % (m/m piż niexef) ta’ ħġieġ (dan jirreferi għall-kontaminazzjoni tal-kompost jew tad-demel ittrattat, b’xi frak tal-ħġieġ).

(42)  Jista’ jkun ġie kkontaminat bil-patoġeni fil-passat, eż. it-tuffieħ, pitravi, ribes, mirtill, ful, brokkoli, kaboċċi, bżar ħelu, zunnarija, pastard, celeriac, ċirasa, qara’ bali, ħjar, tewm, fażola ħadra (mhux il-fażola twila) bettieħ, faqqiegħ, basal (aħmar u abjad), piżelli, lanġas, ħawħ, għanbaqar, lampun, frawli, piżelli sugar snap, qamħirrun, tadam u ġewż tas-siġar, eċċ.

(43)  Iridu jinkisbu l-mira ta’ żero u l-limitu massimu assolut ta’ < 0,1 % (m/m piż niexef) ta’ ħġieġ (dan jirreferi għall-kontaminazzjoni tal-kompost jew tad-demel ittrattat, b’xi frak tal-ħġieġ).

(44)  Pereżempju l-qaqoċċ, il-kurrat, il-qara’ twil, iz-zunnarija bajda, qargħa, rutabaga, brassika, eċċ.

(45)  ISO 16075-2:2015 Guidelines for treated wastewater use for irrigation projects

(46)  http://www.fao.org/DOCReP/003/T0234e/T0234e00.htm; ftp://ftp.fao.org/docrep/fao/010/a1336e/a1336e07.pdf

(47)  http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/78265/1/9241546824_eng.pdf

(48)  Meta jintużaw ħafna sorsi tal-ilma jew taħlita ta’ ilma minn sorsi differenti, aħdem il-valutazzjoni tar-riskji għal kull sors li jintuża.

(49)  [Id-definizzjoni tal-għajnuniet għall-ipproċessar tal-FĦF hija armonizzata fl-UE (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008), u d-diżinfettanti jeħtieġ li jkunu approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 167, 27.6.2012, pp. 1-123) dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali. Is-sustanzi li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar għandhom jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ prassi tajba ta’ manifattura (PTM). Xi kumpaniji jużaw il-kloru jew aġenti oħrajn biex jikkontrollaw it-tagħbija mikrobjali tal-ilma. L-aktar li jintuża bħala aġent diżinfettiv huwa l-kloru fil-forma ta’ żibeġ, pilloli jew likwidu tal-ipoklorit tas-sodju. Il-kwantitajiet ta’ kloru li jintuża għandhom ikunu kompativvli mal-livell massimu tal-klorat permessi fil-prodott finali (ara wkoll il-punt 7.3.4.3.d). Barra minn hekk, il-klorat huwa sustanza li ma għadhiex approvata bħala pestiċida, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/865/KE. Billi ma ġiex iffissat Limitu Massimu ta’ Residwi (MRL) fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-limiti massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi, l-MRL awtomatiku ta’ 0,01 mg/kg japplika għall-prodotti kollha tal-ikel li hemm elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. L-MRLs tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 japplikaw għar-residwi tas-sustanzi li attwalment qegħdin jintużaw jew li qabel kienu jintużaw bħala pestiċidi. Għalhekk japplika l-MRL ta’ 0,01 mg/kg għall-klorat, minkejja li l-biċċa l-kbira tar-residwi fil-present qegħdin jiġu mill-użu tad-diżinfettanti magħmulin mill-kloru bħala bijoċidi].

(50)  L-istess fl-applikazzjoni tal-pestiċidi

(51)  Jekk il-kwalità tal-ilma ma tantx tkun tajba, dan il-metodu tat-tisqija għandu jintuża biss waqt l-istadji bikrin tat-tkabbir.

(52)  Il-kategoriji ta’ frott u ħaxix identifikati mill-Opinjonijiet tal-EFSA bħala l-iżjed kategoriji ta’ riskju: il-prodott li jkun ikkontaminat bis-Salmonella/bin-Norovirus.

(53)  Il-kampjuni tal-ilma għandhom jintbagħtu f’laboratorju għall-analiżi mikrobjali.

(54)  Jekk tiddeċiedi li inkludi l-frekwenzi tal-ittestjar mikrobijoloġiku, ara l-frekwenzi stabbiliti fl-Anness II, fil-paġni 35 sa 37.

(55)  F’dan il-każ, dokumenti tfisser posters mal-ħitan jew fuljetti f’postijiet fejn dak li jkun isibhom, biex kull min jidħol fl-istabbiliment jista’ jaqrahom faċilment.

(56)  eż. massimu ta’ 400 m jew ħames minuti bogħod bil-mixi

(57)  eż.: jekk ikun hemm inqas minn 25 ħaddiema, jista’ jkun hemm tojlit wieħed li jintuża miż-żewġ sessi. Jekk ikun hemm iktar minn 25 ħaddiema, irid ikun hemm tojlit wieħed għal kull 20 persuna, u jridu jkunu separati għaż-żewġ sessi.

(58)  Pereżempju, l-ipokloriti li ma jinħażnux kif suppost jistgħu jinbidlu f’akkumulazzjoni ta’ klorati.


ANNESS I

GLOSSARJU

Japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 2073/2005, u fid-Direttiva 86/278/KEE, u qegħdin immarkati b’linja taħthom. Għall-fini ta’ dan id-dokument ta’ gwida, it-termini li ġejjin huma ddefiniti kif jidher hawn taħt:

    L-inputs agrikoli: kull materjal li jiddaħħal (eż. żerriegħa, fertilizzanti, ilma, sustanzi kimiċi agrikoli, sostenn għall-pjanti, eċċ.) li jintuża għall-produzzjoni primarja tal-frott u l-ħaxix frisk.

    Is-sustanzi kimiċi Agrikoli: huma aġenti kimiċi bħall-funġiċidi u l-insettiċidi li jintużaw biex jikkontrollaw l-organiżmi ta’ ħsara għall-FĦF (eż. funġi, nematodi, dud irqiq, insetti u rodituri) jew il-vajrusis. Dawn huma kklassifikati skont il-mira li jintużaw biex jilħqu: Insettiċidi/funġiċidi/erbiċidi/rodentiċidi/it-tkabbir tal-pjanti/sustanzi li jbarru…

    L-ilma agrikolu: huwa ilma li jintuża fl-attivitajiet tal-produzzjoni primarja (qabel il-ħsad, waqt il-ħsad u wara l-ħsad) fuq il-prodott, meta jkun maħsub, jew ikun probabbli li l-ilma jiġi f’kuntatt mal-prodott jew mal-uċuħ li jmiss magħhom il-prodott. Dan jinkludi l-ilma tat-tisqijja u l-ilma tal-ħasil waqt il-ħsad u wara, l-ilma li jitħallat mal-fertilizzanti jew mas-sustanzi kimiċi agrikoli, waqt it-tkessih tal-prodott, għat-tindif tat-tagħmir, eċċ., iżda mhuwiex limitat għal dawn l-użi biss.

    Il-frott artab: minkejja d-diversità kbira ta’ speċijiet ta’ pjanti li jitkabbru għall-produzzjoni tal-frott artab, l-iżjed tipi importanti għas-suq tal-frott frisk fl-UE huma l-frawli, il-lampun, it-tut u l-mirtill. Il-frott artab jista’ jikber fuq pjanti żgħar erbaċi (eż. l-frawli), fuq l-arbuxelli (eż. it-tut, ir-ribes iswed, il-mirtill, ir-ribes, il-lampuni) jew fuq siġar żgħar (eż. iċ-ċawsli, il-frotta tas-sebuqa). Il-frott artab huwa ikel li malajr jiħżien u li jista’ jittiekel frisk jew bħala ingredjent iffriżat ma’ ħafna tipi ta’ ikel.

    Il-bijoċidi (Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012): huma sustanzi kimiċi li jintużaw biex irażżnu l-organiżmi ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jew li jagħmlu l-ħsara għall-materjali naturali jew immanifatturati. Dawn l-organiżmi ta’ ħsara jinkludu l-pesti u l-mikrobi (jiġifieri l-moffa u l-batterji). Xi eżempji ta’ prodotti bijoċidali huma d-diżinfettanti, is-sustanzi kimiċi agrikoli.

    L-ilma nadif: huwa “ilma li ma jikkompromettix is-sikurezza tal-ikel skont iċ-ċirkostanzi tal-użu tiegħu”. Huwa ilma baħar nadif (naturali, artfiċjali, jew ippurifikat, jew ilma qiegħed li ma jkunx fih mikroorganiżmi, sustanzi ta’ ħsara jew plankton marittimu tossiku fi kwantitajiet li jistgħu, direttament jew indirettament, jaffettwaw il-kwalità tas-saħħa tal-ikel) u ilma ħelu tal-istess kwalità.

    Ħama tad-dranaġġ ittrattata b’mod konvenzjonali: Il-ħama tad-dranaġġ ittrattata b’mod konvenzjonali tinkludi l-ħama li tinħażen bħala laguna, il-ħama mħaxxna u l-ħama ddiġerita anaerobikament f’temperaturi mesofiliċi. Jeħtieġ li t-trattament jiżgura li jinqerdu 99 % tal-patoġeni (tnaqqis ta’ 2 logaritmi).

    Iż-żona tat-tkabbir: żona tal-art li tintuża għall-kultivazzjoni tal-FĦF (waqt it-tkabbir jew waqt il-ħsad/il-ġbir).

    Il-kultivazzjoni: kull azzjoni jew prattika agrikola li tintuża mill-bdiewa biex jippermettu u jtejbu l-kundizzjonijiet tat-tkabbir ta’ frott u ħaxix frisk li jitkabbar fl-għelieqi (kemm jekk ikollhom kuperċ, kif ukoll jekk ma jkollhomx) jew f’faċilitajiet protetti (sistemi fejn ma tintużax ħamrija).

    Trattamenti ta’ dekontaminazzjoni: Trattamenti mekkaniċi, fiżiċi u kimiċi li jintużaw biex jeliminaw jew inaqqsu l-kontaminanti, fost dawn, il-kontaminazzjoni bil-mikrobi. Dawn jistgħu jintużaw fl-ilma, fuq l-uċuħ li jmissu mal-ikel (bħalma huma t-tagħmir u ż-żoni ta’ produzzjoni). Xi drabi jissejħu wkoll trattamenti diżinfettanti.

    Id-disinfettanti: Dawn huma aġenti jew sistemi li joqtlu jew jeliminaw il-batterji li jinsabu fuq uċuħ jew ambjenti mhux ħajjin. Id-diżinfettanti huma kklassifikati fil-livelli: baxx, medju jew għoli, skont kemm-il mikroorganiżmu joqtlu. F’din il-gwida, l-aġenti jew is-sistemi diżinfettanti huma ddefiniti bħala l-aġenti li jintużaw biex jeliminaw il-mikroorganiżmi fl-ilma agrikolu, li jinkludi l-ilma li jintuża fil-fażijiet ta’ wara l-ħsad, bħall-ħasil u t-tlaħliħ. Id-diżinfettanti huma bijoċidi.

    Id-diżinfettar: Dan huwa proċess li jeqred, jiddeżattiva jew ineħħi l-mikroorganiżmi.

    L-ilma ddiżinfettat: Huwa ilma li ġie ttrattat biex jitneħħew il-mikroorganiżmi. Jistgħu jintużaw diversi trattamenti diżinfettanti. L-ilma jista’ jkun minn diversi sorsi, bħall-ilma tax-xita, ilma skartat ittrattat, ilma ta’ taħt l-art, eċċ. L-ilma jiġi ttrattat fiż-żmien meta jkun se jintuża u fi kwantitajiet li jkunu se jintużaw, biex tinkiseb kwalità mikrobijoloġika partikolari.

    Il-ħama tad-dranaġġ ittrattata b’mod intensifikat: It-trattamenti intensifikati tal-ħama tad-dranaġġ jinkludu l-pasturizzazzjoni, id-diġestjoni termofilika, l-istabbilizzazzjoni bil-ġir u l-kompostar. Jeħtieġ li t-trattament jiżgura li jinqerdu 99.9999 % tal-patoġeni (tnaqqis ta’ 6 logaritmi).

    Il-fertigazzjoni: L-injezzjoni fis-sistema tat-tisqija ta’ fertilizzanti, sustanzi li jtejbu l-kwalità tal-ħamrija, u prodotti oħrajn li jinħallu fl-ilma.

    It-tgħarriq: meta għalqa jkollha l-ilma li jiġri għal ġo fiha minn sors barrani, jew li jgħarriqha barra l-kontroll tal-bidwi. L-ilma li jinġabar f’għadajjar (eż. wara x-xita) li wisq probabbli ma jikkawżax kontaminazzjoni fil-partijiet li jittieklu tal-prodott frisk mhuwiex meqjus bħala tgħarriq.

    Il-prodott frisk huwa l-frott u l-ħaxix frisk li probabbilment jinbiegħ lill-konsumaturi mingħajr ma jiġi pproċessat (jiġifieri jkun nej) u normalment dan jitqies bħala prodott li jitħassar. Il-prodott frisk jista’ jkun sħiħ, bħall-frawli, iz-zunnarija sħiħa, ir-ravanell, u tadam frisk ikkummerċjalizzat, jew prodott li waqt il-ħsad jinqata’ mill-għerq/miz-zokk, bħalma huma l-karfus, il-brokkli u l-pastard.

    Il-Prattiki Agrikoli Tajbin japplikaw l-għarfien disponibbli biex jindirizzaw is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali tal-proċessi tal-produzzjoni u ta’ wara l-produzzjoni fir-razzett, li jirriżultaw f’ikel u fi prodotti agrikoli mhux għall-ikel li jkunu sikuri u tajbin għas-saħħa (FAO, 2003 (1)). Din il-gwida hija bbażata fuq il-prattiki agrikoli tajbin u fuq il-prattiki tal-iġjene tajbin.

    Il-Prattiki tal-Iġjene Tajbin huma marbuta mal-kundizzjonijiet bażiċi ġenerali għall-produzzjoni iġjenika ta’ oġġett tal-ikel, u jinkludu r-rekwiżiti għat-tfassil, għall-bini u għat-tħaddim iġjeniċi tal-impjant, għat-tfassil u l-użu iġjeniċi tat-tagħmir, għall-manutenzjoni u t-tindif skedati, u għat-taħriġ u l-iġjene tal-persunal. L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ prattiki tal-iġjene tajbin huma prerekwiżiti għal sistema ta’ Analiżi tal-Perikli u l-Punti Kritiċi li jridu jiġu Kkontrollati.

    Is-serer: siti magħluqin, normalment bil-ħġieġ jew bil-plastik, fejn jitkabbru l-pjanti.

    L-ilma ta’ taħt l-art: li jissejjaħ ukoll ilma tal-ispiera jew ilma tal-ġibjuni, huwa ilma li jiġi ppumpjat minn livelli diversi taħt l-art.

    Il-ħsad huwa l-proċess tal-ġbir mill-għelieqi tal-FĦF li jkun wasal għall-kummerċjalizzazzjoni, u t-trattament immedjat ta’ wara.

    Periklu: aġent bijoloġiku, kimiku jew fiżiku fl-ikel jew fil-kundizzjoni tal-ikel li jista’ jikkawża effett ħażin fuq is-saħħa.

    Ħxejjex ħodor werrieqa: il-weraq, iz-zkuk u l-blanzuni ta’ diversi pjanti werieqa li jittieklu bħala ħxejjex, u dawk biss li jittieklu nejjin. It-tipi ewlenin tal-ħxejjex ħodor werrieqa huma: it-tipi ta’ ħass, il-brassiki werrieqa, il-kaboċċi, iċ-ċikwejra u l-krexxuni. Il-ħxejjex ħodor werrieqa tat-tip tal-ħass jistgħu jinħasdu fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom, eż. irjus sħaħ maturi, weraq żgħar, jew taħlitiet ta’ weraq ta’ xtieli diversi.

    Id-demel (Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009): huwa kull eskrement u/jew urina ta’ annimali tat-trobbija, barra l-ħut tat-trobbija, flimkien mal-materjal li jintuża għall-mifrex jew mingħajru.

    L-ilma muniċipali: huwa ilma li jiġi fornut lill-bidwi minn organizzazzjonijiet muniċipali jew governattivi. Huwa ilma tajjeb għax-xorb fornut.

    L-ilma li mhuwiex tajjeb għax-xorb: huwa ilma li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

    Stabbiliment tal-ippakkjar/Stabbiliment tal-Imballaġġar: kull stabbiliment fejn il-frott u l-ħaxix frisk jingħata trattament ta’ wara l-ħsad u jiġi ppakkjat.

    Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huma “pestiċidi” li jipproteġu lill-FĦF jew lil pjanti utli jew attraenti. L-iktar użu komuni tal-pestiċidi huwa fil-forma ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dawn jintużaw b’mod ewlieni fis-settur agrikolu, iżda jintużaw ukoll fil-forestrija, fl-ortikultura, f’postijiet pubbliċi fejn jitkabbru l-pjanti u fil-ġonna tad-djar. It-terminu “pestiċida” ta’ spiss jiġi sostitwit bit-terminu “prodott għall-protezzjoni tal-pjanti” u viċe versa; iżda t-terminu pestiċida huwa l-aktar wiesa’ minnhom u jiġbor fih ukoll użi li ma jkunux fuq il-pjanti jew l-FĦF, pereżempju l-bijoċidi.

    Wara l-ħsad huwa l-istadju fil-produzzjoni tal-FĦF ta’ wara l-ħsad, u jinkludi t-tkessiħ, it-tindif, l-għażla u l-ippakkjar.

    Ilma tajjeb għax-xorb huwa ilma li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE.

    It-terminu Qabel il-ħsad jiġbor fih l-attivitajiet kollha li jsiru fir-razzett qabel ma jinħasdu l-prodotti tal-FĦF.

   Il-produzzjoni primarja tfisser il-produzzjoni fir-razzett, u t-tkabbir ta’ prodotti tal-pjanti bħal żrieragħ, frott, ħxejjex u ħxejjex aromatiċi u tinkludi l-ħsad. L-operazzjonijiet li ġejjin huma assoċjati mal-produzzjoni primarja tal-FĦF:

i.

L-għażla, it-tneħħija tal-weraq ta’ barra, il-ħasil u t-tlaħliħ, l-ippakkjar, it-tkessiħ, it-trasportazzjoni, il-ħżin u t-trattament tal-prodotti primarji fil-post tal-produzzjoni, sakemm dawn ma jibdlulhomx in-natura tagħhom b’mod sostanzjali.

ii.

It-terminu “produzzjoni primarja” f’dan id-dokument ta’ gwida għandu jinftiehem bħala l-produzzjoni primarja li tinkludi dawn l-operazzjonijiet assoċjati.

iii.

Il-ħsad ta’ faqqiegħ, alka u frott artab li jikbru slavaġ, u t-trasportazzjoni ta’ dawn għal stabbiliment.

    L-ipproċessar huwa kull azzjoni li tibdel b’mod sostanzjali l-prodott oriġinali, jinkludi t-tqaxxir, it-tqattigħ, il-qtugħ, l-iffriżar, is-smit, jew xi kombinament ta’ dawn il-proċessi.

    L-Għajnuniet għall-ipproċessar: Kif stabbilit fl-Artikolu 3.2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel (2) huma kwalunkwe sustanza li ma tiġix ikkunsmata bħala ingredjent tal-ikel waħedha, u li tkun użata apposta fl-ipproċessar tal-materja prima, ta’ ikel, jew tal-ingredjenti ta’ dawn, biex twettaq skop teknoloġiku waqt it-trattament jew l-ipproċessar, u li tista’ tirriżulta fil-preżenza mhux mixtieqa, iżda inevitabbli, ta’ residwi tas-sustanza jew tad-derivati tagħha fil-prodott finali, dejjem jekk dawn ma jkunux ta’ riskju għas-saħħa u ma jkollhomx effett teknoloġiku fuq il-prodott finali.

    Iż-żona tal-produzzjoni: il-postijiet fejn l-għelejjel maħsudin jiġu ttrattati, ipproċessati u ppakkjati.

    L-ilma tax-xita: ilma tax-xita (jew tal-borra) li jinġabar. Kultant jissejjaħ ukoll ilma tax-xita miġbur.

    L-ikel lest biex jittiekel: huwa ikel maħsub mill-produttur jew mill-manifattur biex ikun lest għall-konsum dirett mill-bniedem mingħajr ma jkollu bżonn tisjir jew xi proċessar ieħor li jelimina jew inaqqas il-mikroorganiżmi ta’ tħassib għal livell aċċettabbli (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005). F’din il-gwida huwa marbut speċifikament mal-FĦF li hu lest biex jittiekel. Dan jinkludi l-FĦF kollu li jista’ jittiekel nej (jinsabu xi eżempji fid-Dijagramma Sekwenzjali 2, eż. it-tuffieħ, il-lanġas, l-għanbaqar, il-ħxejjex ħodor werrieqa, it-tadam, il-frott artab, eċċ.).

    Sistemi mingħajr ħamrija: dan huwa terminu ġenerali għall-produzzjoni tal-pjanti fl-ilma jew fuq sottostrat, mingħajr ħamrija.

    L-ilma tal-wiċċ: ilma li jiġi minn xmajjar żgħar, mil-lagi, mix-xmajjar, mill-kanali, eċċ. u li mhuwiex kompletament taħt il-kontroll tal-bdiewa (eż. jista’ jkun hemm kontaminazzjoni minn ilma li jitla’ ‘l fuq).

    Il-ħama tad-dranaġġ (id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE): ħama li tkun ġejja minn impjanti tat-trattament domestiċi jew urbani, mill-fosos u minn impjanti simili tat-trattament tad-dranaġġ.

    Il-ħama tad-dranaġġ ittrattata (id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE): ħama li tkun ittrattata bijoloġikament, kimikament jew bis-sħana, permezz tal-ħżin fuq żmien twil jew kull proċess xieraq ieħor li jnaqqsilha l-probabbiltà li tiffermenta (b’hekk jitnaqqas ir-riskju li taffettwa ħażin is-saħħa).

    L-ilma tal-iskart ittrattat: jinkiseb permezz ta’ kombinament ta’ operazzjonijiet fiżiċi (mekkaniċi) fuq unità, u proċessi kimiċi u bijoloġiċi bi skop li jitnaqqsu l-kontaminanti organiċi u inorganiċi fl-ilma tal-iskart (skont l-ISO 16075-2:2015). Dan it-tip ta’ ilma jkun sarlu trattament primarju u sekondarju u jista’ wkoll ikun ġarrab trattamenti ta’ dekontaminazzjoni.

    L-ilma tal-iskart huwa ilma li jinġabar b’mod ewlieni mill-muniċipji li jista’ jinkludi ilma moħli u ilma użat, minn sorsi domestiċi, istituzzjonali, kummerċjali jew industrijali (skont l-ISO 16075-2:2015).

    L-użu mill-ġdid tal-ilma huwa l-użu ta’ ilma tal-iskart ittrattat għal użu benefiċjali (skont l-ISO 16075-2:2015).


(1)  Il-Kumitat dwar l-agrikultura - is-Sbatax-il Seduta - Ruma, 31 ta’ Marzu sal-4 ta’ April 2003 - Development of a Framework for Good Agricultural Practices - http://www.fao.org/docrep/meeting/006/y8704e.htm

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).


ANNESS II

EŻEMPJU TA’ MATRIĊI BIEX ISSOSTNI L-VALUTAZZJONI TAR-RISKJI MIKROBIJOLOĠIĊI FL-ILMA AGRIKOLU

Din il-matriċi tipprovdi għodda għall-bdiewa biex jagħmlu valutazzjoni tar-riskji tal-ilma li jintuża fil-produzzjoni primarja agrikola billi tqabbel flimkien is-sors tal-ilma, il-metodu tat-tisqija jew il-possibbiltà tal-kuntatt mal-FĦF u t-tip ta’ prodott (lest biex jittiekel jew le).

Tistabbilixxi l-frekwenzi (għolja, medja u baxxa) għall-analiżi tal-ilma li tfittex l-indikaturi tal-kontaminazzjoni fekali (l-indikatur E. coli) waqt l-użu tal-ilma (fl-istaġun tat-tkabbir jew fiż-żmien meta jintuża s-sors tal-ilma) u l-limiti korrispondenti, skont l-użu li jkun maħsub għall-ilma, skont is-sors tal-ilma, skont il-karatteristiki u n-natura tal-FĦF.

Frekwenza għolja tfisser analiżi darba f’xahar; frekwenza medja tkun analiżi darbtejn fis-sena u frekwenza baxxa tkun analiżi darba fis-sena. Iżda, fi kwalunkwe każ, l-iskema u l-miżuri rakkomandati huma biss eżempji li jistgħu jiġu addattati skont il-valutazzjoni tar-riskji ta’ kull razzett. Sena tista’ tkun iddefinita bħala sena kalendarja, fil-każ tal-produzzjoni tul is-sena kollha (eż. fis-serer) jew tista’ tikkonsisti mill-istaġun tat-tkabbir.

Din il-matriċi tissuġġerixxi li l-bidwi għandu jieħu għadd ogħla ta’ kampjuni minn FĦF li jittiekel nej mill-konsumatur, u tipproponi l-azzjonijiet li jistgħu jsiru biex inaqqsu r-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-FĦF. Fil-każ tat-tisqija, il-kampjuni għandhom jittieħdu waqt l-istaġun meta jintuża l-iżjed ilma tat-tisqija u jekk jitkabbru l-għelejjel fis-sajf, mill-inqas kampjun wieħed minnhom għandu jittieħed f’dan l-istaġun.

Jekk ir-riżultat tat-testijiet tas-sors tal-ilma jkun ħażin jew juri li hemm possibbiltà ta’ problema, il-bidwi għandu jieħu xi miżuri korrettivi minn dawk li jidhru fil-punti 7.3.4.1 u 7.3.4.2, biex inaqqas ir-riskju għall-konsumaturi, u wara, għandu jerġa’ jittestja l-ilma biex jivverifika l-effikaċja tal-miżuri li jkun ħa.

It-tifsir tal-kodiċi tas-sinjali u n-numri huma dawn li ġejjin (Is-sors tal-ilma):

x Griż Skur: ma għandux jintuża. Jekk il-bidwi ma jkollux alternattiva oħra barra li jużah, għandu jwettaq it-testijiet bi frekwenza għolja jew jaħsibha li jittratta/jiddiżinfetta l-ilma u juża l-livelli tal-E. coli fil-kolonna 8 bħala indikatur tajjeb ta’ kwalità tal-ilma aċċettabbli biex jintuża għal dik l-attività.

Image Griż skur medju: jista’ jintuża iżda skont ir-riżultati tal-kampjuni. Il-bidwi għandu jwettaq it-testijiet bi frekwenza medja u juża l-livelli tal-E. coli fil-kolonna 8 bħala indikatur tajjeb ta’ kwalità tal-ilma aċċettabbli biex jintuża għal dik l-attività.

Image Griż ċar: jista’ jintuża iżda skont ir-riżultati tal-kampjuni. Il-bidwi għandu jwettaq it-testijiet bi frekwenza baxxa u juża l-livelli tal-E. coli fil-kolonna 8 bħala indikatur tajjeb ta’ kwalità tal-ilma aċċettabbli biex jintuża għal dik l-attività.

√ Abjad: jista’ jintuża mingħajr ma jittieħdu kampjuni jew isiru analiżijiet, jew tkun meħtieġa biss analiżi biex tissorvelja d-diżinfezzjoni tal-ilma.

L-użu maħsub tal-ilma

Is-sors tal-ilma  (1)

L-indikatur tal-kontaminazzjoni fekali: E.coli  (2)

Ilma mhux ittrattat

tal-wiċċ/minn kanali tal-ilma miftuħin (3)

Ilma mhux ittrattat li jinġabar mill-ġibjuni (4)

Ilma mhux ittrattat

tax-xita

Ilma tad-dranaġġ/tal-wiċċ/tal-iskart/użat mill-ġdid ittrattat (5)

Ilma ddiżinfettat (6)

Ilma muniċipali

QABEL IL-ĦSAD u WAQT IL-ĦSAD

It-tisqija ta’ FĦF li probabbilment jittiekel nej (jiġifieri FĦF lest biex jittiekel) (l-ilma tat-tisqija jiġi f’kuntatt dirett mal-parti tal-FĦF li tittiekel)

Id-dilwizzjoni jew l-applikazzjoni ta’ pestiċida, ta’ fertilizzant, jew ta’ agrokimiċi u l-użu tat-tagħmir tat-tindif għal FĦF li hu lest biex jittiekel u kuntatt dirett.

x

x

Image

Image

Image

100 CFU/100 ml

It-tisqija ta’ FĦF li probabbilment jittiekel nej (jiġifieri FĦF lest biex jittiekel) (l-ilma tat-tisqija ma jiġix f’kuntatt dirett mal-parti tal-FĦF li tittiekel)

Id-dilwizzjoni jew l-applikazzjoni ta’ pestiċida, ta’ fertilizzant, jew ta’ agrokimiċi u l-użu tat-tagħmir tat-tindif għal FĦF li hu lest biex jittiekel mingħajr kuntatt dirett.

x

x

Image

Image

Image

1 000 CFU/100 ml (7)

It-tisqija ta’ FĦF li probabbilment jittiekel imsajjar (l-ilma tat-tisqija jiġi f’kuntatt dirett mal-parti tal-FĦF li tittiekel)

Id-dilwizzjoni jew l-applikazzjoni ta’ pestiċida, ta’ fertilizzant, jew ta’ agrokimiċi u l-użu tat-tagħmir tat-tindif ma’ dan l-FĦF f’kuntatt dirett.

Image

Image

Image

Image

Image

1 000 CFU/100 ml

It-tisqija ta’ FĦF li probabbilment jittiekel imsajjar (l-ilma tat-tisqija ma jiġix f’kuntatt dirett mal-parti tal-FĦF li tittiekel)

Id-dilwizzjoni jew l-applikazzjoni ta’ pestiċida, ta’ fertilizzant, jew ta’ agrokimiċi u l-użu tat-tagħmir tat-tindif ma’ dan l-FĦF mingħajr kuntatt dirett.

Image

Image

10 000 CFU/100 ml

WARA L-ĦSAD

Tkessiħ u trasportazzjoni ta’ wara l-ħsad ta’ FĦF li mhuwiex lest biex jittiekel.

L-ilma li jintuża għall-ewwel ħasla fil-każ ta’ prodotti li huma lesti biex jittieklu.

It-tagħmir u l-uċuħ meta l-prodotti jintmissu bl-idejn.

x

x

Image

Image

Image

100 CFU/100 ml

L-ilma li jintuża fil-ħasil ta’ prodotti li x’aktarx jittieklu msajrin (il-patata...) – FĦF li mhuwiex lest biex jittiekel.

Image

Image

Image

Image

Image

1 000 CFU/100 ml

ILMA LI HU TAJJEB GĦAX-XORB BISS  (8)

L-ilma li jintuża fl-aħħar ħasla u s-silġ jew l-ilma li jintuża għat-tkessiħ ta’ FĦF lest biex jittiekel

x

x

Image

Image

Image

Ir-rekwiżiti mikrobijoloġiċi tal-ilma li hu tajjeb għax-xorb


(1)  L-ilma li jintuża għat-tisqija fl-aħħar ħmistax qabel il-ħsad ta’ FĦF li jista jittiekel nej (lest biex jittiekel) għandu jkun mingħajr ebda kontaminazzjoni, jiġifieri, meta jkun possibbli ta’ kwalità tajba għax-xorb.

(2)  Dawn il-limiti rakkomandati huma assoċjati ma’ konċentrazzjoni massima fil-kampjuni.

(3)  L-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art li jkun ġej minn xi ġibjun (eż. spiera) jista’ jkun ta’ kwalità mikrobijoloġika tajba u jissodisfa l-limiti ta’ 100 CFU/100 ml mingħajr trattament.

(4)  L-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art li jkun ġej minn xi ġibjun (eż. spiera) jista’ jkun ta’ kwalità mikrobijoloġika tajba u jissodisfa l-limiti ta’ 100 CFU/100 ml mingħajr trattament.

(5)  Għall-fini ta’ din il-matriċi, l-ilma tad-dranaġġ ittrattat huwa ilma skartat li ġie ttrattat biex il-kwalità tiegħu tkun tajba għall-użu maħsub u jikkonforma mal-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru jew, jekk din il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma teżistix, mal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar l-użu sikur ta’ ilma tal-iskart u tal-eskrement fl-agrikultura.

(6)  It-trattament tad-diżinfezzjoni għandu jkun ikkontrollat u ssorveljat tajjeb. It-trattament ta’ diżinfezzjoni huwa fil-kontroll tal-bidwi jew tal-produttur.

(7)  Billi l-ilma tat-tisqija ma jiġix f’kuntatt mal-parti tal-FĦF li tittiekel, għandu jiġi applikat standard ogħla minn 1 000 CFU/100 ml għall-E.coli. Il-metodi tat-tisqija bit-tqattir jew minn taħt il-wiċċ jippreżentaw inqas riskju ta’ kontaminazzjoni tal-parti li tittiekel ta’ FĦF ħassa minn tisqija minn fuq.

(8)  Jistgħu jintużaw diversi sorsi ta’ ilma, iżda l-ilma jrid ikun ta’ kwalità tajba għax-xorb. Għalhekk, fil-prattika l-ilma li jista’ jintuża f’dan il-każ irid ikun ilma muniċipali jew ilma ddiżinfettat.


ANNESS III

EŻEMPJU TA’ ĠERARKIJA TAD-DEĊIŻJONIJIET BIEX ISSOSTNI L-VALUTAZZJONI TAR-RISKJI MIKROBIJOLOĠIĊI FL-ILMA AGRIKOLU

Dan il-metodu huwa iżjed sempliċi minn dak deskritt fl-Anness II, billi r-riżultat iqis biss għadd limitat ta’ rakkomandazzjonijiet għall-kampjunar. Ta’ min wieħed jinnota li r-riżultati li jinkisbu minn din il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet (fl-Anness III) u mill-matriċi (fl-Anness II) ma jistgħux jitqabblu.

Image

Appendiċi

II-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 fir-rigward tal-ikel li ma joriginax mill-annimali

Image