|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 162 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 162/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO) ( 1 ) |
|
|
2017/C 162/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8388 — Ares/Baupost/Nova Eventis) ( 1 ) |
|
|
2017/C 162/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8447 — EDF/CDC/Mitsubishi Corporation/NGM) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 162/04 |
||
|
2017/C 162/05 |
Informazzjoni pprovduta mill-Kumissjoni f’konformità mal-Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika — Statistiċi dwar ir-regolamenti tekniċi notifikati fl-2016 skont il-proċedura tan-notifika tad-Direttiva (UE) 2015/1535 ( 1 ) |
|
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2017/C 162/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 162/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 162/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 162/01)
Fl-10 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8379. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
23.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 162/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8388 — Ares/Baupost/Nova Eventis)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 162/02)
Fit-12 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8388. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
23.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 162/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8447 — EDF/CDC/Mitsubishi Corporation/NGM)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 162/03)
Fis-17 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8447. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 162/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-22 ta’ Mejju 2017
(2017/C 162/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1243 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,18 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4432 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86353 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,7895 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0911 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3723 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,488 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,65 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1927 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5609 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,0027 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5049 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5174 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7533 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6120 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5581 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 256,08 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,8198 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7457 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4415 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
, |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8395 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,863 |
|
RUB |
Rouble Russu |
63,7417 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,642 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7029 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,9641 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,5570 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
23.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 162/4 |
Informazzjoni pprovduta mill-Kumissjoni f’konformità mal-Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1)
Statistiċi dwar ir-regolamenti tekniċi notifikati fl-2016 skont il-proċedura tan-notifika tad-Direttiva (UE) 2015/1535
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 162/05)
I. Tabella li turi t-tipi differenti ta’ reazzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea rigward l-abbozzi notifikati rispettivi tagħhom
|
Stati Membri |
Numru ta’ Notifiki |
Kummenti (2) |
Opinjonijiet dettaljati (3) |
Proposti għal-leġiżlazzjoni Komunitarja |
||||
|
|
|
MS |
COM |
MS |
COM |
6.3 (6) |
6.4 (7) |
|
|
Il-Belġju |
30 |
1 |
6 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
|
Il-Bulgarija |
14 |
3 |
6 |
0 |
2 |
3 |
0 |
0 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
38 |
10 |
13 |
0 |
7 |
6 |
0 |
0 |
|
Id-Danimarka |
34 |
2 |
9 |
0 |
1 |
2 |
0 |
0 |
|
Il-Ġermanja |
63 |
12 |
18 |
0 |
11 |
4 |
0 |
0 |
|
L-Estonja |
14 |
2 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
L-Irlanda |
11 |
4 |
2 |
0 |
16 |
1 |
0 |
0 |
|
Il-Greċja |
8 |
3 |
3 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
|
Spanja |
19 |
3 |
4 |
0 |
0 |
3 |
0 |
0 |
|
Franza |
80 |
10 |
14 |
0 |
4 |
11 |
0 |
0 |
|
Il-Kroazja |
18 |
6 |
9 |
0 |
3 |
2 |
0 |
0 |
|
L-Italja |
40 |
4 |
9 |
0 |
3 |
3 |
0 |
0 |
|
Ċipru |
2 |
0 |
2 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
|
Il-Latvja |
8 |
2 |
1 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
|
Il-Litwanja |
7 |
3 |
1 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Lussemburgu |
3 |
2 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
L-Ungerija |
31 |
6 |
3 |
0 |
3 |
3 |
0 |
0 |
|
Malta |
10 |
2 |
5 |
0 |
0 |
3 |
0 |
0 |
|
In-Netherlands |
45 |
6 |
9 |
0 |
4 |
4 |
0 |
0 |
|
L-Awstrija |
34 |
3 |
12 |
0 |
3 |
1 |
0 |
0 |
|
Il-Polonja |
28 |
5 |
5 |
0 |
4 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Portugall |
3 |
3 |
0 |
0 |
1 |
1 |
0 |
0 |
|
Ir-Rumanija |
6 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Is-Slovenja |
20 |
2 |
10 |
0 |
10 |
3 |
0 |
0 |
|
Is-Slovakkja |
12 |
8 |
9 |
0 |
1 |
1 |
0 |
0 |
|
Il-Finlandja |
43 |
8 |
7 |
0 |
5 |
5 |
0 |
0 |
|
L-Iżvezja |
33 |
5 |
5 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Ir-Renju Unit |
46 |
1 |
6 |
0 |
0 |
5 |
0 |
0 |
|
It-Total tal-UE |
700 |
116 |
170 |
0 |
79 |
65 |
0 |
0 |
II. Tabella li turi l-abbozzi notifikati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mqassma skont is-settur.
|
Settur |
BE |
BG |
CZ |
CY |
DK |
DE |
EE |
IE |
GR |
ES |
FR |
HR |
IT |
LV |
LT |
LU |
HU |
MT |
NL |
AT |
PL |
PT |
RO |
SI |
SK |
FI |
SE |
UK |
Total |
|
Il-Bini u l-Kostruzzjoni |
5 |
3 |
8 |
1 |
7 |
18 |
2 |
3 |
0 |
4 |
4 |
3 |
4 |
0 |
2 |
0 |
1 |
0 |
9 |
17 |
3 |
0 |
3 |
1 |
2 |
18 |
1 |
12 |
131 |
|
L-Agrikoltura, is-Sajd u l-Prodotti Alimentari |
4 |
9 |
13 |
0 |
7 |
5 |
0 |
7 |
1 |
5 |
16 |
3 |
14 |
4 |
2 |
0 |
6 |
8 |
8 |
2 |
5 |
0 |
1 |
8 |
1 |
8 |
6 |
2 |
145 |
|
Il-Prodotti Kimiċi |
2 |
1 |
2 |
0 |
1 |
4 |
1 |
0 |
1 |
3 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
5 |
1 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
4 |
5 |
0 |
32 |
|
Il-Prodotti Mediċinali |
0 |
1 |
2 |
0 |
0 |
5 |
4 |
0 |
0 |
0 |
11 |
0 |
0 |
1 |
1 |
0 |
6 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
1 |
1 |
3 |
37 |
|
It-Tagħmir Domestiku u Rikreattiv |
0 |
0 |
0 |
0 |
1 |
1 |
0 |
0 |
0 |
5 |
1 |
0 |
3 |
2 |
0 |
0 |
0 |
1 |
0 |
2 |
4 |
0 |
0 |
0 |
1 |
1 |
1 |
1 |
24 |
|
Mekkaniku |
0 |
0 |
1 |
0 |
1 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
7 |
3 |
0 |
1 |
0 |
1 |
0 |
5 |
1 |
2 |
0 |
0 |
2 |
0 |
0 |
3 |
3 |
31 |
|
L-Enerġija, il-Minerali, l-Injam |
2 |
0 |
1 |
0 |
3 |
2 |
0 |
0 |
5 |
0 |
4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
7 |
0 |
5 |
0 |
0 |
0 |
3 |
0 |
1 |
3 |
37 |
|
L-Ambjent, l-Imballaġġ |
2 |
0 |
5 |
0 |
1 |
3 |
2 |
0 |
0 |
0 |
7 |
2 |
8 |
0 |
1 |
0 |
4 |
0 |
8 |
3 |
2 |
2 |
1 |
0 |
1 |
0 |
0 |
3 |
55 |
|
It-Tagħmir tas-Saħħa u Mediku |
1 |
0 |
0 |
0 |
2 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
6 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
10 |
|
It-Trasport |
6 |
0 |
0 |
0 |
10 |
7 |
1 |
0 |
1 |
2 |
5 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
2 |
0 |
1 |
2 |
3 |
0 |
0 |
0 |
1 |
7 |
11 |
11 |
71 |
|
It-Telekomunikazzjonijiet |
3 |
0 |
0 |
0 |
0 |
10 |
2 |
0 |
0 |
0 |
2 |
0 |
0 |
0 |
0 |
2 |
1 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
2 |
2 |
6 |
31 |
|
Il-Prodotti Mixxellanji |
0 |
0 |
6 |
1 |
1 |
1 |
1 |
1 |
0 |
0 |
4 |
3 |
5 |
0 |
0 |
0 |
6 |
0 |
0 |
1 |
2 |
0 |
0 |
1 |
2 |
0 |
2 |
1 |
38 |
|
Is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika |
5 |
0 |
0 |
0 |
0 |
6 |
0 |
0 |
0 |
0 |
19 |
0 |
2 |
1 |
0 |
0 |
4 |
1 |
2 |
4 |
2 |
0 |
0 |
8 |
1 |
2 |
0 |
1 |
58 |
|
It-Total għal kull Stat Membru |
30 |
14 |
38 |
2 |
34 |
63 |
14 |
11 |
8 |
19 |
80 |
18 |
40 |
8 |
7 |
3 |
31 |
10 |
45 |
34 |
28 |
3 |
6 |
20 |
12 |
43 |
33 |
46 |
700 |
III. Tabella li turi l-kummenti mqassma skont in-numru u ppreżentati mill-Kummissjoni Ewropea, rigward l-abbozzi notifikati mill-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja (8) u l-Iżvizzera (9).
|
Pajjiż |
Notifiki |
L-Osservazzjonijiet tal-KE (10) |
|
L-Iżlanda |
6 |
1 |
|
Il-Liechtenstein |
1 |
2 |
|
L-Iżvizzera |
1 |
5 |
|
In-Norveġja |
34 |
6 |
|
Total |
42 |
14 |
IV. Tabella li turi l-abbozzi notifikati mill-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera mqassma skont is-settur.
|
Settur |
L-Iżlanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
L-Iżvizzera |
Total |
|
L-Agrikoltura, is-Sajd u l-Prodotti Alimentari |
0 |
0 |
4 |
0 |
4 |
|
Il-Mekkanika |
1 |
0 |
11 |
0 |
12 |
|
Il-Bini u l-Kostruzzjoni |
0 |
0 |
4 |
0 |
4 |
|
It-Trasport |
0 |
0 |
10 |
0 |
10 |
|
It-Telekomunikazzjonijiet |
0 |
0 |
1 |
1 |
2 |
|
Beni u Prodotti Mixxellanji |
0 |
0 |
2 |
0 |
2 |
|
L-Ambjent |
2 |
0 |
1 |
0 |
3 |
|
Is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika |
0 |
0 |
1 |
0 |
1 |
|
It-Tagħmir Domestiku u Rikreattiv |
0 |
1 |
0 |
0 |
1 |
|
Il-Prodotti Mediċinali u Kożmetiċi |
3 |
0 |
0 |
0 |
3 |
|
It-Total għal kull pajjiż |
6 |
1 |
34 |
1 |
42 |
V. Tabella li turi l-abbozzi notifikati mit-Turkija u l-kummenti ppreżentati mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ dawn l-abbozzi
|
IT-Turkija |
Notifiki |
Il-Kummenti tal-KE |
|
Total |
15 |
3 |
VI. Tabella li turi l-abbozzi notifikati mit-Turkija mqassma skont is-settur
|
Settur |
IT-Turkija |
|
Il-Bini u l-Kostruzzjoni |
7 |
|
It-Trasport |
2 |
|
L-Enerġija, il-Minerali, l-Injam |
1 |
|
Il-Mekkanika |
2 |
|
Il-Prodotti Mixxellanji |
3 |
|
Total |
15 |
VII. Statistika dwar il-proċeduri ta’ ksur fis-seħħ fl-2016 u mnedija abbażi tal-Artikolu 258 tat-TFUE għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/1535
|
Pajjiż |
Numru ta’ ksur għaddejjin u mnedija fl-2016 |
|
Il-Polonja |
2 |
|
It-Total tal-UE |
2 |
(1) ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1. Minn hawn ‘il quddiem “id-Direttiva”.
(2) L-Artikolu 5.2 tad-Direttiva.
(3) L-Artikolu 6.2 tad-Direttiva.
(4) Skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pajjiżi tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għal dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-Direttiva (UE) 2015/1535, adattata kif meħtieġ f’konformità mal-Anness II, il-Kapitolu XIX, il-Punt 1, u għalhekk jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom rigward l-abbozzi notifikati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-Iżvizzera tista’ tippreżenta wkoll dawn il-kummenti, abbażi ta’ ftehim informali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi.
(5) Il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva ġiet estiża għat-Turkija skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni konkluż ma’ dak il-pajjiż (il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (ĠU 217, 29.12.1964, p. 3687/64) u d-Deċiżjonijiet 1/95 u 2/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ta’ bejn il-KE u t-Turkija).
(6) L-Artikolu 6.3 tad-Direttiva li jitlob li l-Istati Membri jipposponu l-adozzjoni tal-abbozz notifikat (bl-eċċezzjoni tal-abbozz ta’ regolamenti fir-rigward tas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika) għal tnax-il xahar minn mindu tirċevih il-Kummissjoni jekk din tal-aħħar tħabbar l-intenzjoni tagħha li tipproponi jew tadotta direttiva, regolament jew deċiżjoni dwar dan is-suġġett.
(7) L-Artikolu 6.4 tad-Direttiva jitlob lill-Istati Membri jipposponu l-adozzjoni tal-abbozz notifikat għal tnax-il xahar minn mindu tirċevih il-Kummissjoni jekk din tal-aħħar tħabbar is-sejba tagħha li l-abbozz jirrigwarda kwistjoni koperta minn proposta għal direttiva, regolament jew deċiżjoni ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(8) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-nota 3 tat-tabella ta’ punt I) jistabbilixxi l-obbligu tal-pajjiżi tal-EFTA li huma parti minn dan il-Ftehim sabiex jinnotifikaw l-abbozz ta’ regolamenti tekniċi lill-Kummissjoni.
(9) Abbażi tal-ftehim informali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi.(ara n-nota 3 tat-tabella ta’ punt I), l-Iżvizzera tissottometti wkoll l-abbozz ta’ regolamenti tekniċi tagħha lill-Kummissjoni.
(10) L-uniku tip ta’ reazzjoni prevista skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-nota 3 tat-tabella ta’ punt I u n-nota f’qiegħ il-paġna 2) hija l-possibilità li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta kummenti (l-Artikolu 5.2 tad-Direttiva kif inkluż fl-Anness II, il-Kapitolu XIX, il-Punt I ta’ dan il-Ftehim). L-istess tip ta’ reazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fir-rigward tan-notifiki mill-Iżvizzera abbażi tal-ftehim informali bejn l-UE u dan il-pajjiż (ara n-nota 3 tat-tabella ta’ punt I u n-nota f’qiegħ il-paġna 2).
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
23.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 162/9 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)
(2017/C 162/06)
Il-politika tal-UE dwar il-ġestjoni tal-fruntieri rat żviluppi notevoli tul l-aħħar snin, minħabba l-isfidi li ġab miegħu l-influss ta’ refuġjati u ta’ migranti, kif ukoll minħabba t-tħassib relatat mas-sigurtà li kiber wara l-attakki f’Pariġi, fi Brussell u f’Nizza. Is-sitwazzjoni bħalissa u l-bżonn li tiġi ggarantita s-sikurezza fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri wasslu sabiex il-Kummissjoni tniedi diversi inizjattivi leġiżlattivi mmirati sabiex itejbu l-kontroll fuq persuni li jaċċessaw iż-Żona Schengen.
Waħda minn dawn l-inizjattivi hija l-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (“ETIAS”), imressqa mill-Kummissjoni fis-16 ta’ Novembru 2016.
Skont il-Proposta, is-sistema tkun teħtieġ li l-vjaġġaturi eżentati mill-viża ssirilhom valutazzjoni tar-riskju fir-rigward tar-riskji tas-sigurtà, tal-migrazzjoni irregolari u tas-saħħa pubblika qabel ma jaslu fil-fruntieri tax-Schengen. Din il-valutazzjoni titwettaq permezz tal-kontroverifika tad-data tal-applikant sottomessa permezz tal-ETIAS ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE, lista ta’ sorveljanza ddedikata tal-ETIAS u regoli dwar il-kontrolli. Dan il-proċess jirriżulta fl-għoti -jew it-tiċħid- ta’ awtorizzazzjoni awtomatizzata għad-dħul fl-UE.
Bil-Proposta dwar l-ETIAS, il-leġiżlatur tal-UE jidher li jsegwi t-tendenza li qiegħda tikber li l-iskopijiet ta’ ġestjoni tas-sigurtà u tal-migrazzjoni jiġu indirizzati b’mod konġunt, mingħajr ma jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-distinzjonijiet sostanzjali bejn dawn iż-żewġ oqsma ta’ politika. L-istabbiliment tal-ETIAS ikollu impatt sinifikanti fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, peress li diversi tipi ta’ data, miġburin inizjalment għal skopijiet differenti ħafna, se jsiru aċċessibbli għal firxa usa’ ta’ awtoritajiet pubbliċi (jiġifieri l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, il-gwardji tal-fruntieri, l-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi, eċċ.). Għal din ir-raġuni, il-KEPD iqis li hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-impatt li l-Proposta se tixħet fuq id-dritt għall-privatezza u fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-data mnaqqxin fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li tieħu f’kunsiderazzjoni l-miżuri eżistenti kollha fil-livell tal-UE għall-objettivi relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà.
Barra minn hekk, il-Proposta tal-ETIAS tqajjem tħassib dwar il-proċess ta’ kif jiġu ddeterminati r-riskji possibbli li jġib miegħu l-applikant. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifiċika lejn id-definizzjoni ta’ dawk ir-riskji bħala tali. Peress li l-konsegwenza għal individwu tista’ tkun ċaħda tad-dħul, jenħtieġ li l-liġi tiddefinixxi biċ-ċar x’inhuma r-riskji vvalutati. Il-KEPD għandu dubji wkoll dwar l-eżistenza tar-regoli ta’ kontroll tal-ETIAS. Il-KEPD jifhem li l-objettiv tal-leġiżlatur huwa li joħloq għodda li tippermetti l-individwar awtomatiku ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża li huma ssuspettati li jġibu riskji bħal dawn. Minkejja dan, it-tfassil ta’ profil, bħal kwalunkwe forma oħra ta’ analiżi kompjuterizzata tad-data applikata għall-individwi, iqajjem kwistjonijiet tekniċi, legali u etiċi serji. Għaldaqstant, il-KEPD jitlob evidenza konvinċenti li ssostni n-neċessità li jintużaw għodod ta’ tfassil ta’ profil għall-finijiet tal-ETIAS.
Barra minn hekk, il-KEPD jixħet dubju fuq ir-rilevanza tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa kif previst fil-Proposta. Jitlob ġustifikazzjoni aħjar tal-perjodu magħżul għaż-żamma ta’ data u tan-neċessità li jingħata aċċess lill-aġenziji nazzjonali ta’ infurzar tal-liġi u lill-Europol.
Finalment, jipprovdi rakkomandazzjonijiet, pereżempju, dwar il-qsim tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet bejn l-entitajiet differenti involuti u l-arkitettura u s-sigurtà tal-informazzjoni tal-ETIAS.
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
L-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ETIAS”) tmur lura għal Komunikazzjoni tal-2008 intitolata “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea” (1). F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni ssuġġeriet għodod ġodda għall-ġestjoni fil-futur tal-fruntieri Ewropej -b’mod partikolari s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (“EES”) u l-Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati (“RTP”)- u kkunsidrat għall-ewwel darba l-introduzzjoni tal-ETIAS, li kienet imsejħa s-Sistema Elettronika tal-UE tal-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (“ESTA”) dak iż-żmien. Il-KEPD ħareġ kummenti preliminari (2) dwar din il-Komunikazzjoni fl-istess sena. |
|
2. |
Fi Frar 2011, il-Kummissjoni ħarġet Studju tal-Politika (3) li analizza erba’ għażliet differenti għall-introduzzjoni ta’ ESTA tal-UE. L-Istudju wasal għall-konklużjoni li l-kundizzjonijiet ma kinux issodisfati dak iż-żmien sabiex jiġi ġġustifikat il-bini ta’ ESTA tal-UE. F’Komunikazzjoni (4) tal-2012 relatata mal-Fruntieri Intelliġenti, il-Kummissijoni qieset li jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ ESTA tal-UE jitwarrab temporanjament iżda ħabbret l-intenzjoni tagħha li tkompli taħdem fuq l-EES u fuq l-RTP. |
|
3. |
Fil-Komunikazzjoni (5)“Sistemi ta' Informazzjoni aktar bsaħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà” tas-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni ħabbret li se tivvaluta n-neċessità, il-fattibbiltà teknika u l-proporzjonalità tat-twaqqif ta’ Sistema futura Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar. Fl-istess sena, il-Kummissjoni wettqet Studju tal-Fattibbiltà, li bħala parametru referenzjarju uża tliet sistemi eżistenti oħrajn għall-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar fid-dinja: l-ESTA fl-Istati Uniti, l-eTA fil-Kanada u l-eVisitor fl-Awstralja. |
|
4. |
Fis-16 ta’ Novembru, il-Kummissjoni ħarġet ir-Rapport Finali tal-Istudju tal-Fattibbiltà (6) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Istudju tal-Fattibbiltà tal-2016”) kif ukoll il-Proposta għall-ETIAS (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Proposta”). |
|
5. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li huwa kien ikkonsultat b’mod informali mis-servizzi tal-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-Proposta. Madankollu, jiddispjaċih li minħabba l-iskadenza ristretta ħafna u l-importanza u l-kumplessità tal-Proposta, ma kienx possibbli li jipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti dak iż-żmien. |
V. KONKLUŻJONI
|
113. |
Il-KEPD jilqa’ l-attenzjoni mogħtija lill-protezzjoni tad-data fil-Proposta għall-istabbiliment tal-ETIAS. |
|
114. |
Bir-rispett sħiħ għar-rwol tal-leġiżlatur fil-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-miżuri proposti, il-KEPD ifakkar li dawn iż-żewġ rekwiżiti legali ta’ livell għoli mnaqqxin fil-Karta jistgħu jiġu skrutinizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u li l-KEPD huwa inkarigat li jissalvagwardjahom. Jisħaq li n-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt (fuq il-protezzjoni tad-data) ma jagħmilhiex possibbli li jiġu vvalutati n-neċessità u l-proprozjonalità tal-ETIAS fil-forma proposta bħalissa. |
|
115. |
Peress li l-Proposta tistabbilixxi sistema addizzjonali li tinvolvi l-ipproċessar ta’ ammont sinifikanti ta’ data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-objettivi relatati mal-immigrazzjoni u mas-sigurtà, il-KEPD jirrakkomanda li l-leġiżlatur jagħmel eżerċizzju li bih iqis il-miżuri kollha fil-livell tal-UE li jinvolvu l-ipproċessar tad-data għall-objettivi relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà u jagħmel analiżi approfondita f’termini tal-għanijiet u tal-kisbiet tagħhom. |
|
116. |
F’dan il-kuntest, il-KEPD jirrakkomanda li tiddaħħal definizzjoni tar-riskji relatati mal-migrazzjoni irregolari u tar-riskji relatati mas-sigurtà fil-Proposta sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ limitazzjoni tal-iskop. |
|
117. |
Barra minn hekk, il-KEPD huwa mħasseb dwar jekk l-użu tar-regoli dwar il-kontroll tal-ETIAS huwiex se jkun konformi bis-sħiħ mad-drittijiet fundamentali mnaqqxin fil-Karta. Jirrakkomanda li r-regoli proposti dwar il-kontroll tal-ETIAS ikunu soġġetti għal valutazzjoni komprensiva minn qabel tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali. Għandu dubji wkoll fuq jekk hemmx evidenza konvinċenti li ssostni n-neċessità tal-użu tat-tfassil ta’ profil għall-finijiet tal-ETIAS u, quod non, iħeġġeġ lil-leġiżlatur sabiex jerġa’ jibdielu dwar l-użu tat-tfassil ta’ profil. |
|
118. |
Il-KEPD jiddubita mir-rilevanza u mill-effiċjenza tal-ġbir u tal-ipproċessar ta’ data dwar is-saħħa kif previst fil-Proposta minħabba n-nuqqas ta’ affidabbiltà ta’ dawn. Għandu dubji wkoll dwar in-neċessità li tiġi pproċessata data bħal din minħabba r-rabta limitata bejn ir-riskji għas-saħħa u l-vjaġġaturi eżentati mill-viża. |
|
119. |
Fir-rigward tal-infurzar tal-liġi u tal-aċċess tal-Europol għad-data tal-ETIAS, il-KEPD jisħaq li sal-lum għad m’hemmx evidenzza konvinċenti li ssostni n-neċessità ta’ aċċess bħal dan. Il-KEPD ifakkar li l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-iskemi l-ġodda t-tnejn għandhom jiġu indirizzati fuq livell globali, filwaqt li għandhom jitqiesu s-sistemi tal-IT li diġà jeżistu fuq skala kbira fl-UE, u b'mod speċifiku, fil-każ speċifiku taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati li jżuru u jidħlu fl-UE b’mod legali. |
|
120. |
Flimkien mat-tħassib ewlieni identifikat iktar ’il fuq, ir-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD f’din l-opinjoni huma relatati mal-aspetti li ġejjin tal-Proposta:
|
|
121. |
Il-KEPD jibqa’ disponibbli sabiex jipprovdi iktar pariri dwar il-Proposta, anki b’rabta ma’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni adottat skont ir-Regolament propost, li jista’ jħalli impatt fuq l-ipproċessar ta’ data personali. |
Brussell, is-6 ta' Marzu 2017.
Giovanni BUTTARELLI
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) Komunikazzjoni tat-13 ta’ Frar 2008 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea”, COM(2008) 69 final.
(2) Kummenti Preliminari tal-KEPD tat-3 ta’ Marzu 2008, disponibbli fuq: https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/shared/Documents/Consultation/Comments/2008/08-03-03_Comments_border_package_EN.pdf.
(3) Policy study on an EU Electronic System for travel Authorization (EU ESTA) ta’ Frar 2011, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/e-library/docs/pdf/esta_annexes_en.pdf.
(4) Komunikazzjoni tal-25 ta’ Ottubru 2011 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Fruntieri intelliġenti - alternattivi u t-triq ‘il quddiem”, COM(2011) 680 final.
(5) Komunikazzjoni tas-6 ta’ April 2016 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Sistemi ta' Informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà”, COM(2016) 205 final.
(6) Feasibility Study of 16 November 2016 for a European Travel Information and Authorisation System (ETIAS) - Ir-Rapport Finali disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/home-affairs/sites/homeaffairs/files/what-we-do/policies/european-agenda-security/legislative-documents/docs/20161116/etias_feasability_study_en.pdf.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 162/12 |
Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja
(2017/C 162/07)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba għal rieżami tressqet minn Hebei Yulong Casting Co., Ltd (“l-applikant”), produttur esportatur Ċiniż ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, għal importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Billi l-miżuri japplikaw ukoll għal importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja, il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha stess li tibda rieżami għal importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja.
Ir-rieżami huwa limitat għall-eżaminazzjoni tal-ambitu tal-prodott fir-rigward tal-kjarifika ta’ jekk ċerti tipi ta’ prodotti jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ fittings tal-fonduti għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja (“il-pajjiżi kkonċernati”).
2. Il-prodott taħt rieżami
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huma fittings tal-fondut ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li jeskludi korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010).
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 (2).
4. Ir-raġunijiet għar-rieżami
L-applikant jitlob l-esklużjoni ta’ ċerti fittings tal-fondut ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin ta’ ħadid fondut malleabbli mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri antidumping attwali. Il-prodotti li allegatament se jiġu esklużi huma
|
— |
komponenti ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin DIN 28601 u |
|
— |
fittings b’forma ta’ salib b’żewġ toqob ċentrali bla kamin. |
It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija bbażata fuq evidenza prima facie pprovduta mill-applikant li turi li l-karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi tal-prodotti li se jiġu esklużi jvarjaw b’mod sinifikanti minn dawk tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. L-istess evidenza titqies applikabbli għall-prodott rieżaminat miż-żewġ pajjiżi kkonċernati.
5. Il-proċedura
Wara li stabbiliet, wara li infurmat lill-Istati Membri, li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ rieżami parzjali interim limitat għall-eżaminazzjoni tal-ambitu tal-prodott fir-rigward tal-kjarifika dwar jekk ċerti tipi ta’ prodotti jaqgħux fl-ambitu tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott rieżaminat, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Kull Regolament li jista’ jirriżulta minn dan ir-rieżami jista’ jkollu effett retroattiv sa mid-data tal-impożizzjoni tal-miżuri rilevanti, jew b’mod alternattiv minn data iktar tard, pereżempju d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati kollha, u b’mod partikolari l-importaturi, huma mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom dwar din il-kwistjoni, u jissottomettu kull evidenza li tappoġġa dawn il-fehmiet.
5.1. Is-sottomissjonijiet bil-miktub
Il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jippreżentaw fehmiethom, iressqu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li hi tikkunsidra neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant bħala produttur esportatur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tibgħat kwestjonarji lill-partijiet interessati li ppreżentaw ruħhom. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.2. Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.3. L-istruzzjonijiet għal sottomissjonijiet bil-miktub u sabiex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija kif ukoll il-korrispondenza
L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristrett” (3).
Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba li jagħtu sommarji mhux kunfidenzjali skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali tinftiehem raġonevolment. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu mressqa fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Comission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Posta elettronika: TRADE-R661-MALLEABLE-FITTINGS@ec.europa.eu |
6. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u s-sejbiet għalhekk jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u għandhom jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet sabiex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, l-ambitu tal-prodott tal-miżuri kurrenti
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta’ dejta personali
Id-dejta personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4).
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129, 14.5.2013, p. 1).
(3) Dokument “Ristrett” huwa dokument li huwa kkunsidrat kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1036 (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).