ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 139

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
4 ta' Mejju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 139/01

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta’ Mejju 2017 — Rata tal-kambju tal-euro

1

2017/C 139/02

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-31 ta’ Awwissu 2015 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatata ma’ il-Każ M.7278 — General Electric/ALSTOM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business) — Relatur: Ir-Renju Unit

2

2017/C 139/03

Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — General Electric/ALSTOM (Thermal Power — Renewable Power & Grid Business) (Il-Każ M.7278)

4

2017/C 139/04

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2015 li jiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ M.7278 — General Electric/ALSTROM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business)) (notifikat bid-dokument C(2015) 6179)  ( 1 )

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 139/05

L-Arranġamenti tat-Trasport Applikabbli fl-Istati Membri taż-żona tal-euro (Artikolu 13(5)) u f’Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan (Ir-Regolament (UE) Nru 1214/2011 dwar it-trasport transkonfinali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro)

14

2017/C 139/06

Lista ta' kontijiet li għandhom jiġu ttrattati bħala Kontijiet Esklużi għall-finijiet tas-subparagrafu C.17(g) tat-Taqsima VIII tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE

24

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2017/C 139/07

Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/skont għall-Istati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2017(Ippubblikat skont ir-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004)

30


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 139/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8399 — CWS-boco/Rentokil Initial Target Businesses) ( 1 )

31


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/1


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta’ Mejju 2017

Rata tal-kambju tal-euro (2)

It-3 ta’ Mejju 2017

(2017/C 139/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0919

JPY

Yen Ġappuniż

122,47

DKK

Krona Daniża

7,4372

GBP

Lira Sterlina

0,84440

SEK

Krona Żvediża

9,6273

CHF

Frank Żvizzeru

1,0812

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3878

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,871

HUF

Forint Ungeriż

312,15

PLN

Zloty Pollakk

4,1913

RON

Leu Rumen

4,5485

TRY

Lira Turka

3,8603

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4615

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4990

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4967

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5768

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5229

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 235,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5730

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5267

HRK

Kuna Kroata

7,4493

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 528,28

MYR

Ringgit Malażjan

4,7159

PHP

Peso Filippin

54,583

RUB

Rouble Russu

62,5464

THB

Baht Tajlandiż

37,654

BRL

Real Brażiljan

3,4424

MXN

Peso Messikan

20,5365

INR

Rupi Indjan

70,0540


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


4.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-31 ta’ Awwissu 2015 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatata ma’ il-Każ M.7278 — General Electric/ALSTOM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business)

Relatur: Ir-Renju Unit

(2017/C 139/02)

Operat

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi f’konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Id-Dimensjoni tal-Unjoni

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-Prodott u s-Suq Ġeografiku

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tal-prodott rilevanti u s-swieq ġeografiċi kif stabbilit fl-abbozz tad-deċiżjoni.

4.

B’mod partikolari, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li għall-fini tal-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, it-Turbini tal-Gass heavy duty tal-50 Hz (Heavy Duty Gas Turbines, “HDGTs”) b’potenza ogħla minn 90 MW, fosthom (i) servicing inizjali assoċjat u (ii) il-provvista ta’ sistema ta’ kontroll b’turbini tal-gass, jikkostitwixxu f’suq tal-prodott separat relevanti.

5.

B’mod partikolari, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-kwistjoni tista’ titħalla mitfuħa dwar jekk is-suq tal-HDGT tal-50 Hz għandux jiġi segmentat aktar jew le fuq il-bażi ta’ klassijiet differenti ta’ produzzjoni (Medju, Kbir u Kbir Ħafna) u fuq il-bażi ta’ konfigurazzjonijiet differenti ta’ pjanti (Combined Cycle u Simple Cycle).

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni għas-swieq tal-prodott rilevanti li ġejjin:

6.1.

Għas-servicing ta’ kull qafas matur tal-HDGT tal-Partijiet;

6.2.

Għall-ġeneraturi għall-impjanti tal-enerġija termali;

6.3.

Għas-servicing tal-ġeneraturi;

6.4.

Għat-turbini kbar tal-istim (large steam turbines, “LSTs”);

6.5.

Għas-servicing ta’ turbini tal-istim;

6.6.

Għall-Ġeneraturi tal-Istim li Jirkupraw is-Sħana għall-impjanti tal-enerġija termali;

6.7.

Għas-sistemi ta’ kontroll tal-impjanti u tal-unità għall-impjanti tal-enerġija termali;

6.8.

Għall-prodotti tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni (jiġifieri, kumpens tas-serje fissa u sistemi ta’ ġestjoni tan-netwerk).

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li, għall-fini tal-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, il-kwistjoni tista’ titħalla miftuħa dwar jekk l-ambitu ġeografiku tas-suq għal HDGTs tal-50 Hz, (inkluż is-servicing inizjali assoċjat u l-provvista tas-sistema ta’ kontroll tat-turbina tal-gass) u s-segmenti potenzjali tiegħu jinħtieġ li jitqiesu jew le bħala mad-dinja kollha (ħlief iċ-Ċina u l-Iran) jew mifrux maż-ŻEE kollha.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni għas-swieq ġeografiċi rilevanti li ġejjin:

8.1.

Is-suq għall-ġeneraturi magħquda mal-HDGTs tal-50 Hz;

8.2.

Is-suq ġenerali għall-ġeneraturi għall-impjanti tal-enerġija termali;

8.3.

Is-suq għat-turbini tal-istim magħquda mal-HDGTs tal-50 Hz;

8.4.

Is-suq globali għat-turbini tal-istim għall-impjanti tal-enerġija termali;

8.5.

Is-suq għal sistemi ta’ kontroll tal-impjanti u l-unità;

8.6.

Is-suq għall-HRSGs;

8.7.

Is-suq għas-servicing tal-HDGTs maturi;

8.8.

Is-suq għas-servicing tal-ġeneraturi;

8.9.

Is-suq għas-servicing tat-turbini tal-istim;

8.10.

Is-suq għall-prodotti tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni.

Valutazzjoni Kompetittiva

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq għall-HDGTs tal-50 Hz, u b’mod partikolari fis-segmenti tal-HDGT tal-50 Hz Kbar u Kbar Ħafna.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni twassal għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq rilevanti għall-ġeneraturi magħquda mal-HDGTs tal-50 Hz.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata twassal għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq rilevanti tal-laned tax-xorb.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq għas-servicing tan-9FA HDGTs tal-GE, u s-segmenti tagħha (jiġifieri t-tliet servizzi ewlenin u l-aġġornamenti).

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-parti notifikanti fis-6 ta’ Awwissu 2015 jittrattaw it-tħassib rigward il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-impenji finali offruti mill-parti notifikanti fis-6 ta’ Awwissu 2015, it-Tranżazzjoni ma jidhirx li se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata ma jidhirx li se toħloq effetti orizzontali li jwasslu għal tfixkil sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fis-swieq affettwati u s-swieq potenzjali li ġejjin: (i) is-swieq għal komponenti oħra tal-impjanti tal-enerġija termali (jiġifieri, ġeneraturi, turbini tal-istim, HRSGs, sistemi ta’ kontroll tal-impjanti u tal-unità); (ii)is-suq għas-servicing tal-ġeneraturi; (iii) is-suq għas-servicing tat-turbini tal-istim; (iv) is-swieq potenzjali għal sistemi ta’ ġestjoni tan-netwerk, sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija u sistemi ta’ ġestjoni fuq żona wiesgħa; (v) is-swieq potenzjali għas-sistemi ta’ kumpens f’serje fissa.

Kompatibbiltà mas-Suq Intern

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni jinħtieġ għalhekk li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.


4.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/4


Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

General Electric/ALSTOM

(Thermal Power — Renewable Power & Grid Business)

(Il-Każ M.7278)

(2017/C 139/03)

INTRODUZZJONI

1.

Fid-19 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li biha l-impriża General Electric Company (“GE”) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll uniku tan-negozji Thermal Power, Renewable Power u Grid ta’ Alstom Société Anonyme (“Alstom”, GE u Alstom huma flimkien imsejħa “l-Partijiet”) permezz ta’ xiri ta’ ishma (“it-Tranżazzjoni Proposta”).

2.

Abbażi tal-investigazzjoni fl-ewwel fażi, il-Kummissjoni qajjmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u fit-23 ta’ Frar 2015, adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (“l-Artikolu 6(1)(c)”).

Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet

3.

Fit-12 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”), li fiha laħqet il-ħsieb preliminari li t-Tranżazzjoni Proposta xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva permezz ta’ effetti mhux koordinati fir-rigward ta’ swieq għall-forniment ta’ Turbini tal-Gass Heavy Duty (“HDGTs”) tal-50 Hz, ġeneraturi marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz, Turbini Kbar tal-Istim marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz u s-servicing tal-HDGTs 9FA tal-GE.

4.

Il-Partijiet wieġbu għad-DO fis-26 ta’ Ġunju 2015.

Aċċess għall-fajl

5.

Wara avviż tad-Deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c), il-Partijiet talbu li jaċċessaw ċerti dokumenti filwaqt li qalu li dawn kienu “dokumenti prinċipali” fit-tifsira tal-paragrafu 45 tal-Linji Gwida tal-Aħjar Prattiki tal-Għaqdiet (“l-Aħjar Prattiki”) (2). Id-DĠ Kompetizzjoni ta aċċess għal sett ta’ dokumenti prinċipali li abbażi tagħhom ittieħdet id-Deċiżjoni 6(1)(c). Il-Partijiet madankollu talbu li jkollhom aċċess sħiħ għas-sett komplet ta’ risposti tal-klijenti u l-kompetituri għall-kwestjonarji mibgħuta mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tas-suq tal-ewwel fażi filwaqt li qalu li kienu jammontaw għal “dokumenti prinċipali”. Id-DĠ Kompetizzjoni qies li t-talba taqbeż id-definizzjoni ta’ “dokumenti prinċipali” iżda, sabiex jipprovdi kuntest iktar sħiħ għall-kwotazzjonijiet tat-terzi persuni li abbażi tagħhom ittieħdet id-Deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c), huwa ta aċċess ulterjuri permezz ta’ CD-ROM tat-test komplet tat-tweġibiet mogħtija għal sett ta’ mistoqsijiet fit-talba għal informazzjoni mibgħuta lil klijenti u kompetituri.

6.

Il-Partijiet għamlu talba ulterjuri biex jaċċessaw it-tweġibiet kompleti għal mistoqsijiet oħra li l-Kummissjoni rrifjutat bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet għal mistoqsija speċifika. Barra minn hekk, il-Partijiet talbu wkoll jaċċessaw dokument ieħor prinċipali ppreżentat minn kompetitur, wara d-dħul tiegħu bħala terza persuna. Bħala risposta l-Kummissjoni informat lill-Partijiet li ma ġie riċevut l-ebda dokument prinċipali minn din it-terza persuna interessata.

7.

Id-divulgazzjonijiet ta’ dokumenti msemmija hawn fuq ma jirrelatawx strictu sensu mal-aċċess għal dan il-fajl. Ta’ min ifakkar li d-dritt għal aċċess sħiħ għall-fajl tal-Kummissjoni jingħata biss jekk u meta l-Kummissjoni tadotta DO (3), il-partijiet ma għandhomx dritt ta’ aċċess għall-fajl fl-istadji iktar bikrija tal-proċedimenti, pereżempju matul l-investigazzjonijiet tal-fużjoni. Jien inqis li f’dan il-każ id-DĠ Kompetizzjoni ssodisfa l-ħtiġijiet ta’ ġustizzja u trasparenza proċedurali — kif preskritti mill-Aħjar Prattiki — billi pprovda lill-Partijiet dokumenti li ma kellux għalfejn jiddivulga skont ir-regoli ta’ aċċess għall-fajl. Bħala tali, id-DĠ Kompetizzjoni rrispetta l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-Partijiet.

8.

Wara l-avviż tad-DO, il-Partijiet irċevew aċċess għall-fajl permezz ta’ CD-ROM fit-13 ta’ Ġunju 2015.

Ittra tal-fatti

9.

Fid-9 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni bagħtet ittra tal-fatti lill-Partijiet biex tinfurmahom dwar evidenza addizzjonali identifikata wara l-adozzjoni tad-DO li appoġġat il-konklużjonijiet preliminari milħuqa fid-DO u li jistgħu jiġu invokati fid-deċiżjoni finali. Il-Partijiet ippreżentaw kummenti bil-miktub fis-16 ta’ Lulju 2015.

Persuni terzi interessati

10.

Wara t-talba tagħhom, riċevuta qabel ma seħħet is-seduta ta’ smigħ formali, ippermettejt seba’ impriżi li jinstemgħu bħala terzi persuni interessati fil-proċedimenti: erba’ kompetituri lill-partijiet, jiġifieri Mitsubishi Hitachi Power Systems, Ltd; Toshiba Corporation; Ansaldo Energia SpA u Ethos Energy, u tliet klijenti, jiġifieri Iberdrola Generación España S.A., MPF Operations Limited u PKN Orlen S.A. Wara t-talbiet tagħhom ippermettejt ukoll sitta minn dawn it-terzi persuni interessati jipparteċipaw fis-seduta ta’ smigħ formali. Wara s-seduta ta’ smigħ, b’talba tiegħu, ippermettejt kompetitur ieħor lill-Partijiet, Siemens A.G., li kellu jinstema’ bħala terza persuna interessata fil-proċedimenti.

Seduta ta’ Smigħ

11.

Is-seduta ta’ smigħ formali saret fit-2 ta’ Lulju 2015 u attendew il-Partijiet; it-terzi persuni interessati; is-servizzi tal-Kummissjoni; rappreżentanti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ ħames Stati Membri (il-Belġju, il-Ġermanja, il-Finlandja, Franza u r-Renju Unit); u rappreżentant mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-Partijiet talbu u ngħataw sessjoni bil-bibien magħluqin għal partijiet mill-preżentazzjonijiet rispettivi tagħhom.

Impenji

12.

Sabiex jindirizzaw it-tħassib tal-kompetizzjoni mqajjem mill-Kummissjoni fid-DO, il-Partijiet ippreżentaw impenji fis-16 ta’ Lulju 2015, li sussegwentement ġew riveduti fil-21 ta’ Lulju 2015 u fl-24 ta’ Lulju 2015. Fl-24 ta’ Lulju 2015 il-Kummissjoni nediet eżami tas-suq dwar dawn l-impenji. Il-Partijiet ġew informati dwar l-eżitu tal-eżami tas-suq fl-4 ta’ Awwissu 2015 u wara diskussjonijiet ulterjuri mad-DĠ Kompetizzjoni, ippreżentaw impenji finali ffirmati fis-6 ta’ Awwissu 2015 (“l-Impenji Finali”).

13.

Il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali jneħħu t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat. Għaldaqstant, l-abbozz tad-deċiżjoni jiddikjara t-Tranżazzjoni Proposta kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE, soġġett għal konformità mal-impenji stabbiliti bħala kundizzjonijiet u obbligi mehmużin mal-abbozz tad-deċiżjoni.

Konklużjoni

14.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet rigward liema Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien wasalt għal konklużjoni pożittiva.

15.

B’mod ġenerali, nikkonkludi li l-partijiet kollha rnexxielhom jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet proċedurali tagħhom f’dan il-każ.

Brussell, l-1 ta’ Settembru 2015.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  L-Aħjar Prattiki tad-DĠ Kompetizzjoni dwar it-tmexxija tal-proċedimenti ta’ kontroll tal-fużjonijiet tal-KE 20/01/2004.

(3)  L-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tas-7 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1) (ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet”).


4.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/6


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Settembru 2015

li jiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Il-Każ M.7278 — General Electric/ALSTROM (Thermal Power — Renewable Power & Grid business))

(notifikat bid-dokument C(2015) 6179)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 139/04)

Fit-8 ta’ Settembru 2015 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ merger skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tista’ tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   IL-PARTIJIET

(1)

General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika) hija kumpanija globali u diversifikata tal-manifattura, it-teknoloġija u s-servizzi. Tlieta mid-diviżjonijet tal-GE huma direttament relatati mal-attivitajiet tal-ALSTROM (Société Anonyme) (“Alstom”, Franza):

(a)

GE Power & Water isservi l-ġenerazzjoni tal-enerġija lill-klijenti industrijali kif ukoll klijenti oħrajn bil-produzzjoni, il-prodotti u s-servizzi tal-enerġija, inklużi t-turbini tal-gass/tal-istim, il-ġeneraturi u t-turbini eoliċi;

(b)

GE Energy Management tiddisinja, timmanifattura u tagħti servizz lil varjetà ta’ prodotti u sistemi elettriċi;

(c)

GE Transportation tforni lokomotivi u vetturi ferrovjarji, kif ukoll soluzzjonijiet ta’ sinjalar u kontroll tal-ferroviji.

(2)

Alstomhija kumpanija globali industrijali u tal-inġinerija, organizzata f’erba’ diviżjonijiet tan-negozju:

(a)

Thermal Power toffri soluzzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, varji tipi ta’ turbini tal-gass u tal-istim, ġeneraturi, bojlers, u sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet, kif ukoll servizzi relatati;

(b)

Renewable Power toffri soluzzjonijiet turnkey kif ukoll turbini u ġeneraturi għall-enerġija mill-ilma, eolika, ġeotermika u solari;

(c)

Grid toffri trasmissjoni u distribuzzjoni tat-tagħmir u s-servizzi tal-enerġija, bħat-transformers u l-interrutturi taċ-ċirkwit;

(d)

Transport toffri firxa wiesgħa ta’ vetturi ferrovjarji, sinjalar tal-ferroviji u sistemi tat-trasport, kif ukoll servizzi relatati.

II.   L-OPERAZZJONI

(3)

Fid-19 ta’ Jannar 2015 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) li bih l-impriża GE takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll esklużiv tan-negozji Thermal Power, Renewable Power u Grid ta’ Alstrom, permezz tax-xiri ta’ ishma. GE minn issa ’l quddiem hija msemmija bħala “l-Parti Notifikanti” u GE u Alstrom huma msemmija kollettivament bħala “l-Partijiet”.

III.   IL-PROĊEDURA

(4)

It-tranżazzjoni ġiet notifikata lill-Kummissjoni fit-19 ta’ Jannar 2015.

(5)

B’deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni proposta qajmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(6)

L-investigazzjoni fil-fond ikkonfermat it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat fil-bidu.

(7)

Il-Parti Notifikanti ppreżentat l-impenji finali fis-6 ta’ Awwissu 2015 (“Impenji Finali”) li jagħmlu t-tranżazzjoni kompatibbli mas-suq intern.

IV.   IL-MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

A.   L-ATTIVITAJIET TAL-PARTIJIET

(8)

Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ GE rilevanti għall-valutazzjoni tat-tranżazzjoni, permezz tal-unità GE Power & Water GE timmanifattura, tforni u tagħti servizzi, fost oħrajn: turbini tal-gass (gas turbines, GTs), turbini tal-istim (steam turbines, STs) u ġeneraturi. Permezz tal-unità Energy Management ta’ GE, hija tipprovdi prodotti u teknoloġija li jittrasmettu, jiddistribwixxu u jikkonvertu elettriku u jimmodernizzaw il-grilja. Parti mill-unità Energy Management ta’ GE, jiġifieri l-unità Digital Energy toffri prodotti li jipproteġu, jissorveljaw, jikkontrollaw u jawtomatizzaw il-grilja, u softwer ta’ viżwalizzazzjoni li jgħin jottimizza l-grilja.

(9)

L-attivitajiet ta’ Alstrom li huma rilevanti għall-għan tal-valutazzjoni ta’ din it-transazzjoni huma kif ġej: (i) il-manifattura u l-forniment ta’ prodotti u servizzi għal impjanti għall-ġenerazzjoni tal-enerġija termali, bħall-GTs, STs, ġeneraturi, ġeneraturi tal-istim tal-irkupru tas-sħana (heat recovery steam generator, “HRSG”), kif ukoll soluzzjonijiet tal-Inġinerija, Akkwist u Kostruzzjoni (Engineering, Procurement and Construction, “EPC”) u servizz u manutenzjoni; (ii) forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ awtomatizzar u kontroll għal impjanti tal-enerġija u għal tagħmir individwali, (iii) prodotti u servizzi li jittrasmettu elettriku kif ukoll il-ġestjoni tal-grilja.

B.   IS-SWIEQ RILEVANTI

Definizzjoni tas-suq tal-prodott

Turbini tal-gass Heavy Duty tal-50 Hz (Heavy Duty Gas Turbines, HDGTs)

(10)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni sabet li l-HDGTs u t-turbini tal-gass industrijali (industrial gas turbines, “IGTs”) jikkostitwixxu swieq separati. F’termini ta’ output ta’ enerġija s-suq tal-HDGT jikkonsisti minn GTs b’output ikbar minn 90 MW.

(11)

Il-Kummissjoni qieset li d-domanda għal servizzi għall-HDGT tirriżulta minn xiri tal-HDGT rispettiv. Is-servizzi assoċjati b’hekk jikkostitwixxu suq ta’ wara l-bejgħ. Bil-ħsieb tal-vantaġġi relatati max-xiri simultanju ta’ servizzi inizjali mal-unità l-ġdida u x-xejriet tax-xiri osservati, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq għall-provvista ta’ HDGTs ġodda jinkludi wkoll il-provvista tas-servizzi inizjali assoċjati. Il-Kummissjoni qieset ukoll li s-suq għall-provvista ta’ HDGTs ġodda jinkludi wkoll il-provvista tas-sistemi ta’ kontroll tat-turbini tal-gass.

(12)

Il-Kummissjoni sabet li s-swieq għall-HDGTs tal-50 Hz u għall-HDGTs tas-60 Hz jikkostitwixxu swieq separati. Peress li ż-ŻEE hija żona ta’ frekwenza tal-50 Hz, l-impatt tat-tranżazzjoni kien ivvalutat biss f’relazzjoni tas-suq tal-HDGT tal-50 Hz.

(13)

Rigward is-segmentazzjoni tas-suq globali tal-HDGT tal-50 Hz (minn 90 MW għal attwalment madwar 470 MW) skont il-klassijiet tal-output tal-enerġija, il-Kummissjoni qieset li, minn naħa waħda, l-HDGTs fi truf separati tal-ispettru tal-output ma jikkompetux direttament kontra xulxin. Min-naħa l-oħra, fis-suq globali tal-HDGT tal-50 Hz ma hemm l-ebda konfini ċari evidenti ta’ segmenti separati li jissuġġerixxu b’mod ċar swieq separati. Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq rilevanti huwa s-suq globali għall-HDGTs tal-50 Hz li jkopru l-firxa sħiħa ta’ output. Il-Kummissjoni madankollu qieset ukoll, li l-valutazzjoni kompetittiva jinħtieġ li tinkludi wkoll l-analiżi tas-segmenti tal-output tal-enerġija tas-suq rilevanti fejn Alstrom teżerċita restrizzjoni kompetittiva. Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat l-impatt tat-tranżazzjoni kemm fuq livell tas-suq globali għall-HDGTs tal-50 Hz kif ukoll fuq livell tas-segmenti possibbli tiegħu kif użati minn Alstrom fil-perkors normali tan-negozju (Medju, Kbir u Kbir Ħafna).

(14)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll ir-rilevanza ta’ segmentazzjoni ta’ spazju tal-HDGT skont it-tip ta’ konfigurazzjoni tal-impjant tal-enerġija, jiġifieri l-HDGTs għall-impjanti tal-enerġija ta’ ċiklu kombinat (combined cycle, “CC”) u ċiklu sempliċi (simple cycle, “SC”).

(15)

Bħala konklużjoni, għall-għan tal-valutazzjoni tat-tranżazzjoni, il-Kummissjoni qieset li s-suq tal-prodott rilevanti huwa s-suq globali għall-HDGTs tal-50 Hz b’output ta’ ‘l fuq minn 90 MW inklużi s-servicing inizjali assoċjat u s-sistema ta’ kontroll tat-turbina tal-gass. Il-Kummissjoni mexxiet il-valutazzjoni kompetittiva tagħha kemm fuq il-livell tas-suq globali tal-HDGTs tal-50 Hz kif ukoll fuq livelli ta’ segmenti, abbażi tal-klassijiet ta’ output tal-enerġija differenti (Medji, Kbar u Kbar Ħafna) u abbażi tal-konfigurazzjoni tal-impjant (CC jew SC) meta tkun rilevanti.

Ġeneraturi

(16)

Il-Kummissjoni qieset li hemm żewġ swieq tal-prodott rilevanti għall-ġeneraturi.

(17)

Minn naħa waħda, il-Kummissjoni indikat suq globali u differenzjat ferm ta’ ġeneraturi (imkessħa bl-arja u imkessħa bl-idroġenu) ‘il fuq minn 35 MW.

(18)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ddefinixxiet suq iktar ristrett speċifiku għal ġeneraturi ‘l fuq minn 35 MW marbut mal-HDGT tal-50 Hz.

Turbini tal-istim

(19)

Il-Kummissjoni sabet li hemm suq tal-prodott rilevanti differenzjat ferm għal turbini tal-istim kbar (large steam turbine, “LSTs”) li jista’ jiġi segmentat iktar. Il-Kummissjoni sabet evidenza biex teskludi minn dan is-suq tal-LSTs għall-applikazzjoni nukleari, iżda ma sabitx biżżejjed evidenza biex tindika iktar is-suq tal-LSTs bil-gass u impjanti tal-enerġija tal-fjuwils fossili. Il-Kummissjoni sabet iktar evidenza biex tiddistingwi bejn LSTs tal-50 Hz u tas-60 Hz.

(20)

Il-Kummissjoni ddefinixxiet iktar suq speċifiku iktar limitat għal-LSTs marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz.

HRSG

(21)

Il-Kummissjoni ħalliet xi segmentazzjoni possibbli fuq is-suq għall-HRSG minħabba n-nuqqas ta’ trikkib orizzontali bejn il-Partijiet.

Sistema ta’ kontroll tal-impjant

(22)

L-investigazzjoni tas-suq tissuġġerixxi li s-suq għall-kontroll tas-sistemi jinħtieġ li jkun segmentat skont jekk is-sistema ta’ kontroll tawtomatizzax l-operazzjoni ta’ komponent speċifiku jew tal-impjant sħiħ tal-enerġija. B’hekk, filwaqt li l-Kummissjoni ddefinixxiet suq għas-sistema ta’ kontroll tal-impjant, is-sistema ta’ kontroll tat-turbini tal-gass ġiet inkluża fis-suq għall-HDGTs tal-50 Hz minħabba li hija dejjem mibjugħa bil-GT.

Servicing ta’ mudelli tal-HDGTs tal-50 Hz avvanzati

(23)

L-investigazzjoni tas-suq tissuġġerixxi li s-suq għas-servicing tal-GTs jinħtieġ li jkun segmentat skont l-HDGTs avvanzati u mhux avvanzati. Barra minn hekk, fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi jinħtieġ li ssir distinzjoni bejn it-tliet servizzi ewlenin (jiġifieri (i) servizzi fil-kamp/interventi fil-post, (ii) tiswijiet ta’ parts/rikondizzjonar, u (iii) il-provvista ta’ parts tal-bdil u aġġornamenti. Finalment, is-servicing ta’ kull mudell tal-HDGT huwa suq separat.

(24)

Peress li GE tipprovdi servizzi għall-HDGTs tagħha biss, it-trikkib rigward is-servizz ta’ servicing tal-HDGTs avvanzati huwa limitat għas-swieq għas-servicing tal-HDGTs avvanzati tal-GE, fejn huwa attiv is-sussidjarju ta’ Alstrom, PSM.

Servicing tal-ġeneraturi

(25)

Is-servizzi tal-ġeneraturi jvarjaw minn spezzjoni u ttestjar sempliċi għal servizzi iktar avvanzati bħal treġġigħ lura u aġġornamenti. Madankollu, il-kwistjoni titħalla miftuħa jekk is-suq globali għas-servicing tal-ġeneraturi għandux ikun segmentat iktar.

Servicing tat-turbini tal-istim

(26)

Is-suq globali għas-servicing tal-STs jista’ jiġi segmentat skont (i) it-tip ta’ servizz tal-ST, (ii) l-output tal-ST, (iii) it-teknoloġija OEM jew (iv) il-frekwenza. Madankollu, il-kwistjoni jekk is-suq globali għas-servicing tal-STs għandux ikun segmentat iktar titħalla miftuħa.

Prodotti tal-grilja

(27)

Il-kamp ta’ applikazzjoni eżatt tas-suq tal-prodott għall-prodotti tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni jitħalla miftuħ.

Definizzjonijiet tas-suq ġeografiku

(28)

Is-suq għall-HDGTs tal-50 Hz jidher li huwa karatterizzat minn spejjeż tat-trasport relattivament baxxi u fil-prinċipju x-xejriet globali prinċipali fil-provvista u l-akkwist, bl-eċċezzjoni taċ-Ċina (rekwiżiti ta’ sħubija lokali) u l-Iran (miżuri restrittivi), li huma karatterizzati minn ostakli speċifiċi tal-aċċess għas-suq u b’konsegwenza ta’ dan minn kundizzjonijiet differenti sew tal-kompetizzjoni fuq in-naħa tal-provvista. Fl-istess ħin, id-divrenzjar qawwi tad-domanda kkawżat minn prezzijiet differenti tal-gass kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi għal sorsi oħra tal-enerġija jimplika li l-kundizzjonijiet kompetittivi madwar reġjuni differenti mhumiex omoġenji. Pereżempju, id-domanda fir-reġjun taż-ŻEE hija divrenzjata minn reġjuni oħra tad-dinja u b’hekk, tosserva wkoll dinamiċi kompetittivi differenti. Minn tal-inqas, l-investigazzjoni tindika divrenzjar reġjonali qawwi.

(29)

Għall-għan tal-valutazzjoni tat-tranżazzjoni attwali, il-kwistjoni jekk is-suq ġeografiku rilevanti jenħtieġ li jiġi kkunsidrat (1) bħala dinji esklużi ċ-Ċina u l-Iran jew (2) madwar iż-ŻEE biss tista’ titħalla miftuħa.

(30)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li s-swieq ġeografiċi rilevanti tal-ġeneraturi u l-STs marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz, minħabba li huma determinati mill-provvista tal-HDGTs, jinħtieġu li jkunu l-istess bħas-suq tal-HDGTs tal-50 Hz. Fil-każ partikolari tal-STs mis-suq dinji minbarra ċ-Ċina u l-Iran, l-Indja u l-Ġappun jinħtieġu li jiġu esklużi wkoll peress li dawn mhumiex pajjiżi aċċessibbli għall-ġabra tal-GE ta’ HDGT u LST.

(31)

Fir-rigward tas-servicing tal-HDGTs avvanzati tal-GE, il-kwistjoni jekk is-suq ġeografiku rilevanti jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala dinji (eskluża ċ-Ċina) jew madwar iż-ŻEE tista’ titħalla miftuħa.

(32)

Għas-swieq tal-prodott rilevanti li jifdal il-kwistjoni jekk is-suq ġeografiku rilevanti jinħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala dinji jew madwar iż-ŻEE tista’ titħalla miftuħa.

C.   VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

(33)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva:

(a)

fis-suq għall-HDGTs tal-50 Hz fuq livell taż-ŻEE jew livell dinji (esklużi ċ-Ċina u l-Iran), b’mod partikolari fis-segment Kbir u Kbir Ħafna;

(b)

fis-suq għal ġeneraturi marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz fuq livell taż-ŻEE jew livell dinji (esklużi ċ-Ċina u l-Iran);

(c)

fis-suq għal LSTs marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz fuq livell taż-ŻEE jew livell dinji (esklużi ċ-Ċina, l-Iran, l-Indja u l-Ġappun); u

(d)

fis-suq għal servicing tal-HDGTs ta’ 9FA tal-GE fuq livell taż-ŻEE jew livell dinji (eskluża ċ-Ċina).

(34)

Għas-suq għall-HDGTs tal-50 Hz fuq livell taż-ŻEE jew livell dinji (esklużi ċ-Ċina u l-Iran), l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li dan huwa suq oligopolistiku, b’erba’ atturi tat-teknoloġija sħaħ biss attivi (jiġifieri Alstrom, GE, MHPS u Siemens; Ansaldo hija inqas avvanzata minn punt teknoloġiku u tiffoka fuq prodott niċċa u swieq ġeografiċi) u b’ostakoli kbar ħafna għad-dħul.

(35)

It-tranżazzjoni twassal għal mexxejja tas-suq u ħafna drabi ishma mis-suq kbar ħafna fis-suq għall-HDGTs tal-50 Hz. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li GE ta’ qabel il-fużjoni diġà hija mexxejja fuq is-suq dinji (esklużi ċ-Ċina u l-Iran) għall-HDGTs tal-50 Hz, b’ishma mis-suq ‘il fuq minn 40 %. Fiż-ŻEE, GE u Siemens għandhom pożizzjonijiet simili filwaqt li Alstrom hija attur terz fil-qrib.

(36)

It-tranżazzjoni żżid sehem mis-suq sinifikanti minn Alstrom: madwar [20-30] punt perċentwali fiż-ŻEE u madwar [10-20] punt perċentwali fuq livell dinji. GE ta’ wara t-tranżazzjoni b’hekk ikollha ishma kbar ħafna (‘il fuq minn 50 %) kemm fiż-ŻEE kif ukoll fuq livell dinji, b’differenza kbira għat-tieni attur, Siemens. MHPS u Ansaldo huma atturi ħafna iżgħar kemm fuq livell taż-ŻEE kif ukoll fuq livell dinji.

(37)

It-tranżazzjoni telimina wkoll kompetitur sinifikanti u li jinsab fil-qrib ta’ GE fis-suq globali għall-HDGTs tal-50 Hz u b’mod partikolari fis-segmenti Kbar u Kbar Ħafna.

(38)

GE u Siemens huma mexxejja fis-suq globali għall-HDGTs tal-50 Hz, filwaqt li jikkompetu globalment u joffru firxa wiesgħa ta’ prodotti li jagħtu prestazzjoni b’saħħitha madwar l-iktar kriterji tekniċi. Alstom, b’mod partikolari, (i) qed tikkompeti fl-istess livell mal-GE u Siemens fiż-ŻEE; (ii) hija attur globali u hija sfidant sinifikanti għal GE u Siemens fis-suq għall-HDGTs tal-50 Hz barra miż-ŻEE ukoll; (iii) toffri l-aħjar fi flessibbiltà tal-klassi u prestazzjonijiet għall-emissjonijiet niġġiesa, imqabbla biss sa ċertu punt mal-GE u Siemens, u ideali biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ klijenti Ewropej; (iv) tibbenefika minn bażi kbira installata ta’ HDGTs mad-dinja kollha, iżgħar minn dik ta’ GE u Siemens, iżda ferm aħjar minn dik ta’ MHPS u Ansaldo.

(39)

Alstom u GE huma kompetituri mill-qrib, fost l-oħrajn, għax it-tnejn li huma (i) għandhom portafoll kbir ta’ HDGTs li jindirizzaw l-istess segmenti; (ii) għandhom preżenza tas-suq dinjija li tkopri l-istess reġjuni; (iii) f’reġjuni ta’ 50 Hz joffru HDGTs li huma tipikament meqjusa bħala affidabbli bl-istess mod minn klijenti u bbażati fuq teknoloġija ppruvata; (iv) qed jolqtu l-iktar l-istess profil ta’ klijenti. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ prestazzjonijiet ta’ flessibbiltà operattiva, GE żviluppat magni li qarrbu relattivament mill-qrib lil Alstom f’termini ta’ effiċjenza u emissjonijiet b’tagħbija parzjali, b’mod partikolari fis-segmenti Kbar u Kbar Ħafna tas-suq għall-HDGTs tal-50 Hz. [KUNFIDENZJALI].

(40)

L-analiżi tad-data tal-offerti għas-segment il-Kbir tindika li GE u Alstom huma kompetituri mill-qrib għar-raġunijiet li ġejjin: (i) wara Siemens, Alstom hija d-ditta li tipparteċipa l-iktar kontra GE, kemm fl-istadju tad-ditti kif ukoll fl-istadju ta’ lista mqassra ta’ offerta ta’ prezzijiet; (ii) MHPS u Ansaldo għandhom interazzjonijiet kompetittivi iktar limitati mal-GE milli ma’ Alstom, it-tnejn li huma fl-istadju tad-ditti u fl-istadju ta’ lista mqassra, (iii) GE u Alstom jikkompetu kontra xulxin f’numru sinifikanti mill-offerti ta’ prezzijiet kompetittivi ([KUNFIDENZJALI]), (iv) offerti ta’ prezzijiet fejn il-Partijiet jikkompetu kontra xulxin għandhom struttura tas-suq konċentrata, bi proporzjon sinifikanti ta’ offerti ta’ prezzijiet bi tliet parteċipanti jew inqas, (v) Alstom tidher li hija t-tieni l-iktar limitu kompetittiv importanti fuq il-probabbiltà tal-GE li tirbaħ offerta ta’ prezzijiet (wara Siemens), filwaqt li dan huwa inqas il-każ għal MHPS, u anki inqas għal Ansaldo, (vi) il-marġini tal-GE huma korrelati b’mod negattiv mal-parteċipazzjonijiet ta’ Alstom, (vii) GE tipparteċipa f’ħafna offerti ta’ prezzijiet kontra Alstom, u l-kontijiet tal-GE għal sehem sinifikanti tat-telf ta’ Alstom, li jissuġġerixxi li l-GE hija wkoll limitu kompetittiv għal Alstom. Din l-evidenza b’hekk tindika l-preżenza ta’ effetti unilaterali orizzontali sinifikanti mit-tranżazzjoni.

(41)

Finalment, data tal-offerti dwar parteċipazzjonijiet mill-OEMs tindika li MHPS u Ansaldo wkoll għandhom interazzjonijiet limitati ma’ Alstom, li jissuġġerixxi li dawn iż-żewġ OEMs mhumiex kompetituri mill-qrib ta’ Alstom.

(42)

It-tranżazzjoni telimina wkoll qawwa kompetittiva importanti minn lat ta’ innovazzjoni u teknoloġija fis-suq għall-HDGTs tal-50 Hz. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li l-offerti tal-portafoll tal-HDGT ta’ Alstom ħafna drabi huma l-aħjar fil-klassi f’termini ta’ flessibbiltà operattiva, u li l-offerti tal-portafoll tal-HDGT ta’ Alstom huma apprezzati sew mill-klijenti li jfittxu HDGTs karatterizzati minn flessibbiltà operazzjonali għolja. Alstom għandha kapaċitajiet ta’ RuŻ u teknoloġiċi fl-istess livell jew kważi ma’ GE u Siemens. Alstom hija kompetitur sinifikanti f’termini ta’ nfiq tar-RuŻ, persunal tar-RuŻ, ċirkwiti ta’ distribuzzjoni tal-prodotti, faċilitajiet ta’ ttestjar u kapaċitajiet teknoloġiċi.

(43)

GE ta’ wara t-tranżazzjoni kienet x’aktarx telimina l-maġġoranza tal-kapaċitajiet ta’ RuŻ ta’ Alstom marbuta mal-HDGTs. Bħala tali, il-kapaċità tal-entità fuża li tfittex l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-HDGT ta’ Alstom u li tibni fuq it-triq tat-teknoloġija tal-passat ta’ Alstom kienet tispiċċa. GE kieku kienet ukoll twaqqaf il-bejgħ u l-iżvilupp tal-HDGTs ta’ Alstom fis-segmenti Kbar u Kbar Ħafna tas-suq għall-HDGTs tal-50 Hz. GE ta’ wara l-fużjoni kieku x’aktarx ikollha inċentivi limitati u kapaċità li tiżviluppa aġġornamenti ġodda sinifikanti għall-HDGT Kbar, meta mqabbel mal-inċentivi u l-kapaċità li Alstom kien ikollha fin-nuqqas tal-fużjoni. B’mod partikolari, aġġornamenti li kienu jkunu transfinanzjati minn bejgħ minn HDGTs ġodda x’aktarx li ma jiġux żviluppati.

(44)

It-tranżazzjoni għalhekk taffettwa iktar b’mod negattiv prezzijiet u l-għażliet disponibbli lil klijenti fis-segmenti Kbar u Kbar Ħafna tas-suq għall-HDGTs tal-50 Hz. Hija kienet tnaqqas ukoll l-inċentivi globali biex tinvesti b’mod sinifikanti fl-innovazzjoni, meta mqabbel mal-effetti standard ta’ fużjoni. Finalment, minħabba l-ostakoli kbar għad-dħul u n-natura tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni f’din l-industrija dawn l-effetti negattivi sinifikanti fuq l-innovazzjoni kienu jkunu fit-terminu twil.

(45)

Fil-każ partikolari tas-segment Medju tas-suq għall-HDGTs tal-50 Hz, madankollu, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li minn lat teknoloġiku, il-kompetituri l-iktar qrib tal-HDGT Medji ta’ Alstom huma l-HDGTs Medji ta’ Siemens u ta’ Ansaldo L-HDGTs Medji ta’ GE huma inqas qrib minn lat teknoloġiku. Anki bit-tnedija riċenti ta’ HDGT Medju ġdid, GE qarrbet iktar l-DHGT ta’ Alstom iżda fuq l-effiċjenza SC biss, filwaqt li tibqa’ iktar distanti f’termini ta’ parametri oħrajn. B’hekk, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-segment Medju, u f’kull każ, it-tranżazzjoni toħroġ effiċjenzji li x’aktarx ikunu ikbar mill-ħsara potenzjali.

(46)

B’konformità mal-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni qieset li t-tranżazzjoni kien ikollha effetti negattivi sinifikanti globali fuq il-prezzijiet, l-għażla tal-prodott u l-innovazzjoni fis-segmenti Kbar u Kbar Ħafna tas-suq għall-HDGTs tal-50 Hz.

(47)

Fir-rigward tas-swieq għal ġeneraturi u turbini tal-istim marbuta ma’ HDGTs tal-50 Hz, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li ħafna mill-klijenti għandhom preferenza biex jakkwistaw dawn l-elementi komplementarji minn fornituri tal-HDGTs għal raġunijiet ta’ garanzija, prezz u ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni. Għalhekk, għal dawn il-klijenti, l-effetti fis-suq għall-HDGTs tal-50 Hz jirriskjaw li jestendu għal swieq komplemetarji.

(48)

Finalment, it-tranżazzjoni ssaħħaħ iktar il-pożizzjoni dominanti tal-GE għas-servicing ta’ HDGTs 9FA ta’ GE billi telimina PSM ta’ Alstom li hija l-kompetitur potenzjali tagħha l-iktar b’saħħtu.

(49)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li s-suq tas-servicing ta’l-HDGTs 9FA tal-GE huwa karatterizzat minn pożizzjoni dominanti tal-GE. PSM ta’ Alstom bħalissa qed tagħti spinta lir-relazzjonijiet mal-klijenti u l-għarfien tas-servicing tas-60 Hz tagħha biex tidħol fis-suq għas-servicing tal-HDGTs 9FA tal-GE fejn hija tippjana li tikseb pożizzjoni sinifikanti. Filwaqt li ftit ISPs oħra attwalment qed jippruvaw ukoll jidħlu fis-suq tas-servicing tal-HDGTs 9FA, dawn l-entrati huma bbażati fuq bażi ta’ teknoloġija ħafna iktar limitata, b’mod partikolari fir-rigward ta’ parts tal-bdil u aġġornamenti. Apparti minn hekk entrati ġodda sinifikanti oħrajn x’aktarx li ma jafux x’inhuma l-ostakoli teknoloġiċi kbar u l-investimenti sinifikanti meħtieġa. PSM ta’ Alstom għalhekk għandha l-ikbar ċans li tkun l-isfidant ewlieni ta’ GE fis-servicing tal-HDGTs 9FA tal-GE, kemm f’termini tat-tliet servizzi prinċipali kif ukoll tal-aġġornamenti.

(50)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-tranżazzjoni ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern: (i) fis-suq globali tal-ġeneraturi (imkessħa bl-arja u mkessħa bl-idroġenu) ‘il fuq minn 35 MW; (ii) fis-suq globali tal-LSTs tal-50 Hz (esklużi dawk għal applikazzjoni nukleari); (iii) fis-suq għal HRSG; (iv) fis-suq għal sistema ta’ kontroll tal-impjant; (v) fis-swieq għas-servicing ta’ mudelli tan-9E tal-GE u mudelli tal-HDGTs b’output iktar baxx; (v) fis-swieq għas-servicing tal-ġeneraturi; (vi) fis-swieq għas-servicing tal-STs; u (vii) fis-swieq għal prodotti tal-grilja.

D.   RIMEDJI

(51)

Sabiex it-tranżazzjoni ssir kompatibbli mas-suq intern fir-rigward tas-suq għall-HDGTs tal-50 Hz, b’mod partikolari fis-segmenti Kbar u Kbar Ħafna, is-suq għal ġeneraturi marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz, is-suq għal-LSTs marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz u s-suq għas-servicing tal-HDGTs 9FA tal-GE, il-Parti Notifikanti ppreżentat l-Ewwel sett ta’ Impenji fis-16 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Ewwel sett ta’ Impenji ma kienx biżżejjed biex jitneħħa l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva, ma għamillhomx eżami tas-suq u infurmat lill-Parti Notifikanti dwar dan.

(52)

Il-Parti Notifikanti ppreżentat it-Tieni sett ta’ Impenji fil-21 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tieni sett ta’ Impenji tal-21 ta’ Lulju 2015 ma kienx biżżejjed biex jitneħħa l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva, ma għamillhomx eżami tas-suq u infurmat lill-Parti Notifikanti dwar dan.

(53)

Il-Parti Notifikanti ppreżentat it-Tielet sett ta’ Impenji fl-24 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni għamlet eżami ta-suq tat-Tielet sett ta’ Impenji.

(54)

Sabiex tindirizza l-kwistjonijiet li tqajmu fl-eżami tas-suq, il-Parti Notifikanti ppreżentat l-Impenji Finali fis-6 ta’ Awwissu 2015.

(55)

L-Impenji Finali ppreżentati mill-Parti Notifikanti jikkonsistu miċ-ċessjoni lil Ansaldo tan-negozju tal-gass ta’ Alstom marbut man-negozju PSM, esklużi (i) dawk l-oqsma tan-negozju tal-gass ta’ Alstom fejn ma hemm l-ebda kwistjoni ta’ kompetizzjoni, u (ii) elementi tan-negozju tal-gass ta’ Alstom u n-negozju PSM li mhumiex meħtieġa minn Ansaldo biex jirreplikaw lil Alstom bħala qawwa vijabbli u kompetittiva fl-HDGTs, sakemm jitqiesu r-riżorsi u kapaċitajiet ta’ Ansaldo (“in-Negozju ta’ Ċessjoni”).

(56)

In-Negozju ta’ Ċessjoni jinkludi assi intanġibbli, assi tanġibbli, kuntratti, ftehimiet, lokazzjonijiet, klijenti, kreditu u rekords oħrajn, Persunal, Persunal Prinċipali, u arranġament tranżitorju biex jipprovdi lil Ansaldo b’ċerti prodotti jew servizzi mill-GE. B’mod partikolari, jinkludi:

(a)

it-teknoloġija tat-turbini tal-gass heavy duty ta’ Alstom għat-turbini GT 26 u GT 36, aġġornamenti eżistenti u teknoloġija ppjanata għal aġġornamenti futuri, eskluża biss essenzjalment it-teknoloġija għall-mudell GT 13 iktar qadim ta’ Alstom li għalih il-Kummissjoni ma kellhiex tħassib dwar il-kompetizzjoni;

(b)

numru kbir ta’ inġiniera tar-RuŻ ta’ Alstom li se jkomplu jiżviluppaw it-teknoloġija tat-turbini tal-gass heavy duty ta’ Alstom;

(c)

iż-żewġ faċilitajiet ta’ ttestjar għall-mudelli tat-turbini GT 26 u GT 36 f’Birr, l-Iżvizzera;

(d)

ftehimiet tas-servicing fuq terminu twil għal 34 turbina GT 26 diġà mibjugħa fis-snin riċenti minn Alstom; u

(e)

in-negozju tas-servicing ta’ PSM ta’ Alstom ibbażat fi Florida, l-Istati Uniti tal-Amerika.

(57)

L-għan tal-Impenji Finali huwa li joħolqu negozju li huwa vijabbli, awtonomu u kompetittiv sakemm jitqiesu r-riżorsi u l-kapaċitajiet ta’ Ansaldo, li jerġa’ jieħu r-rwol ta’ Alstom bħala qawwa vijabbli u kompetittiva fl-HDGTs.

(58)

L-impenji ppreżentati mill-Parti Notifikanti għandhom elementi kemm ta’ rimedju preventiv kif ukoll ta’ rimedju “xerrej inizjali”. L-istruttura tal-impenji hija rimedju preventiv sakemm GE diġà għażlet minn qabel ix-xerrej, Ansaldo. L-assi attwali ta’ Ansaldo b’hekk jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-vijabbiltà u l-kompetittività ta’ Ansaldo fl-operat tal-assi ċeduti. L-istruttura tal-impenji hija wkoll soluzzjoni tax-xerrej inizjali minħabba li l-implimentazzjoni tat-tranżazzjoni tista’ sseħħ biss wara l-approvazzjoni finali mill-Kummissjoni tax-xerrej u l-ftehimiet tax-xiri.

(59)

L-assi miżmuma minn GE (“in-Negozju Miżmum”) jikkonsistu minn assi (tanġibbli u intanġibbli) u persunal inkluż fin-negozju tal-gass ta’ Alstom u n-negozju PSM li mhux se jkunu inklużi fin-Negozju ta’ Ċessjoni, għax huma (i) relatati ma’ oqsma tan-negozju tal-gass ta’ Alstom fejn ma hemm l-ebda kwistjoni ta’ kompetizzjoni, u/jew (ii) mhumiex meħtieġa minn Ansaldo biex jirreplikaw Alstom bħala qawwa vijabbli u kompetittiva fl-HDGTs, sakemm jitqiesu r-riżorsi u kapaċitajiet ta’ Ansaldo.

(60)

Il-Kummissjoni tqis li Ansaldo hija, prima facie, xerrej xieraq minħabba l-esperjenza tagħha bħala OEM tal-HDGTs. Ansaldo, prima facie, se jkollha l-inċentiva u l-kapaċità li żżomm u tiżviluppa n-Negozju taċ-Ċessjoni bħala qawwa vijabbli u attiva fil-kompetizzjoni mal-entità fuża, MHPS u Siemens, b’mod kondizzjonali għall-kompożizzjoni finali tal-assi li se takkwista permezz tal-iSPA. In-Negozju taċ-Ċessjoni jinkludi sostanzjalment ir-riżorsi (jiġifieri inġiniera, it-teknoloġija u l-għarfien ta’ Alstom, u l-faċilitajiet ta’ ttestjar) meħtieġa biex Ansaldo topera negozju tal-HDGT avvanzat u biex tkompli fuq it-triq tal-innovazzjoni ta’ Alstom.

(61)

Il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali jippermettu lil Ansaldo tirreplika l-limiti kompetittivi ta’ Alstom fis-suq għall-HDGTs tal-50 Hz. Il-kombinazzjoni tal-assi tan-Negozju ta’ Ċessjoni, inklużi l-GT26 2006, il-GT26 2011, il-GT36 u l-programmi ta’ żvilupp rilevanti ta’ Alstom (jiġifieri l-mudelli tal-HDGT Kbar u Kbar Ħafna ta’ Alstom), mal-assi eżistenti ta’ Ansaldo se tippermetti lil Ansaldo ssir kompetitur mill-qrib u effettiv tal-GE, Siemens, u MHPS fis-suq għall-HDGTs tal-50 Hz, u b’mod partikolari fis-segmenti Kbar u Kbar Ħafna, b’hekk tissostitwixxi l-limiti kompetittivi ta’ Alstom.

(62)

GE se ċċedi lil Ansaldo l-assi, il-persunal u t-teknoloġija kollha ta’ Alstom meħtieġa biex Ansaldo ssaħħaħ iktar il-pożizzjoni tagħha bħala OEM f’HDGTs avvanzati. Peress li Ansaldo se jkollha d-dritt esklużiv (inkluż fil-konfront tal-GE) li tbigħ unitajiet ġodda tal-HDGTs Kbar u Kbar Ħafna ta’ Alstom, it-tranżazzjoni mhux se ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-GE fis-segment Kbar u Kbar Ħafna tas-suq għall-HDGTs tal-50 Hz. Barra minn hekk, l-Impenji Finali jiżguraw li Ansaldo se jkollha aċċess għall-klijenti, il-kapaċitajiet u l-informazzjoni li teħtieġ biex twettaq is-servicing u l-innovazzjoni kontinwament.

(63)

In-Negozju ta’ Ċessjoni jinkludi wkoll it-trasferiment lil Ansaldo tal-ftehimiet tas-servicing attwali għal 30 unit GT26 2006 li jinsabu prinċipalment fiż-ŻEE u erba’ units GT26 2011. It-trasferiment ta’ dawn il-ftehimiet, li jikkostitwixxi madwar nofs il-bażi installata ta’ GT26 2006 u 2011, jindirizza t-tħassib fir-rigward tal-pożizzjoni u l-vijabbiltà ta’ Ansaldo bħala l-OEM awtonomu ta’ GT26 2006 u 2011.

(64)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-Impenji Finali jippermettu wkoll lil Ansaldo tirreplika lil Alstom bħala innovatur importanti. GE se tittrasferixxi lil Ansaldo il-persunal tar-RuŻ b’taħlita xierqa ta’ ħiliet u esperjenza mit-tim ta’ Alstom, it-teknoloġija kollha ta’ Alstom relatata mal-HDGTs avvanzati inklużi l-GT26 2006, il-GT26 2011 u l-GT36 u d-drittijiet għall-ittestjar u l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ ttestjar. L-Impenji Finali għalhekk se jiżguraw li Ansaldo se jkollha l-kapaċità u l-inċentivi biex iżżomm il-livell attwali tal-innovazzjoni ta’ Alstom.

(65)

Finalment, il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali se jippermettu lil Ansaldo li (i) tirreplika l-limiti kompetittivi ta’ PSM fis-suq għas-servicing tal-HDGTs tal-50 Hz ta’ GE u (ii) il-limiti kompetittivi ta’ Alstom fis-swieq għall-bejgħ u s-servicing tal-LST marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz u ġeneraturi marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz.

(66)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kamp ta’ applikazzjoni tan-Negozju ta’ Ċessjoni u l-identità tax-xerrej, u l-każijiet u l-kapaċitajiet speċifiċi li Ansaldo diġà għandha, iwasslu għall-konklużjoni li l-Impenji Finali x’aktarx li joħolqu negozju vijabbli kapaċi li jikkompeti b’mod effettiv fuq bażi dejjiema fis-swieq rilevanti. Dawn l-impenji għalhekk x’aktarx jiżguraw li t-tranżazzjoni mhux se tirriżulta fl-ebda effett negattiv fuq il-kompetizzjoni fi kwalunkwe suq rilevanti.

(67)

Il-Kummissjoni b’hekk ikkonkludiet li l-Impenji Finali huma xierqa u biżżejjed biex jeliminaw l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq għal (i) HDGTs tal-50 Hz, (ii) servicing ta’ mudelli 9FA tal-GE, (iii) ġeneraturi marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz u (iv) LST marbuta mal-HDGTs tal-50 Hz.

V.   KONKLUŻJONI

(68)

Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta kif modifikata bl-impenji mressqa fis-6 ta’ Awwissu 2015 mhix se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Intern jew xi parti sostanzjali minnu.

(69)

Konsegwentement, il-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Intern u l-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/14


L-Arranġamenti tat-Trasport Applikabbli fl-Istati Membri taż-żona tal-euro (Artikolu 13(5)) u f’Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan

(Ir-Regolament (UE) Nru 1214/2011 dwar it-trasport transkonfinali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro)

(2017/C 139/05)

Għat-trasport tal-bankonoti tal-euro fit-triq, il-pajjiżi jridu jagħżlu tal-anqas waħda mill-għażliet stipulati fl-Artikoli 14, 15, 16, 17 jew 18 tar-Regolament.

Għat-trasport fit-triq tal-muniti, il-pajjiżi jridu jagħżlu tal-anqas waħda mill-għażliet stipulati fl-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament.

Il-pajjiżi jridu jikkonfermaw li l-arranġamenti tat-trasport li ntgħażlu huma komparabbli mal-arranġamenti ta’ trasport permessi għat-trasport domestiku cash-in-transit.

Pajjiż

L-arranġamenti applikabbli għat-trasport tal-bankonoti

L-arranġamenti applikabbli għat-trasport tal-muniti

Konferma fuq il-komparabbiltà mal-arranġamenti tat-trasport domestiku tas-CIT

AT

Art. 14-18

Art. 19-20

 

BE

L-Artikolu 16 u l-Artikolu 18.

Il-Belġju ddeċieda li għandu japplika l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament.

Art 20

L-għażliet stabbiliti fl-Artikoli 16, 18 u 20 tar-reglament huma simili għall-arranġamenti tat-trasport awtorizzati għat-trasport tal-flus kontanti fil-Belġju.

L-obbligu fl-Artikolu 13(4) japplika permezz tar-Regolament Belġjan dwar it-trasport nazzjonali.

DE

Art 17

Art 19

IVA

EE

Art. 15–17

Art 20

Konformità parzjali.

Ir-regoli nazzjonali u l-kundizzjonijiet speċjali bbażati fuq il-valur tat-trasport.

ES

(a)

Fir-rigward tat-trasport tal-bankonoti, skont id-dispożizzjonijiet fir-regolament Ewropew dwr l-obbligu li jintgħażel mill-inqas wieħed mill-metodi fl-Artikoli 14 sa 18, il-metodu permess skont il-leġiżlazzjoni proprja tagħna huwa dak fl-Artikolu 17 tar-Regolament Ewropew.

(b)

Fir-rigward tal-muniti, il-metodu li għandu jkun awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tagħna huwa dak fl-Artikolu 20 tar-Regolament Ewropew.

IVA

FI

Art 17

Art 20

IVA

FR

I.

Muniti u karti tal-bankonoti għall-istampar tal-bankonoti għandhom ikunu trasportati:

1.

jew f’vetturi armati b’ekwipaġġ ta’ mill-inqas tliet persuni, inkluż is-sewwieq, skont l-Artikolu 4;

[L-Artikolu 4:

I.

Il-vettura armata trid tkun mgħammra biex tiżgura is-sigurtà tal-ekwipaġġ u tal-flus, ġojjelli jew materjal prezzjuż li jkun qiegħed jiġi trasportat.

Trid tkun mill-inqas mgħammra:

1.

b’sistema ta’ komunikazzjoni u allarm konnessa maċ-ċentru ta’ allarm tal-Kumpanija CIT. Sabiex tkun żgurata l-approvazzjoni tal-vetturi armati CIT impurtati minn Stati Membri oħra jew partijiet oħra għall-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, rapporti tat-testijiet u ċertifikati huma aċċettati jekk ikunu magħmula minn korp approvat jew iċċertifikat f’dawn l-Istati u jiggarantixxi li l-vettura armata hija konformi mal-kundizzjonijiet tekniki u regolatorji li jiżguraw livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak stipulat f’dan id-digriet u l-ordni msemmija fis-subparagrafu preċedenti.

2.

b’sistema ta’ intraċċar mill-bogħod li tippermetti lill-kumpanija li meta trid tiċċekkja fejn tkun tinsab il-vettura;

3.

mill-inqas ġakketta bulletproof u maskla tal-gass għal kull membru tal-ekwipaġġ u, possibbilment għal kwalunkwe persuna oħra li jkollha raġuni leġittima biex tkun fil-vettura.

II.

It-tipi ta’ vettura, il-ġnub u l-ħġieġ armat u l-karatteristiċi tal-komponenti l-oħra li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-vetturi armati huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Ministeru tal-Affarijiet Interni, abbażi ta’ standards minimi, partikolarment ir-reżistenza, stabbiliti mill-Ministru f’ordni li tistabbilixxi wkoll l-kontenut tal-faxxikolu li għandu jkun ippreżentat meta ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni.

Il-bidliet sostanzjali kollha għall-kundizzjonijiet tal-manifattura tal-vetturi jew il-kundizzjonijiet tal-manifattura jew l-installazzjoni tal-partijiet armati, ħġieġ u komponenti oħra msemmija fis-subparagrafu preċedenti għadhom ikunu awtorizzati f’kull każ.

L-awtorizzazzjoni tista’ tkun irtirata jekk il-materjali msemmija fil punt II ta’ dan l-Artikolu ma jkunux għadhom biżżejjed biex jiżguraw is-sigurtà tal-persunal jew tal-fondi trasportati]

2.

Jew f’vetturi armati, skont l-Artikolu 4, u mgħammra b’apparat li jiggarantixxi li l-flus trasportat jista’ jsir inutilizzabbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1).

[L-Artikolu 8(1) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jrid jissodisfa l-apparat li jinnewtralizza l-oġġetti ta’ valur]

Jekk dawn il-vetturi jkunu mgħammra b’mill-inqas apparat wieħed minn dawk imsemmija fis-subparagrafu preċedenti għal kull punt ta’ ġbir/kunsinna, L-ekwipaġġ tagħhom irid ikun magħmul minn mill-inqas żewġ membri tal-ekwipaġġ inkluż is-sewwieq. Id-dispożizzjonijiet tal-punt II tal-Artikolu 4 jistgħu, f’dan il-każ, japplikaw biss għall-kabina tal-vettura.

Jekk dawn il-vetturi jkunu mgħammra b’inqas mill-apparat imsemmi hawn fuq minn kemm hemm punti ta’ ġbir/kunsinna, l-ekwipaġġ irid ikun magħmul minn mill-inqas tliet persuni inkluż is-sewwieq.

3.

Jew f’vetturi mhux immarkati b’ekwipaġġ magħmul minn mill-inqas żewġ persuni inkluż is-sewwieq, f’konformità mal-kundizzjonijiet fl-Artikoli 7 u 8, sakemm il-flus kontanti jitpoġġew f’apparat li jagħmilhom inutilizzabbli u li almenu hemm apparat simili għall kull punt ta’ ġbir/kunsinna, jew li l-apparat huwa armat b’sistema ta’ ġbir li tista’ tinfetaħ biss f’post jew żona siguri.

Madankollu, sabiex issir manutenzjoni tad-distributuri awtomatiċi tal-flus li jinsabu f’ċerti żoni, il-flus għandhom ikunu trasportati f’konformità mal-paragrafu 1 d-distributuri awtomatiċi tal-flus għandhom jkunu mimlija minn wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ.

(II — tirrigwarda ġojjellerija u metall)

III.

Muniti u deheb ta’ investiment fit-tifsira tal-Artikolu 298 sexdecies A tal-Kodiċi Ġenerali ta’ għandhom ikunu trasportati f’vetturi armati b’ekwipaġġ ta’ mill-inqas tlieta min-nies inkluż is-sewwieq, f’konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 4.

Permezz ta’ deroga mis-subparagrafu preċedenti, il-ġarr ta’ muniti għall-Banque de France li jikkonsisti f’mill-inqas f’EUR 115 000 f’muniti ta’ EUR 1 u EUR 2, isir:

1.

f’vetturi armati li fuqhom ma jidhirx l-isem tal-kumpanija CIT, b’ekwipaġġ ta’ żewġ gwardji armati, bl-uniformi, inkluż is-sewwieq, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel tliet subparagrafi tal-Artikolu 8;

2.

jew, jekk il-volum totali trasportat ma jaqbiżx EUR 500 000 u jekk il-punti ta’ ġbir/kunsinna, fir-responsabbiltà tal-Banque de France, il-kumpaniji CIT, il-pulizija nazzjonali jew il-ġendarmerija huma postijiet sikuri, f’vetturi semiarmatili fuqhom l-isem tal-kumpanija CIT ma jidhirx b’ekwipaġġ ta’ mill-inqas żewġ gwardji armati, bl-uniformi, inkluż is-sewwieq, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel tliet subparagrafi tal-Artikolu 8.

[L-Artikolu 8: il-vetturi kollha bla ebda marka użati biex jittrasportaw flus impoġġi fl-apparat msemmi fl-Artikolu 2(I)(3) jew użati biex jitrasportaw ġojjellerija jew metall prezzjuż għandhom almenu jkunu mgħammra b’dan li ġej:

1.

Sistema ta’ komunikazzjoni u allarm, konnessa maċ-ċentru ta’ allarm tal-kumpanija CIT responsabbli għat-trasport tal-flus;

2.

Sistema ta’ intraċċar mill-bogħod li tippermetti lill-kumpanija CIT li meta trid tiċċekkja fejn tkun tinsab il-vettura].

Konferma:

Noti: kompatibbiltà tal-Artikolu 2 mal-Artikoli 14, 16 u 17 of tar-Regolament tal-UE.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tkun emendata:

biex tiżgura l-kompatibbiltà tal-Artikolu 2 punt III mal-Artikoli 19 u 20 of tar-Regolament tal-UE

IT

Art. 15–18

(fir-rigward tad-dispożizzjoni ta’ DM.269/2010)

Art. 19–20

(fir-rigward tad-dispożizzjoni ta’ DM.269/2010)

IVA

LV

Art. 14 -18

Art. 19–20

L-Artikoli 14–20 ġew implimentati fl-intier tagħhom, u m’hemm l-ebda rekwiżiti aktar stretti fis-seħħ.

LT

Skont il-liġi nazzjonali, il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 14–18 tar-Regolament hum applikabbli fil-Litwanja.

Kategorija (skont id-Direttiva 91/477/KEE) ta’ armi hija projbita fil-Litwanja għal użu ċivili. Il-membri tal-persunal tas-sigurtà tas-CIT jistgħu jġorru armi tan-nar tal-kategorija B jew C biss b’kunsens minn qabel maħruġ mid-Dipartiment tal-Pulizija taħt l-MoI.

Skont il-liġi nazzjonali, il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 19–20 tar-Regolament huma applikabbli fil-Litwanja.

IVA

LU

Art. 16–17

(Bil-kundizzjoni li l-abbozz tal-liġi 6400 u r-Regolament rilevanti ta’ Eżekuzzjoni tal-Gran Dukat se jkunu adottati kif propost mill-Gvern).

Art 20

(Bil-kundizzjoni li l-abbozz tal-liġi 6400 u r-Regolament rilevanti ta’ Eżekuzzjoni tal-Gran Dukat se jkunu adottati kif propost mill-Gvern).

IVA

NL

Art. 17–18

Art 20

IVA

PT

Art. 17–18

Art 20

L-għażliet imsemmija jikkorrispondu parzjalment mar-rekwiżiti nazzjonali applikabbli għat-trasport ta’ oġġetti ta’ valur fil-Portugall, madankollu, il-krierju dwar l-ammont trasportat huwa ekwivalenti jew ikbar minn EUR 10 000 (Ordni (Portaria) Nru 247/2008 tas-27 ta’ Marzu, emendata bl-Ordni Nru 840/2009 tat-3 ta’ Awwissu 2009, fis-seħħ sal-pubblikazzjoni tal-Ordni pprovdut għaliha fl-Artikolu 34(3) tal-Liġi Nru 34/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013).

Trasport nazzjonali f’vetturi mhux armati huwa permess għal oġġetti ta’ valur inqas minn EUR 10 000 .

L-użu ta’ uniformijiet approvati u karti tal-identità professjonali huwa obbligatorju (l-Artikolu 29 tal-Liġi Nru 34/20132013 tas-16 ta’ Mejju 2013).

SK

Il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 18 tar-Regolament japplikaw fit-tifsira tal-liġi nazzjonali tar-Repubblika Slovakka skont l-Att Nru 473/2005 Coll. tat-23 ta’ Settembru 2005 dwar is-servizzi fis-settur tas-sigurtà privata u li jemenda ċerti Atti (alias l-Att dwar is-sigurtà privata)

Il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 19–20 tar-Regolament japplikaw fit-tifsira tal-liġi nazzjonali tar-Repubblika Slovakka skont l-Att Nru 473/2005 Coll. tat-23 ta’ Settembru 2005 dwar is-servizzi fis-settur tas-sigurtà privata u li jemenda ċerti Atti (alias l-Att dwar is-sigurtà privata)

Il-konformità parzjali u d-differenzjazzjoni japplikaw għall-abbundanza ta’ uffiċjali ta’ sigurtà u l-vetturi li jakkumpanjaw. Il-kriterju deċiżiv huwa l-ammont ta’ EUR 1 660 000 .

SI

L-Artikoli 17 u 18 jew kwalunkwe regoli nazzjonali skont ir-Regoli dwar it-trasport u l-protezzjoni tal-flus kontanti u l-kunsinni ta’ valur oħra (Gazzetta Uffiċjali tar-RS Nru< 0} {0><}78{> 96/05, < 016/08, 81/08, 86/09 u 17/11) l-Artikoli 16 sa 20.

L-Artikolu 16 (it-trasport ta’ ta’ kunsinna protetta tal-klassi 1 ta’ valur sa kontrovalur f’euro ta’ EUR 30 000 )

(1)

It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 1 jitwettaq b’żewġ gwardji tas-sigurtà armati.

(2)

It-trasport jitwettaq b’vettura modifikata bit-tagħmir li ġej:

taqsimiet separati fiżikament għall-passiġġieri u l-merkanzija fil-vettura b’ħajt diviżorju fiss u iebes li jippermetti għall-ħażna tal-kunsinna protetta mit-taqsima tal-passiġġieri għal dik tal-merkanzija;

taqsima tal-merkanzija mingħajr ħġieġ;

safe built-in magħmula mill-pjanċi fit-taqsima tal-merkanzija li tippermetti t-tqegħid tal-kunsinna fit-taqsima tal-merkanzija permezz ta’ slot jew fetħa fit-taqsima tal-passiġġieri;

apparat tal-allarm li jiskatta malli jiġi sfurzat id-dħul;

l-imblukkar tal-magna li jipprevjeni t-teħid tal-vettura;

sistema ta’ komunikazzjoni u sorveljanza.

(3)

Irrispettivament mid-dispożizzjoni fl-Inċiż 3 tal-Paragrafu preċedenti, it-trasport ta’ kunsinna protetta jista’ jitwettaq jekk il-kunsinna tkun teknikament sigura billi tinħażen ġo bagalja, basket jew cassette modifikati li jkunu mmarkati separatament u magħmulin b’tali mod li jkunu diffiċli biex jinfetħu bil-forza u jekk jinħatfu, jagħmlu twissija permezz ta’ ħoss, dawl, duħħan jew sinjal tekniku. Il-kunsinna tkun trasportata fit-taqsima tal-merkanzija tal-vettura.

(4)

Irrispettivament mid-dispożizzjoni fil-Paragrafu 1, it-trasport ta’ kunsinna protetta jista’ jitwettaq bi gwardja tas-sigurtà armata waħda, fil-każ li l-kunsinna protetta hija sigura u b’sistema ċertifikata li tiżbogħ jew teqred il-flus kontanti.

(5)

Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu ġkieket jew qomos bulletproof.

L-Artikolu 17 (it-trasport ta’ ta’ kunsinna protetta tal-klassi 2 ta’ valur sa kontrovalur f’euro ta’ EUR 200 000 għal kull vettura ta’ trasport)

(1)

It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 2 jitwettaq b’żewġ gwardji tas-sigurtà armati.

(2)

It-trasport jitwettaq b’vettura modifikata bit-tagħmir li ġej:

taqsimiet separati fiżikament għall-passiġġieri u l-merkanzija tal-vettura b’ħajt diviżorju fiss u iebes;

taqsima tal-merkanzija mingħajr ħġieġ;

safe built-in magħmula mill-pjanċi bulletproof fit-taqsima tal-merkanzija li jagħmilha diffiċli biex jiġi mtaqqab jew maqtugħ, li hija installata fuq ix-xażi tal-vettura min-naħa ta’ ġewwa, u li tippermetti li jitqiegħdu l-flus kontanti ġo fiha permezz ta’ slot jew fetħa fit-taqsima tal-passiġġieri;

apparat tal-allarm li jiskatta malli jiġi sfurzat id-dħul;

l-imblukkar tal-magna li jipprevjeni t-teħid tal-vettura;

sistema ta’ komunikazzjoni u sorveljanza.

(3)

Irrispettivament mid-dispożizzjoni fl-Inċiż 3 tal-Paragrafu preċedenti, it-trasport ta’ kunsinna protetta jista’ jitwettaq jekk il-kunsinna tkun teknikament sigura billi tinħażen ġo bagalja, basket jew cassette modifikati li jkunu mmarkati separatament u magħmulin b’tali mod li jkunu diffiċli biex jinfetħu bil-forza u jekk jinħatfu, jagħmlu twissija permezz ta’ ħoss, dawl, duħħan jew sinjal tekniku. Il-kunsinna tkun trasportata fit-taqsima tal-merkanzija tal-vettura.

(4)

Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu ġkieket jew qomos bulletproof.

L-Artikolu 17a (it-trasport ta’ ta’ kunsinna protetta tal-klassi 3 ta’ valur sa kontrovalur r f’euro ta’ EUR 800 000 għal kull vettura ta’ trasport)

(1)

It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 3 jitwettaq b’mill-inqas żewġ gwardji tas-sigurtà armati.

(2)

It-trasport jitwettaq b’vettura bulletproof bit-tagħmir li ġej:

taqsima separata għall-persunal u għall-merkanzija;

taqsima għall-persunal protetta bi protezzjoni antiballistika M2/C2 mill-erba’ naħat;

taqsima għal merkanzija li hi bulletproof u għandha bieb estern bi stanga addizzjonali;

tagħmir ta’ allarm;

sistema installata għall-imblukkar mill-bogħod tal-vettura jew tal-magna bil-possibbiltà għall-attivazzjoni tagħha miċ-ċentru tal-kontroll għas-sigurtà (minn hawn’ il quddiem: SCC);

sistema ta’ komunikazzjoni mingħajr ma tinfetaħ il-bieba (intercom);

sistema ta’ komunikazzjoni u sorveljanza.

(3)

Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu ġkieket bulletproof.

L-Artikolu 18 (it-trasport ta’ ta’ kunsinna protetta tal-klassi 4 ta’ valur sa kontrovalur f’euro ta’ EUR 4 000 000 għal kull vettura ta’ trasport)

(1)

It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 4 jitwettaq b’mill-inqas tliet gwardji tas-sigurtà armati.

(2)

It-trasport jitwettaq b’vettura bulletproof bit-tagħmir li ġej:

taqsima separata għall-persunal u għall-merkanzija;

post għall-persunal protett bi protezzjoni antiballistika FB 3 mill-erba’ naħat;

taqsima għall-merkanzija mingħajr twieqi u b’bieb estern bi stanga addizzjonali;

tagħmir ta’ allarm;

sistema installata għall-imblukkar mill-bogħod tal-vettura jew tal-magna bil-possibbiltà għall-attivazzjoni tagħha miċ-ċentru tal-kontroll għas-sigurtà (minn hawn’ il quddiem: SCC);

sistema ta’ komunikazzjoni mingħajr ma tinfetaħ il-bieba (intercom);

sistema ta’ komunikazzjoni u sorveljanza.

(3)

Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu ġkieket bulletproof.

L-Artikolu 19 (it-trasport ta’ ta’ kunsinna protetta tal-klassi 5 ta’ valur sa kontrovalur f’euro ta’ EUR 8 000 000 għal kull vettura ta’ trasport)

(1)

It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 5 jitwettaq b’mill-inqas tliet gwardji tas-sigurtà armati.

(2)

Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu tal-inqas dawn l-apparati ta’ sigurtà li ġejjin:

ġkieket bulletproof; kif ukoll

elmi tas-sigurtà.

(3)

It-trasport jitwettaq b’vettura bulletproof bit-tagħmir li ġej:

taqsimiet separati għall-merkanzija, is-sewwieq u l-gwardja tas-sigurtà;

il-vettura trid tkun bulletproof mill-inqas kontra l-kategorija FB 3 mill-erba’ naħat;

taqsima għall-merkanzija mingħajr ħġieġ, b’bieb fuq wara u aċċess għall-kunsinni mit-taqsima tal-persunal;

tagħmir ta’ allarm;

sistema ta’ komunikazzjoni mingħajr ma tinfetaħ il-bieba (intercom);

sistema ta’ sorveljanza bil-vidjow fuq wara tal-vettura b’magna fil-kabina tas-sewwieq;

sistemi ta’ komunikazzjoni

sistema ta ‘sorveljanza li tippermetti l-monitoraġġ onlajn tal-movimenti tal-kunsinna f’intervalli ta’ mhux aktar minn minuta, f’żona ta’ servizz mingħajr interruzzjoni miċ-ċentru ta’ kontroll tas-sigurtà (minn hawn ‘il quddiem: SCC) u li jippermetti d-determinazzjoni tal-post eżatt tal-kunsinna sikura fi kwalunkwe ħin;

sistema installata ta’ imblukkar mill-bogħod tal-vettura jew tal-magna li ma tistax tiġi diżattivata mill-vettura.

(4)

Il-kunsinna tiġi skortata minn vettura personali b’żewġ gwardji tas-sigurtà armati. Il-vettura ta’ skorta jkollha tagħmir għal komunikazzjoni diretta maċ-ċentru ta’ kontroll ta’ sigurtà (minn hawn’ il quddiem: SCC).

L-Artikolu 20 ((It-trasport ta’ ta’ kunsinna protetta tal-klassi 6 ta’ valur sa kontrovalur f’euro ta’ EUR 8 000 000 għal kull vettura ta’ trasport)

(1)

It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 6 jitwettaq b’mill-inqas tliet gwardji tas-sigurtà armati.

(2)

Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu tal-inqas dan t-tagħmir ta’ sigurtà li ġej:

ġkieket bulletproof; kif ukoll

elmi tas-sigurtà.

(3)

It-trasport jitwettaq f’vettura bulletproof li jkollha t-tagħmir stabbilit fil-Paragrafu 3 tal-Artikolu preċedenti u protezzjoni antiballistika kontra l-balal FB 4.

(4)

It-trasport ikun akkumpanjat minn vettura bulletproof bi protezzjoni antiballistika kontra l-balal tal-inqas FB3 mill-erba’ naħat, bi tliet gwardji tas-sigurtà armati. Il-vettura li takkumpanja trid tkun mgħammra b’apparat għall-komunikazzjoni diretta maċ-ċentru tal-kontroll tas-sigurtà (minn hawn ‘il quddiem: SCC).

Ir-Regolament dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1214/2011 huwa fil-proċedura ta’ adozzjoni u fih xi regoli speċjali:

jippermetti li l-kumpaniji tas-CIT barranin jistgħu, skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1214/2011 jittrasportaw fis-Slovenja wkoll flus kontanti oħra (mhux biss flus kontanti tal-euro) ‘il fuq mill-20 % regolat bir-Regolament (UE) Nru 1214/2011

jippermetti li l-kumpaniji tas-CIT barranin jistgħu, skont il-kundizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1214/2011 jittrasportaw fis-Slovenja wkoll affarijiet ta’ valur oħra (mhux biss flus kontanti tal-euro jew flus kontanti oħra) li mhumiex regolati bir-Regolament (UE) Nru 1214/2011. L-affarijiet ta’ valur huma metalli prezzjużi, ħaġar prezzjuż, opri tal-arti, wirt kulturali, dokumenti ta’ valur, eċċ Oġġett ta’ wirt kulturali huwa oġġett li huwa klassifikat bħala tali skont ir-regolamenti applikabbli għall-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ oġġetti ta’ wirt kulturali, ġid nazzjonali skont ir-regoli li jipprovdu ħarsien u ħażna għat- teżori nazzjonali u materjal għall-mużewijiet skont ir-regoli li jipprovdu għall-ħarsien u l-ħażna tal-materjal għall-mużewijiet. Fil-każ li dan ma jkunx possibbli minħabba ċirkostanzi speċifiċi, ir-regoli nazzjonali mill-Artikolu 22 mir-Regoli dwar it-trasport u l-protezzjoni tal-flus kontanti u l-kunsinni ta’ valur oħra (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-RS Nru < 0} {0><}78{> 96/05, < 016/08, 81/08, 86/09 and 17/11) jistgħu jintużaw.

L-Artikolu 20 jew kwalunkwe regoli nazzjonali fir-Regoli dwar it-trasport u l-protezzjoni tal-flus kontanti u l-kunsinni ta’ valur oħra (Gazzetta Uffiċjali tar-RS Nru < 0} {0><}78{> 96/05, < 016/08, 81/08, 86/09 u 17/11) l-Artikoli 16 sa 20 kif deskritt għall-bankonoti.

Konformità parzjali.

Ir-regoli nazzjonali u l-kundizzjonijiet speċjali bbażati fuq il-valur tat-trasport.

L-Andorra

Art. 14–18

Art. 19–20

 

Monako

Ir-regoli japplikaw bħal Franza

Ir-regoli japplikaw bħal fi Franza

 

San Marino

Art 17

Art 20

 

Il-Vatikan

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

L-ebda traspożizzjoni billi l-Vatikan għażel trasport ta’ flus kontanti taħt skorta tal-pulizija li taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (Artikolu 2, mutatis mutandis)


4.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/24


Lista ta' kontijiet li għandhom jiġu ttrattati bħala Kontijiet Esklużi għall-finijiet tas-subparagrafu C.17(g) tat-Taqsima VIII tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE

(2017/C 139/06)

Il-lista ta' hawn taħt tieħu post il-lista ppubblikata fil-ĠU C 481 ta' 23.12.2016. Saret emenda fil-lista tal-Irlanda

Stat Membru

Kontijiet (bl-ilsien nazzjonali)

Il-Belġju

Certaines pensions complémentaires liées à l'activité professionnelle souscrites par l'employeur/l'entreprise telles que définies dans ou aux fins des législations suivantes : (1) Loi du 28 avril 2003 relative aux pensions complémentaires et au régime fiscal de celles-ci et de certains avantages complémentaires en matière de sécurité sociale; (2) Titre 4 “Pension complémentaire pour dirigeants d'entreprise” de la loi du 15 mai 2014 portant des dispositions diverses; (3) Articles 43 à 61, 71 et 77 de l'Arrêté royal du 14 novembre 2003 relatif à l'activité d'assurance sur la vie; (4) Articles 34, 52, 3o, b, 59, 145-1, 1o, 145-3 et 195 du Code des impôts sur les revenus 1992 / Bepaalde bedrijfsgebonden aanvullende pensioenen onderschreven door de werkgever/de onderneming, zoals omschreven in of voor de toepassing van de volgende wetgevingen: (1) Wet van 28 April 2003 betreffende de aanvullende pensioenen en het belastingstelsel van die pensioenen en van sommige aanvullende voordelen inzake sociale zekerheid; (2) Title 4, “Aanvullend pensioen voor bedrijfsleiders” van de Wet van 15 mei 2014 houdende diverse bepalingen; (3) Artikelen 43 tot 61, 71 en 77 van het Koninklijk besluit van 14 november 2003 betreffende de levensverzekeringsactiviteit; (4) Artikelen 34, 52, 3o, b, 59, 145-1, 1o, 145-3 en 195 van het Wetboek der inkomstenbelastingen 1992.

Il-Bulgarija

Набирателни сметки за капитала на дружество в процес на регистрация с наличност до 1 000 USD.

Набирателни сметки за капитала на дружество в процес на регистрация с наличност над 1 000 USD, които ще бъдат обект на комплексна проверка в срок до 2 години от откриването им.

Сметки на етажна собственост с наличност до 50 000 USD, които се използват единствено за управлението и поддръжката на етажната собственост.

Ir-Repubblika Ċeka

Důchodové spoření podle zákona o důchodovém spoření.

Penzijní připojištění se státním příspěvkem podle zákona o penzijním připojištění se státním příspěvkem a splňující podmínky podle vyhlášky o vyňatých účtech pro účely automatické výměny informací v rámci mezinárodní spolupráce při správě daní.

Doplňkové penzijní spoření podle zákona o doplňkovém penzijním spoření a splňující podmínky podle vyhlášky o vyňatých účtech pro účely automatické výměny informací v rámci mezinárodní spolupráce při správě daní.

Id-Danimarka

Pensionsordninger omfattet af pensionsbeskatningslovens § 2 (pensionsordninger med løbende livsbetingede ydelser).

Pensionsordninger omfattet af pensionsbeskatningslovens § 5 (garanterede ydelser).

Selvpensioneringskonti omfattet af pensionsbeskatningslovens § 51.

Uddannelseskonti oprettet i overensstemmelse med lov om uddannelsesopsparing.

Boligsparekontrakter oprettet i overensstemmelse med lov om boligsparekontrakter.

Il-Ġermanja

Rücklagenkonten von Wohnungseigentümergemeinschaften (WEG).

L-Estonja

No account to be treated as Excluded Account.

L-Irlanda

A Personal Retirement Savings Account (PRSA) in respect of an approved PRSA product.

An Approved Retirement Fund or an Approved Minimum Retirement Fund.

An Approved Pension Scheme or Product.

Retirement Annuity Contract

Personal Retirement Bonds (PRBs)

Il-Greċja

Ομαδικά συνταξιοδοτικά προγράμματα του ν.4172/2013.

Spanja

Los seguros colectivos que instrumentan compromisos por pensiones en aplicación de la disposición adicional primera del Texto refundido de la Ley de regulación de Planes y Fondos de pensiones, aprobado por Real Decreto Legislativo 1/2002, de 29 de noviembre, siempre que las aportaciones se determinen mediante convenio colectivo entre la empresa y los representantes sindicales, o por ley.

Una cuenta representativa de las aportaciones a patrimonios protegidos de las personas con discapacidad a que hace referencia el artículo 54 y la disposición adicional decimoctava de la Ley 35/2006, de 28 de noviembre, del Impuesto sobre la Renta de las Personas Físicas y de modificación parcial de las Leyes de los Impuestos sobre Sociedades, sobre la Renta de no Residentes y sobre el Patrimonio.

Una cuenta preexistente (a excepción de un contrato de anualidades) con un saldo anual inferior a un importe en euros correspondiente a 1 000 dólares estadounidenses, que tenga la consideración de cuenta inactiva, de acuerdo con la definición prevista en los Comentarios a la Sección III del Estándar Común de Comunicación del Información.

Franza

Compte d'épargne logement (CEL).

Contrats établis dans le respect des conditions fixées par l’article L. 2223-33-1 du code général des collectivités territoriales, dénommés contrats obsèques.

Contrat bénéficiant de l’article 154 bis du code général des impôts, dénommés contrats “Madelin”.

Contrat bénéficiant de l’article 154 bis-0 A du code général des impôts, dénommés contrats “Madelin Agricole”.

Contrat de retraite collective d'entreprise à cotisations définies bénéficiant de l’article 83 du code général des impôts, dénommés « contrats de l’article 83 du code général des impôts ».

Livret A.

Livret Bleu.

Livret d’Épargne Populaire (LEP).

Livret de développement durable (LDD).

Livret jeune.

Plan d’Épargne Entreprises (PEE).

Plan d’Épargne Interentreprises (PEI).

Plan d’Épargne Logement (PEL).

Plan d’Épargne Populaire (PEP).

Plan d’Épargne pour la Retraite Collectif (PERCO).

Plan d’Épargne pour la Retraite Collectif Interentreprises (PERCOI).

Plan d’Épargne Retraite Entreprise (PÉRE).

Plan d’Épargne Retraite Populaire (PERP).

Les régimes facultatifs de retraites complémentaires régis par les articles L. 441-1 et suivants du code des assurances : le régime complémentaire retraite des hospitaliers, le contrat complémentaire retraite mutualiste et le contrat PREFON.

il-Kroazja

No account to be treated as Excluded Account.

L-Italja

Polizze collettive TFR a beneficio dei dipendenti calcolate su salari o stipendi e assoggettate a tassazione e contribuzione previdenziale.

Piani pensionistici individuali.

Ċipru

Προυπάρχων λογαριασμός(άλλος από ετήσια σύμβαση προσόδου)με ετήσιο υπόλοιπο που δεν υπερβαίνει τα 1 000 Δολλάρια Αμερικής, ο οποίος είναι αδρανής λογαριασμός σύμφωνα με τον ορισμό που προβλέπεται στα σχόλια μέρος ΙΙΙ του Κοινού Προτύπου Αναφοράς

Il-Latvja

Individuālais pensiju konts, kas izveidots atbilstoši likumam “Par privātajiem pensiju fondiem”.

Finanšu iestāde ir tiesīga atzīt par izslēgtu kontu iepriekšpastāvējušo fiziskas personas finanšu kontu (izņemot anuitātes līgumu), kas atbilst šādām pazīmēm:

1)

tā ikgadējs konta beigu atlikums nepārsniedz summu, kas pēc Eiropas Centrālās bankas publicētā euro atsauces kursa ir ekvivalenta euro un atbilst USD 1 000 ;

2)

konta turētājs saistībā ar šo vai konta turētāja citu kontu attiecīgajā finanšu iestādē nav veicis ne vienu darījumu pēdējo trīs gadu laikā;

3)

finanšu iestādē pēdējo sešu gadu laikā nav saņēmusi no konta turētāja jaunu, papildu vai precizēto informāciju saistībā ar šī konta vai konta turētāja cita konta uzturēšanu;

4)

uzkrājošās apdrošināšanas līguma gadījumā, attiecīgā finanšu iestāde pēdējo sešu gadu laikā nav sazinājusies ar konta turētāju saistībā ar jebkuru kontu, ko tas tur attiecīgajā finanšu iestādē.

Il-Litwanja

No account to be treated as Excluded Account.

Il-Lussemburgu

Comptes ouverts en vertu d'un contrat prévoyance-vieillesse visé par l'article 111bis de la loi modifiée du 4 décembre 1967 concernant l'impôt sur le revenu.

Comptes ouverts en vertu d'un contrat d’épargne-logement visé par l'article 111 alinéa 1er de la loi modifiée du 4 décembre 1967 concernant l'impôt sur le revenu.

Comptes ouverts en vertu d'un régime complémentaire de pension visé par l'article 110 de la loi modifiée du 4 décembre 1967 concernant l'impôt sur le revenu.

L-Ungerija

Étkezési kártya számlák.

Stabilitási Megtakarítási Számla.

Ügyvédi, közjegyzői letéti számla.

Nyugdíj-előtakarékossági számla.

Start számla.

Malta

No account to be treated as Excluded Account.

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Levenslooprekening, levensloopverzekering and levensloop recht van deelneming.

Oudedagslijfrenten.

Kapitaalverzekering eigen woning.

Spaarrekening eigen woning and Beleggingsrecht eigen woning.

Bouwdepot.

Alimentatie lijfrenten.

Gouden-handdruk stamrecht.

Invalide kind lijfrente.

L-Awstrija

Abfertigungs- und Jubiläumsgeldauslagerungsversicherungen.

Begräbniskostenversicherungen.

Betriebliche Kollektivversicherungen im Sinne der §§ 93 bis 98 des Versicherungsaufsichtsgesetzes 2016.

Ein bestehendes Konto mit einem den Gegenwert von 1 000 US-Dollar nicht überschreitenden Wert (ausgenommen ein Rentenversicherungsvertrag), das ein ruhendes Konto nach der Definition im Kommentar zu Abschnitt III des Gemeinsamen Meldestandards ist.

Ein bestehendes, vor dem 1. Juli 2002 eröffnetes Konto mit einem den Gegenwert von 10 000 US-Dollar nicht überschreitenden Wert (ausgenommen ein Rentenversicherungsvertrag),

* das ein ruhendes Konto entsprechend der Definition im Kommentar zu Abschnitt III des Gemeinsamen Meldestandards ist,

* bei dem Ein- und Auszahlungen sowie die Gutschrift von Überweisungen bzw. die Entgegennahme, der Erwerb und die Veräußerung von Wertpapieren sowie die Auszahlung von Guthaben und Erträgen nur nach Feststellung der Identität des Kunden gemäß den Verfahren zur Bekämpfung der Geldwäsche und Terrorismusfinanzierung zulässig sind; diese Regelungen werden von der Finanzmarktaufsicht beaufsichtigt, die Nichtbefolgung wird sanktioniert und

* bei dem die Feststellung der Identität gemäß den Verfahren zur Bekämpfung der Geldwäsche und Terrorismusfinanzierung wiederum die Anwendung der Sorgfalts- und Meldepflichten nach dem Gemeinsamen Meldestandard nach sich zieht, da es sich ab diesem Zeitpunkt nicht mehr um ein ausgenommenes Konto handelt.

Konten von Wohnungseigentümergemeinschaften und Miteigentumsgemeinschaften im Sinne des Wohnungseigentumsgesetzes 2002.

Bauspareinlage gemäß § 1 Abs. 1 Bausparkassengesetz.

Risikoversicherungen, bei denen der Eintritt des Versicherungsfalls ungewiss ist.

Treuhandkonten (Anderkonten), deren Treuhänder ein befugter Parteienvertreter (Rechtsanwalt oder Notar) ist, sofern das Konto im Zusammenhang mit einem der in § 87 Z 5 GMSG angeführten Zwecke eingerichtet ist.

Versicherungen im Rahmen der Zukunftssicherung im Sinne des § 3 Abs. 1 Z 15 lit. a EStG 1988.

Il-Polonja

Indywidualne konto emerytalne.

Indywidualne konto zabezpieczenia emerytalnego.

Pracowniczy program emerytalny.

Il-Portugall

Planos Poupança Reforma.

Uma conta pré-existente (desde que não se trate de um Contrato de renda) cujo saldo anual não exceda 1 000 USD, que seja uma conta inativa de acordo com a definição prevista nos Comentários à Secção III da Norma Comum de Comunicação.

Ir-Rumanija

No account to be treated as Excluded Account.

Is-Slovenja

Varčevalni račun po nacionalni stanovanjski varčevalni shemi, če znesek, privarčevan letno, ne presega petdeset tisoč eurov (50 000 €).

Račun rezervnega sklada po Stvarnopravnem zakoniku in Stanovanjskem zakonu, ki se vodi v Sloveniji.

Is-Slovakkja

Osobný dôchodkový účet sporiteľa starobného dôchodkového sporenia (2. pilier).

Osobný účet účastníka a poberateľa dávky doplnkového dôchodkového sporenia (3. pilier).

Účet vedený v prospech vlastníkov bytov a nebytových priestorov v zastúpení SVB / správcu

Il-Finlandja

No account to be treated as Excluded Account.

L-Isvezja

Pensionssparkonto som uppfyller kraven i inkomstskattelagen (1999:1229) och som tecknas och förvaltas i Sverige.

Privat pensionsförsäkring som uppfyller kraven i inkomstskattelagen (1999:1229).

Ir-Renju Unit

Pension schemes registered with HMRC under Part 4 of Finance Act 2004.

Non-registered pension arrangements where the annual contributions are limited to £50 000 and funds contributed cannot be accessed before the age of 55 except in circumstances of serious ill health.

Immediate needs annuities within section 725 Income Tax (Trading and Other Income) Act 2005.

An account within the meaning of the Individual Savings Account Regulations 1998.

Premium Bonds issued by the UK National Savings and Investments.

Fixed Interest Savings Certificates issued by UK National Savings and Investments.

Index Linked Savings Certificates issued by UK National Savings and Investments.

A CSOP (Company Share Option Plans) scheme approved by HMRC under Schedule 4 to Income Tax (Earnings and Pensions) Act 2003.

A dormant account (other than an annuity contract) with a balance that does not exceed US$1 000 . Treatment as an excluded account is subject to election by the Financial Institution. An account is a dormant account if:

(a)

the account holder has not initiated a transaction with regard to the account or any other account held by the account holder with the reporting financial institution in the previous three years,

(b)

the account holder has not communicated with the reporting financial institution regarding the account or any other account held by the account holder with the reporting financial institution in the previous six years,

(c)

the account is treated as a dormant account under the reporting financial institutions normal operating procedures, and

(d)

in the case of a cash value insurance contract, the reporting financial institution has not communicated with the account holder regarding the account or any other account held by the account holder with the reporting financial institution in the previous six years.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

4.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/30


Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/skont għall-Istati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2017

(Ippubblikat skont ir-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (1))

(2017/C 139/07)

Ir-rati bażi huma kkalkulati skont il-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008. Biex jinkisbu r-rati ta’ referenza applikabbli, jiżdiedu marġni xierqa mar-rata bażi skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Ir-rati bażi ġew iddeterminati kif ġej:

 

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

1.1.2017 –

6,18

−0,50

1,29


(1)  ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/31


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8399 — CWS-boco/Rentokil Initial Target Businesses)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 139/08)

1.

Fis-26 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CWS-boco International GmbH (“CWS-boco”, il-Ġermanja), sussidjarja li proprjetà kollha kemm hi ta’ Franz Haniel & Cie. GmbH (“Haniel”, il-Ġermanja), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tan-negozji tat-twapet tat-tessuti, tal-kmamar tal-ħasil, il-kmamar tat-tindif u twapet żgħar ta’ Rentokil Initial plc, (“Rentokil Initial”, ir-Renju Unit) f’għadd ta’ Stati Membri tal-UE (“Rentokil Initial Target Businesses”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CWS-boco: il-provvista ta’ servizzi ta’ twapet tat-tessuti, tal-kmamar tat-tindif, tal-kmamar tal-ħasil u twapet żgħar, l-aktar fl-UE. Haniel hija kumpanija azzjonarja diversifikata Ġermaniża.

—   Għar-Rentokil Initial Target Businesses: il-provvista ta’ servizzi ta’ twapet tat-tessuti, tal-kmamar tat-tindif, tal-kmamar tal-ħasil u twapet żgħar fl-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovakkja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir- referenza M.8399 — CWS-boco/Rentokil Initial Target Businesses, f’ dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).