ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 138

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
3 ta' Mejju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 138/01

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2017 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

1

2017/C 138/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2017 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 138/03

Rata tal-kambju tal-euro

3


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

3.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ April 2017

li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

(2017/C 138/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra l-persuna nnominata ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni rigward ir-Rappreżentanti tal-Ħaddiema,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura Ruta PORNIECE, sar vakanti post ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-Organizzazzjonijiet tal-Ħaddiema għal-Latvja.

(3)

Jinħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA:

IL-LATVJA

Is-Sinjura Linda ROMELE

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.

(3)  ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.


3.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ April 2017

li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

(2017/C 138/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern tar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Ian PEGG, sar disponibbli siġġu ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru għar-Renju Unit fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-Gvern.

(3)

Jinħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:

RAPPRE ŻENTANTI TAL-GVERN:

IR-RENJU UNIT

Is-Sinjura Ann MILLER

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.

(3)  ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

3.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Mejju 2017

(2017/C 138/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0915

JPY

Yen Ġappuniż

122,55

DKK

Krona Daniża

7,4370

GBP

Lira Sterlina

0,84520

SEK

Krona Żvediża

9,6290

CHF

Frank Żvizzeru

1,0852

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3780

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,893

HUF

Forint Ungeriż

312,20

PLN

Zloty Pollakk

4,2088

RON

Leu Rumen

4,5495

TRY

Lira Turka

3,8621

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4518

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4928

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4937

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5782

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5222

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 233,65

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4886

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5263

HRK

Kuna Kroata

7,4570

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 529,50

MYR

Ringgit Malażjan

4,7240

PHP

Peso Filippin

54,577

RUB

Rouble Russu

62,2300

THB

Baht Tajlandiż

37,657

BRL

Real Brażiljan

3,4585

MXN

Peso Messikan

20,4568

INR

Rupi Indjan

70,1025


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.