|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2017/C 120/01 BĊE/2017/8 |
||
|
2017/C 120/02 BĊE/2017/10 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 120/03 |
||
|
2017/C 120/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8412 — Engie Services Holding UK/Keepmoat Regeneration Holdings) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 120/05 |
||
|
2017/C 120/06 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2017/C 120/07 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2017/C 120/08 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2017/C 120/09 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2017/C 120/10 |
||
|
2017/C 120/11 |
||
|
2017/C 120/12 |
||
|
2017/C 120/13 |
||
|
2017/C 120/14 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 120/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8455 — STRABAG/Rohöl-Aufsuchungs AG/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 120/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8384 — Carlyle/CITIC/McDonald’s/McDonald’s China) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 120/17 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta’ Marzu 2017
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
(BĊE/2017/8)
(2017/C 120/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awtiduri esterni kurrenti tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique, Ernst & Young Bedrijfsrevisoren/Réviseurs d’Entreprises, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017. |
|
(3) |
In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għażel lil Mazars Réviseurs d’entreprises/Mazars Bedrijfsrevisoren SCRL/CVBA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2022, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Mazars Réviseurs d’entreprises/Mazars Bedrijfsrevisoren SCRL/CVBA għandhom jinħatru bħala awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għas-snin finanzjarji 2017 sa 2022.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Marzu 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/2 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ April 2017
dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti
(BĊE/2017/10)
(2017/C 120/02)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u 6(1) u 5(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). Huwa jissorvelja l-funzjonament tas-sistema biex jiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ standards għoljin ta’ superviżjoni u l-konsistenza ta’ eżiti superviżorji fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti. |
|
(2) |
Il-BĊE għandu jiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ġewwa l-Istati Membri parteċipanti skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (2). |
|
(3) |
Bħala l-awtorità kompetenti biex tagħmel hekk bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti, il-BĊE eżerċita numru ta’ opzjonijiet u diskrezzjonijiet, li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2016/4) (3). Barra minn dan, fil-gwida tiegħu ta’ Novembru 2016 dwar opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fid-dritt tal-Unjoni (iktar ‘il quddiem il-“Gwida BĊE”), il-BĊE jistabbilixxi sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati każ b’każ ċerti opzjonijiet oħrajn wara l-valutazzjoni individwali ta’ applikazzjonijiet mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 kif ukoll skont il-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014. |
|
(4) |
Sabiex jitrawwem approċċ superviżorju komuni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) meta jivvalutaw il-mod individwali kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet, il-BĊE jista’ jadotta, bis-saħħa tal- Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, rakkomandazzjoni fuq l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet minn istituzzjonijiet inqas sinifikanti. |
|
(5) |
Hemm bżonn ta’ sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet għall-eżerċitar individwali ta’ opzjonijiet u diskrezzjonijiet, minn naħa, sabiex jiġu mħeġġa l-konsistenza, l-effettività u t-trasparenza fis-superviżjoni ta’ istituzzjoni inqas sinifikanti fl-MSU u, min-naħa l-oħra, sabiex jitrawwem, meta jkun meħtieġ, trattament ugwali ta’ istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti kif ukoll kundizzjonijiet indaqs għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw. Fl-istess ħin, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-aspettattivi leġittimi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu sorveljati għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. |
|
(6) |
Għal dan il-għan il-BĊE identifika ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet fost dawk inklużi fil-Gwida BĊE li jkunu xierqa li jiġu eżerċitati b’mod identiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet sinifikanti u istituzzjonijiet inqas sinifikanti. Il-BĊE identifika wkoll opzjonijiet oħrajn, fosthom żewġ opzjonijiet u diskrezzjonijiet ta’ natura ġenerali pprovduti fl-Artikolu 380 u l-Artikolu 420(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li huwa jirrakkommanda li għandhom jiġu eżerċitati permezz ta’ approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati mas-superviżjoni konsolidata u eżenzjonijiet ta’ rekwiżiti prudenzjali, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet li hemm fil-Kapitolu 1 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, l-ANK għandhom jiġu mħeġġa jadottaw approċċ prudenti meta jagħtu dawk l- eżenzjonijiet fuq bażi individwali. Fir-rigward ta’ eżenzjonijiet ta’ likwidità fil-livell transkonfinali, il-BĊE jirrakkomanda approċċ speċifiku għall-istituzzjonijiet inqas sinifikanti peress li mhux l-ispeċifikazzjonijiet kollha għall-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet inklużi fil-Gwida BĊE huma rilevanti għal dawn l-istituzzjonijiet. |
|
(8) |
Għandu jkun hemm approċċ konsistenti u prudenti fi ħdan l-MSU dwar l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati mal-fondi proprji u r-rekwiżiti kapitali, kif stabbiliti fil-Kapitoli 2 u 3 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, peress li dawn id-deċiżjonijiet superviżorji għandhom impatt fuq l-ammont ta’ fondi proprji disponibbli u l-kwalità tagħhom. L-istess japplika għall-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2 jew interessi minoritarji li jistgħu jkunu inklużi f’fondi proprji eliġibbli taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali, l-approċċ standardizzat, l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna, il-metodu tal-mudell intern u l-approċċ tal-mudell intern għall-kalkolu ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fi ħdan l-MSU. Għal dan l-iskop ukoll, il-valutazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) biex titħalla l-applikazzjoni ta’ piż ta’ riskju ta’ perċentwal żero għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi intragrupp għandhom ikunu bbażati fuq sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet. Madankollu, il-BĊE identifika ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet relatati mal-fondi proprji u rekwiżiti kapitali li għalihom huwa meħtieġ approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti. |
|
(9) |
Għal opzjonijiet u diskrezzjonijiet dwar istituzzjonijiet li daħlu fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, l-użu ta’ sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet għall-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal eżenzjonijiet prudenzjali, kif speċifikat fil-Kapitolu 4 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, huwa rrakkomandat sabiex tinkiseb konsistenza superviżorja, peress li skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali tipikament jinkludu istituzzjonijiet kemm sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti. Madankollu, fir-rigward ta’ investimenti f’istituzzjonijiet li jidħlu fl-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali taħt l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqsilhom il-piż amministrattiv. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ skoperturi kbar, l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 5 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE fir-rigward ta’ istituzzjonijiet sinifikanti għandhom jittieħdu wkoll f’relazzjoni mal-istituzzjonijiet inqas sinifikanti biex irawmu trattament prudenzjali ta’ skoperturi kbar għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fl-MSU sabiex ir-riskji ta’ konċentrazzjoni jiġu ġestiti b’mod adegwat u limitat. |
|
(11) |
Il-BĊE jirrakkomanda approċċ konsistenti u prudenti fir-rigward ta’ opzjonijiet u diskrezzjonijiet relatati mar-rekwiżiti ta’ likwidità, kif stabbilit fil-Kapitolu 6 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, billi dawn l-opzjonijiet u diskrezzjonijiet għandhom impatt fuq il-kalkolu tar-rekwiżiti tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità, pereżempju billi jiġi speċifikat t-trattament ta’ flussi ‘l ġewwa u ‘l barra speċifiċi. Fir-rigward tar-rati ta’ fluss ‘il barra bħall-prodotti relatati barra l-karta tal-bilanċ tal-finanzjament tal-kummerċ, l-ANK jistgħu japplikaw rata ta’ fluss ‘il barra taħt il-5 % jekk ir-rata ta’ fluss ‘il barra applikabbli tkun ġiet ikkalibrata fuq il-bażi ta’ evidenza statistika. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-eżerċitar tal-eżenzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali speċifikat fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (5), l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 8 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE huwa rrakkomandat fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-opzjonijiet u diskrezzjonijiet relatati mal-arranġamenti ta’ governanza u superviżjoni prudenzjali, approċċ prudenti u konsistenti, kif stabbilit fil-Kapitolu 11 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, huwa rrakkomandat li jiġi promoss li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha jkunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ governanza xierqa. Madankollu, approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti dwar il-kombinament ta’ kumitat ta’ riskju u kumitat ta’ verifika huwa kkunsidrat xieraq fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
|
(14) |
Barra minn hekk, din ir-Rakkomandazzjoni tkopri opzjonijiet u diskrezzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, billi trid tiġi żgurata kooperazzjoni bla xkiel fi ħdan l-MSU. |
|
(15) |
Fir-rigward tal-ftehim bilaterali dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri li ma jipparteċipawx skont l-Artikolu 115(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, huwa meħtieġ approċċ speċifiku fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti billi din l-opzjoni hija disponibbli għall-awtorità kompetenti li hija responsabbli għall-awtorizzazzjonijiet. Skont l-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE huwa kompetenti esklussivament fl-MSU biex jawtorizza istituzzjoni ta’ kreditu u biex jirtira awtorizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, u għalhekk għandu jkun involut biex jistabbilixxi ftehim bilaterali fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri li ma jipparteċipawx. |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
L-EWWEL PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
I.
1. Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi l-prinċipji għall-eżerċitar mill-ANK ta’ ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fid-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti.
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2013/36/UE, u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (6).
IT-TIENI PARTI
OPTIONIJIET U DISKREZZJONIJIET LI GĦALIHOM HU RAKKOMANDAT APPROĊĊ SPEĊIFIKU GĦAL ISTITUZZJONIJIET INQAS SINIFIKANTI
II.
Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti prudenzjali
1. Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet ta’ likwidità fil-livell transkonfinali
Meta jeżaminaw applikazzjonijiet għall- eżenzjonijiet ta’ likwidità fil-livell transkonfinali, l-ANK għandhom jivvalutaw il-konformità mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ valutazzjoni stipulati fit-Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 4 tal-Gwida tal-BĊE bl-eċċezzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-ittra (b) tal-Artikolu 8(3).
III.
Rekwiżiti ta’ kapital
1. Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: skoperturi fil-forma ta’ bonds skoperti
Fir-rigward tal-iskoperturi fil-forma ta’ bonds skoperti, ANK għandha tikkoordina mal-BĊE dwar il-valutazzjoni tal-problemi ta’ konċentrazzjoni potenzjali sinifikanti fl-Istati Membri parteċipanti kkonċernati, qabel ma jiddeċiedu jekk jeżentawx parzjalment l-applikazzjoni tal-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jippermettux il-grad 2 tal-Kwalità ta’ Kreditu sa 10 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ ħruġ.
2. Artikolu 311(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trattament ta’ skoperturi għal kontropartijiet ċentrali
|
2.1. |
ANK għandha tippermetti lil istituzzjoni ta’ kreditu tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 310 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-iskoperturi tan-negozju tagħha u kontribuzzjonijiet ta’ fond tal-inadempjenza lil kontroparti ċentrali fejn dik il-kontroparti ċentrali tkun innotifikat lill-istituzzjoni ta’ kreditu li ma baqgħetx tikkalkula l-KCCP (kapital ipotetiku) kif ipprovdut fl-Artikolu 311(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
2.2. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 2.1 meta tiġi vvalutata l-validità tar-raġunijiet għaliex il-kontroparti ċentrali waqfet tikkalkula l-KCCP (kapital ipotetiku), l-ANK għandhom japplikaw il-konklużjonijiet li wasal għalihom il-BĊE fir-rigward tal-istess kontroparti ċentrali fil-verifika tagħha tar-raġunijiet. |
3. Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjoni fil-każ ta’ ħsara fis-sistema
|
3.1. |
Meta sseħħ ħsara fis-sistema kollha skont it-tifsira tal-Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ikkonfermat minn dikjarazzjoni pubblika tal-BĊE, u sakemm il-BĊE joħroġ stqarrija pubblika li s-sitwazzjoni msemmija hemmhekk ġiet irrettifikata, il-BĊE għandu jivvaluta dik il-ħsara u l-ANK għandhom japplikaw il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-BĊE u jużaw l-opzjoni maħsuba fl-Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’dak il-każ:
|
|
3.2. |
Jekk l-ANK jkollha l-ħsieb li toħroġ stqarrija pubblika li tikkonferma l-avveniment ta’ ħsara mas-sistema kollha fit-tifsira tal-Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandha tikkoordina dan mal-BĊE qabel ma tippubblika dikjarazzjoni bħal dik. |
IV.
Skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali
1. Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis ta’ investimenti f’istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali
|
1.1. |
Fejn isiru applikazzjonijiet għall-permess biex ma jitnaqqsux investimenti minn strumenti ta’ fondi proprji, l-ANK għandhom jużaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II, Kapitolu 4, paragrafu 4 tal-Gwida BĊE għall-valutazzjoni jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġux issodisfatti. |
|
1.2. |
ANK tista’ tippermetti li skema ta’ protezzjoni istituzzjonali tissottometti applikazzjoni għall-permess skont l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’isem l-istituzzjonijiet inqas sinifikanti kollha li huma membri tal-iskema. F’dak il-każ, l-ANK tista’ toħroġ deċiżjoni li tagħti l-permess skont l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li japplika għall-istituzzjonijiet inqas sinifikanti kollha elenkati fl-applikazzjoni. |
V.
Likwidità
1. Artikolu 420(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: flussi ‘l barra ta’ likwidità
|
1.1. |
B’mod konsistenti mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/445, l-ANK għandhom jiddeterminaw rata ta’ fluss ‘il barra ta’ 5 % għal partiti barra mill-karta tal-bilanċ tal-finanzjament tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Anness I tiegħu, biex tintuża mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-valutazzjoni tal-flussi ‘l barra tal-likwidità. ANK għandha tirrikjedi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportawlha l-flussi ‘l barra korrispondenti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (7). |
|
1.2. |
B’deroga mill-paragrafu 1.1, ANK tista’ tiddetermina r-rata ta’ fluss ‘il barra ta’ inqas minn 5 % fuq il-bażi ta’ evidenza statistika għall-istituzzjonijiet inqas sinifikanti stabbiliti fl-Istat Membri kkonċernati. |
VI.
Superviżjoni prudenzjali
1. Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE: kombinament tal-kumitat ta’ riskju u l-kumitat ta’ verifika
|
1.1. |
Fir-rigward tal-istituzzjonijiet inqas sinifikanti (inklużi istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma sussidjarji tal-grupp) li ma humiex ikkunsidrati sinifikanti fit-tifsira tal-Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-ANK għandhom jeżerċitaw l-opzjoni li jippermettu l-kombinament tal-kumitati ta’ riskju u ta’ verifika. |
|
1.2. |
ANK għandhom jagħmlu valutazzjoni tas-sinifikat fit-tifsira tal-Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, f’termini ta’ daqs, organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu, skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ valutazzjoni stabbiliti fit-Taqsima II, Kapitolu 11, paragrafu 3 tal-Gwida BĊE. |
|
1.3. |
Jekk il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2013/36/UE diġà tipprovdi għal kriterji li ma jkunux l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II, Kapitolu 11, paragrafu 3 tal-Gwida BĊE, l-ANK għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fid-dritt nazzjonali. |
2. Artikolu 115(2) tad-Direttiva 2013/36/UE: ftehim bilaterali dwar is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri mhux parteċipanti
|
2.1. |
Minħabba l-kompetenza tal-BĊE għall-awtorizzazzjoni inizjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-MSU u l-kompetenza tal-ANK għas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjoni inqas sinifikanti, l-ANK għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bl-intenzjoni tagħhom li jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom għas-superviżjoni diretta ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti lill-awtorità kompetenti li awtorizzat u tissorvelja l-impriża omm tal-istituzzjoni inqas sinifikanti, jew tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja awtorizzata fi Stat Membru ieħor. Il-BĊE bħala awtorità kompetenti responsabbli biex jawtorizza istituzzjonijiet ta’ kreditu se jikkoopera, flimkien mal-ANK rilevanti fit-twaqqif ta’ ftehim bilaterali għad-delega jew assunzjoni ta’ responsabbiltajiet superviżorji f’isem l-ANK responsabbli għas-superviżjoni kontinwa tal-omm jew sussidjarja fl-Istati Membri parteċipanti. |
|
2.2. |
Il-paragrafu 2.1 japplika fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
PARTI TLIETA
OPZJONIJIET U DISKREZZJONIJIET EŻERĊITATI FUQ IL-BAŻI TA’ KAŻ B’KAŻ LI GĦALIHA GĦANDU JITTIEĦED APPROĊĊ KOMUNI FIR-RIGWARD TAL-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU KOLLHA
VII.
L-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet li għandhom jiġu eżerċitati fuq bażi ta’ każ b’każ li għalihom għandu jittieħed approċċ komuni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti jidhru fl-Anness. L-ANK għandhom jeżerċitaw dawn l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet fir-rigward ta’ istituzzjoni inqas sinifikanti skont it-tabell ta’ referenza li tidher fl-Anness.
PARTI ERBGĦA
DISPOŻIZZJONI FINALI
VIII.
Dispożizzjoni finali
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-BCNi tal-Istati Membri partecipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, ir-4 ta’ April 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2016 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4) (ĠU L 78, 24.3.2016, p. 60).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).
ANNESS
|
Bażi legali tal-opzjoni u/jew diskrezzjoni |
Approċċ irrakkomandat: konsistenza mal-politika fuq l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet għal istituzzjonijiet sinifikanti |
|
Superviżjoni konsolidata u eżenzjonijiet ta’ rekwiżiti prudenzjali |
|
|
Artikolu 7(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet kapitali |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet ta’ likwidità |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: metodu ta’ konsolidazzjoni individwali |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali. |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: valutazzjoni tal-assi u partiti mhux fil-karta tal- bilanċ - użu ta’ Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju għal finijiet prudenzjali |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
|
Fondi proprji |
|
|
Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis fl-investimenti tal-assigurazzjoni |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis fl-investimenti tal-entitajiet tas-settur finanzjarju |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 78(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis tal-fondi proprji – rekwiżit tal-marġni tal-kapital eċċessiv |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis tal-fondi proprji – mutwali, tifdil u kooperattivi |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjoni għal Strumenti addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2 maħruġa minn entità ta’ għan speċjali |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 84(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: interessi minoritarji inklużi fil-kapital kkonsolidat tal Ekwità Komuni tal-Grad 1 |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
|
Rekwiżiti ta’ kapital |
|
|
Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu ta’ ammonti ta’ skopertura ta’ riskju peżat – skoperturi intragrupp |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 162(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: maturità tal-iskoperturi |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 225(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: stima proprja tal-aġġustamenti tal-volatilità |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 243(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trasferiment tar-riskju sinifikanti |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 283(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: implimentazzjoni tal-Metodu tal-Mudell Intern |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 284(4) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tal-valur ta’ skopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 311(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: riskju tas-suq (skoperturi għal kontropartijiet ċentrali) |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 11 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 366(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tan-numru tal-valur fis-risku |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 12 tal-Gwida BĊE |
|
Skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali |
|
|
Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjonijiet ta’ likwidità għal membri ta’ skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali |
Taqsima II, Kapitolu 4 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Skoperturi kbar |
|
|
Artikolu 396(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konformità ma rekwiżiti ta’ skoperturi kbar |
Taqsima II, Kapitolu 5 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Likwidità |
|
|
Artikolu 422(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61: flussi ‘l barra ta’ likwidità intragrupp |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 11 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 425(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: flussi ‘l ġewwa ta’ likwidità intragrupp |
Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 15 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 8(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: diversifikazzjoni ta’ investimenti ta’ assi liquidi |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 8(3)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: ġestjoni ta’ assi likwidi |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 8(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: diskrepanzi fil-muniti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2015/61: telf impost fuq bonds koperti ta’ kwalità estremament għolja |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 24(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61; multiplikatur għal depożiti bl-imnut koperti minn skema ta’ garanzija tad-depożiti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 25(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: rati ogħla ta’ fluss ‘il barra |
Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 26 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: flussi ‘l barra ma’ flussi ‘l ġewwa interdipendenti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 30(2) of Regolament Delegat (UE) 2015/61: flussi ‘l barra kollaterali addizzjonali minn attivaturi ta’ downgrade |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 12 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: limitu fuq flussi ‘l ġewwa |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 13 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 33(3), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2015/61: istituzzjonijiet ta’ kreditu speċjalizzati |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 14 tal-Gwida BĊE |
|
Lieva finanzjarja |
|
|
Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: esklużjoni ta’ skoperturi intragrupp mill-kalkolu tal-proporzjon tal-lieva |
Taqsima II, Kapitolu 7 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Rekwiżiti ġenerali għall-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: eżenzjoni għal istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali |
Taqsima II, Kapitolu 9 paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
|
Arranġamenti ta’ governanza u superviżjoni prudenzjali |
|
|
Artikolu 88(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: kombinament ta’ funzjonijiet ta’ president u CEO |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 91(6) tad-Direttiva 2013/36/UE: direttorat addizzjonali mhux eżekuttiv |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 108(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: proċess ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 111(5) tad-Direttiva 2013/36/UE: superviżjoni ta’ kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta b’parti mill-grupp fi Stati Membri mhux parteċipanti |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
|
Ara l-Artikoli 117 u 118 tad-Direttiva 2013/36/UE: obbligazzjonijiet ta’ kooperazzjoni |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
|
L-Artikolu 142 tad-Direttiva 2013/36/UE: pjanijiet ta’ konservazzjoni kapitali |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 13 tal-Gwida BĊE |
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/10 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
li taġġorna l-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2004) 43 — Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu
(2017/C 120/03)
INTRODUZZJONI
Il-Linji Gwida għat-Trasport Marittimu (1) (il-“Linji Gwida”) jipprovdu kriterji għall-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu mas-suq intern, skont l-Artikolu 107(3)(c) u l-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Il-Linji Gwida jelenkaw, b’mod partikolari, għadd ta’ objettivi speċifiċi fl-interess marittimu tal-Unjoni, inkluż “ir-reġistrazzjoni jew ir-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-bastimenti fir-reġistri tal-bandiera tal-Istati Membri”.
Ir-reġistrazzjoni jew ir-reġistrazzjoni mill-ġdid ta’ bastimenti eliġibbli hija għaldaqstant marbuta mar-reġistrazzjoni fir-reġistri tal-bastimenti tal-Istati Membri.
Il-Linji Gwida jagħmlu distinzjoni, għall-finijiet tal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, bejn kategoriji differenti ta’ reġistri tal-bastimenti magħmula minn Stati Membri, jiġifieri “l-ewwel reġistri” u “it-tieni reġistri”. Għall-finijiet tal-Linji Gwida, it-tieni reġistri jikkonsistu, l-ewwel nett, f’“reġistri offshore” li jappartjenu għat-territorji li għandhom akbar jew anqas awtonomija fir-rigward tal-Istat Membru u t-tieni nett, ir-“reġistri internazzjonali”, marbutin direttament mal-Istat li jkun ħoloqhom (is-sitt paragrafu tal-punt 1 tal-Linji Gwida).
L-Anness tal-Linji Gwida jagħti definizzjoni tat-terminu “reġistri tal-Istati Membri”. Skont din id-definizzjoni, sabiex ir-reġistri tal-bastimenti jikkwalifikaw bħala reġistri tal-Istati Membri, iridu jkunu “rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru u applikabbli għat-territorju rispettiv li jifforma parti [mill-Unjoni] Ewropea” (l-ewwel sentenza tal-Anness tal-Linji Gwida).
Abbażi ta’ din id-definizzjoni, il-punti 1 sa 4 tal-Anness jispjegaw liema reġistri jiġu kkunsidrati bħala reġistri tal-Istati Membri u liema mhumiex.
Il-punt 2 tal-Anness jipprovdi lista eżawrjenti tat-tieni reġistri, li jinsabu fl-Istati Membri u huma soġġetti għal-liġijiet tagħhom, li jiġu kkunsidrati bħala reġistri tal-Istati Membri.
Il-verżjoni attwali tal-Anness, u għaldaqstant il-lista eżawrjenti fil-punt 2 tiegħu, ġiet adottata fl-istess ħin meta ġew adottati l-Linji Gwida, li bdew jiġu applikati mis-17 ta’ Jannar 2004. Minn dan iż-żmien, qatt ma ġiet aġġornata.
Il-Kummissjoni hija konxja tal-fatt li l-Istati Membri jistgħu jintroduċu reġistri ġodda tal-bastimenti jew ibiddlu jew jabolixxu dawk eżistenti. Pereżempju, Franza introduċiet ir-“Registre International Français” tagħha fl-2005. Għaldaqstant, il-lista eżawrjenti tat-tieni reġistri li jikkwalifikaw bħala reġistri tal-Istati Membri fil-punt 2 tal-Anness tal-Linji Gwida hija soġġetta li tinbidel matul iż-żmien. Sabiex tlaħħaq mas-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha li jużaw reġistri, il-lista jkollha bżonn tiġi aġġornata regolarment.
Għal dawn ir-raġunijiet, il-karattru tal-lista f’punt 2 tal-Anness għandu jinbidel minn eżawrjenti għal mhux eżawrjenti, filwaqt li tinżamm id-definizzjoni fl-ewwel sentenza tal-Anness, li abbażi tagħha t-tieni reġistri jistgħu jikkwalifikaw bħala reġistri tal-Istati Membri.
Il-bidla se tiżgura kemm il-flessibilità fl-implimentazzjoni tal-Linji Gwida rigward it-tieni reġistri tal-Istati Membri kif ukoll iċ-ċertezza tad-dritt rigward it-trattament tat-tieni reġistri tal-Istati Membri li nħolqu wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida u għaldaqstant ma jaqgħux taħt xi punt tal-Anness. Inġenerali, il-bidla se tilħaq l-objettivi tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat tal-Linji Gwida b’minimu ta’ piż amministrattiv, b’konformità sħiħa mat-Trattati.
Fid-dawl ta’ dan, jenħtieġ li l-punt 2 tal-Anness tal-Linji Gwida jiġi aġġornat u għandu jaqra kif ġej:
|
“2. |
Barra minn hekk, ir-reġistri li jinsabu fl-Istati Membri u huma soġġetti għal-liġijiet tagħhom ikunu reġistri tal-Istati Membri, jekk ikunu jinsabu f’territorji fejn japplika t-Trattat u jkunu soġġetti għal-liġi ta’ tali territorji. Pereżempju, fiż-żmien meta dawn il-Linji Gwida ġew adottati, ir-reġistri li ġejjin ġew ikkunsidrati li jaqgħu taħt din il-kategorija:
|
Dan l-aġġornament japplika mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Community guidelines on State aid to maritime transport” (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3).
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/12 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8412 — Engie Services Holding UK/Keepmoat Regeneration Holdings)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 120/04)
Fis-6 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8412. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/13 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta’ April 2017
(2017/C 120/05)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0605 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
116,22 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4369 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84840 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5553 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0678 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,1035 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,697 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
311,97 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2485 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5205 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,8965 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4163 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4114 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2416 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5320 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4869 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 209,26 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,5185 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3090 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4385 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 087,68 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6954 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,446 |
|
RUB |
Rouble Russu |
60,5067 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,555 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3330 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,9384 |
|
INR |
Rupi Indjan |
68,5895 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/14 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 120/06)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, waħda minnhom li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Ir-Repubblika ta’ San Marino
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-750 anniversarju tat-twelid ta’ Giotto
Deskrizzjoni tad-disinn : Fuq ix-xellug dettall mit-torri tal-arloġġ ta’ Santa Maria del Fiore ġewwa Firenze, wieħed mix-xogħlijiet arkitettoniċi ta’ Giotto; il-kliem SAN MARINO, GIOTTO u d-dati 1267-2017 li jinsabu vertikalment; fuq il-lemin dettall mix-xbieha ta’ Giotto u t-taqsira tal-artist Luciana De Simoni (LDS); fuq in-naħa ta’ isfel, l-ittra R, li tindika z-Zekka ta’ Ruma.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Marzu 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/15 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 120/07)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : L-Istat tal-Belt tal-Vatikan
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : L-1950 anniversarju tal-martirju ta’ San Pietru u San Pawl
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri lil San Pietru u San Pawl u s-simboli tagħhom, iċ-ċwievet u x-xabla rispettivament. Fun in-naħa ta’ fuq l-iskrizzjoni “CITTÀ DEL VATICANO”, f’nofs ċirku. Fuq in-naħa ta’ isfel l-iskrizzjoni “1950o DEL MARTIRIO DEI SANTI PIETRO E PAOLO” f’nofs ċirku. Fuq in-naħa ta’ isfel fuq ix-xellug is-sena tal-ħruġ “2017” u fuq in-naħa ta’ isfel fuq il-lemin il-marka taz-zekka “R”. Bejniethom hemm l-isem tal-artist “G. TITOTTO”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Ġunju 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/16 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 120/08)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Portugall
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 150 Sena ta’ Sigurtà Pubblika
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri figuri umani u bini, rappreżentazzjonijiet simboliċi taċ-ċittadini u l-ibliet, fejn is-sigurtà pubblika hija prinċipalment żgurata u s-simbolu tal-pulizija ssimplifikat. Id-didaskaliji jinkludu s-sena “1867” u s-sena tal-ħruġ “2017”, il-pajjiż tal-ħruġ “PORTUGAL”, is-suġġett tal-kommemorazzjoni (“SEGURANÇA PÚBLICA” — is-Sigurtà Pubblika), it-tliet elementi ewlenin relatati maċ-ċittadinanza (“DIREITOS”, “LIBERDADES” e “GARANTIAS” — Drittijiet, Libertajiet u Garanziji), u isem l-awtur JOSÉ DE GUIMARÃES.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Lulju 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/17 |
Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2017/C 120/09)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
FRANZA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 401, 29.10.2016
LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI
Punti tal-qsim tal-fruntiera bl-ajru
|
(1) |
Ajaccio-Napoléon-Bonaparte |
|
(2) |
Albert-Bray |
|
(3) |
Angers-Marcé |
|
(4) |
Angoulême-Brie-Champniers |
|
(5) |
Annecy-Methet |
|
(6) |
Auxerre-Branches |
|
(7) |
Avignon-Caumont |
|
(8) |
Bâle-Mulhouse |
|
(9) |
Bastia-Poretta |
|
(10) |
Beauvais-Tillé |
|
(11) |
Bergerac-Roumanière |
|
(12) |
Béziers-Vias |
|
(13) |
Biarritz-Pays Basque |
|
(14) |
Bordeaux-Mérignac |
|
(15) |
Brest-Bretagne |
|
(16) |
Brive-Souillac |
|
(17) |
Caen-Carpiquet |
|
(18) |
Calais-Dunkerque |
|
(19) |
Calvi-Sainte-Catherine |
|
(20) |
Cannes-Mandelieu |
|
(21) |
Carcassonne-Salvaza |
|
(22) |
Châlons-Vatry |
|
(23) |
Chambéry-Aix-les-Bains |
|
(24) |
Châteauroux-Déols |
|
(25) |
Cherbourg-Mauperthus |
|
(26) |
Clermont-Ferrand-Auvergne |
|
(27) |
Colmar-Houssen |
|
(28) |
Deauville-Normandie |
|
(29) |
Dijon-Longvic |
|
(30) |
Dinard-Pleurtuit-Saint-Malo |
|
(31) |
Dôle-Tavaux |
|
(32) |
Epinal-Mirecourt |
|
(33) |
Figari-Sud Corse |
|
(34) |
Grenoble-Isère |
|
(35) |
Hyères-le Palivestre |
|
(36) |
Paris-Issy-les-Moulineaux |
|
(37) |
La Môle — Saint-Tropez, mill-15 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2017 |
|
(38) |
La Rochelle-Ile de Ré |
|
(39) |
Laval-Entrammes |
|
(40) |
Le Havre-Octeville |
|
(41) |
Le Mans-Arnage |
|
(42) |
Le Touquet-Côte ďOpale |
|
(43) |
Lille-Lesquin |
|
(44) |
Limoges-Bellegarde |
|
(45) |
Lorient-Lann-Bihoué |
|
(46) |
Lyon-Bron |
|
(47) |
Lyon-Saint-Exupéry |
|
(48) |
Marseille-Provence |
|
(49) |
Metz-Nancy-Lorraine |
|
(50) |
Monaco-Héliport |
|
(51) |
Montpellier-Méditérranée |
|
(52) |
Nantes-Atlantique |
|
(53) |
Nice-Côte d’Azur |
|
(54) |
Nîmes-Garons |
|
(55) |
Orléans-Bricy |
|
(56) |
Orléans-Saint-Denis-de-l’Hôtel |
|
(57) |
Paris-Charles de Gaulle |
|
(58) |
Paris-le Bourget |
|
(59) |
Paris-Orly |
|
(60) |
Pau-Pyrénées |
|
(61) |
Perpignan-Rivesaltes |
|
(62) |
Poitiers-Biard |
|
(63) |
Quimper-Pluguffan (ftuħ mill-bidu ta’ Mejju sal-bidu ta’ Settembru) |
|
(64) |
Rennes Saint-Jacques |
|
(65) |
Rodez-Aveyron |
|
(66) |
Rouen-Vallée de Seine |
|
(67) |
Saint-Brieuc-Armor |
|
(68) |
Saint-Etienne Loire |
|
(69) |
Saint-Nazaire-Montoir |
|
(70) |
Strasbourg-Entzheim |
|
(71) |
Tarbes-Lourdes-Pyrénées |
|
(72) |
Toulouse-Blagnac |
|
(73) |
Tours-Val de Loire |
|
(74) |
Troyes-Barberey |
Punti tal-qsim tal-fruntiera fuq il-baħar
|
(1) |
Ajaccio |
|
(2) |
Bastia |
|
(3) |
Bayonne |
|
(4) |
Bordeaux |
|
(5) |
Boulogne |
|
(6) |
Brest |
|
(7) |
Caen-Ouistreham |
|
(8) |
Calais |
|
(9) |
Cannes-Vieux Port |
|
(10) |
Carteret |
|
(11) |
Cherbourg |
|
(12) |
Dieppe |
|
(13) |
Douvres |
|
(14) |
Dunkerque |
|
(15) |
Granville |
|
(16) |
Honfleur |
|
(17) |
La Rochelle-La Pallice |
|
(18) |
Le Havre |
|
(19) |
Les Sables-d’Olonne-Port |
|
(20) |
Lorient |
|
(21) |
Marseille |
|
(22) |
Monaco-Port de la Condamine |
|
(23) |
Nantes-Saint-Nazaire |
|
(24) |
Nice |
|
(25) |
Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis |
|
(26) |
Port-la-Nouvelle |
|
(27) |
Port-Vendres |
|
(28) |
Roscoff |
|
(29) |
Rouen |
|
(30) |
Saint-Brieuc |
|
(31) |
Saint-Malo |
|
(32) |
Sète |
|
(33) |
Toulon |
Punti tal-qsim tal-fruntiera fuq l-art
|
(1) |
Gare de Bourg Saint Maurice (ftuħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April) |
|
(2) |
Gare de Moutiers (ftuħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April) |
|
(3) |
Gare d’Ashford International |
|
(4) |
Gare d’Avignon-Centre |
|
(5) |
Cheriton/Coquelles |
|
(6) |
Gare de Chessy-Marne-la-Vallée |
|
(7) |
Gare de Fréthun |
|
(8) |
Gare de Lille-Europe |
|
(9) |
Gare de Paris-Nord |
|
(10) |
Gare de Saint-Pancras |
|
(11) |
Gare d’ Ebsfleet |
|
(12) |
Pas de la Case-Porta |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/22 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-2 ta’ Awwissu 2016
fil-Kawża E-33/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(In-nuqqas ta’ Stat taż-ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/26/UE li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza)
(2017/C 120/10)
Fil-Kawża E-33/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att li ssir referenza għaliha fil-punt 15q tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza) kif adattata għall-Ftehim bil-Protokoll 1 tagħha u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bih, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, President (Imħallef-Relatur), Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fit-2 ta’ Awwissu 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara illi l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att li ssir referenza għalih fil-punt 15q tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza) kif adattata għall-Ftehim bil-Protokoll 1 tagħha u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/23 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-2 ta’ Awwissu 2016
fil-Kawża E-34/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda
(In-nuqqas minn Stat tal-EFTA li jwettaq l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2012/46/UE li temenda d-Direttiva 97/68/KE dwar l-approssimizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq)
(2017/C 120/11)
Fil-Kawża E-34/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/46/UE tas-6 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq) kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fil-perjodu ta’ żmien preskritt jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinforma l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar dan, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza tagħha fit-2 ta’ Awwissu 2016, li l-parti tagħha operattiva hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/46/UE tas-6 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq) kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fil-perjodu ta’ żmien preskritt. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda ġġorr l-ispejjeż tal-proċeduri. |
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/24 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-2 ta’ Awwissu 2016
fil-Kawża E-35/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs Ir-Renju tan-Norveġja
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA milli jwettaq l-obbligi tiegħu — id-Direttiva 2000/59/KE dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija)
(2017/C 120/12)
Fil-Kawża E-35/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li r-Renju tan-Norveġja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Att imsemmi fil-punt 56i tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija) billi naqas milli (i) jiżviluppa u jimplementa pjan ta’ akkoljenza u trattament xieraq għall-iskart għal kull port kif meħtieġ skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/59/KE; (ii) jivvaluta u japprova l-pjanijiet ta’ akkoljenza u trattament tal-iskart, jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom u jiżgura l-approvazzjoni tagħhom mill-ġdid mill-inqas kull tliet snin kif meħtieġ skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/59/KE; u li (iii) jiżgura l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet ta’ akkoljenza xierqa tal-portijiet fil-portijiet kollha tan-Norveġja biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-bastimenti li normalment jużaw il-portijiet mingħajr ma jikkawżaw dewmien bla bżonn lill-bastimenti kif meħtieġ skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/59/KE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President (Imħallef-Relatur), Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza tagħha fit-2 ta’ Awwissu 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li r-Renju tan-Norveġja naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu skont l-Att imsemmi fil-punt 56i tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija) fil-limitu ta’ żmien preskritt billi:
|
|
2. |
Tordna lir-Renju tal-Iżlanda li jħallas l-ispejjeż tal-proċeduri. |
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/25 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-3 ta’ Awwissu 2016
fil-Kawżi konġunti E-26/15 u E-27/15
Proċedimenti kriminali kontra B kif ukoll B v Finanzmarktaufsicht
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 36 ŻEE — Direttiva 2005/60/KE — Proporzjonalità)
(2017/C 120/13)
Fil-Kawżi konġunti E-26/15 u E-27/15, il-proċedimenti kriminali kontra A u B v Finanzmarktaufsicht — TALBIET lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti tal-Appell tal-Prinċipat tal-Leichtenstein (Fürstliches Obergericht) u l-Bord tal-Appelli tal-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat sentenza fit-3 ta’ Awwissu 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
|
1. |
Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, trid tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix lil xi Stat Membru ospitanti taż-ŻEE milli jipproċedi għal fornitur ta’ servizzi ta’ trusts u ta’ kumpaniji li joperaw fit-territorju tiegħu, permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li huma suġġetti għal rekwiżiti ta’ diliġenza xierqa imniżżla fil-liġi nazzjonali tiegħu. |
|
2. |
Madankollu, sa fejn din il-leġiżlazzjoni tagħti lok għal diffikultajiet u spejjeż addizzjonali għall-attivitajiet imwettqa taħt ir-regoli li jirregolaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u sa fejn tista’ tiżdied mal-kontrolli li diġà saru fl-Istat taż-ŻEE tal-oriġini tal-fornitur ta’ servizzi ta’ trusts u ta’ kumpaniji, u b’hekk tiskoraġġixxi lil dawn tal-aħħar milli jwettqu attivitajiet bħal dawn, hija tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. L-Artikolu 36 tal-Ftehim ŻEE irid jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni, bil-kundizzjoni li din tiġi applikata b’mod mhux diskriminatorju, tkun iġġustifikata permezz tal-għan tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ dan l-għan u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan. B’mod partikolari, biex il-miżuri nazzjonali ta’ sorveljanza tal-Istat taż-ZEE ospitanti jiġu kkunsidrati proporzjonati, m’għandu jkun hemm l-ebda preżunzjoni ġenerali ta’ frodi, li twassal għal kontrolli sistematiċi sħaħ ta’ dawk kollha li huma stabbiliti fi Stati taż-ŻEE oħra u li jipprovdu servizzi fuq bażi temporanja fl-Istat taż-ŻEE ospitanti. Barra minn hekk, meta Stat Membru ospitanti jitlob informazzjoni, bħal dokumenti, allokati fl-Istat ŻEE ta’ stabbiliment, għandu jagħti lill-fornitur tas-servizz perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jipprovdi din l-informazzjoni, pereżempju billi jipprovdi kopji tad-dokumenti. F’dan ir-rigward, it-tul xieraq tal-avviż jiddependi mill-volum tad-dokumenti mitluba u l-mezz li fuqu jkunu maħżuna. |
|
3. |
Ir-risposti tal-Qorti għall-ewwel u t-tieni domandi mhumiex differenti meta l-kumpanija li għaliha huma pprovduti servizzi amministrattivi mhijiex inkorporata fi Stat taż-ŻEE. |
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/26 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Oslo tingrett, tal-31 ta’ Awwissu 2016 fil-kawża ta’ Mobil Betriebskrankenkasse vs Tryg Forsikring
(Kawża E-11/16)
(2017/C 120/14)
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA b’ittra tal-31 ta’ Awwissu 2016, Oslo tingrett (il-Qorti Distrettwali ta’ Oslo), li ġiet riċevuta fir-Reġistru tal-Qorti fis-7 ta’ Settembru 2016, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta’ Mobil Betriebskrankenkasse vs. Tryg Forsikring dwar il-mistoqsija li ġejja:
Mistoqsija 1, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 85(1)(a) tar-Regolament ta’ Koordinazzjoni:
Meta istituzzjoni fil-pajjiż tal-parti li sarilha d-dannu li hija responsabbli biex tipprovdi benefiċċji skont il-leġislazzjoni ta’ dak il-pajjiż tiġi “surrogata” għad-dritt tal-parti li sarilha d-dannu kontra “parti terza”, l-Istati l-oħra taż-ŻEE jridu jirrikonoxxu s-surroga tal-istituzzjoni għall-pretensjoni. Dan ifisser:
|
— |
li l-Istati taż-ŻEE l-oħra jridu jirrikonoxxu li l-pretensjoni tkun għaddiet mill-parti li sarilha d-dannu għall-istituzzjoni u li l-eżistenza u l-ambitu tat-talba jiddependu fuq il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini, |
|
— |
li l-Istati taż-ŻEE l-oħra jridu jirrikonoxxu li t-talba tkun għaddiet mill-parti li saritilha d-dannu għall-istituzzjoni u li l-eżistenza u l-ambitu tat-talba jiddependu fuq il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn seħħ id-dannu, jew |
|
— |
li l-Istati taż-ŻEE l-oħra jridu jirrikonoxxu li dik it-talba tkun għaddiet mill-parti li sarilha d-dannu għall-istituzzjoni, iżda li dak ir-Regolament ta’ Koordinazzjoni m’għandu ebda effett fuq l-għażla tal-liġi fir-rigward tal-eżistenza u l-ambitu tat-talba? |
Mistoqsija 2, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 85(1)(b) tar-Regolament ta’ Koordinazzjoni:
Meta l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji jkollha dritt dirett kontra parti terza, l-Istati l-oħra taż-ŻEE għandhom jirrikonoxxu dawn id-drittijiet. Dan ifisser:
|
— |
li l-Istati taż-ŻEE l-oħra jridu jirrikonoxxu d-dritt b’mod sħiħ, inkluż li l-eżistenza u l-ambitu tiegħu jiddependu fuq il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini, jew |
|
— |
li l-Istati taż-ŻEE l-oħra jridu jirrikonoxxu d-dritt, b’riżerva għal dawn ir-restrizzjonijiet li ġejjin mir-regoli tad-dritt fil-pajjiż fejn seħħ id-dannu? |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/27 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8455 — STRABAG/Rohöl-Aufsuchungs AG/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 120/15)
|
1. |
Fil-5 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-impriżi ILBAU Liegenschaftsverwaltung AG, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn STRABAG SE (“STRABAG”, l-Awstrija) u Rohöl-Aufsuchungs Aktiengesellschaft, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn EVN AG (“EVN”, l-Awstrija) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt sħiħ tal-impriża Projektgesellschaft Geoenergie Bayern Projekt Garching a.d. Alz GmbH & Co. KG (“JV”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal STRABAG: attiva madwar id-dinja kollha fit-taqsimiet kollha tan-negozju tal-kostruzzjoni, speċjalment fl-inġinerija strutturali, tal-kostruzzjoni u ċivili, kif ukoll fil-kostruzzjoni tat-toroq; — għal EVN: attiva l-aktar fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass, il-ħażna tal-gass u d-distribuzzjoni tal-elettriku, tal-gass u tat-tisħin distrettwali; — għall-JV: detentur tad-drititjiet għall-iżvilupp tal-proġett tal-enerġija ġeotermali fonda “Bruck”, f’Garching a.d. Alz fil-Bavarja. Din l-impriża konġunta se tkompli tiżviluppa l-proġett Bruck u se tiġġenera u tforni l-elettriku u t-tisħin distrettwali lil partijiet terzi. Barra minn dan, hu previst li l-impriża konġunta tiżviluppa proġetti oħra ġeotermali fondi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8455 — STRABAG/Rohöl-Aufsuchungs AG/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/28 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8384 — Carlyle/CITIC/McDonald’s/McDonald’s China)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 120/16)
|
1. |
Fis-7 ta’ April 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu The Carlyle Group (“Carlyle”, l-Istati Uniti), CITIC Capital u CITIC Limited (“CITIC”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina) flimkien ma’ McDonald’s Corporation (“McDonald’s”, l-Istati Uniti), jakkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt sħiħ ta’ McDonald’s China Management Limited (“il-kumpanija fil-mira”), li tinkludi n-negozju fit-territorju Prinċipali taċ-Ċina kif ukoll f’Ħong Kong ta’ McDonald, permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Carlyle: Tiġġestixxi fondi li jinvestu madwar id-dinja f’erba’ dixxiplini ta’ investiment, jiġifieri l-Ekwità Privata Korporattiva (akkwiżizzjoni u kapital ta’ tkabbir), Assi Reali (proprjetà immobbli, infrastruttura u enerġija), Strateġiji tas-Suq Globali (kreditu strutturat, mezzanin, distressed, fondi ħeġġ u dejn medju tas-suq) u Soluzzjonijiet (fondi ta’ ekwità privata ta’ programm ta’ fondi u attivitajiet relatati ta’ koinvestiment u sekondarji). — għal CITIC: hija impenjata kemm fin-negozju finanzjarju kif ukoll mhux finanzjarju. In-negozju finanzjarju tal-grupp ikopri firxa sħiħa ta’ servizzi inkluż servizzi bankarji kummerċjali, servizzi bankarji ta’ investiment, fondi fiduċjarji, il-ġestjoni tal-fondi u l-ġestjoni tal-assi. In-negozju mhux finanzjarji tal-grupp jinkludi proprjetà immobbli, kuntratti fl-inġinerija, l-enerġija u r-riżorsi, il-kostruzzjoni tal-infrastruttura, il-manifattura tal-makkinarju u l-industrija tal-IT. — għal McDonald’s: Attiva madwar id-dinja fl-industrija tar-ristoranti li jservu malajr, topera r-ristoranti McDonald's u tagħtihom b’konċessjoni, li jservu menu adattat lokalment ta’ ikel u xorb f'aktar minn 36 000 lokalità f’aktar minn 100 pajjiż. Is-sistema globali ta’ McDonald’s tikkonsistsi minn ristoranti proprjetà ta’ McDonald’s kif ukoll oħrajn konċessi b’aktar minn 80 % tar-ristoranti McDonald’s proprjetà ta’ konċessjonarji indipendenti, u mmexxija minnhom. — għall-kumpanija fil-mira: In-negozju fil-mira jinkludi aktar minn 2 000 ristorant McDonald’s fit-territorju Prinċipali taċ-Ċina u f’Ħong Kong. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.8384 — Carlyle/CITIC/McDonald’s/McDonald’s China, f' dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/29 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 120/17)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (1).
TALBA GĦAL EMENDA
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel (2)
TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“TERNERA DE EXTREMADURA”
Nru tal-UE: ES-PGI-0105-01129 — 8.7.2013
IĠP ( X ) DOP ( )
1. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☐ |
Denominazzjoni tal-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☒ |
It-tikkettar |
|
— |
☒ |
Rekwiżiti nazzjonali |
|
— |
☒ |
Oħrajn [organu ta’ spezzjoni] |
2. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☒ |
Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju |
|
— |
☐ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sommarju |
|
— |
☐ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
|
— |
☐ |
Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda (emendi):
Deskrizzjoni tal-prodott
Biex tiġi ċċarata t-terminoloġija u tiġi evitata l-konfużjoni fid-dokument kollu, titħassar is-sentenza li ġejja: “Ir-razez li jirriżultaw mit-taħlit tat-tieni ġenerazzjoni ma jistgħux jintużaw għat-tnissil kopert minn din l-IĠP” u tinbidel b’dan li ġej: “In-nisa li jirriżultaw mit-taħlit permezz tal-assorbiment ma jistgħux jintużaw għat-tnissil kopert minn din l-IĠP”.
Il-paragrafi li jiddeskrivu l-kundizzjonijiet tat-trobbija u tal-alimentazzjoni tal-annimali ripetuti fil-punt E “Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott” jitħassru.
L-espressjoni “supplimenti tal-ikel awtorizzati minn qabel” titħassar u ssir “supplimenti tal-ikel awtorizzati”. Iktar ‘il quddiem fil-punt E “Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott” jiġi speċifikat it-tip ta’ supplimenti tal-ikel permessi.
Minħabba s-sistema li biha jaħdmu l-operaturi, il-perjodu li matulu jkun jista’ jitkejjel il-valur tal-pH ġie estiż minn 24 għal 48 siegħa. Dan minħabba li l-annimali jinqatlu f’ħinijiet differenti u jitqiegħdu fl-impjant tat-tqattigħ fl-istess ħin. Żoni oħra għall-kejl tal-pH biex jiġi kkontrollat dan il-parametru fil-karkassi ddestinati għall-qtugħ ġew inklużi wkoll.
Elementi li juru li l-prodott joriġina miż-żona
D.2 Kontrolli ta’ Ċertifikazzjoni
Jitħassar il-paragrafu li jiddeskrivi r-razez permessi għall-forniment tal-laħam IĠP “Ternera de Extremadura”, li huwa ripetut u deskritt fil-Punt B “Deskrizzjoni tal-prodott”.
Taħt is-sistema l-ġdida ta’ ċertifikazzjoni, skont l-Istandard UNE-EN-40511, xi paragrafi ġew emendati biex jiddeskrivu l-kontroll mill-operaturi skont l-Ispeċifikazzjoni u l-kontroll tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni mill-Korp taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kontroll tal-Kunsill Regolatorju
It-taħlit ta’ annimali minn azjendi reġistrati maħsuba għall-IĠP u annimali oħra huwa permess biex jiġi ffaċilitat it-trasport minn azjendi żgħar, kemm-il darba jkunu jagħmlu parti mill-istess lott ta’ trasport u tibqa’ salvagwardata l-identifikazzjoni tagħhom. Dan huwa dovut għall-fatt li l-istess vettura tintuża għat-trasport lejn il-biċċerija minn azjendi li jappartjenu għal kooperattivi jew gruppi ta’ produtturi differenti. Barra minn hekk, f’xi wħud minn dawn, l-annimali huma mħallta u ma jitqiesx meħtieġ li jiġu separati waqt it-tagħbija u t-trasport għall-biċċerija.
Deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott
Il-kliem tal-paragrafu dwar l-alimentazzjoni tal-baqar li jkunu welldu huwa emendat bl-għan li jiġi ċċarat il-kontenut tiegħu.
Għal din ir-raġuni, il-paragrafi li ġejjin tħassru u nkitbu mill-ġdid:
|
— |
il-kliem “u legumi u fibri kkonċentrati awtorizzati” jitħassar u jinbidel bil-kliem “uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini u materja prima oħra, kemm-il darba jkunu ta’ oriġini veġetali, u l-minerali u l-vitamini meħtieġa”, |
|
— |
il-paragrafu li ġej jitħassar: “Il-Kunsill Regolatorju għandu jippubblika lista ta’ materji primi permessi fl-għalf ta’ dawn l-annimali”. |
It-tbiċċir tal-annimali li jseħħ fl-istess ħin tat-tindif tal-karkassi huwa permess, kemm għal dawk koperti mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta kif ukoll għal dawk li mhumiex, kemm-il darba s-separazzjoni u l-identifikazzjoni tagħhom jibqgħu salvagwardati. Din l-emenda qed issir skont prattiki tal-biċċeriji, mingħajr ma taffettwa l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodott.
F’din it-taqsima, hemm emendi fil-paragrafi li jiddeskrivu l-kontroll mill-Bord Regolatorju, li ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni attwali. Il-verżjoni l-ġdida tiddeskrivi l-kontroll attwali mill-operaturi skont l-Ispeċifikazzjoni u l-verifika tal-konformità ma’ dik l-Ispeċifikazzjoni mill-Korp ta’ Kontroll u Ċertifikazzjoni tal-Kunsill Regolatorju, skont is-sistema ta’ ċertifikazzjoni l-ġdida meħtieġa mill-Istandard UNE-EN-45011.
Struttura ta’ kontroll
Id-dettalji tal-Kunsill Regolatorju ġew aġġornati bit-twaqqif tal-Korp ta’ Kontroll u Ċertifikazzjoni indipendenti, korp akkreditat għall-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti tal-ikel minn E.N.A.C skont il-kriterji li jinsabu fl-istandard UNE-EN 45.011 (Akkreditament 109/C-PR188).
Il-kriterji ġew sussegwentement adattati għall-istandard UNE-EN ISO/IEC 17065: 2012.
It-tikkettar
Sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni aktar preċiża dwar il-prodott finali fir-rigward tal-ewwel jew it-tieni ġenerazzjoni ta’ tnissil inkroċjat (li huwa diffiċli li jiġi vverifikat u ma jkunx rifless fl-identifikazzjoni finali tal-prodott), it-tikketta tindika jekk il-laħam ikunx ġej minn tnissil inkroċjat f’ġenerazzjoni, tkun liema tkun.
Ir-referenzi kollha għat-traċċabilità jitħassru minn din it-taqsima peress li mhumiex parti mill-ittikkettar.
Fil-paragrafu: “It-tbiċċir tal-annimali li jseħħ fl-istess ħin tat-tindif tal-karkassi…”, il-kelma “mhux” titħassar u tidħol il-frażi li ġejja: “kemm-il darba s-separazzjoni u l-identifikazzjoni tagħhom jibqgħu salvagwardati”.
Ir-referenza għall-użu ta’ marka kummerċjali titħassar.
Legiżlazzjoni
Din it-taqsima titħassar għaliex saret obsoleta wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (3).
Emendi formali:
Il-kelma “preżenti” titħassar fil-paragrafi fejn ġiet inkluża b’referenza għall-Ispeċifikazzjoni, jiġifieri:
|
— |
it-tieni paragrafu ta’ Evidenza li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika, |
|
— |
it-tielet paragrafu ta’ Deskrizzjoni tal-Metodu ta’ Produzzjoni tal-Prodott, u |
|
— |
it-tieni paragrafu ta’ Tikkettar. |
Il-kaxxa “Rabta bejn il-kwalità u l-ambjent ġeografiku” fuq l-applikazzjoni ma ġietx immarkata billi l-emendi huma purament formali, (jiġifieri rilokazzjonijiet u tħassir minħabba r-ripetizzjoni).
L-ewwel, ir-raba’ u l-ħames paragrafi tal-punt 3, “Sistema ta’ produzzjoni u pproċessar” jitħassru minħabba li huma ripetuti fil-punt B “Deskrizzjoni tal-prodott”.
It-tieni u t-tielet paragrafi tal-punt 3, “Sistema ta’ produzzjoni u pproċessar” jitħassru minħabba li huma ripetuti fil-punt E “Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott”.
DOKUMENT UNIKU
Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel (4)
“TERNERA DE EXTREMADURA”
Nru tal-UE: ES-PGI-0105-01129 — 8.7.2013
IĠP ( X ) DOP ( )
1. Isem
“Ternera de Extremadura”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
“Ternera de Extremadura” tfisser karkassi esklużivament minn bhejjem tar-razez indiġeni “Retinta”, “Avileña Negra-Ibérica”, “Morucha”, “Blanca Cacereña”, “Berrendas” u t-tnissil inkroċjat ta’ bejnithom jew mar-razez “Charolais” u “Limousine”, li adattaw perfettament għall-ambjent, kif ukoll tnissil inkroċjat ma’ razez indiġeni msemmija hawn fuq meta mrobbija taħt sistema estensiva ta’ produzzjoni.
Il-karatteristiċi tal-laħam koperti mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ternera de Extremadura” huma kif ġej:
|
(I) |
Vitella: laħam minn annimali maħsuba għall-qatla f’età ta’ bejn 7 u 12-il xahar nieqes ġurnata. Aħmar qawwi f’kuluru, bix-xaħam ta’ lewn abjad, konsistenza soda, kemxejn niedja u ta’ tessut fin, |
|
(II) |
Ċanga tal-għoġol: laħam minn annimali maħsuba għall-qatla f’età ta’ bejn 12 u 16-il xahar nieqes ġurnata. Bejn aħmar ċar u vjola, b’xaħam ta’ lewn abjad, konsistenza soda meta jintmess, kemxejn niedja u ta’ tessut fin, |
|
(III) |
Barri: laħam minn annimali maħsuba għall-qatla f’età ta’ bejn 16 u 36 xahar. Aħmar lewn iċ-ċirasa, b’xaħam lewn il-krema, konsistenza soda meta tintmess, kemxejn niedja u ta’ tessut fin, u ammonti żgħar ta’ xaħam intramuskolari. |
It-tipi ta’ karkassi definiti jiġu aġġustati skont l-istandards li ġejjin:
|
1. — |
Karkassi tal-Kategoriji A u E kif deskritt fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nr 1208/81 (5). |
|
2. — |
Konformazzjoni: E.U.R.O. |
|
3. — |
Kisja ta’ xaħam: 2, 3, u 4. |
|
4. — |
Iġjene: Applikazzjoni ta’ standards Ewropej u nazzjonali. |
|
5. — |
Minn 24 sa 48 siegħa wara l-qatla, il-pH tal-muskolu longissimus dorsi għandu jkun ta’ inqas minn sitta fil-livell ta’ bejn il-ħames u s-sitt kustilja, u/jew il-qatgħat muskolari tal-ispalla u/jew kustilja u/jew falda, għal dawk il-karkassi maħsuba għat-tqattigħ. |
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)
Il-prattiki tat-trobbija tal-baqar li jkunu welldu jridu jirriflettu t-tekniki u l-prattiki li jisfruttaw ir-riżorsi naturali f’sistema ta’ biedja estensiva. Il-baqar li jkunu welldu jirgħu mill-mergħat tad-“dehesa” u minn mergħat indiġeni oħra tal-ekosistema tal-Extremadura matul is-sena kollha. Fejn meħtieġ, l-għalf tagħhom jiġi ssupplimentat bil-ħuxlief, bit-tiben, biċ-ċereali, bl-għelejjel tal-proteina u b’materja prima oħra, kemm-il darba tkun ta’ oriġini veġetali, kif ukoll bil-minerali u l-vitamini meħtieġa.
L-għoġġiela ma jiġux miftuma sakemm ikollhom mill-inqas ħames xhur.
Fi kwalunkwe każ, huwa espressament ipprojbit l-użu ta’ prodotti li jistgħu jfixklu r-ritmu normali tat-trobbija u l-iżvilupp tal-annimal, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
3.5. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni; it-twelid, it-trobbija, il-qatla u t-tqattigħ għandhom isiru fiż-żona.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar
Sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni aktar preċiża dwar il-prodott finali fir-rigward tat-tnissil inkroċjat, it-tikketta tindika t-tnissil tal-laħam minn inkroċju fi kwalunkwe ġenerazzjoni.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-annimali li l-laħam tagħhom jintgħażel biex iġib l-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ternera de Extremadura”, tinkludi d-distretti elenkati hawn taħt u l-muniċipalitajiet korrispondenti tagħhom:
Alburquerque, Almendralejo, Azuaga, Badajoz, Brozas, Cáceres, Castuera, Coria, Don Benito, Herrera del Duque, Hervás, Jaraíz de la Vera, Jerez de los Caballeros, Logrosán, Llerena, Mérida, Navalmoral de la Mata, Olivenza, Plasencia, Puebla de Alcocer, Trujillo u Valencia de Alcántara.
L-ipproċessar isir fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
35 % taż-żona inkwistjoni hija koperta minn arbuxxelli (ċistu, ġinestrun, gummar, eċċ.) u art tax-xagħri (ballut, ballut tas-sufra, ballut tal-Lużitanja u ballut tal-Pirinej, eċċ.). Il-bqija hija magħmula minn uċuħ b’saff ta’ ħaxix xieraq għall-bhejjem.
Il-fawna tal-ispeċijiet ta’ annimai domestiċi li jinsabu fl-Extremadura hija magħmula fil-biċċa l-kbira tagħha minn razez indiġeni, li huma konnessi u marbuta mill-qrib mal-ambjent l-iktar tipiku tar-reġjun (id-“dehesa”). Kollha kemm huma, minħabba r-reżistenza u l-kapaċità għolja ta’ adattament tagħhom għal ambjenti diffiċli jikkontribwixxu għaż-żamma u t-titjib tal-ekosistema, il-fertilizzazzjoni tal-ħamrija, it-titjib tal-kwalità tal-mergħat u jxekklu l-avvanz tal-arbuxelli. Madankollu, għandu jiġi nnotat li f’ħafna merħliet dawn ir-razez jitrabbew u jitnisslu minn taħlit ta’ razez tal-laħam Spanjoli, sabiex il-produzzjoni tiġi adattata għar-rekwiżiti attwali tas-suq.
Il-kundizzjonijiet estremi ta’ temperatura u ta’ xita juru li r-razez li jikkostitwixxu t-“Ternera de Extremadura” adattaw bl-aħjar mod possibbli peress li huma kapaċi jirreżistu kemm għall-kesħa u għas-sħana kif ukoll għall-iskarsezza tal-ilma fil-perjodi ta’ nixfa.
L-ekosistema tad-“dehesa” hija r-riżultat tal-attività tal-bniedem fl-imsaġar tal-Mediterran tul is-sekli. Is-sistema tkopri territorji vasti tal-Extremadura. Tradizzjonalment il-produzzjoni tal-bhejjem kienet iċċentrata fuq produzzjoni estensiva, fejn l-ispeċijiet tal-annimali (domestiċi u selvaġġi), l-ambjent u l-intervent tal-bniedem kienu dejjem f’bilanċ. Dan il-kunċett ta’ “estensifikazzjoni” huwa marbut mill-qrib mal-użu ta’ meded kbar ta’ mergħat għall-bhejjem li, minħabba r-reżistenza tagħhom adattaw ruħhom perfettament għall-ambjent. Il-klima ħarxa ta’ dan ir-reġjun u l-kwalità fqira tal-ħamrija ffavorixxew il-ħolqien tat-trobbija tal-bhejjem.
Is-sistemi tad-“dehesa” huma kkaratterizzati mill-użu tal-ambjent bħala mergħa mill-bhejjem, bi produzzjonijiet erbaċej li jkopru parti kbira tal-bżonnijiet enerġetiċi tal-annimali li hija ssostni. Il-mergħat jikkontribwixxu għal provvista ikbar ta’ riżorsi ta’ enerġija għas-sistema u huma magħmula minn diversi flora rikka f’ispeċijiet li jitkattru waħedhom kull sena.
L-importanza tas-siġar fl-isfruttament tad-“dehesa” tinsab fid-diversità tal-użi u l-alternattivi ta’ produzzjoni li l-ambjent joffri fil-ġestjoni tas-sistema mill-bniedem.
Il-parti msajġra tad-“dehesa” hija magħmula minn żewġ speċijiet ewlenin: il-ballut komuni (Quercus ilex) u l-ballut tas-sufra (Quercus suber), flimkien ma’ xi speċijiet oħra anqas prevalenti bħall-ballut tal-Lużitanja (Quercus lusitanica), il-qastan Spanjol (Castanea sativa) u l-ballut Ingliż (Quercus robur). Iż-żona msajġra toffri diversi forom ta’ produzzjoni bħal ġandar, zkuk u weraq tas-siġar, li jsostnu l-bhejjem meta jkun hemm skarsità ta’ riżorsi fil-mergħat.
L-ispeċijiet l-aktar rappreżentattivi fost l-arbuxxelli huma ċ-ċistu (Cistus ladaniferus), il-ġummar komuni (Sarothamnus scoparius), iċ-ċistu ta’ Montpelier (Cistus monspeliense), u l-ġinestrun (Genista spp.).
Iż-żoni tal-mergħat jistgħu jiġu kklassifikati skont il-ħamrija, kif ġej:
|
— |
mergħat fuq ħamrija tal-granit, |
|
— |
mergħat fuq ħamrija tax-shale, |
|
— |
mergħat fuq ħamrija ta’ sedimentazzjoni terzjarja u kwaternarja, |
|
— |
mergħat għall-“majadeo”, |
|
— |
u mergħat oħrajn li jinsabu f’żoni speċjali, jiġifieri mergħat fil-muntanji. |
Għandu jiġi mfakkar ukoll li, minbarra għal mergħat, l-ekosistema tad-“dehesa” tipproduċi ġandar, għalf miċ-ċereali (qamħ, xgħir, ħafur, segala u triticale), legumi (ċiċri, ful, eċċ.), sufra, ħatab, charcoal u riżorsi oħra. għaldaqstant, m’hemm l-ebda dubju li fil-biċċa l-kbira tagħhom fil-kuntest ta’ komunità agrikola, bħal ma hi Extremadura, id-“dehesa” huwa fenomenu ta’ importanza ekonomika ewlenija, li jiġġenera 45 % tal-produzzjoni agrikola finali.
Diversi studji li saru (Espejo Diaz, M. García Torres, S., Características específicas y diferenciadoras de las carnes de ganado Bovino de las dehesas españolas (Karatteristiċi speċifiċi u ta’ distinjoni tal-laħam tal-annimali tal-ifrat fid-“dehesas” ta’ Spanja”) urew li l-kwalitajiet prinċipalment mfittxija mill-konsumatur huma ferm akbar fir-razez tad-“dehesa”
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott
L-istudju “Características específicas y diferenciadoras de las carnes de ganado bovino de las dehesas españolas” ġie ppreżentat waqt is-Simposio Internacional de Caracterización de los Productos Ganaderos de la Dehesa, li sar f’Mérida (Badajoz, Spanja), EAAP pubblikazzjoni Nru 90, 1998. L-istudju juri li l-laħam kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ternera de Extremadura”, li ġej minn razez magħrufa bħala “Razas de la Dehesa” (Razez tad-Dehesa), għandu kwalità tajba, li wara testijiet sensorji (minn bordijiet ta’ testers imħarrġa u konsumaturi) juri b’mod ċar li dan il-laħam għandu karatteristiċi distinti li huma apprezzati ferm.
Għalhekk, il-laħam kopert mid-denominazzjoni “Ternera de Extremadura” huwa definit bħala prodott ta’ kwalità għolja minħabba l-karatteristiċi sensorjali tiegħu (tari, immerraq u b’togħma tajba).
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)
Il-koeżistenza ta’ razez differenti wasslet biex kemm ir-razez antiki u dawk attwali, u r-razez imħallta tagħhom, ġew rikonoxxuti bħala r-razza “Extremeña”, razza fil-peniżola tal-Iberja.
Għalhekk it-taħlit tal-“Blanca Cacereña” mat-“Tronco de capa negra” wassal biex il-“Ganado barroso cacereño” u l-“Colorada extremeña”, razez li llum huma evidenti fir-razza “Retinta”, kienu rrappreżentati tajjeb ħafna fil-Concursos Nacionales de Ganado tal-1913 Ir-razza żviluppat fir-razza “Cacereña” fis-snin 1922, 1926 u 1930, fl-aħħar sentejn taħt il-pretest ta’ “paradas de Cabestros”. Hija kompliet fis-snin 1953, 1956 u 1959, u sussegwentement sparixxiet qabel ma reġgħet dehret fl-1975 waqt esibizzjoni permezz ta’ kunsinna minn Stat tal-merħla (Sánchez Belda A., Publicaciones de Extensión Agraria, 1984).
Insibu wkoll referenzi għaliha f’għadd kbir ta’ riċetti gastronomiċi li jorbtu l-vitella mat-tisjir ta’ Extramadura: “Ternera asada al estilo de la Vera” (Cocina Tradicional de la Vera, José V. Serradilla Muñoz, 1992, it-tielet edizzjoni 1999, Gráficas Romero de Jaraíz de la Vera (Cáceres)); “Envueltillos de Ternera” (La cocina día a día, Cocina extremeña, Ana María Calera, 1987, Plaza y Janes S.A); “Chuletas de vaca a la extremeña”, ABC, 1994, Ediciones Nobel S.A., Madrid), jew “Entrecot al modo de Cáceres” (Cocina Extremeña, Teclo Villalón y Pedro Plasencia, 1999, editorial Everest).
Fis-seklu għoxrin insibu wkoll referenzi għall-bhejjem tagħna, bħal fl-10 ta’ Jannar 1927 meta is-“Sociedad Productos de la Ganadería Extremeña” ġiet ikkostitwita sabiex topera l-biċċerija ta’ Mérida fil-ġejjieni. Hemm referenza oħra ftit aktar tard, madwar 1930, fost id-diversi prodotti żejda mibjugħa lil hinn mir-reġjun. F’dak iż-żmien, il-laħam tal-ifrat deher fi swieq barra mir-reġjun, li minnu nbiegħ 62 % tal-piż ħaj totali tiegħu. (Extremadura: la historia, Archivo Ediciones Extremeñas, L.S.1997).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.gobex.es/filescms/con03/uploaded_files/SectoresTematicos/Agroalimentario/Denominacionesdeorigen/IGP_TerneraDeExtremadura_PliegoCondiciones.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1, sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.
(4) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.