|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 117/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8438 — Bollore Energy/TOTAL Marketing France/DRPC) ( 1 ) |
|
|
2017/C 117/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8420 — Megatrends European Holdings/Allianz/Kamppi Shopping Centre) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2017/C 117/03 |
||
|
2017/C 117/04 |
||
|
2017/C 117/05 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 117/06 |
||
|
2017/C 117/07 |
||
|
2017/C 117/08 |
||
|
2017/C 117/09 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Batteriji Rikarikabbli (AT.39904) |
|
|
2017/C 117/10 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 117/11 |
||
|
2017/C 117/12 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 117/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8387 — AXA/Caisse des dépôts et consignations/Cible (II)) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8438 — Bollore Energy/TOTAL Marketing France/DRPC)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 117/01)
Fis-6 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali. |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8438. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8420 — Megatrends European Holdings/Allianz/Kamppi Shopping Centre)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 117/02)
Fit-3 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8420. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/689 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/685 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
(2017/C 117/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/689 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/685 (4) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 359/2011.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 359/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel il-15 ta’ Frar 2018, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
DG C 1C - Horizontal Issues Unit |
|
General Secretariat |
|
Rue de la Loi/ Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
E-mail: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2), u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.
(2) ĠU L 99, 12.4.2017, p. 21.
(3) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.
(4) ĠU L 99, 12.4.2017, p. 10.
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/3 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
(2017/C 117/04)
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (2).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG C 1C - Horizontal Issues Unit |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
E-mail: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 359/2011.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit f’dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).
Data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(2) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.
(3) ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/4 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2017/C 117/05)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tas-Sur Hassan Nouri (nru. 5), is-Sur Adib Mayaleh (nru. 53) u s-Sur. Najm Hamad Al Ahmad (nru.170), persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawk il-persuni huma b’dan informati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet maħsuba, qabel is-17 ta’ April 2017, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ April 2017
(2017/C 117/06)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0616 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
117,36 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4372 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85330 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5915 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0696 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,1245 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,658 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
311,40 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2414 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5104 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9392 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4137 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4139 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2499 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5285 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4904 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 214,50 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,6891 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3256 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4240 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 099,64 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7066 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,631 |
|
RUB |
Rouble Russu |
60,4528 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,726 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3241 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,8434 |
|
INR |
Rupi Indjan |
68,4550 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2015 dwar abbozz ta’ deċiżjoni marbuta mal-Każ AT.39639 — Disk drives ottiċi
Relatur: L-Awstrija
(2017/C 117/07)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ambitu tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattika miftiehma li tinsab fl-abbozz tad-deċiżjoni. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz tad-deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew prattiki miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u tal-partijiet kontraenti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul tal-ksur. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward id-destinatarji, inkluża l-imputazzjoni tar-responsabbiltà lill-kumpaniji possedenti tal-gruppi kkonċernati fil-każ. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/7 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Diċembru 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39904 — Batteriji Rikarikabbli
Relatur: L-Awstrija
(2017/C 117/08)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ambitu tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattika miftiehma li tinsab fl-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul tal-ksur. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi. |
|
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni tad-durata għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi. |
|
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żidiet speċifiċi tal-ammonti bażiċi tal-multi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm effett ta’ deterrenza suffiċjenti. |
|
13. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ. |
|
14. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis ta’ multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006. |
|
15. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis ta’ multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008. |
|
16. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi. |
|
17. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/8 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Batteriji Rikarikabbli
(AT.39904)
(2017/C 117/09)
Fl-4 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) nediet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (3) fir-rigward ta’ erba’ impriżi: Samsung SDI, Sony, Panasonic u Sanyo (l-“impriżi kkonċernati”).
Wara diskussjonijiet dwar ir-riżolviment u sottomissjonijiet għar-riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, fit-28 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni nnotifikat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet lill-entitajiet ġuridiċi li ġejja (il-“partijiet”) miġbura hawn mill-impriża rispettiva ikkonċernata:
|
— |
Samsung SDI Co., Ltd, |
|
— |
Sony Corporation, Sony Energy Devices Corporation, Sony Electronics Inc. u Sony Taiwan Limited, |
|
— |
Panasonic Corporation u Panasonic Automotive & Industrial Systems Europe GmbH, kif ukoll |
|
— |
Sanyo Electric Co., Ltd, Panasonic Industrial Devices Sales Taiwan Co., Ltd u Panasonic Automotive & Industrial Systems Europe GmbH. |
Skont dik id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, l-impriżi kkonċernati pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar batteriji tal-joni tal-litju fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) mill-2004 sal-2007.
L-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni jsib li l-impriżi kkonċernati kienu kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu li jkopri ż-ŻEE kollha, liema ksur jikkonsisti f’koordinazzjoni tal-prezzijiet u/jew skambji ta’ informazzjoni tas-suq kummerċjalment sensittiva rigward batteriji rikarikabbli tal-joni tal-litju.
Skont l-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, il-partijiet ikkonfermaw li d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment.
Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jiena eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjoniet tagħhom. Nikkonkludi li dan hu minnu.
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq u billi wieħed iżomm f’moħħu li l-partijiet ma indirizzawli l-ebda talba jew ilmenti (4), jiena nikkunsidra li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-parteċipanti kollha fil-proċedimenti f’dan il-każ ġie rrispettat.
Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2016.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18) kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 tat-30 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3).
(4) Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ riżolviment sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli, (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/9 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-12 ta’ Diċembru 2016
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39904 — Batteriji Rikarikabbli)
(notifikat bid-dokument C(2016) 8456)
(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2017/C 117/10)
Fit-12 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda l-ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fis-settur tal-batteriji rikarikabbli tal-joni tal-litju. Id-destinatarji tad-Deċiżjoni skambjaw informazzjoni tas-suq kummerċjalment sensittiva u/jew prezzijiet ikkoordinati ta’ batteriji rikarikabbli tal-joni tal-litju (“LiBS”, Lithium ion Batteries). |
|
(2) |
Hemm tliet tipi differenti ta’ LiBs skont l-użu u d-domanda tagħhom, jiġifieri t-tip ċilindriku, it-tip priżmatiku u t-tip polimeru. Pereżempju, apparat ikbar, bħalma huma l-laptops u l-camcorders ta’ spiss jużaw LiBs tat-tip ċilindriku, filwaqt li apparat iżgħar, bħalma huma l-ismartphones u t-tablets ta’ spiss jużaw LiBs tat-tip priżmatiku jew polimeru. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata għal Samsung SDI (2), Sony (3), Panasonic (4) u Sanyo (5) (“il-Partijiet”). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(4) |
Wara l-applikazzjoni għall-immunità ta’ Samsung SDI, skont it-termini tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006, fl-1 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni indirizzat it-talbiet għal informazzjoni għall-impriżi attivi fl-industrija. Fis-17 ta’ Awwissu 2012, Sony applikat għal tnaqqis ta’ multa. Fil-25 ta’ Marzu 2015, Panasonic (flimkien mas-Sanyo) applikat għal tnaqqis ta’ multa. |
|
(5) |
Fl-4 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni nediet il-proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra l-partijiet bl-għan li tidħol f’diskussjonijiet dwar ir-riżolviment magħhom. Il-laqgħat ta’ riżolviment seħħew bejn Lulju 2015 u Lulju 2016. Sussegwentement, il-partijiet ressqu t-talba formali għar-riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (6). |
|
(6) |
Il-Kummissjoni adottat id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet fit-28 ta’ Settembru 2016 u l-partijiet kollha mingħajr ekwivoku kkonfermaw li hija kienet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li għalhekk kienu impenjati li jsegwu l-proċedura għar-riżolviment. |
|
(7) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-5 ta’ Diċembru 2016. Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fit-12 ta’ Diċembru 2016. |
2.2. Durata
|
(8) |
L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, waqt il-perijodi indikati hawn taħt, f’attivitajiet antikompetittivi fir-rigward tal-forniment tal-LiBs.
|
2.3. Sommarju tal-ksur
|
(9) |
Il-kartell ikkonsista f’serje ta’ kuntatti antikompetittivi bejn il-Partijiet rigward il-LiBs, inklużi kuntatti okkażjonali relatati mal-prezz u/jew skambji regolari ta’ informazzjoni tas-suq kummerċjalment sensittiva. Barra minn hekk, il-Partijiet iddiskutew l-intenzjonijiet tagħhom li jipparteċipaw f’avvenimenti partikolari ta’ offerti kompetittivi organizzati minn konsumaturi speċifiċi. Fil-kuntest ta’ dawn id-diskussjonijiet, huma ġieli ddivulgaw prezzijiet li ppreżentaw jew li kellhom l-intenzjoni li jippreżentaw kif ukoll ikkoordinaw iż-żmien xieraq li fih jitnedew iż-żidiet miftiehma fil-prezzijiet. |
|
(10) |
Il-kartell opera prinċipalment abbażi ta’ kuntatti bilaterali, iżda ġieli ġew organizzati kuntatti multilaterali wkoll. Ġeografikament, id-diskussjonijiet tal-kartell seħħew l-aktar fl-Asja, iżda ġieli seħħew kuntatti ukoll fl-Ewropa. |
|
(11) |
Il-kuntatti tal-kartell saru bi gradi differenti ta’ intensità u frekwenza. Il-kuntatti laħqu l-quċċata tagħhom fil-kuntest taż-żidiet fil-prezzijiet ta’ kobalt fl-2004 u fl-2007 li rriżultaw fil-ftehim tal-Partijiet dwar iż-żidiet temporanji fil-prezzijiet tal-LiBs għal dak il-perjodu. |
2.4. Rimedji
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-multi (7). |
2.4.1. Ammont bażiku tal-multa
|
(13) |
Il-valur tal-bejgħ huwa kkalkolat abbażi tal-bejgħ tal-LiBs fiż-ŻEE matul l-aħħar sena sħiħa tal-ksur (2006). |
|
(14) |
Meta titqies in-natura tal-ksur u l-firxa ġeografika tiegħu, il-perċentwal tal-ammont varjabbli tal-multa u l-ammont addizzjonali (“il-ħlas tad-dħul”) hu stabbilit għal 16 % tal-valur tal-bejgħ għall-ksur. |
|
(15) |
L-ammont varjabbli tal-parteċipazzjoni individwali tal-Partijiet fil-ksur hu mmultiplikat bin-numru ta’ snin jew bi frazzjonijiet tas-sena rispettivament. Iż-żieda fit-tul taż-żmien hija kkalkulata abbażi tas-snin, xhur u jiem sħaħ. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
|
(16) |
Ma hemm l-ebda ċirkostanzi aggravanti jew attenwanti li ġew meqjusa mill-Kummissjoni f’dan il-każ. Multiplikatur ta’ deterrenza ta’ 1,2 qed jiġi applikat lil Sony u lil Panasonic sabiex jittieħed kont tal-fatturat partikolarment kbir li jmur lil hinn mill-valur tal-bejgħ ta’ dawk l-impriżi. |
2.4.3. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
|
(17) |
L-ammonti finali individwali tal-multi huma taħt l-10 % tal-fatturat dinji tal-Partijiet kollha. |
2.4.4. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006
|
(18) |
Samsung SDI kienet l-ewwel impriża li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 8(a) tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006. Il-multa li għandha tiġi imposta fuqha għalhekk tnaqqset b’100 %. |
|
(19) |
Barra minn hekk, Sony qed tingħata tnaqqis ta’ 50 % tal-multa u Panasonic/Sanyo qed tingħata tnaqqis ta’ 20 %. |
2.4.5. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment
|
(20) |
B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq Sony, Panasonic u Sanyo tnaqqas b’10 %. It-tnaqqis ġie miżjud mal-kumpens mogħti bħala benefiċċju tat-trattament favorevoli. |
3. MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI
|
(21) |
Ġiet imposta l-multa li ġejja skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:
|
(2) L-entità ġuridika rilevanti hija Samsung SDI Co., Ltd.
(3) L-entitajiet ġuridiċi rilevanti huma Sony Corporation, Sony Energy Devices Corporation, Sony Electronics Inc. u Sony Taiwan Limited.
(4) L-entitajiet ġuridiċi rilevanti huma Panasonic Corporation u Panasonic Automotive & Industrial Systems Europe GmbH (dik li qabel kienet Panasonic Industrial Device Sales Europe GmbH).
(5) L-entitajiet ġuridiċi rilevanti huma Sanyo Electric Co., Ltd, Panasonic Industrial Devices Sales Taiwan Co., Ltd (dik li qabel kienet Sanyo Energy Taiwan Co., Ltd) u Panasonic Automotive & Industrial Systems Europe GmbH (dik li qabel kienet Sanyo Component Europe GmbH). Mit-tieni nofs tal-2009, Sanyo bdiet tagħmel parti mill-grupp Panasonic.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/12 |
Avviż ta’ bidu ta’ reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2017/C 117/11)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata minn Kyocera (“l-applikant”), produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”).
Ir-rieżami huwa limitat għall-eżaminazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-kjarifika jekk ċerti tipi ta’ prodotti, kif speċifikat fit-taqsima 4 hawn taħt, jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri antidumping applikabbli fuq importazzjonijiet tal-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat.
2. Il-prodott taħt rieżami
Il-prodott soġġett għal din ir-reviżjoni huwa oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondiment jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, għodod li jqaxxru l-frott u l-ħaxix magħmula miċ-ċeramika, senniena tas-skieken taċ-ċeramika, ġebel tal-pizza taċ-ċeramika cordierite tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew il-ħobż (“il-prodott li qed jiġi rivedut”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 6911 10 00, ex 6912 00 21, ex 6912 00 23, ex 6912 00 25 u ex 6912 00 29 (kodiċijiet TARIC 6911100090, 6912002111, 6912002191, 6912002310, 6912002510 u 6912002910).
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma ta’ dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (2).
4. Ir-raġunijiet għar-rieżami
L-applikant jitlob l-esklużjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jqattgħu fi slices, ħakkieka taċ-ċeramija, mqassijiet taċ-ċeramika, barraxa taċ-ċeramika, magni li jsinnu taċ-ċeramika u mtieħen tal-kafe taċ-ċeramika mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri antidumping attwali.
It-talba skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku hija bbażata fuq evidenza prima facie pprovduta mill-applikant li turi li l-karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi tal-prodotti, il-proċessi tal-produzzjoni u l-użi aħħarija tal-prodotti li għandhom jiġu esklużi jvarjaw b’mod sinifikanti minn dawk tal-prodott li qed jiġi rieżeminat.
5. Il-proċedura
Wara li stabbiliet, wara li infurmat l-Istati Membri, li hemm biżżejjed provi sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ reviżjoni parzjali interim, il-Kummissjoni qed tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat għall-kjarifika ta’ jekk ċerti tipi ta’ prodotti, kif speċifikat fis-sezzjoni 4 hawn fuq, jaqgħux fl-ambitu tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat.
Kull regolament li jista’ jirriżulta minn dan ir-rieżami jista’ jkollu effett retroattiv sa mid-data tal-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, jew inkella minn data ulterjuri, pereżempju d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati kollha, u b’mod partikolari l-importaturi, huma mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom dwar din il-kwistjoni, u jissottomettu kull evidenza li tappoġġa dawn il-fehmiet.
5.1. Is-sottomissjonijiet bil-miktub
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li hi tikkunsidra neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant bħala produttur esportatur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tibgħat kwestjonarji lill-partijiet interessati li ppreżentaw ruħhom. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.2. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.3. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u sabiex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija kif ukoll il-korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-Avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta minn partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali jeħtieġu li jkunu mmarkati bħala “Limited” (3) (“Ristretta”). Kull talba għal trattament kunfidenzjali trid tiġi ġustifikata kif dovut.
Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma rikjesti li jagħtu sommarju mhux kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni fuq bażi kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz tal-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali funzjonanti u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Email: trade-tableware-review@ec.europa.eu |
6. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Jekk ma tintbagħatx tweġiba bil-kompjuter, dan ma għandux jitqies bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif intalab kienet twassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew għal spejjeż żejda mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tat-termini preskrittivi u t-talbiet minn partijiet terzi biex jinstemgħu. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u għandhom jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet sabiex issir seduta ta’ smigħ li tinvolvi lill-partijiet u li tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, jekk ċerti tipi ta’ prodotti, kif speċifikat fit-taqsima 4 hawn fuq, jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri kurrenti.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta’ dejta personali
Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4).
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1).
(3) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/15 |
Notifika ta’ tnedija ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2017/C 117/12)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiżi konċernati”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba tressqet fit-18 ta’ Jannar 2017 minn Oxaquim S.A. (“l-applikant”), li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-aċidu ossaliku.
2. Il-prodott taħt rieżami
Il-prodott taħt rieżami huwa l-aċidu ossaliku, kemm jekk f’forma diidrata (numru CUS 0028635-1 u numru CAS 6153-56-6) jew f’forma anidrata (numru CUS 0021238-4 u numru CAS 144-62-7) u kemm jekk f’soluzzjoni milwiema jew le, li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2917 11 00 (kodiċi TARIC 2917110091) u li joriġina u mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott taħt rieżami”).
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma ta’ dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 (3). Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 (4), jerġgħu jiġu imposti miżuri (5) kontra l-importazzjonijiet ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.
4. Ir-raġunijiet għar-rieżami
It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal biex ikun hemm kontinwazzjoni ta’ dumping kif ukoll rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni dwar il-probabbiltà li d-dumping jitkompla
L-allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping għall-Indja hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina titqies bħala pajjiż li l-ekonomija tagħha mhijiex waħda tas-suq, l-applikant stabbilixxa valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Indja. L-allegazzjoni li x’aktarx jibqa’ jsir id-dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-applikant ressaq ukoll informazzjoni dwar il-prezzijiet fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li tikkonferma l-allegazzjoni tal-issoktar tad-dumping.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati huma sinifikanti għaż-żewġ pajjiżi konċernati.
4.2. Allegazzjoni dwar il-probabbiltà li l-ħsara tikkorri mill-ġdid
L-applikant jallega li probabbilment il-ħsara tikkorri mill-ġdid. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda evidenza li prima facie turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-interess kontinwu tal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni u l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiżi kkonċernati.
Finalment, l-applikant jallega li l-ħsara waqfet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kull rikorrenza ta’ importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati x’aktarx twassal għal rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Il-proċedura
Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
5.1. Il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2016 sal-31 ta’ Marzu 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping
Il-produtturi esportaturi (6) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
It-teħid ta’ kampjun
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fl-Indja u fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, sabiex tagħżel il-kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-Indja u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu raġonevolment jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet fl-Indja u fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).
5.2.2. Il-proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi f’pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq
F’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-valur normali se jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur normali maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq.
Fl-investigazzjoni preċedenti, l-Indja ntużat bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni qed tippjana li terġa’ tuża l-Indja. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jista’ jkun hemm produtturi oħrajn b’ekonomija tas-suq fost l-oħrajn fil-Ġappun. Il-Kummissjoni, bl-għan li fl-aħħar tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott taħt rieżami f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li dwarhom hemm indikazzjonijiet li teżisti produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar l-għażla tal-pajjiż analogu fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.2.3. L-investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati (7) (8)
Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika dwar l-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.3. Il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tal-ħsara
Sabiex jiġi stabbilit jekk x’aktarx hemmx kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. L-investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni jew lil produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri suġġetti għar-rieżami preżenti, jiġifieri lil: Oxaquim S.A. u Clariant.
Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi fl-Unjoni msemmija fuq iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.
Kull produttur fl-Unjoni u assoċjazzjoni ta’ produtturi tal-Unjoni li mhumiex elenkati hawn fuq huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun, preferibbilment permezz tal-posta elettronika, iżda sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju.
5.4. Il-Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fl-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom sal-limitu taż-żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.5. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.6. Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.7. L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u sabiex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija kif ukoll il-korrispondenza
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (9).
Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretti” huma rikjesti li jagħtu sommarju mhux kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali tinftiehem raġonevolment. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz tal-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
||||
|
Directorate-General for Trade |
||||
|
Directorate H |
||||
|
Office: CHAR 04/039 |
||||
|
1049 Bruxelles/Brussel |
||||
|
BELGIQUE/BELGIË |
||||
|
Indirizz elettroniku: |
||||
|
6. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex sal-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet pożittivi kif ukoll negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Jekk ma tintbagħatx tweġiba bil-kompjuter, dan ma għandux jitqies bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif intalab kienet twassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew għal spejjeż żejda mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi biex jinstemgħu. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandhom jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll il-possibbiltà li jsir smigħ li jinvolvi lill-partijiet bil-għan li jippermettilhom jippreżentaw fehmiet differenti u li jressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara, u l-interess tal-Unjoni.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Il-possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami tal-iskadenza qed jitnieda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami tal-skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
10. L-ipproċessar ta’ dejta personali
Id-dejta personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (10).
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 tat-12 ta’ April 2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 106, 18.4.2012, p. 1).
(4) Il-Kawża T-310/12 Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2081 tat-28 ta’ Novembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodott minn Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 48).
(6) Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż(i) ikkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott rieżaminat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott rieżaminat.
(7) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati ma’ produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-istokk jew tal-ishma bid-dritt tal-vot pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza, direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda minn dawn ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti ġuridiċi (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(8) Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.
(9) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/25 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8387 — AXA/Caisse des dépôts et consignations/Cible (II))
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 117/13)
|
1. |
Fis-6 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha AXA S.A. (“AXA”, Franza) u Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ żewġ lottijiet ta’ patrimonju konġunt li jinsabu fi Franza (“Cible (II)”) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — AXA: grupp ta’ assigurazzjoni globali attiv fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra ta’ assigurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-investimenti; — CDC: stabbiliment pubbliku li jwettaq attivitajiet ta’ interess ġenerali, li partikolarment jikkonsistu fil-ġestjoni ta’ fondi privati li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jixtiequ jipprovdu protezzjoni partikolari, u attivitajiet miftuħin għall-kompetizzjoni fis-setturi tal-ambjent, tal-proprjetà immobbli, tal-investiment u tal-kapital ta’ investiment kif ukoll tas-servizzi; — Cible (II): żewġ lottijiet ta’ koproprjetà għall-użu kummerċjali f’ċentru kummerċjali li jinsab fir-reġjun Provence-Alpes-Côte d’Azur. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (Nru. +32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.8387 — AXA/Caisse des dépôts et consignations/Cible (II), fl-indirizz li jmiss:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.