|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 111/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8400 — Engie Group/Soper/BPCE Group/LCS4 et LCS du Centre) ( 1 ) |
|
|
2017/C 111/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8381 — Motherson Sumi Systems/PKC Group) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 111/03 |
||
|
2017/C 111/04 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2017/C 111/05 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2017/C 111/06 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2017/C 111/07 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2017/C 111/08 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2017/C 111/09 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2017/C 111/10 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2017/C 111/11 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 111/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8415 — Ennoconn/S&T) ( 1 ) |
|
|
2017/C 111/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8376 — BMW/Daimler/Ford/Porsche/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 111/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8427 — KKR/Telefónica/Telxius) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 111/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8463 — CPPIB/PSPIB/Waiheke) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 111/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8432 — Bain Capital/MKM Building Supplies) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8400 — Engie Group/Soper/BPCE Group/LCS4 et LCS du Centre)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 111/01)
Fis-27 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali. |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8400. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8381 — Motherson Sumi Systems/PKC Group)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 111/02)
Fl-20 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8381. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta’ April 2017
(2017/C 111/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0630 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
117,64 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4363 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85573 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5963 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0695 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,1583 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,563 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
310,36 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2249 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5178 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9726 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4123 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4256 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2596 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5249 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4902 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 206,35 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,6840 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3318 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4490 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 161,42 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7144 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,019 |
|
RUB |
Rouble Russu |
60,4918 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,790 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3349 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,9474 |
|
INR |
Rupi Indjan |
68,3775 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/3 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 111/04)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 387:
|
9608 30 00 |
Pinen funtana (fountain pens), pinen stilografiċi u pinen oħrajn |
Jiddaħħal it-test li ġej wara t-test li hemm diġà:
“Dan is-subtitlu jinkludi l-hekk imsejħa ‘touch pens’, li huma styluses għall-iskrins tal-mess ta’ kwalunkwe materjal. Ġeneralment hemm żewġ gruppi ta’ styluses: dawk għall-iskrins reżistenti u dawk għal skrins kapaċitattivi.”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/4 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 111/05)
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 372, jiżdied it-test li ġej:
|
“9021 10 10 |
Apparat ortopediku Din is-subintestatura tinkludi “tagħmir ortopediku” li huwa ddisinjat apposta għal għan ortopediku partikolari, bid-differenza minn prodotti ordinarji li jista’ jintuża għal għanijiet differenti (pereżempju, prodotti għal ġogi, ligamenti jew għeruq b’ħafna pressjoni fuqhom ikkawżati minn attivitajiet sportivi, mill-użu tat-testiera, u prodotti li sempliċiment itaffu l-uġigħ fil-parti difettuża jew diżabbli tal-ġisem, pereżempju uġigħ ikkawżat minn infjammażżjoni). It-“tagħmir ortopediku” għandu jipprevjeni kompletament moviment speċifiku tal-parti difettuża jew tal-parti diżabbli tal-ġisem (pereżempju, ġogi, ligamenti jew għeruq) biex jiġu evitati aktar korrimenti jew (aggravament ta’) diformitajiet tal-ġisem b’differenza minn prodotti ordinarji li jippermettu movimenti mhux mixtieqa, iżda li jevitaw movimenti tar-rifless (jiġifieri movimenti mwettqa subkonxjament) minħabba l-inflessibbiltà relattiva tagħhom ikkawżata minn, pereżempju, qassaba flessibbli, kuxxinetti tal-pressjoni, materjali tessili mhux elastiċi, restrizzjonijiet permezz ta’ strippi “tat-tip Velcro”. Ara wkoll in-Nota 6 tal-Kapitolu 90 u s-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-260/00 sa C-263/00, Lohmann GmbH & Co. KG u Medi Bayreuth Weihermüller & Voigtmann GmbH & Co. KG v Oberfinanzdirektion Koblenz, il-paragrafi 36, 37, 39, 40, 43 u 45, (ECLI:EU:C:2002:637). Eżempji ta’ prodotti li jaqgħu taħt is-sottotitolu 9021 10 10:
Eżempji ta’ prodotti li jaqgħu taħt it-Taqsima XI:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/6 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 111/06)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, waħda minnhom li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Belġju
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-200 anniversarju tal-Università ta’ Liège
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti ta’ ġewwa tal-munita tirrappreżenta l-logo tal-Università ta’ Liège, bid-dati 1817–2017 taħt, ċirkondati bl-iskrizzjoni 200 ANS UNIVERSITE DE LIEGE — 200 YEARS UNIVERSITY OF LIEGE u l-indikazzjoni tal-pajjiż BE. Il-marka taz-zekka ta’ Brussell, ir-ras tal-Arkanġlu Mikiel bl-elmu u l-marka taz-zekka tad-diretturi taz-zekka, l-arma tal-muniċipalità ta’ Herzele, jinsabu rispettivament fuq il-lemin u x-xellug tal-indikazzjoni tal-pajjiż.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 200 000 munita
Data tal-ħruġ : April 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/7 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 111/07)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Finlandja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-Finlandja indipendenti għal 100 sena
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti ta’ ġewwa tal-munita għandha disinn tal-mużajk, b’biċċiet iktar imferrxa fuq il-lemin li jiffurmaw somiljanza kartografika tal-Finlandja. Il-kitba “SUOMI FINLAND”, is-sena tal-indipendenza “1917” u s-sena tal-ħruġ “2017” jinsabu vertikalment waħda taħt l-oħra fuq ix-xellug. Fuq in-naħa tal-lemin fiċ-ċentru hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “FI” u l-marka taz-zekka.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 2,5 miljun
Data tal-ħruġ : Marzu-Mejju 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/8 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 111/08)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : L-Italja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : L-400 Anniversarju tat-tlestija tal-Bażilika ta’ San Mark f’Venezja
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-faċċata tal-Bażilika ta’ San Mark f’Venezja; id-dati “1617” u “2017”, is-sena tat-tlestija tal-Bażilika u s-sena tal-ħruġ tal-munita rispettivament, huma miktuba fejn il-logo tar-Repubblika Taljana “RI”; taħthom l-iskrizzjoni “SAN MARCO”; fuq il-lemin “LDS”, l-inizjali tal-awtur Luciana De Simoni; fuq in-naħa ta’ fuq l-iskrizzjoni “VENEZIA”, u l-marka taz-zekka taz-Zekka ta’ Ruma “R”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 1,5 miljun
Data tal-ħruġ : Jannar 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/9 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 111/09)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : L-Italja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : L-elfejn sena anniversarju tal-mewt ta’ Titus Livius
Deskrizzjoni tad-disinn : Bust tal-istoriku Ruman Titus Livius, meħud minn xogħol ta’ Lorenzo Larese Moretti; fuq ix-xellug il-logo tar-Repubblika Taljana “RI”, u l-inizjali “C.M.” tal-awtur Claudia Momoni; fuq il-lemin “17” u “2017”, is-sena tal-mewt ta’ Livius u s-sena tal-ħruġ tal-munita rispettivament, u l-marka taz-zekka taz-Zekka ta’ Ruma “R”; madwarhom ċirku ta’ tikek u l-iskrizzjoni “TITO • LIVIO”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 1,5 miljun
Data tal-ħruġ : April 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/10 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 111/10)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Malta
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO: it-tempji preistoriċi Maltin ta’ Ħaġar Qim
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita turi t-tempji preistoriċi ta’ Ħaġar Qim. Fuq in-naħa ta’ fuq fuq il-lemin l-iskrizzjonijiet “ĦAĠAR QIM”, “TEMPLES” u s-snin “3600 – 3200 BC” waħda taħt l-oħra. Fuq in-naħa ta’ isfel fuq ix-xellug l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “MALTA” u taħtu s-sena tal-ħruġ “2017”. Fuq in-naħa ta’ isfel fuq il-lemin l-inizjali “NGB” tal-artist Noel Galea Bason.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Ġunju/Lulju 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/11 |
Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)
(2017/C 111/11)
Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
SPANJA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 96 tal-11.3.2016
L-Ordni tal-Ministeru tal-Presidenza (PRE/1282/2007) tal-10 ta’ Mejju dwar il-mezzi finanzjarji li għandu jkollhom il-barranin biex jidħlu fi Spanja tispeċifika l-ammont li l-barranin irid ikollhom prova dwaru li jkun jinsab disponibbli lilhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu fi Spanja.
|
(a) |
Għall-ispejjeż taż-żjara tagħhom fi Spanja, l-ammont li għandu jkollhom disponibbli jrid jirrappreżenta, f’euro, 10 % tal-paga minima nazzjonali grossa (EUR 70,77) jew l-ekwivalenti legali f’munita barranija mmultiplikati bin-numru ta’ ġranet li jkunu se jqattgħu fi Spanja u bin-numru ta’ persuni dipendenti li jkunu qed jivvjaġġaw magħhom. L-ammont minimu għad-dispożizzjoni tagħhom irid jirrappreżenta 90 % tal-paga minima nazzjonali grossa (EUR 636,93) jew l-ekwivalenti legali f’munita barranija għal kull persuna, irrispettivament minn kemm ikun bi ħsiebhom idumu. |
|
(b) |
Għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat tal-oriġini jew għat-tranżitu minn pajjiż terz, il-barranin irid ikollhom biljett f’isimhom, mhux trasferibbli u b’data fissa jew biljetti għall-mezzi ta’ trasport li jkunu qed jippjanaw li jużaw. |
Il-barranin irid ikollhom prova li għandhom il-mezzi biex jgħixu msemmija aktar ‘il fuq jew billi juruhom jekk dawn il-mezzi jkunu flus kontanti, jew billi jipproduċu ċekkijiet iċċertifikati, ċekkijiet tal-vjaġġaturi, irċevuti jew karti ta’ kreditu, li jrid ikollhom magħhom ċertifikat tal-bank riċenti (ittri mill-bank jew ċertifikati bankarji tal-Internet mhumiex aċċettabbli) jew billi jipprovdu prova oħra li turi b’mod ċar l-ammont ta’ kreditu disponibbli fil-kont bankarju jew tal-karta tal-kreditu.
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8415 — Ennoconn/S&T)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 111/12)
|
1. |
Fil-31 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Ennoconn Corporation (‘Ennoconn’, it-Tajwan), impriża li fiha Hon Hai Precision Co Ltd (‘Hon Hai’, it-Tajwan) għandha interess ta’ ekwità, takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll de facto tal-impriża S&T AG (“S&T”, l-Awstrija) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Ennoconn: il-forniment ta’ servizzi ta’ manifattura elettronika lill-manifatturi ta’ tagħmir oriġinali elettroniku. Ennoconn topera madwar id-dinja, — għal Hon Hai: il-forniment ta’ servizzi tal-manifattura elettronika lill-produtturi ta’ tagħmir oriġinali (OEMs) ta’ prodotti elettroniċi bħal kompjuters, mowbajls, televiżjonijiet u consoles tal-logħob tal-vidjo. Hon Hai topera fil-kontinenti Amerikani, fl-Asja u fl-Ewropa, — għal S&T: l-iżvilupp ta’ tagħmir ibbażat fuq hardware u software u soluzzjonijiet integrati, u l-forniment ta’ servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-integrazzjoni tas-sistema, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-software u s-servizzi ta’ esternalizzazzjoni. S&T AG tinsab f’aktar minn 20 pajjiż. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), b’posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8415 — Ennoconn/S&T, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8376 — BMW/Daimler/Ford/Porsche/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 111/13)
|
1. |
Fil-31 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha BMW AG (“BMW”, il-Ġermanja), Daimler AG (“Daimler”, il-Ġermanja), Ford Motor Company (“Ford”, l-Istati Uniti) u Dr. Ing. h.c. F. Porsche Aktiengesellschaft (“Porsche”, il-Ġermanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt fuq kumpanija ta’ impriża konġunta permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8376 — BMW/Daimler/Ford/Porsche/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8427 — KKR/Telefónica/Telxius)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 111/14)
|
1. |
Fit-3 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti) u Telefónica, SA (“Telefónica”, Spanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Telxius Telecom, SA (“Telxius”, Spanja), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8427 — KKR/Telefónica/Telxius, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”)
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8463 — CPPIB/PSPIB/Waiheke)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 111/15)
|
1. |
Fit-3 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Kanada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada) u Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada), se jakkwistaw indirettament kontroll konġunt ta’ PSPIB Waiheke Inc. (“Waiheke”, New Zealand), skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal CPPIB: l-investiment tal-fondi tal-Kanada Pension Plan li hija bbażata f’Toronto. CPPIB tinvesti prinċipalment f’ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, propjetà immobbli, infrastruttura u investimenti b’introjtu fiss; — għal PSPIB: l-investiment tal-kontribuzzjonijiet netti tal-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. PSPIB tamministra portafoll globali diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat; — għal Waiheke: l-amministrazzjoni ta’ portafoll diversifikat ta’ uffiċċji u ħwienet fi New Zealand. Waiheke bħalissa hija proprjetà assoluta ta’ PSPIB u kkontrollata minnha biss. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8463 — CPPIB/PSPIB/Waiheke, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8432 — Bain Capital/MKM Building Supplies)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 111/16)
|
1. |
Fit-3 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bain Capital Investors, LLC (“Bain Capital”, L-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża M.K.M. Building Supplies (Holdings) Limited (“M.K.M.”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Bain Capital: konsulenza lil u ġestjoni ta’ fondi tal-investiment, — għal M.K.M.: il-provvista bl-imnut għall-klijenti kummerċjali u Do-It-Yourself (DIY) fir-Renju Unit ta’ prodotti ta’ kostruzzjoni tqal u ħfief, inkluż materjal tal-bini, l-injam, il-plumbing u t-tisħin, l-attrezzaturi tal-kċina u l-attrezzaturi tal-kamra tal-banju. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), jew b’ittra elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8432 — Bain Capital/MKM Building Supplies, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.