|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 109/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8397 — Partners Group/Cerba Healthcare) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2017/C 109/02 |
||
|
2017/C 109/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 109/04 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2017/C 109/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 109/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8465 — Vivendi/Telecom Italia) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 109/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8397 — Partners Group/Cerba Healthcare)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 109/01)
Fit-30 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8397. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta’ April 2017
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017
(2017/C 109/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017 ġie adottat definittivament fl-1 ta’ Diċembru 2016 (2), |
|
— |
fis-26 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2017, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 ġiet adottata fit-3 ta’ April 2017.
Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ April 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
R. GALDES
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
|
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/3 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2017/C 109/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur CHON Chi Bu (nru. 1), is-Sur CHU Kyu-Chang (nru. 2), is-Sur HYON Chol-hae (nru. 3), is-Sur. KIM Yong-chun (nru. 4), is-Sur O Kuk-Ryol (nru. 5), is-Sur PAEK Se-bong (nru. 6), is-Sur PAK Jae-gyong (nru. 7), Lieutenant General KIM Yong Chol (nru. 11), is-Sur PAK To-Chun (nru. 12), is-Sur CHOE Yong-ho (nru. 14), is-Sur JO Kyongchol (nru. 17), is-Sur KIM Chun-sop (nru. 19), is-Sur KIM Jong-bak (nru. 20), is-Sur KIM Rak Kyom (nru. 21), is-Sur KIM Won-hong (nru. 22), is-Sur YUN Jong-rin (nru. 26), is-Sur PAK Yong-sik (nru. 27), is-Sur HONG Yong Chil (nru. 28), persuni li jidhru fit-Taqsima I tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1) u fl-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, kif ukoll għall-attenzjoni tas-Sur JON Il-chun (nru. 1), is-Sur KIM Tong-un (nru 2), persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawk il-persuni huma b’dan informati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet maħsuba, qabel is-17 ta’ April 2017, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta-e: sanctions@consilium.europa.eu |
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-6 ta’ April 2017
(2017/C 109/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0666 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
118,23 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4350 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85590 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5895 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0702 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,1688 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,736 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,76 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2271 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5236 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9550 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4103 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4322 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2869 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5271 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4940 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 206,44 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,7229 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3577 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4600 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 207,11 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7320 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,489 |
|
RUB |
Rouble Russu |
60,0558 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,904 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3232 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,0393 |
|
INR |
Rupi Indjan |
68,8150 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/5 |
Rapport Speċjali Nru 2/2017
“In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2020, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi”
(2017/C 109/05)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 2/2017 “In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2020, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8465 — Vivendi/Telecom Italia)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 109/06)
|
1. |
Fil-31 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Vivendi SA (“Vivendi”, Franza) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Telecom Italia SpA (“Telecom Italia”, l-Italja). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Vivendi: attiva fil-mużika, it-televiżjoni, iċ-ċinema, in-negozju tat-tqassim ta’ materjal viżiv u ta’ logħob tal-vidjo, — għal Telecom Italia: il-forniment ta’ (i) servizzi ta’ vuċi u ta’ data permezz ta’ teknoloġiji tal-mobajl u fissi; (ii) servizzi ta’ kontenut diġitali; u (iii) servizzi tal-IT lil impriżi fl-Italja |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8465 — Vivendi/Telecom Italia, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/7 |
Notifka għall-attenzjoni ta’ RI Myong Su, SO Hong Chan, WANG Chang Uk u JANG Chol, li l-ismijiet tagħhom ġew miżjuda mal-lista li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra persuni jew entitajiet responsabbli għall-programmi relatati ma’ programmi nukleari, missili ballistiċi jew armi oħra tal-qerda massiva, li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/661
(2017/C 109/07)
|
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1) titlob lill-Unjoni sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ persuni u entitajiet, kif imsemmijin fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. Id-Deċiżjoni titlob ukoll lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux id-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta' dawk l-istess persuni. Il-lista stabbilita mill-Kunsill tal-UE tinkludi persuni jew entitajiet responsabbli mill-programmi tar-RDPK relatati mal-armamenti nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom. |
|
2. |
Fil-6 ta’ April 2017, il-Kunsill iddeċieda li jżida il-persuni RI Myong Su, SO Hong Chan, WANG Chang Uk and JANG Chol mal-lista. |
|
3. |
Sabiex jiġu implimentati l-listi l-ġodda, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/661 (2) li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (3) skont dan. L-individwi u l-entitajiet kkonċernati jistgħu jippreżentaw l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni li jiġu elenkati, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, lill-Kummissjoni Ewropea f'dan l-indirizz:
|
|
4. |
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/661 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
5. |
Fl-aħħar nett, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet elenkati għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati u r-riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.