|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 96/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8395 — Bridgepoint/Zenith) ( 1 ) |
|
|
2017/C 96/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8377 — SPIE/SAG) ( 1 ) |
|
|
2017/C 96/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8087 — Smiths Group/Morpho Detection) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 96/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 96/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8059 — Investindustrial/Black Diamond/Polynt/Reichhold) ( 1 ) |
|
|
2017/C 96/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8430 — AÜW/Siemens/egrid) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 96/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8362 — Lonza Group/Capsugel) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 96/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8395 — Bridgepoint/Zenith)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 96/01)
Fit-22 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8395. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8377 — SPIE/SAG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 96/02)
Fl-20 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8377. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8087 — Smiths Group/Morpho Detection)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 96/03)
Fit-18 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8087. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-27 ta’ Marzu 2017
(2017/C 96/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0889 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
119,93 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4404 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86403 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5503 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0713 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2188 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,021 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
310,21 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2641 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5491 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9203 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4261 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4536 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,4584 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5416 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5149 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 207,95 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,7610 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4895 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4395 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 486,06 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8055 |
|
PHP |
Peso Filippin |
54,516 |
|
RUB |
Rouble Russu |
61,8655 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,404 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3980 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,4918 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,8170 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8059 — Investindustrial/Black Diamond/Polynt/Reichhold)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 96/05)
|
1. |
Fis-17 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-fondi affiljati ma’ Investindustrial, permezz ta’ Global Chemicals SARL (“Investindustrial”, il-Lussemburgu), u l-fondi affiljati ma’ Black Diamond Capital Management L.L.C. (“Black Diamond”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-Polynt Group (“Polynt”, l-Italja) u tar-Reichhold Group (“Reichhold”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. L-istess konċentrazzjoni ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ottubru 2016, iżda sussegwentement irtirata fl-24 ta’ Novembru 2016. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Polynt: L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kimiki ta’ speċjalità u kimiċi ta’ prestazzjoni. B’mod partikolari, Polynt hija attiva fil-produzzjoni tal-UPR, ta’ intermedji kimiċi (anidridi), komoditajiet relatati (plastifikanti), u speċjalitajiet (thermoset compounds); — Reichhold: Il-manifattura u l-provvista ta’ reżini użati fil-komposti u l-kisi; — Investindustrial: Kumpanija azzjonarjua għall-akkwist u l-ġestjoni ta’ parteċipazzjonijiet f’kumpaniji oħra; — Black Diamond: Ditta ta’ konsulenza għall-investiment b’enfasi fuq erba’ oqsma ta’ investiment: (i) fondi f’diffikultajiet kontrollati/fondi ta’ ekwità privata; (ii) fondi hedge; (iii) fondi mezzana u obbligi ta’ self kollaterilizzat; u (iv) vetturi strutturati oħrajn. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8059 — Investindustrial/Black Diamond/Polynt/Reichhold, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8430 — AÜW/Siemens/egrid)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 96/06)
|
1. |
Fis-17 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Permezz tagħha: L-impriża Allgäuer Überlandwerk GmbH (“AÜW”, il-Ġermanja) u l-impriża Siemens AG (“Siemens”, il-Ġermanja) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża egrid applications & consulting GmbH (“egrid”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Siemens: impriża globali, f’għadd ta’ oqsma, b’mod partikolari fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u l-elettrifikazzjoni; — AÜW: fornitur lokali għall-enerġija u amministratur ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni f’Allgäu (il-Ġermanja); — egrid: tipprovdi servizzi ta’ pariri u konsulenza fil-qasam tal-kejl, l-analiżi u l-aħjar użu ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8430 — AÜW/Siemens/egrid, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8362 — Lonza Group/Capsugel)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 96/07)
|
1. |
Fis-17 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Lonza Group AG (“Lonza”, l-Isvizzera) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Capsugel S.A. kollha kemm hi (Capsugel, il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Lonza: fornitura ta’ servizzi lill-industriji tal-farmaċewtiċi, tal-kura tas-saħħa u tax-xjenza tal-ħajja, inkluż l-iżvilupp ta’ kuntratt u servizzi ta’ organizzazzjoni tal-manifattura għall-bijoloġiċi, kimiċi fini, intermedji avvanzati u ingredjenti farmaċewtiċi attivi u l-manifattura, l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ingredjenti attivi għall-użu fil-prodotti tal-kura tal-konsumatur, l-agrikoltura, it-trattament tal-ilma, u l-kisi u kompożiti. — Capsugel: id-disinn, l-iżvilupp u l-manifattura ta’ firxa ta’ forom ta’ dożaġġ għall-industriji bijofarmaċewtiċi u tas-saħħa u n-nutrizzjoni, inkluż it-twassil ta’ prodotti ta’ dożaġġ orali solidu bħall-ġelatina iebsa, ġelatina ratba, kapsuli mimlija bil-likwidu u alternattivi ta’ polimeru. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8362 — Lonza Group/Capsugel, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/7 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 96/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“LIMONE INTERDONATO MESSINA”
Nru tal-UE: PGI-IT-02139 — 3.5.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Società Cooperativa Agricola Limone Interdonato di Sicilia |
|
Via Umberto I 369 |
|
98026 Nizza di Sicilia (ME) |
|
ITALIA |
|
Tel. +39 0942422119 |
|
Società Cooperativa Agricola Limone Interdonato Messina Jonica |
|
Via Sant’Antonio 15 |
|
98025 Itala (ME) |
|
ITALIA |
|
Tel. +39 3473632533 |
Il-gruppi applikanti għandhom il-jedd li jressqu applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tal-Forestrija.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Titlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☐ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn [Referenzi legali aġġornati — struttura ta’ kontroll] |
4. Tip ta’ emenda
|
— |
☒ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP rreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
— |
☐ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP rreġistrata li minħabba fiha ma ġie rreġistrat l-ebda dokument uniku (jew dokument ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda (emendi)
Deskrizzjoni tal-prodott
L-indikazzjoni li ġejja dwar l-aċidità tal-meraq, li tinsab fl-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku:
“L-aċidità totali hija inqas minn 50 g/l”
hija emendata kif ġej:
“L-aċidità totali hija inqas minn 82 g/l”.
Il-valur speċifikat fiż-żmien tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni tkejjel mar-referenza tal-valuri tal-meraq minn frott maħsud meta jkun immatura għal kollox.
Abbażi ta’ studju reċenti mwettaq bis-saħħa tal-finanzjament mill-Programm għall-Iżvilupp Rurali — ir-Reġjun ta’ Sqallija 2007-2013, Miżura 124 “Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur agrikolu u dak tal-ikel u fis-settur tal-foresterija” CI.B.I. (CITRUS BUSINESS INTELLIGENCE), imwettaq fl-aħħar sentejn agrikoli (2013/2014 u 2014/2015) fuq kampjun rappreżentattiv ta’ prodotti soġġetti għas-sistema ta’ kontroll tal-IĠP, kien possibbli li jiġi stabbilit li l-valuri tal-aċidità tal-meraq tal-“Limone Interdonato Messina” jonqos b’mod naturali hekk kif il-frotta timmatura, u l-valur iddikjarat fl-ispeċifikazzjoni (inqas minn 50 g/l) jintlaħaq biss meta timmatura għal kollox, jiġifieri minn Marzu ‘l quddiem, jiġifieri lejn tmiem l-istaġun tal-ħsad li jdum mill-1 ta’ Settembru sal-15 ta’ April.
Fil-fatt mill-monitoraġġ imwettaq matul il-proġett instab li l-valuri ta’ aċidità, espressi bħala aċidu ċitriku, irrappurtati waqt l-istaġun tal-ħsad minn Settembru sal-aħħar ta’ Frar, kienu ta’ madwar 80 g/l, u għalhekk mhux kummerċjabbli kif stipulat fil-pjan ta’ kontroll tal-“Limone Interdonato Messina” IĠP. Għaldaqstant, nitolbu li jiżdied il-valur marbut mal-aċidità massima indikat fl-ispeċifikazzjoni tal-“Limone Interdonato Messina” IĠP billi dan il-parametru ma jqisx il-varjazzjonijiet tal-valur tal-aċidità li jsiru waqt li l-frotta tkun qed timmatura.
Rabta
Hemm il-ħtieġa ta’ rettifika fil-punt 5 tad-Dokument Uniku ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 74 tat-28 ta’ Marzu 2009, p. 70, li jgħid li l-“ħlewwa” tal-polpa tal-“Limone Interdonato Messina” hija marbuta mal-kontenut baxx tal-aċidu ċitriku. B’mod partikolari, nixtiequ nippreċiżaw li l-karatteristika ta’ “ħlewwa” tal-“Limone Interdonato Messina” ma tinbidilx bħala karatteristika tal-prodott minħabba li l-“ħlewwa” imsemmija għandha x’taqsam mal-grad Brix % (glukożju u fruttożju bħala zokkor maħlul f’likwidu) tal-meraq u li l-“Limone Interdonato Messina” juri medja ogħla minn dawk ta’ lumi Sqalli ieħor imnissel bil-kultivazzjoni (6,2 %) kif imfisser diġà fl-ispeċifikazzjoni attwali. It-test tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jibqa’ l-istess.
Għadaqstant, il-paragrafi tal-punt 5 li ġejjin huma emendati kif ġej:
“Il-karatteristiċi fondamentali tal-‘Limone Interdonato Messina’ huma l-prekoċità tal-maturazzjoni u l-pożizzjoni konsegwenti fis-suq waqt perjodu li fih fiż-żoni l-oħra taċ-ċitru fil-Meditteran ma jkunx għadu ġie prodott il-lumi isfar, fil-ħlewwa tal-polpa minħabba l-kontenut baxx ta’ aċidu ċitriku (inqas minn 50 g/l), fir-reżistenza eċċezzjonali għall-marda tan-nixfa taċ-ċitri (Phoma tracheiphila), fl-epikarpju fin, karatteristika li ġejja mill-epikarpju lixx, bi glandoli żejtnija mifruxin.”
Huwa emendat kif ġej:
“Il-karatteristiċi bażiċi tal-‘Limone Interdonato Messina’ huma l-maturazzjoni bikrija tiegħu, li jfisser li jista’ jitqiegħed fis-suq f’perjodu qabel ma jiġi prodott kwalunkwe lumi isfar ieħor fiż-żoni fil-Mediterran fejn jikber iċ-ċitru, il-ħlewwa tal-polpa tiegħu, ir-reżistenza eċċezzjonali għall-marda tan-nixfa taċ-ċitri (Phoma tracheiphila), u l-epikarpju fin, lixx u bi glandoli żejtija mifruxin.”.
“Il-karatteristiċi fundamentali tiegħu identifikati fuq kollox fil-prekoċità tal-maturazzjoni, fil-ħlewwa tal-polpa, minħabba l-kontenut baxx tal-aċidu ċitriku, u l-epikarpju fin huma rriżultat ta’ sistema ta’ relazzjoni bejn il-karattri pedoklimatiċi, ix-xitla u l-metodi ta’ kultivazzjoni tipiċi taż-żona IĠP.”
Huwa emendat kif ġej:
“Il-karatteristiċi bażiċi tiegħu, b’mod partikolari l-maturazzjoni bikrija tiegħu, il-ħlewwa tal-polpa, u l-epikarpju fin, huma r-riżultat ta’ għadd ta’ fatturi: il-ħamrija, il-klima, ix-xitla u l-metodi ta’ kultivazzjoni tipiċi fiż-żoni ta’ produzzjoni tal-IĠP.”
Tikkettar
Il-logo tal-“Limone Interdonato Messina”, ġie ikkoreġut billi tneħħa s-simbolu tal-Unjoni Ewropea minn fuqu. Is-simbolu tal-Unjoni Ewropea huwa proprjetà tal-Kummissjoni Ewropea u ma jistax jifforma parti mil-logo tal-prodott.
Oħrajn
Jenħtieġ li jiġu aġġornati r-referenzi legali għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Jenħtieġ li r-referenzi għall-korp tal-ispezzjoni responsabbli għall-kontroll tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
DOKUMENT UNIKU
“LIMONE INTERDONATO MESSINA”
Nru tal-UE: PGI-IT-02139 — 3.5.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Limone Interdonato Messina”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Limone Interdonato Messina” hija riservata għall-varjetà mnissla bil-kultivazzjoni, “Interdonato”, ibridu naturali bejn klonu tat-tronġ u klonu tal-lumi. Meta jitqiegħed fis-suq irid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:
— frotta: ta’ użin bejn medju u tqil, bejn it-80 u t-350 g,
— forma: ovali bi protuberanza evidenti u daħla ftit baxxa minn fejn taqbad maz-zokk tas-siġra,
— epikarpju: Fin u lixx bi glandoli żejtnija mifruxin,
— kulur: għall-bidu tal-maturazzjoni kummerċjali jkun aħdar matt għal isfar u mal-maturazzjoni fiżjoloġika jkun isfar minbarra t-truf li jkunu aħdar matt,
— polpa: ta’ kulur isfar, b’sawra medja u delikwixxenti bi ftit jew xejn żerriegħa,
— meraq: ta’ kulur isfar lewn iċ-ċitru, b’rendiment ta’ mhux inqas minn 25 %. L-aċidità totali hija inqas minn 82 g/l Il-grad Brix mhuwiex inqas minn 6,2,
— kategorija kummerċjali: “Extra” u “I”.
Il-ħsad tal-“Limone Interdonato Messina” IĠP isir mill-1 ta’ Settembru sal-15 ta’ April.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċessi tal-produzzjoni għandhom isiru biss fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4. Il-ħsad isir matul il-perjodu indikat fil-punt 3.2, bl-idejn u bl-użu ta’ mqass biex ma titneħħiex il-parti minn fejn tkun imqabbda mas-siġra.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih qed tirreferi d-denominazzjoni reġistrata
Il-frott tal- “Limone Interdonato Messina” IĠP, mhux kummerċjalizzat hekk kif jinqata’, jista’ jiġi ppreservat f’temperaturi baxxi. Huma maħżuna fi mħażen kesħin li jżommu livell ta’ umdità relattiva għolja (79-95 %) biex tinżamm is-sodezza tal-frotta, filwaqt li l-arja tinbidel (ħames darbiet il-volum tal-maħżen kull 24 siegħa) biex jitneħħew id-diossidu tal-karbonju u l-etilen li jiżviluppaw hekk kif il-frotta tkun qed tieħu n-nifs. Il-lumi huwa maħżun f’temperaturi bejn 6 u 11 °C. Il-frott irid jiġi ppakkjat mhux iktar minn 30 ġurnata wara l-ħsad.
Il-“Limone Interdonato Messina” IĠP jitqiegħed fis-suq f’kontenituri u/jew f’tilari tal-injam, tal-plastik u/jew tal-kartun, fi xkejjer tax-xibka li ma jiżnux iktar minn 5 kg u f’kontenituri tal-kartun immewġin. Il-pakketti, il-basktijiet u l-kontenituri għandhom ikunu ssiġillati b’tali mod li jżommu milli l-kontenut jinħareġ mingħajr ma jinkiser is-siġill. Il-“Limone Interdonato Messina” jista’ jitqiegħed fis-suq anke bl-ingrossa sakemm kull frotta jkollha stiker fuqha.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat
Fuq it-tikketta tal-imballaġġ għandu jkun hemm: l-isem “Limone Interdonato Messina” IĠP u l-logo, b’karattri ikbar minn dawk tal-informazzjoni l-oħra fuq it-tikketta; l-isem, l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-produttur u/jew tal-imballatur u l-kategorija kummerċjali “Extra” jew “I”.
Il-logo huwa magħmul minn żewġ ċrieki konċentriċi: Fl-ewwel ċirku, fl-isfond aħdar bħall-kulur tal-lumi Interdonato fil-bidu tal-maturazzjoni, hemm il-kliem: “LIMONE INTERDONATO” u żewġ ritratti tal-lumi. Fit-tieni ċirku, fl-isfond ta’ kulur blu bħall-baħar hemm l-istampa tal-Kurunell Interdonato, li beda l-varjetà mnissla bil-kultivazzjoni, li ġġib l-istess isem, ir-rappreżentazzjoni ta’ Sqallija u l-kitba “MESSINA” li tikkompleta l-isem tal-IĠP.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Limone Interdonato Messina” IĠP tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet fil-provinċja ta’ Messina li ġejjin: Messina, Scaletta Zanclea, Itala, Alì, Alì’ Terme, Nizza di Sicilia, Roccalumera, Fiumedinisi, Pagliara, Mandanici, Furci Siculo, S. Teresa di Riva, Letojanni, S. Alessio Siculo, Forza D’Agrò, Taormina, Casalvecchio Siculo, Giardini Naxos u Savoca.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika li fiha titkabbar l- “Limone Interdonato Messina” IĠP hija medda vasta tal-kosta tal-baħar Joniku f’Messina, li hija esposta għall-Baħar Joniku b’mod uniformi, u twassal saż-żoni muniċipali bejn Messina u Taormina.
Il-medda tal-varjetà mnissla bil-kultivazzjoni tista tinsab minn mal-livell tal-baħar sa madwar 400 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, iżda tinsab ukoll iktar ‘il fuq fix-xtut fertili ta’ għadd ta’ nixxigħat u l-baċiri tal-iskular.
L-orografika hija ffurmata mill-katina tal-muntanji Peloritani li titla’ wieqfa mill-Baħar Joniku, u li l-qċaċet tagħha huma qrib il-kosta, u b’hekk joħolqu art muntanjuża u xaqlib wieqaf, anke f’altitudnijiet kemxejn baxxi. Fil-fatt, ħafna mill-art għandha gradjent ta’ iktar minn 40 % u l-unika art ċatta tinsab qrib ix-xtut tan-nixxigħat u l-kosta.
Fir-rigward tal-ġeoloġija taż-żona, il-Grigal ta’ Sqallija hu marbut stratigrafikament mal-Kalabrija, b’bażi ta’ blat tal-granitiku, skistuż u filladiku li hu kopert minn ħamrija aktar reċenti. Probabbilment, din il-bażi hija tal-Kambrijani u hija magħmula minn qasmiet tal-granit porfirojde u minn skisti.
Is-sedimentazzjoni post-Kambrijani hija magħmula minn strati alternati ta’ ġebla tal-franka, dolomiti, skisti u tafal, filwaqt li s-sedimenti suċċessivi Plijoċeni għandhom konglomerati basali, ħamrija, tafal u fl-aħħar nett ġebel ramli u ramel.
Fir-rigward tal-profil tettoniku, il-konsegwenzi ewlenin ta’ din l-istruttura ġeoloġika huma l-frammentazzjoni tal-blat li jwasslu għall-ħolqien ta’ fwawar u l-istabbilità tal-ħamrija b’depożiti alluvjali ħoxnin, li jsostnu l-akkumulazzjoni tal-infiltrazzjoni tal-ilma fil-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art.
Dawn iż-żewġ fatturi jiżguraw id-disponibilità tal-ilma ta’ taħt l-art għall-irrigazzjoni.
Iż-żona għandha tipi differenti ta’ ħamrija, bil-predominanza ta’ litosoli alluvjali u ħamrija kannella fertili ħafna.
Fir-rigward tal-idroloġija taż-żona, għandha titqies il-preżenza mifruxa ta’ kanali tal-ilma li eċċezzjonalment isiru xmajjar wara xita qawwija; aspett sinifikanti huwa l-presenza fis-sottoswol ta’ ilmijiet rikki fil-kubrit, fil-melħ, fil-bromu u fil-jodju, li jiġu sfruttati wkoll għal skopijiet termali. Għaldaqstant, ir-riżorsi tal-ilma jikkonsistu prinċipalment f’idrometeori, fwawar u ilma ta’ taħt l-art li jinġabar minn għadd kbir ta’ bjar. Il-klima taż-żona hija tipikament Mediterranja bi xtiewi li mhumiex ħorox u sjuf b’perjodi twal ta’ nixfa u temperaturi għoljin. Ir-irjieħ prevalenti huma mill-Punent u mill-Grigal. Fix-xitwa, l-irjieħ mill-Majjistral u mill-Lbiċ huma frekwenti u jistgħu jkunu pjuttost qawwija. Jinħass ħafna wkoll ix-Xlokk, riħ sħun u umdu li jonfoħ min-Nofsinhar għax-Xlokk għal perjodi twal.
Minn dak li ssemma hawn fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li l-aspetti pedoloġiċi, orografiċi, klimatiċi u ambjentali taż-żona fejn jitkabbar il-“Limone Interdonato Messina”, hija sistema ambjentali unika li ma tinstabx fi bnadi oħra. Il-prova hija li x-xtieli tal-lumi Interdonato li jikbru f’inħawi oħra ta’ Sqallija u tal-Kalabrija, qatt ma pproduċew frott bl-istess karatteristiċi speċifiċi u tipiċi ta’ preġju daqs il-varjetà mnissla bil-kultivazzjoni li tinsab fiż-żona msemmija. Il-karatteristiċi bażiċi tal-“Limone Interdonato Messina” huma l-maturazzjoni bikrija tiegħu, li jfisser li jista’ jitqiegħed fis-suq f’perjodu qabel ma jiġi prodott kwalunkwe lumi isfar ieħor fiż-żoni fil-Mediterran fejn jikber iċ-ċitru, il-ħlewwa tal-polpa tiegħu, ir-reżistenza eċċezzjonali għall-marda tan-nixfa taċ-ċitri, u l-epikarpju fin, lixx u bi glandoli żejtnija mifruxin.
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-“Limone Interdonato Messina” bħala IĠP hija marbuta mar-reputazzjoni li ilu jgawdi minn dejjem dan il-prodott fiż-żona li fih jiġi kkultivat. Lura fl-1875, il-kurunell Interdonato, eroj ta’ żmien Garibaldi, għażel din il-varjetà partikolari mnissla bil-kultivazzjoni, li l-frott tagħha jiddistingwi ruħu permezz tal-perjodu ta’ maturazzjoni bikrija, id-daqs kbir, il-forma tawwalija u ċilindrika, il-kontenut tal-meraq u l-qoxra lixxa tiegħu. Minn dak iż-żmien ‘l hawn ġie apprezzat u rikonoxxut mir-residenti taż-żona li tawh ukoll ismijiet oħra bħal: “limone speciale” jew “fino”, li għadhom jintużaw sal-lum flimkien mal-isem “Limone Interdonato”.
Il-karatteristiċi bażiċi tiegħu, b’mod partikolari l-maturazzjoni bikrija tiegħu, il-ħlewwa tal-polpa, u l-epikarpju fin, huma r-riżultat tas-sistema ta’ relazzjoni bejn il-karattri pedoklimatiċi, ix-xitla u l-metodi ta’ kultivazzjoni tipiċi taż-żona IĠP. Fost il-prassi agronomiċi li huma importanti għall-iżvilupp tal-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetà Iterdonato mnissla mill-kultivazzjoni fiż-żona tal-produzzjoni IĠP, ta’ min isemmi l-fertilizazzjoni bbażata fuq iż-żieda ta’ livelli għoljin ta’ sustanzi organiċi u fuq il-fertilizzanti li jirrilaxxaw bil-mod in-nitroġenu. Peress li hu xjentifikament ippruvat li s-supplimenti tan-nitrat għandhom effett kbir fuq il-ħruxija tal-epikarpju, l-użu ta’ fertilizzanti organiċi b’rilaxx bil-mod jgħin l-assorbiment gradwali tan-nitrat mix-xitla u l-firxa tal-glandoli żejtnija tal-frotta. Teknika speċjali oħra li tintuża hija dik tal-irrigazzjoni kostanti u adegwata matul il-perjodu ta’ tkabbir u ta’ maturazzjoni tal-frotta, li fil-maġġoranza jsir fis-sajf. Għalhekk, il-preżenza tal-“Limone Interdonato Messina” fil-kosta tal-Baħar Joniku fil-Provinċja ta’ Messina, hija żvilupp naturali li jsir permezz ta’ taħlita ta’ fatturi naturali u umani partikolari fiż-żona tal-produzzjoni u li ma jistgħux jiġu replikati band’oħra. Dan hu konfermat mir-riżultati negattivi tat-tentattivi kollha biex tiġi estiża l-kultivazzjoni fiż-żoni ġirien ta’ Katanja, u fuq in-naħa tal-Punent ta’ Messina mal-kosta tal-Baħar Tirren, filwaqt li l-kultivazzjoni baqgħet stabbli u produttiva fiż-żona ta’ oriġini. Barra minn hekk, ma hemmx dubju li l-maturazzjoni bikrija tal-frotta hija dovuta wkoll għall-klonu tat-tronġ li minnu toriġina l-varjetà mnissla bil-kultivazzjoni, “Interdonato”. Fil-qosor, sa mis-seklu XIX, il-“Limone Interdonato” ta xejra oħra lill-pajsaġġ tal-kosta kollha tal-Baħar Joniku fil-Provinċja ta’ Messina, li kisbet ir-reputazzjoni ta’ “art bil-ġonna li dejjem iħaddru”, li ħallew effett fuq l-ekonomija, id-drawwiet, l-għamla soċjali, l-avvenimenti, il-kultura, ir-riti u t-tradizzjonijiet.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
Il-Ministeru preżenti nieda l-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tal-IĠP “Limone Interdonato Messina” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru. 63 tas-16 ta’ Marzu 2016. It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit web li ġej:
http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
billi żżur il-paġna uffiċjali tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Prodotti DOP e IGP” (fuq in-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u billi fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.