ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 89

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
22 ta' Marzu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 89/01

L-Istatuti tal-Infrastruttura Ewropea tax-Xjenza Elettronika u tat-Teknoloġija għar-Riċerka dwar il-Bijodiversità u l-Ekosistemi — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka LifeWatch ERIC

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 89/02

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta’ — MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul), Hizballah Military Wing (Fergħa Militari tal-Hezbollah) (magħrufa wkoll bħala Hezbollah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hizbullah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hizbollah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hezballah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hisbollah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hizbu’llah Military Wing magħrufa wkoll bħala Hizb Allah Military Wing, inkluż il-Jihad Council (il-Kunsill tal-Ġihad) (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, li jinkludu l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)), POPULAR FRONT FOR THE LIBERATION OF PALESTINE (PFLP) (Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — PFLP), POPULAR FRONT FOR THE LIBERATION OF PALESTINE-GENERAL COMMAND (Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina-Kmand Ġenerali), (magħruf ukoll bħala PFLP-General Command) (PFLP-Kmand Ġenerali), FUERZAS ARMADAS REVOLUCIONARIAS DE COLOMBIA — FARC (Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja) — persuni, gruppi u entitajiet inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta’ Jannar 2017)

16

2017/C 89/03

Notifika għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2017/496, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

18

2017/C 89/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2017/491 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

19

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 89/05

Rata tal-kambju tal-euro

20

2017/C 89/06

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

21

2017/C 89/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Kawża AT.39317 — E.ON Gas) (notifikat bid-dokument C(2016) 4764)

24

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 89/08

Deċiżjoni Nru 946 tal-10 ta’ Novembru 2016 li tiftaħ proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, li huma riżorsi naturali ta’ taħt l-art kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Block 1-25 Vratsa-West, li jinsab fil-Majjistral tal-Bulgarija, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti

27


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 89/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8392 — Bolloré/Vivendi) ( 1 )

38


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/1


L-Istatuti tal-Infrastruttura Ewropea tax-Xjenza Elettronika u tat-Teknoloġija għar-Riċerka dwar il-Bijodiversità u l-Ekosistemi — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka “LifeWatch ERIC”

(2017/C 89/01)

Kontenut

KAPITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 - Isem, sede, post u lingwa operattiva

Artikolu 2 - Kompitu u attivitajiet Il-komponenti tal-ERIC

KAPITOLU 2 - SĦUBIJA

Artikolu 3 - Sħubija u entità rappreżentanti

Artikolu 4 - Dħul ta’ membri u osservaturi

Artikolu 5 - Irtirar ta’ membru/Terminazzjoni tal-isħubija jew tal-istatus ta’ osservatur

KAPITOLU 3 - DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U TAL-OSSERVATURI

Artikolu 6 - Membri

Artikolu 7 - Osservaturi

KAPITOLU 4 - GOVERNANZA

Artikolu 8 - Assemblea Ġenerali

Artikolu 9 - Bord Eżekuttiv

Artikolu 10 - Korpi Sussidjarji

KAPITOLU 5 - RAPPURTAR LILL-KUMMISSJONI

Artikolu 11 - Rappurtar lill-Kummissjoni

KAPITOLU 6 - POLITIKI

Artikolu 12 - Politiki dwar l-Impjiegi

Artikolu 13 - Politiki dwar l-Akkwist u l-Eżenzjoni mit-Taxxa

Artikolu 14 - Riżorsi, Politiki Baġitarji, Responsabbilità u Assigurazzjoni

Artikolu 15 - Aċċess għall-Faċilitajiet LifeWatch ERIC u l-Politika ta’ Disseminazzjoni

Artikolu 16 - Evalwazzjonijiet Xjentifiċi u Tekniċi

Artikolu 17 - Politiki dwar l-aċċess għad-dejta u dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali

KAPITOLU 7 - DURATA, STRALĊ, TILWIM, LEĠIŻLAZZJONI APPLIKABBLI U DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-EMENDAR

Artikolu 18 - Durata

Artikolu 19 - Stralċ u Insolvenza

Artikolu 20 - Leġiżlazzjoni applikabbli

Artikolu 21 - Tilwim

Artikolu 22 - Disponibbiltà tal-Istatuti

Artikolu 23 - Emendi għall-Istatuti

KAPITOLU 8 - DISPOSIZZJONIJIET DWAR IT-TWAQQIF U DISPOSIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 24 - Dispożizzjonijiet dwar it-twaqqif

Artikolu 25 - Dispożizzjonijiet Tranżitorji

ANNESS 1 - LISTA TAL-MEMBRI, TAL-OSSERVATURI U TAL-ENTITAJIET RAPPREŻENTANTI

ANNESS 2 - KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI U IN NATURA

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Isem, sede, post u lingwa operattiva

1.   Għandu jkun hemm Infrastruttura Ewropea tax-Xjenza Elettronika u tat-Teknoloġija għar-Riċerka dwar il-Bijodiversità u l-Ekosistemi – Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka imsejħa “LifeWatch ERIC” stabbilita bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 (1).

2.   LifeWatch ERIC għandu jkun infrastruttura ta’ riċerka distribwita organizzata f’konformità mal-Artikoli 2.3 u 2.4.

3.   Is-sede statutorja ta’ LifeWatch ERIC għandha tkun f’Sevilja, fir-Renju ta’ Spanja (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-Istat Membru ospitanti).

4.   Il-lingwa operattiva ta’ LifeWatch ERIC għandha tkun il-lingwa Ingliża.

Artikolu 2

Kompitu u attivitajiet, il-komponenti tal-ERIC

1.   Il-kompitu prinċipali ta’ LifeWatch ERIC għandu jkun li jiġu stabbiliti u li jitħaddmu s-sistemi tal-infrastruttura u ta’ informazzjoni meħtieġa biex jiġu mobilizzati u integrati dejta u algoritmi għal riċerka dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi, kif ukoll li jsir t-titjib tal-fehim, tar-rabtiet u tas-sinerġiji ma’ sfidi soċjetali oħra bħal pereżempju l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, u li jiġu pprovduti kapaċitajiet analitiċi.

2.   Għal dan il-għan, LifeWatch ERIC għandu jwettaq u jikkoordina varjetà ta’ attivitajiet, li jinkludu iżda li mhumiex limitati għal dawn li ġejjin:

(a)

It-tħaddim ta’ infrastruttura ta’ riċerka distribwita li għandha tinkludi kapaċitajiet li jaġevolaw l-abilitazzjoni għall-mobilizzazzjoni ta’ dejta dwar il-bijodiversità xprunata mid-domanda; aċċess integrat għal riżorsi ta’ dejta distribwiti; il-provvista ta’ servizzi għall-iskoperta, l-analiżi, l-immudellar u l-viżwalizzazzjoni tad-dejta; appoġġ għall-utenti bbażat fuq l-Internet u fuq is-siti; u ambjenti diġitali għall-koperazzjoni u l-esperimentazzjoni xjentifika.

(b)

L-appoġġ għal u l-kooperazzjoni ma’ faċilitajiet nazzjonali u internazzjonali fuq il-bażi ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz rigward il-mobilizzazzjoni tad-dejta u l-kondiviżjoni tad-dejta; kapaċità komputazzjonali; u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ infrastruttura - inkluż l-esplorazzjoni ta’ rwol ta’ intermedjarju li jikkoordina r-rekwiżiti u l-pjanijiet ta’ twassil bejn il-faċilitajiet, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali jekk dawn jitolbu li jsir hekk.

(c)

Il-bini ta’ kapaċità sabiex jitrawmu opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp xjentifiku fuq skala kbira; sabiex jitħaffef il-ġbir tad-dejta b’teknoloġiji ġodda; sabiex jiġi appoġġat teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-għarfien għall-ġestjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi; u biex jingħata appoġġ lil programmi ta’ taħriġ.

(d)

Iż-żamma ta’ kapaċità għat-titjib tal-infrastruttura tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-għarfien u tat-teknoloġija, u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet analitiċi ġodda.

(e)

It-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu ieħor marbut mill-qrib mal-attivitajiet imsemmija hawn fuq li l-Assemblea Ġenerali tista’ tiddeċiedi li għandu jsir.

3.   LifeWatch ERIC għandu jinkludi:

(a)

Faċilitajiet Komuni, kif appoġġati mill-membri. Il-partijiet ewlenin tal-Faċilitajiet Komuni għandhom ikunu fi Spanja (relazzjonijiet istituzzjonali, inklużi organizzazzjonijiet li jaġixxu bħala fornituri ta’ dejta u li jikkoordinaw siti ta’ monitoraġġ, servizzi amministrattivi, legali u finanzjarji ta’ LifeWatch ERIC u l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ewlenin tal-ICT u tal-kostruzzjoni distribwita u l-operazzjonijiet distribwiti tiegħu); fl-Italja (l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tas-servizzi LifeWatch għall-komunità dwar il-bijodiversità) u fin-Netherlands (koordinazzjoni ta’ laboratorji virtwali u ta’ innovazzjonijiet), mingħajr ħsara għall-possibbiltà li partijiet mill-Faċilitajiet Komuni jiġu stabbiliti fit-territorju ta’ membri oħra.

(b)

Ċentri LifeWatch distribwiti, apparti l-Faċilitajiet Komuni, parti minn LifeWatch ERIC, stabbiliti skont kondizzjonijiet deċiżi mill-Assemblea Ġenerali għall-membru fejn dawn ikunu jinsabu. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà jew l-obbligazzjoni finanzjarja tal-membru fejn jinsab iċ-Ċentru Distribwit.

4.   LifeWatch ERIC għandu jikkonkludi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz mal-membri, maċ-ċentri jew mal-entitajiet ġuridiċi għar-regolamentazzjoni tal-operazzjonijiet u s-servizzi tagħhom għal LifeWatch ERIC fuq bażi kollaborattiva, mingħajr ħsara għall-possibbiltà li dawn is-servizzi jiġu pprovduti bħala kontribuzzjonijiet in natura.

5.   LifeWatch ERIC għandu jwettaq il-kompitu prinċipali tiegħu fuq bażi mhux ekonomika. LifeWatch ERIC jista’ jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati relatati mill-qrib mal-kompitu tiegħu, sakemm dawn ma jfixklux il-ksib tal-objettivi primarji tiegħu fuq bażi mhux ekonomika.

6.   LifeWatch ERIC jista’ jrawwem l-isfruttament ta’ dejta u prodotti minn Copernicus, il-programm tal-Unjoni Ewropea għall-monitoraġġ tad-Dinja. L-informazzjoni ambjentali hija ta’ importanza kruċjali għall-fehim tagħna dwar kif il-pjaneta tagħna u l-ekosistemi tagħha qed jinbidlu.

KAPITOLU 2

SĦUBIJA

Artikolu 3

Sħubija u entità rappreżentanti

1.   L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri ta’ LifeWatch ERIC jew osservaturi mingħajr id-dritt tal-vot:

(a)

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “l-Istati Membri”);

(b)

Pajjiżi assoċjati;

(c)

Pajjiżi terzi għajr għall-pajjiżi assoċjati;

(d)

Organizzazzjonijiet intergovernattivi.

2.   Il-lista tal-membri u tal-osservaturi ta’ LifeWatch ERIC, kif ukoll dik tal-entitajiet li jirrappreżentawhom, tinsab fl-Anness 1. Il-lista tal-membri u tal-osservaturi fl-Anness 1 għandha tiġi aġġornata mill-Assemblea Ġenerali u l-lista tal-entitajiet rappreżentanti għandha tiġi aġġornata mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv wara l-wasla ta’ notifika dovuta mill-membru li jagħmel il-ħatra skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni. Il-membri u l-osservaturi jistgħu jiġu rappreżentati minn entità pubblika waħda jew aktar, iżda minn massimu ta’ tlieta, inkluż reġjuni, jew minn entitajiet privati b’missjoni ta’ servizz pubbliku. Dawn l-entitajiet rappreżentanti għandhom jiġu maħtura skont ir-regoli u l-proċeduri proprji tal-membri. Il-membri u l-osservaturi għandhom jiddeterminaw it-tul tal-mandat tal-membri tagħhom, kif ukoll il-kapaċità tagħhom b’rabta mal-eżerċitar ta’ drittijiet u obbligi speċifiċi.

3.   L-Assemblea Ġenerali għandha tiżgura li l-Istati Membri jew il-pajjiżi assoċjati ikollhom b’mod konġunt il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fl-Assemblea Ġenerali, kif ukoll il-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat Permanenti. L-Assemblea Ġenerali għandha tiddetermina kwalunkwe modifiki fid-drittijiet tal-vot li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li LifeWatch ERIC ikun konformi ma’ dak ir-rekwiżit f’kull ħin.

4.   Fil-ħin tat-twaqqif ta’ LifeWatch ERIC, il-membri għandhom jissemmew bħala “membri fundaturi”.

Artikolu 4

Dħul ta’ membri u osservaturi

1.   Il-kundizzjonijiet għad-dħul ta’ membri ġodda huma dawn:

(a)

Stati Membri, pajjiżi assoċjati u pajjiżi terzi oħrajn li mhumiex pajjiżi assoċjati għandhom jippreżentaw applikazzjoni bil-miktub għas-sħubija lill-President tal-Assemblea Ġenerali.

(b)

L-applikazzjoni għas-sħubija għandha tinkludi mhux aktar minn tliet entitajiet li għandhom jirrappreżentaw lill-membru fl-Assemblea Ġenerali.

(c)

L-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant se jikkontribwixxi għall-objettivi u l-attivitajiet ta’ LifeWatch ERIC previsti fl-Artikolu 2, u kif l-applikant għandu jissodisfa l-obbligi tiegħu.

(d)

Il-pajjiżi assoċjati għandhom jiġu ammessi mill-Assemblea Ġenerali permezz ta’ vot b’maġġoranza sempliċi. Pajjiżi terzi oħra li mhumiex pajjiżi assoċjati għandhom ikunu ammessi permezz ta’ vot ta’ maġġoranza assoluta mill-Assemblea Ġenerali.

(e)

L-ammissjoni ta’ membru ġdid tista’ tiġi deċiża mill-Assemblea Ġenerali wara li jasal rapport tal-Bord Eżekuttiv li jkun fih it-termini u l-kondizzjonijiet skont liema l-applikant jista’ jingħaqad ma’ LifeWatch ERIC.

2.   Organizzazzjoni intergovernattiva għandha tapplika għas-sħubija għand il-President tal-Assemblea Ġenerali u tista’ tiġi ammessa permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata skont il-kondizzjonijiet deċiżi mill-Assemblea Ġenerali wara l-wasla tar-rapport tal-Bord Eżekuttiv imsemmi fit-taqsima 1.e). ta’ qabel.

3.   Membru ġdid ta’ LifeWatch ERIC ma jistax jirtira, għall-inqas għall-bqija tal-perjodu ta’ ħames snin fis-seħħ fil-ħin tal-adeżjoni tiegħu. Jekk il-membru l-ġdid jiġi aċċettat wara l-ewwel tliet snin ta’ perjodu ta’ ppjanar ta’ ħames snin, dan għandu jibqa’ membru mill-inqas għall-bqija taż-żmien li jkun jifdal mill-perjodu ta’ ħames snin fis-seħħ fil-ħin tal-adeżjoni tiegħu u għall-perjodi ta’ programmazzjoni suċċessivi ta’ ħames snin, sakemm l-irtirar ma jiġix mitlub għal dak il-perjodu li jkun imiss ta’ ħames snin skont l-Artikolu 5(2).

4.   L-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati, il-pajjiżi terzi għajr pajjiżi assoċjati jew organizzazzjonijiet intergovernattivi li jixtiequ jikkontribwixxu lejn LifeWatch ERIC iżda li għad mhumiex f’pożizzjoni li jissieħbu bħala membri għandhom jippreżentaw applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Assemblea Ġenerali għal status ta’ osservatur.

5.   Il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ osservaturi huma dawn:

(a)

L-osservaturi għandhom ikunu ammessi għal perjodu ta’ sentejn. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal massimu ta’ sentejn oħra. Qabel it-tmiem tal-perjodu korrispondenti, l-osservatur għandu japplika biex isir membru ta’ LifeWatch ERIC jew biex joħroġ minn LifeWatch ERIC. F’każijiet eċċezzjonali, l-Assemblea Ġenerali tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ vot b’maġġoranza sempliċi, li testendi l-istatus tal-osservatur sa perjodu addizzjonali massimu ta’ sentejn.

(b)

Id-dħul ta’ osservaturi għandu jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali b’vot b’maġġoranza sempliċi.

Artikolu 5

Irtirar ta’ membru jew osservatur/Terminazzjoni tal-isħubija jew tal-istatus ta’ osservatur

1.   Is-sħubija għandha tkun ta’ perjodu ta’ mill-inqas ħames snin u għandha tkompli tul perjodi suċċessivi ta’ ħames snin għat-tul ta’ żmien kollu li matulu jkun attiv LifeWatch ERIC. L-impenn finanzjarju ta’ ħames snin għandu jkun konformi mal-Programm ta’ Ħidma multiannwali u mal-Baġit Indikattiv kif deskritt fl-Anness 2.

2.   Membru jista’ jirtira fl-aħħar tat-tielet sena ta’ perjodu ta’ ħames snin jekk dan jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jirtira qabel tmiem it-tieni sena tal-perjodu ta’ ħames snin. Il-membri għandhom jiġu infurmati dwar kwalunkwe talba għall-irtirar fi żmien ħmistax-il jum wara l-wasla tat-talba.

3.   L-obbligi finanzjarji u obbligi oħrajn ta’ membru li jkun se jirtira għandhom jiġu ssodisfati qabel ma l-irtirar ikun jista’ jsir effettiv. F’każ li Faċilitajiet Komuni jew Ċentri Distribwiti jew assi oħra ta’ LifeWatch ERIC ikunu jinsabu fit-territorju tal-membru li jkun se jirtira, il-membru jista’ jieħu lura dawk l-assi f’kumpens ġust skont kif maqbul mill-Assemblea Ġenerali.

4.   L-Assemblea Ġenerali għandha tissospendi d-drittijiet tal-vot ta’ membru meta dak il-membru jittardja l-ħlas dovut minnu għal aktar minn sena wara l-bidu tas-sena finanzjarja.

5.   L-Assemblea Ġenerali għandu jkollha s-setgħa li tittermina s-sħubija jew l-istatus ta’ osservatur jekk jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet:

(a)

Il-membru jew l-osservatur ikun kiser b’mod serju obbligu wieħed jew aktar skont dawn l-Istatuti;

(b)

Il-membru jew osservatur ikun naqas milli jirregola tali ksur f’perjodu ta’ sitt xhur wara notifika bil-miktub tal-President tal-Assemblea Ġenerali wara l-adozzjoni tal-minuti tal-Assemblea Ġenerali li jkunu kkonfermaw il-ksur.

Il-Bord Eżekuttiv għandu jgħarraf lill-Assemblea Ġenerali dwar membru jew osservatur li bl-azzjonijiet tiegħu ikun qed jikser b’mod persistenti l-obbligi tiegħu skont l-Istatuti, u għandu jitlob lil dak il-membru jew osservatur jissodisfa l-obbligi tiegħu. Jekk il-membru jew l-osservatur ma jikkonformax fi żmien perjodu ta’ sitt xhur, il-Bord Eżekuttiv għandu jipproponi li l-Assemblea Ġenerali tittermina s-sħubija jew l-istatus ta’ osservatur.

Il-membru jew osservatur għandu jkollu d-dritt li jispjega lill-Assemblea Ġenerali l-pożizzjoni tiegħu, qabel ma l-Assemblea Ġenerali tieħu kwalunkwe deċiżjoni rigward il-kwistjoni.

L-Assemblea Ġenerali għandha tiddeċiedi, permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata, jekk għandhiex ittemm jew le s-sħubija jew l-istatus ta’ osservatur.

KAPITOLU 3

DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U TAL-OSSERVATURI

Artikolu 6

Membri

1.   Id-drittijiet tal-membri għandhom jinkludu:

(a)

Il-parteċipazzjoni u l-votazzjoni fl-Assemblea Ġenerali.

(b)

L-aċċess għall-informazzjoni u s-servizzi pprovduti minn LifeWatch ERIC; kif ukoll

(c)

kwalunkwe drittijiet oħra msemmija f’dawn l-Istatuti jew inklużi fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

2.   Kull membru għandu:

(a)

jappoġġa u jiffaċilita l-għanijiet, il-kompiti u l-governanza ta’ LifeWatch ERIC.

(b)

jidentifika l-entitajiet li jirrappreżentaw lill-membru.

(c)

jistabbilixxi u jżomm Kumitat ta’ Appoġġ Nazzjonali LifeWatch sabiex jippromwovi l-adozzjoni ta’ standards relevanti fi proġetti nazzjonali għall-ħolqien ta’ riżorsi u għodod; jippromwovi l-adozzjoni ta’ servizzi fost komunitajiet xjentifiċi u riċerkaturi f’oqsma differenti relatati mal-bijodiversità, inklużi x-xjenza tal-ekosistemi u l-bijoinformatika, u jiġbor il-kontribuzzjonijiet u r-reazzjonijiet tal-fornituri u tal-utenti.

(d)

jagħmel kontribuzzjonijiet skont l-Anness 2; kif ukoll

(e)

jappoġġa kull attività oħra miftehma fi ħdan il-qafas ta’ LifeWatch ERIC li tirriżulta mill-Istatuti jew mir-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

Artikolu 7

Osservaturi

1.   Id-drittijiet tal-osservaturi għandhom jinkludu:

(a)

Li jattendu l-Assemblea Ġenerali mingħajr dritt li jivvutaw.

(b)

Li jippermettu lill-komunità ta’ riċerka tagħhom tipparteċipa fl-avvenimenti ta’ LifeWatch ERIC, bħal pereżempju sessjonijiet ta’ ħidma, konferenzi u korsijiet ta’ taħriġ b’rati preferenzjali, jekk ikun hemm biżżejjed spazju.

(c)

Li jippermettu lill-komunità ta’ riċerka tagħhom ikollha aċċess għall-appoġġ tal-organizzazzjoni ta’ LifeWatch ERIC fl-iżvilupp ta’ sistemi, proċessi u servizzi rilevanti.

2.   Kull osservatur għandu jaħtar entità rappreżentanti.

KAPITOLU 4

GOVERNANZA

Artikolu 8

Assemblea Ġenerali

1.   L-ogħla korp ta’ governanza ta’ LifeWatch ERIC għandu jkun l-Assemblea Ġenerali.

2.   L-Assemblea Ġenerali għandha tkun responsabbli għat-tmexxija u għas-sorveljanza ġenerali ta’ LifeWatch ERIC.

3.   L-Assemblea Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar:

(a)

ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz u dwar kwalunkwe ftehimiet oħra ma’ parti terza.

(b)

l-ammissjoni u r-revokar tas-sħubija u tal-istatus ta’ osservatur.

(c)

l-approvazzjoni tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, tal-Linji Gwida jew ta’ deċiżjonijiet oħra meħtieġa biex jiġi żgurat it-twettiq tal-kompitu u tal-attivitajiet ta’ LifeWatch ERIC.

(d)

l-approvazzjoni tar-rapport annwali.

(e)

l-approvazzjoni tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet in natura.

(f)

l-approvazzjoni, kull ħames snin, ta’ Programm ta’ Ħidma multiannwali u tal-Baġit Indikattiv, u l-approvazzjoni tar-reviżjoni u/jew tal-adattament tagħhom jekk il-bidla tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija tkun sinifikanti biżżejjed biex l-ippjanar tagħhom it-tnejn mill-ġdid ikun leġittimu.

(g)

l-approvazzjoni tal-baġit annwali.

(h)

il-ħatra tal-membri tal-Kumitat Permanenti.

(i)

il-ħatra u l-mozzjonijiet ta’ ċensura tal-membri tal-Bord Eżekuttiv, inkluż l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv.

(j)

it-twaqqif ta’ korpi sussidjarji skont kif meħtieġ għall-funzjonament tajjeb ta’ LifeWatch ERIC.

(k)

l-approvazzjoni ta’ Linji Gwida rigward elementi ta’ interess komuni dwar il-Kumitati Nazzjonali ta’ Appoġġ LifeWatch.

(l)

it-termini għall-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali li magħhom għandu għanijiet u kompiti komuni u t-termini skont liema l-Bord Eżekuttiv jista’ jistabbilixxi relazzjonijiet ta’ ħidma ma’ gvernijiet u organizzazzjonijiet, kemm jekk ikunu nazzjonali jew internazzjonali, governattivi jew mhux governattivi.

(m)

il-post fejn jinsabu l-Faċilitajiet Komuni.

(n)

il-proposti għall-emendar tal-Istatuti.

(o)

it-terminazzjoni ta’ LifeWatch ERIC.

(p)

kwalunkwe kwistjoni oħra attribwita lill-Assemblea Ġenerali b’dawn l-Istatuti jew mir-Regoli ta’ Implimentazzjoni; kif ukoll

(q)

kwalunkwe kwistjoni oħra meħtieġa biex LifeWatch ERIC iwettaq il-kompiti u l-attivitajiet tiegħu.

4.   L-Assemblea Ġenerali għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-membri u minn osservaturi. L-osservaturi għandhom jitħallew jitkellmu bil-permess tal-President tal-Assemblea Ġenerali. Mingħajr ħsara għall-maġġoranza meħtieġa skont l-Artikolu 3(3), kull membru għandu jkollu vot wieħed fl-Assemblea Ġenerali. Il-membru għandu jaħtar kap ta’ delegazzjoni bi dritt tal-vot għall-entitajiet rappreżentattivi kollha maħtura minnu.

5.   L-Assemblea Ġenerali għandha tiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. Il-Bord Eżekuttiv u l-Kumitat Permanenti jistgħu jsejħu laqgħa straordinarja tal-Assemblea Ġenerali jekk jinqalgħu kwistjonijiet ta’ importanza li ma jistgħux jistennew sal-laqgħa skedata li jkun imiss tal-Assemblea Ġenerali. Votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata tal-membri kollha tista’ twassal biex issir laqgħa straordinarja tal-Assemblea Ġenerali. Fil-laqgħat straordinarji tal-Assemblea Ġenerali, il-voti jistgħu jittieħdu wkoll permezz ta’ votazzjoni bi-posta jew permezz ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni ta’ proċedura tal-Assemblea Ġenerali.

6.   L-Assemblea Ġenerali għandha teleġġi President, u Viċi President li għandu jieħu post il-President fin-nuqqas tiegħu/tagħha u fil-każ ta’ kunflitt ta’ interess, minn fost id-delegazzjonijiet tal-membri għal perjodu ta’ sentejn, li jista’ jiġġedded għal sentejn. Il-President għandu jiddetermina l-post, il-ħin u l-aġenda tal-laqgħa tal-Assemblea Ġenerali, li għandhom jiġu notifikati lill-membri tliet xhur minn qabel. Il-membri tal-Assemblea ġenerali jistgħu jippreżentaw proposti biex jiġu inklużi fl-aġenda f’konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Proċedura tal-Assemblea Ġenerali.

7.   Il-kworum għal laqgħa valida tal-Assemblea Ġenerali għandu jkun kostitwit mill-preżenza ta’ 50 % tal-membri, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti. Jekk dan il-kworum ma jintlaħaqx, il-President jista’ jsejjaħ laqgħa oħra, li għandha tiġi notifikata bil-miktub lill-membri xahar qabel il-laqgħa l-ġdida, li teħtieġ li jkun hemm l-istess kworum biex titqies bħala valida.

8.   Membru jista’ jkun rappreżentat minn Membru ieħor wara notifika bil-miktub lill-President qabel kull laqgħa tal-Assemblea Ġenerali.

9.   L-Assemblea Ġenerali għandha tagħmel ħilitha biex tieħu deċiżjonijiet b’kunsens. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot skont it-tip ta’ maġġoranza meħtieġa mir-Regoli ta’ Implimentazzjoni dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-Assemblea Ġenerali. Dawn ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni għandhom jiddeterminaw il-maġġoranza meħtieġa mingħajr ħsara għall-Artikolu 3(3), kif ukoll maġġoranzi speċifiċi meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet tal-Istatuti.

Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li ġejjin tkun meħtieġa maġġoranza kwalifikata:

(a)

L-aċċettazzjoni ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi bħala membri, f’konformità mal-Artikolu 4(2).

(b)

It-terminazzjoni tal-isħubija jew tal-istatus ta’ osservatur, f’konformità mal-Artikolu 5(5).

(c)

Sejħa għal laqgħa Straordinarja tal-Assemblea Ġenerali, f’konformità mal-Artikolu 8(5).

(d)

L-istralċ ta’ LifeWatch-ERIC, f’konformità mal-Artikolu 19(1).

(e)

Proposta għal emendi tal-Istatuti, f’konformità mal-Artikolu 23(1).

(f)

Bdil fil-post fejn tinsab is-sede statutorja, f’konformità mal-Artikolu 23(2).

(g)

Il-Programm ta’ Ħidma u l-baġit.

(h)

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji bażiċi tal-membri.

(i)

L-approvazzjoni tar-rapport annwali u tal-kontijiet annwali.

(j)

Il-ħatra jew it-tkeċċija tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv u ta’ kwalunkwe membru ieħor tal-Bord Eżekuttiv.

(k)

L-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President tal-Assemblea Ġenerali.

(l)

L-adozzjoni u l-emendar tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

10.   Il-fehim segwenti għandu japplika għad-determinazzjoni tal-maġġoranzi ta’ votazzjoni meħtieġa skont l-Istatuti jew ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni:

(a)

“kunsens” tfisser approvazzjoni mill-membri kollha mingħajr l-ebda oġġezzjoni formali u mingħajr l-ebda ħtieġa li jittieħed vot dwar il-proposta, minkejja d-dritt li jiġu riflessi riżervi jew fehimiet mhux vinkolanti fil-minuti tal-laqgħa. Jekk kwalunkwe membru jifformula oġġezzjoni, l-Assemblea Ġenerali għandha tkompli bil-votazzjoni formali skont ir-regoli partikolari tal-votazzjoni b’maġġoranza stabbiliti għad-diversi kwistjonijiet li għandhom jiġu deċiżi.

(b)

“maġġoranza sempliċi” tfisser maġġoranza tal-voti tal-membri preżenti fil-laqgħa.

(c)

“maġġoranza assoluta” tfisser aktar minn 1/2 tal-voti tal-membri preżenti jew rappreżentati minn ħaddieħor fil-laqgħa, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % ta’ kontribuzzjonijiet fi flus kontanti.

(d)

“maġġoranza kwalifikata” tfisser aktar minn 2/3 tal-voti tal-membri preżenti jew rappreżentati minn ħaddieħor fil-laqgħa, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti.

Artikolu 9

Bord Eżekuttiv

1.   Il-Bord Eżekuttiv ta’ LifeWatch ERIC għandu jkun responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum.

2.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jħejji l-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali, għandu jimplimenta d-deċiżjonijiet tagħha, u għandu jikkoordina u jiġġestixxi l-attivitajiet ġenerali ta’ LifeWatch ERIC.

3.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jiżgura l-konsistenza, il-koerenza u l-istabbiltà tas-servizzi tal-infrastruttura permezz ta’ deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni u dwar il-koordinazzjoni bejn il-Faċilitajiet Komuni u ċ-Ċentri Distribwiti.

4.   Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jiġu maħtura mill-Assemblea Ġenerali. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn massimu ta’ ħames membri u minn minimu ta’ tlieta: l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO), l-Uffiċjal Finanzjarju Eżekuttiv (CFO) u d-Direttur tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (CTO), li t-tlieta li huma għandhom ikunu impjegati ta’ LifeWatch ERIC. Is-CEO għandu jkun il-President tal-Bord Eżekuttiv. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta’ 5 snin, u ta’ tip li jista’ jiġġedded. L-Assemblea Ġenerali għandha tapprova protokolli dwar il-kunflitti ta’ interess għall-membri tal-Bord Eżekuttiv. Is-CEO għandu jkun ir-rappreżentant legali ta’ LifeWatch ERIC.

5.   L-Assemblea Ġenerali tista’ tistabbilixxi t-termini ta’ referenza għall-kompiti tal-Bord Eżekuttiv.

6.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem l-Assemblea Ġenerali b’mod kollettiv għall-attivitajiet kollha tiegħu. Jekk tiġi approvata mozzjoni ta’ ċensura, is-CEO u l-membri kollha tal-Bord Eżekuttiv għandhom jirriżenjaw, sakemm il-mozzjoni ma tkunx indirizzata lil membri speċifiċi tal-Bord Eżekuttiv, f’liema każ ir-riżenja għandha tkun obbligatorja għal dawk il-membri.

7.   Matul l-ewwel ħames snin wara t-twaqqif ta’ LifeWatch ERIC u sakemm il-konsorzju jikseb il-funzjonalità operazzjonali sħiħa tiegħu, l-Assemblea Ġenerali tista’ tiddeċiedi li tagħti parti mis-setgħat jew is-setgħat kollha tal-Bord Eżekuttiv lis-CEO.

Artikolu 10

Korpi sussidjarji

1.   L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi l-Kumitat Permanenti, il-Kumitat Finanzjarju, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku, il-Kumitat tal-Etika, kif ukoll kwalunkwe kumitati oħra meħtieġa għall-funzjonament tajjeb ta’ LifeWatch ERIC. L-Assemblea Ġenerali għandha tapprova r-Regoli u l-Linji Gwida ta’ Implimentazzjoni, inklużi Regoli ta’ Implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-istabbiliment u l-funzjonament xieraq tagħhom.

Il-Kumitat Permanenti għandu jkun magħmul mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 8(4), u għandu jkollu mhux aktar minn għaxar membri. Dawn għandhom jiġu eletti mill-Assemblea Ġenerali għal perjodi li jistgħu jiġġeddu ta’ tliet snin. Il-Presidenti tal-Assemblea Ġenerali u tal-Kumitat Finanzjarju għandhom ikunu membri ex officio tal-Kumitat Permanenti. Il-Kumitat Permanenti għandu jiltaqa’ mal-Bord Eżekuttiv mill-inqas tliet darbiet fis-sena, kif previst fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

2.   Il-Kumitat Permanenti għandu:

(a)

ikun responsabbli mis-superviżjoni u l-kontroll tal-ġestjoni mill-Bord Eżekuttiv ta’ LifeWatch ERIC matul il-perjodi ta’ bejn is-sessjonijiet tal-Assemblea Ġenerali skont l-Artikolu 8(5).

(b)

jiġi infurmat dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ LifeWatch ERIC kif mitlub minn kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu, u għandu jirrapporta lill-Assemblea Ġenerali, b’mod partikolari dwar kwalunkwe devjazzjonijiet tekniċi u baġitarji sostanzjali li jitbiegħdu mill-baġit u mill-attivitajiet programmati annwali u pluriennali.

(c)

jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-CFO dwar it-tfassil tal-abbozzi tal-baġits skont l-Artikolu 14.

3.   Ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni għandhom jirregolaw il-ħatra tal-membri u t-termini skont liema l-Kumitat tal-Etika ikun se jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu. L-Assemblea Ġenerali, il-Kumitat Permanenti jew il-Bord Eżekuttiv jistgħu jistiednu lill-Kumitat tal-Etika biex jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-politiki ta’ LifeWatch ERIC deskritti fl-Artikoli 9(4), 12, 13, 15 u 17.

KAPITOLU 5

RAPPURTAR LILL-KUMMISSJONI

Artikolu 11

Rappurtar lill-Kummissjoni Ewropea

1.   LifeWatch ERIC għandu jipproduċi rapport annwali ta’ attività, li b’mod partikolari għandu jinkludi l-aspetti xjentifiċi, operattivi u finanzjarji tal-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport għandu jiġi approvat mill-Assemblea Ġenerali u jiġi trażmess lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja korrispondenti. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

2.   LifeWatch ERIC għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ċirkostanza li thedded li tipperikola serjament it-twettiq tal-kompiti ta’ LifeWatch ERIC jew li tfixkel lil LifeWatch ERIC milli jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 723/2009.

KAPITOLU 6

POLITIKI

Artikolu 12

Politiki dwar l-Impjiegi

1.   LifeWatch ERIC m’għandux jiddiskrimina abbażi tar-razza, tal-etniċità, tar-reliġjon, tas-sess, tal-età, ta’ diżabbiltajiet fiżiċi jew mentali, tal-orjentazzjoni sesswali, jew abbażi tal-istat ċivili jew l-istatus tal-ġenituri. Din il-politika għandha tiġi estiża għad-drittijiet, il-privileġġi u l-attivitajiet kollha tal-persunal. LifeWatch ERIC jista’ jfittex involviment f’politiki ta’ azzjoni pożittiva rigward persunal femminili, għal liema skop l-Assemblea Ġenerali għandha tapprova pjan ta’ azzjoni pożittiva qabel ma titħabbar kwalunkwe forma ta’ kuntratt għall-membri tal-persunal.

2.   L-uffiċjal kap eżekuttiv għandu jkollu awtorità ta’ ġestjoni fuq il-persunal u għandu jkun responsabbli għall-kundizzjonijiet tal-impjieg u għal kull pożizzjoni mħabbra għar-reklutaġġ, soġġett għal-limiti baġitarji approvati mill-Assemblea Ġenerali, mir-Regoli ta’ Implimentazzjoni, mil-Linji Gwida u mid-deċiżjonijiet ta’ politika meħuda mill-Assemblea Ġenerali. Sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor, is-CEO jista’ jiddelega funzjonijiet speċifiċi lil membru wieħed jew aktar tal-Bord Eżekuttiv.

3.   L-attivitajiet ta’ reklutaġġ, ta’ intervistar, ta’ reklutaġġ u ta’ promozzjoni/dimozzjoni ta’ LifeWatch ERIC għandhom jitwettqu b’mod li huwa konsistenti mal-prinċipji tal-paragrafu 1 u għandhom jimxu fuq il-prinċipji u r-restrizzjonijiet dwar l-impjiegi stabbiliti f’Regoli ta’ Implimentazzjoni, f’Linji Gwida jew f’mandati ġenerali jew politiki approvati mill-Assemblea Ġenerali.

4.   Il-politiki dwar l-impjiegi stabbiliti fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji u l-kundizzjonijiet approvati mill-Assemblea Ġenerali u għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Istat Membru Ospitanti jew għal-liġijiet tal-pajjiż fejn jitwettqu l-attivitajiet ta’ LifeWatch ERIC.

Artikolu 13

Politiki dwar l-Akkwist u l-Eżenzjonijiet mit-Taxxa

1.   L-offerti kollha għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit web ta’ LifeWatch ERIC u fit-territorji tal-membri u l-osservaturi. Fir-rapport ta’ attività annwali, LifeWatch ERIC għandu jinkludi dikjarazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti għall-akkwisti.

2.   L-Assemblea Ġeneali għandha tapprova r-Regoli ta’ Implimentazzjoni dwar l-akkwist pubbliku li għandhom jiddeterminaw l-ammont minimu li jekk jinqabez iwassal biex il-kuntratti jingħataw biss wara parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku.

3.   Il-politika tal-akkwist ta’ LifeWatch ERIC għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni, b’konsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-offerti jissodisfaw l-aħjar rekwiżiti tekniċi, finanzjarji u ta’ twassil, filwaqt li jipprovdu notifika minn qabel lill-industrija u lill-fornituri ta’ servizzi dwar l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa.

L-eżenzjonijiet mit-taxxa skont l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 għandhom ikunu limitati għall-akkwist minn LifeWatch ERIC, inklużi l-Faċilitajiet Komuni kif definit fl-Artikolu 2(3), ta’ prodotti u servizzi meħtieġa għall-użu uffiċjali tiegħu stess u għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tiegħu għal valur sinifikanti, li jfisser li meta l-ammont taxxabbli tal-operazzjoni dokumentata fil-fattura korrispondenti ikun ugwali għal jew ogħla minn EUR 300,50, dan jitħallas bis-sħiħ minn LifeWatch ERIC. Ma għandhomx japplikaw iktar limiti.

Artikolu 14

Riżorsi, Politiki Baġitarji, Responsabbilità u Assigurazzjoni

1.   Ir-riżorsi ta’ LifeWatch ERIC għandhom jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet ta’ sħubija, għotjiet, donazzjonijiet, kuntratti, u kwalunkwe sors ieħor marbut mal-attività mhux ekonomika tiegħu, mingħajr ħsara għall-paragrafi 2 u 3. L-attivitajiet ekonomiċi għandhom ikunu relatati mill-qrib mal-kompitu u mal-attivitajiet tiegħu u ma għandhomx ifixklu l-ilħuq tagħhom. Id-dħul minn attivitajiet ekonomiċi għandu jiġi rreġistrat separatament fuq il-bażi tal-prezz tas-suq impost, jew, jekk dawn il-prezzijiet ma jkunux jistgħu jiġu determinati, abbażi tal-ispejjeż totali b’marġni raġonevoli.

2.   Il-baġit ta’ LifeWatch ERIC għandu jitħejja għall-Bord Eżekuttiv mis-CFO, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti, u għandu jitressaq lill-Assemblea Ġenerali mill-Bord Eżekuttiv għall-approvazzjoni, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti. Għandu jkun ġestit mill-Bord Eżekuttiv, skont il-parir tal-Kumitat Finanzjarju, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, ta’ bilanċ baġitarju u tat-trasparenza. Il-Kumitat Finanzjarju għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-membri maħtura skont il-proċedura stabbilita fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni approvati mill-Assemblea Ġenerali.

Sabiex ikun konformi ma’ dawn il-prinċipji, il-Bord Eżekuttiv għandu:

(a)

jiżgura li jinżammu kontijiet veritieri u preċiżi rigward id-dħul u l-infiq kollu.

(b)

jistabbilixxi kontrolli interni, inkluż awditi interni, sabiex jissaħħaħ l-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi.

(c)

jiżgura li l-kontijiet ta’ LifeWatch ERIC jiġu analizzati kull sena minn awdituri maħtura mill-Assemblea Ġenerali u li r-rapport tagħhom bil-miktub jitqassam fost il-membri kollha bl-inklużjoni tal-kummenti tas-CEO ta’ kwalunkwe wieħed mill-membri tal-Bord Eżekuttiv.

3.   LifeWatch ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu. Il-membri mhumiex responsabbli b’mod konġunt għad-djun ta’ LifeWatch ERIC. Ir-responsabbiltà tal-membri għad-djun ta’ LifeWatch ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom.

4.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu assigurazzjoni xierqa biex ikopri r-riskji speċifiċi għall-bini u tħaddim ta’ LifeWatch ERIC.

Artikolu 15

Aċċess għall-Faċilitajiet tal-Infrastrutturi LifeWatch ERIC u l-Politika ta’ Disseminazzjoni

1.   LifeWatch ERIC għandu jiffaċilita r-riċerka u t-tagħlim u ma għandux jirrestrinġi l-aċċess għal dejta u għal algoritmi disponibbli sakemm dawn ma jkunux f’kunflitt ma’ kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet ta’ użu miftiehma minn qabel mas-sid(ien) tagħhom.

2.   LifeWatch għandu jistabbilixxi u jħaddem l-infrastruttura tiegħu għar-Riċerka dwar il-Bijodiversità u l-Ekosistemi fil-livell Ewropew. Is-servizzi pprovduti għandhom jiġu ddeterminati b’deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali li tista’ tiddistingwi bejn is-servizzi pprovduti lill-membri, lil dawk li mhumiex membri u lir-riċerkaturi tagħhom.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar il-prijoritizzazzjoni tas-servizzi speċifiċi pprovduti minn LifeWatch ERIC għandhom jiġu adottati mill-Assemblea Ġenerali, b’konsiderazzjoni tal-eżitu ta’ proċess ta’ evalwazzjoni indipendenti mmexxi mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku.

4.   F’każ li l-kapaċità li jiġi pprovdut aċċess tkun limitata għal raġunijiet finanzjarji u/jew tekniċi, l-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi, mir-riżorsi disponibbli tagħha, programmi ta’ għotjiet kompetittivi li jippermettu lill-applikanti jibbenefikaw mill-kapaċitajiet proposti. L-applikazzjonijiet minn kwalunkwe pajjiż tad-dinja għandhom jiġu stmati minn Kumitati ta’ Evalwazzjoni indipendenti nominati mill-Bord Eżekuttiv, skont suġġerimenti mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku. Il-programmi ta’ għotja, il-proċedura ta’ evalwazzjoni u t-termini ta’ referenza li l-Assemblea Ġenerali tista’ tistabbilixxi għandhom jissodisfaw rekwiżiti ġeneriċi ta’ eċċellenza xjentifika u prattiki ġusti.

5.   Il-Bord Eżekuttiv jista’ jipproponi lill-Assemblea Ġenerali politiki dwar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw relazzjonijiet ġenerali jew legali ad hoc mal-utenti tad-dejta. Għandu jingħata aċċess lill-pubbliku ġenerali, sakemm is-servizzi jew riżorsi ma jkunux restritti mill-kondizzjonijiet tal-liċenzjar imposti mis-sidien. LifeWatch ERIC għandu jsegwi l-politiki u r-regolamenti rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

6.   B’vot ta’ maġġoranza assoluta, l-Assemblea Ġenerali tista’ tiddeċiedi, soġġett għall-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, li titlob ħlasijiet għal aċċess ġenerali għal komunitajiet speċifiċi jew għall-komunitajiet kollha b’rabta ma’ servizzi speċifiċi pprovduti minn LifeWatch ERIC, u li tilliċenzja l-għodod jew il-prodotti tagħha stess jew bħala oġġetti komuni jew bħala oġġetti sottomessi għal liċenzja.

7.   Il-politika dwar l-aċċess u d-disseminazzjoni tad-dejta ta’ LifeWatch ERIC għandha ssegwi l-aħjar prattiki internazzjonali fir-rigward tad-dejta pubblika, bħal dawk stabbiliti mill-Unjoni Ewropea, u għandha tirrikonoxxi d-drittijiet tas-sidien tad-dejta u tal-algoritmi filwaqt li tqis bis-sħiħ kwalunkwe kwistjonijiet etiċi jew legali relatati. LifeWatch ERIC għandu jippromwovi l-eċċellenza fir-riċerka u fit-tagħlim, filwaqt li jappoġġa kultura “tal-aħjar prattika” permezz ta’ attivitajiet promozzjonali u ta’ taħriġ.

8.   LifeWatch ERIC għandu jinkoraġġixxi lir-riċerkaturi jagħmlu użu minn LifeWatch ERIC biex jippubblikaw ir-riżultati tar-riċerka tagħhom, filwaqt li għandu jitlob lir-riċerkaturi tal-membri biex jagħmlu r-riżultati tagħhom disponibbli permezz ta’ LifeWatch ERIC.

9.   Il-politika ta’ disseminazzjoni għandha tidentifika d-diversi gruppi mira, u LifeWatch ERIC għandu juża diversi mezzi biex jilħaq lil dawn il-gruppi, bħal pereżempju portali tal-Internet, bullettini, sessjonijiet ta’ ħidma, preżenza f’konferenzi, u artikli f’rivisti u fil-gazzetti ta’ kuljum.

Artikolu 16

Evalwazzjonijiet Xjentifiċi u Tekniċi

1.   LifeWatch ERIC għandu jistabbilixxi Bord Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku bħala korp indipendenti ta’ xjentisti u esperti kwalifikati. It-termini ta’ referenza tiegħu għandhom jiġu proposti mill-Bord Eżekuttiv lill-Assemblea Ġenerali għall-approvazzjoni. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku għandhom jinħatru għal terminu li jista’ jiġġedded ta’ erba’ snin. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord Eżekuttiv. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu divulgati b’mod sħiħ lill-Assemblea Ġenerali, li tista’ toħroġ Regoli ta’ Implimentazzjoni jew Linji Gwida bħala gwida ulterjuri għall-Bord Eżekuttiv.

2.   L-Assemblea Ġenerali tista’ tapprova kumpens xieraq għall-kompiti mwettqa mill-membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku u tal-Kumitati ta’ Evalwazzjoni.

3.   Fir-raba’ sena ta’ kull perjodu ta’ ħames snin ta’ ppjanar għandu jitwaqqaf Kumitat ta’ Evalwazzjoni ad hoc sabiex jivvaluta l-prestazzjoni xjentifika u teknika globali ta’ LifeWatch ERIC u biex jagħti rakkomandazzjonijiet strateġiċi għall-perjodu ta’ ħames snin li jmiss. Il-membri tiegħu għandhom jinħatru mill-Assemblea Ġenerali, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku. Dawn għandhom jinħatru fuq bażi personali, u ma għandhom jirrappreżentaw l-ebda pajjiż jew istituzzjoni partikolari.

Artikolu 17

Politiki dwar l-Aċċess għad-Dejta u dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali

1.   LifeWatch ERIC jirrikonoxxi li parti mill-valur tiegħu bħala infrastruttura huwa bbażat fuq it-titjib tal-benefiċċji tal-għarfien li jinsab fid-dominju pubbliku. Se jiġu ffavoriti l-prinċipji ta’ Sors Miftuħ u ta’ Aċċess Miftuħ.

2.   LifeWatch ERIC għandu jipprovdi gwida lir-riċerkaturi biex jiżgura li r-riċerka mwettqa bl-użu ta’ materjal magħmul aċċessibbli permezz ta’ LifeWatch ERIC jitwettaq fi ħdan qafas li jirrikonoxxi d-drittijiet tas-sidien tad-dejta u l-privatezza tal-individwi. Il-provenjenza tad-dejta għandha tkun żgurata u l-politika ta’ LifeWatch ERIC dwar id-dejta, meta tiddependi fuq l-għoti ta’ kontribuzzjonijiet ta’ riżorsi ta’ dejta esterni u/jew infrastrutturi oħrajn, għandha tkun soġġetta għal ftehimiet ma’ dawn l-imsieħba f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u għandha tkun amministrata minn wieħed mill-membri tal-Bord Eżekuttiv stabbiliti mill-Assemblea Ġenerali.

3.   L-utenti u l-fornituri tas-servizzi li jkollhom aċċess għal dejta, għal għarfien espert jew għal riżorsi oħra ta’ drittijiet ta’ proprjetà intelletwali li jkunu taħt il-kustodja ta’ LifeWatch ERIC jew li jkunu ġew iġġenerati minnu, għandhom jirrikonoxxu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u drittijiet oħra ta’ sidien vestiti fil-protokolli jew fil-ftehimiet dwar l-informazzjoni u l-memoranda ta’ qbil li jkunu ġew sottomessi. L-utenti tad-dejta u l-fornituri tas-servizzi LifeWatch ERIC għandhom juru d-diliġenza kollha dovuta biex jiżguraw li d-drittijiet li jinsabu fid-dejta taħt il-kustodja tagħhom tiġi ġestiti b’mod xieraq.

4.   LifeWatch ERIC għandu jiżgura li l-utenti jiftiehmu dwar it-termini u kondizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess u li arranġamenti xierqa dwar is-sigurtà jkunu fis-seħħ fir-rigward tal-ħżin u l-ġestjoni interni.

5.   LifeWatch ERIC għandu jippubblika l-arranġamenti għall-investigazzjoni u għas-soluzzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ kondotta professjonali interna ħażina, ta’ ksur tas-sigurtà jew ta’ ksur tal-kunfidenzjalità b’rabta mal-iżvelar ta’ dejta u ta’ servizzi fil-kustodja tiegħu.

KAPITOLU 7

DURATA, STRALĊ, TILWIM, LEĠIŻLAZZJONI APPLIKABBLI U DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-EMENDAR DISPOŻIZZJONIJIET

Artikolu 18

Durata

LifeWatch ERIC għandu jitwaqqaf għal perjodu ta’ żmien indefinit.

Artikolu 19

Stralċ u Insolvenza

1.   L-istralċ ta’ LifeWatch ERIC għandu jiġi deċiż permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata tal-Assemblea Ġenerali.

2.   Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 jiem minn meta tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ stralċ ta’ LifeWatch ERIC, LifeWatch ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni.

3.   Mal-adozzjoni tad-deċiżjoni favur l-istralċ ta’ LifeWatch ERIC, il-Bord Eżekuttiv tiegħu, f’konformità mal-liġijiet tal-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru Ospitanti, għandu jieħu ħsieb il-likwidazzjoni tal-assi u tal-attivitajiet tiegħu, skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

Kull oġġett ta’ appoġġ fiżiku li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ ħaddieħor mill-membru li jospita Faċilità Komuni jew Ċentru Distribwit għandu jingħata lura.

(b)

Kwalunkwe assi oħra għandhom jintużaw biex jiġu koperti r-responsabbiltajiet ta’ LifeWatch ERIC u l-ispejjeż relatati mal-istralċ tiegħu. Kwalunkwe assi finanzjarji eċċessivi għandhom jitqassmu fost il-membri eżistenti fiż-żmien tal-istralċ b’mod proporzjonali skont il-kontribuzzjonijiet finanzjarji bażiċi totali li jkunu saru mill-bidu tal-operat ta’ LifeWatch ERIC.

(c)

Rigward il-kontribuzzjonijiet in natura u kontribuzzjonijiet oħra, il-Bord Eżekuttiv, wara approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali u, sa fejn ikun possibbli, jista’ jittrasferixxi l-attivitajiet u l-għarfien ta’ LifeWatch ERIC lil istituzzjonijiet li għandhom għanijiet simili għal tiegħu. F’każ li ma jkunx hemm istituzzjonijiet ekwivalenti, l-assi żejda għajr dawk finanzjarji li jifdal wara l-ħlas tad-djun ta’ LifeWatch ERIC għandhom jitqassmu fost il-membri b’mod proporzjonali skont il-kontribuzzjonijiet annwali akkumulati tagħhom, sakemm ma jiġix previst mod ieħor mill-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz. Fejn possibbli, l-allokazzjoni tal-assi jsiru lill-membri li jkunu kkontribwixxew għalihom.

4.   L-istralċ li jwassal għad-dekommissjonar ta’ LifeWatch għandu jkun soġġett għal-limiti ta’ żmien applikabbli għall-irtirar u t-terminazzjoni tas-sħubija previsti fl-Artikoli 5(1), 5(2), u 5(6).

5.   LifeWatch ERIC m’għandux jibqa’ jeżisti mill-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż korrispondenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Leġiżlazzjoni applikabbli

LifeWatch ERIC għandu jiġi regolat, bi preċedenza:

(a)

Mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 723/2009 u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6(1)(a) u 11(1) tar-Regolament.

(b)

Mil-liġijiet tal-Istat Membru Ospitanti fil-każ ta’ materja li ma tkunx koperta (jew li tkun koperta biss b’mod parzjali) mid-dritt tal-Unjoni Ewropea;

(c)

Mill-Istatuti u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 21

Tilwim

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fuq il-litigazzjoni fost il-membri fir-rigward ta’ LifeWatch ERIC, bejn il-membri u LifeWatch ERIC u fuq kwalunkwe litigazzjoni li l-Unjoni Ewropea hija parti minnha.

2.   Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġurisdizzjoni għandhom japplikaw għat-tilwim bejn LifeWatch ERIC u partijiet terzi. F’każijiet li ma jkunux koperti mil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, il-liġijiet tal-Istat Membru Ospitanti għandhom jiddeterminaw il-ġurisdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim ta’ dan it-tip.

Artikolu 22

Disponibbiltà tal-Istatuti

L-istatuti għandhom jiġu aġġornati u għandhom ikunu magħmula disponibbli pubblikament fuq is-sit web ta’ LifeWatch ERIC, kif ukoll fis-sede statutorja u fil-bini tal-Faċilitajiet Komuni u f’kull Ċentru Distribwit LifeWatch.

Artikolu 23

Emendi għall-Istatuti

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 3(3), il-proposti għal emendi fl-Istatuti, inkluż l-Anness 2, għandhom jiġu adottati permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata tal-membri ta’ LifeWatch ERIC. Il-membri li jivvutaw kontra l-emenda proposta jistgħu jirtiraw minn LifeWatch ERIC wara li jissodisfaw l-obbligi pendenti tagħhom.

2.   Il-proposti għal emendi jistgħu jitressqu minn kwalunkwe membru li jkun appoġġat minn tal-anqas żewġ membri oħra. Il-proposti għal emendi għandhom jiġu mgħoddija lill-President tal-Assemblea Ġenerali mhux inqas minn tliet xhur qabel il-laqgħa annwali regolari, jew qabel laqgħa straordinarja msejħa għal dak l-għan, u għandhom jiġu kkomunikati lill-membri tal-anqas xahrejn qabel il-laqgħa tal-Assemblea Ġenerali.

3.   Bidla fil-post fejn tinsab is-sede statutorja għandha tiġi approvata permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata filwaqt li jiġu kkunsidrati l-investimenti li jkunu saru mill-Istat Membru Ospitanti.

KAPITOLU 8

DISPOSIZZJONIJIET DWAR IT-TWAQQIF U DISPOSIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet dwar it-twaqqif

L-Istat Membru Ospitanti għandu jsejjaħ laqgħa kostituzzjonali tal-Assemblea Ġenerali mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward it-twaqqif ta’ LifeWatch ERIC. L-Istat Membru Ospitanti għandu jinnotifika lill-membri fundaturi dwar kwalunkwe azzjoni legali urġenti speċifika li għandha tittieħed qabel issir il-laqgħa kostituzzjonali. Sakemm membru fundatur ma joġġezzjonax fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jiġi notifikat, l-azzjoni msemmija għandha titwettaq minn persuna debitament awtorizzata mill-Istat Membru Ospitanti.

Artikolu 25

Dispożizzjoni Tranżitorja

Kontribuzzjonijiet maqbula u ċertifikati għall-implimentazzjoni tal-Infrastruttura ta’ Riċerka LifeWatch li saru mill-membri matul il-fażi ta’ tranżizzjoni wara l-11 ta’ Frar 2011 u qabel it-twaqqif ta’ LifeWatch ERIC għandhom jiġu kkunsidrati bħala kontribuzzjonijiet in natura jew fi flus kontanti lil LifeWatch ERIC għall-ewwel perjodu ta’ ħames snin, skont ir-regoli dwar il-valutazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura approvati mill-Assemblea Ġenerali skont l-Artikolu 8(3.e) u t-taqsima A2.I.6 tal-Anness 2.


(1)  ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.


ANNESS 1

LISTA TAL-MEMBRI, TAL-OSSERVATURI U TAL-ENTITAJIET RAPPREŻENTANTI

Pajjiżi

Entitajiet Rappreżentanti

Il-Belġju

L-Uffiċċju tal-Politika Xjentifika Belġjana (BELSPO)

Id-Dipartiment tal-Ekonomija, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni (EWI)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni mhux Obbligatorja u r-Riċerka Xjentifika (DGENORS)

Il-Greċja

Iċ-Ċentru Elleniku għar-Riċerka tal-Baħar (HCMR)

Spanja

Il-Ministeru tal-Ekonomija, l-Industrija u l-Kompetittività (MINECO)

Il-Ministeru tal-Agrikoltura u tas-Sajd, tal-Ikel u tal-Ambjent (MAPAMA)

Il-Gvern Reġjonali ta’ Andalusia (Junta de Andalucía)

Ir-Repubblika Taljana

Il-Kunsill Nazzjonali tar-Riċerka (CNR)

In-Netherlands

L-Organizzazzjoni tan-Netherlands għar-Riċerka Xjentifika (NWO)

Il-Portugall

 

Ir-Rumanija

 

Is-Slovenja

Il-Ministeru tax-Xjenza, l-Edukazzjoni u l-Isport (MIZS)


Osservaturi

Pajjiżi

Entitajiet Rappreżentanti

 

 

 

 


ANNESS 2

KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI U IN NATURA

A2.I.   Il-Kontribuzzjonijiet Finanzjarji Bażiċi tal-membri.

A2.I.1.

Il-kontribuzzjoni ta’ kull pajjiż bħala membru ta’ LifeWatch ERIC għal kull perjodu ta’ ħames snin għandha tiġi adottata mill-Assemblea Ġenerali, b’kont meħud tal-Programm ta’ Ħidma pluriennali korrispondenti u l-Baġit Indikattiv marbut miegħu. Id-deċiżjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet tal-perjodi ta’ ħames snin għandhom jiġi adottati b’kunsens, u meta ma jintlaħaqx kunsens, b’votazzjoni ta’ maġġoranza kwalifikata tal-Assemblea Ġenerali. Il-kontribuzzjonijiet proposti għall-membri differenti matul l-ewwel ħames snin huma ppreżentati fil-paragrafu A2.V ta’ dan l-Anness.

A2.I.2.

Il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi għandhom ikunu bbażati fuq l-iskala PDG lineari, bil-kundizzjoni li għandu dejjem ikun hemm limitu minimu ta’ kontribuzzjoni għal pajjiżi b’ekonomiji iżgħar u li għandu dejjem ikun hemm ammont massimu, skont regoli oġġettivi, għal kull wieħed mill-pajjiżi li għandhom ekonomiji akbar.

Il-kontribuzzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi li jsiru membri sħaħ ta’ LifeWatch ERIC għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni b’kunsens tal-Assemblea Ġenerali, u meta ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, b’votazzjoni ta’ maġġoranza kwalifikata tal-Assemblea Ġenerali.

A2.I.3.

Il-kalkolu tal-iskala PDG lineari għandu jkun ibbażat fuq is-sehem tal-PDG fil-PDG totali tal-membri, bl-użu tal-istatistika tal-Eurostat bħala l-bażi għall-kalkolu. Għall-kalkolu tal-ammont tal-PDG għal kull membru għandha tintuża medja tat-tliet snin ta’ qabel. Għal pajjiżi barra mill-Ewropa għandha tintuża l-istatistika tal-Bank Dinji għall-istess perjodu.

A2.I.4.

Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu allokati għall-ispejjeż operattivi. Matul l-ewwel ħames snin għandha tingħata kunsiderazzjoni raġonevoli lill-ħtiġijiet inizjali jew sussegwenti ta’ investimenti għall-kostruzzjoni b’rabta mal-Faċilitajiet Komuni u maċ-Ċentru jew Ċentri LifeWatch stabbiliti skont il-paragrafu A2.II.

A2.I.5.

Il-kontribuzzjoni tista’ tiġi pprovduta fi flus kontanti jew in natura. Il-perċentwal massimu tal-kontribuzzjoni in natura ma għandux ikun aktar minn 85 % tal-kontribuzzjoni nazzjonali. Il-15 % annwali bħala kontribuzzjoni fi flus kontanti għandu jiġi allokat lill-ispejjeż tal-operazzjonijiet komuni ta’ LifeWatch ERIC.

Il-membri jistgħu jiddeċiedu li jallokaw parti jew it-totalità tal-kontribuzzjonijiet in natura tagħhom liċ-Ċentri Distribwiti LifeWatch tagħhom, hekk kif tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tal-Faċilitajiet Komuni u l-minimu ta’ 15 % bħala kontribuzzjoni fi flus kontanti jiġi trasferit lejn il-kont bankarju ta’ LifeWatch ERIC, u wara li ż-żewġ ċirkostanzi ikunu ġew debitament ċertifikati mill-Uffiċjal Finanzjarju Eżekuttiv.

A2.I.6.

Il-valutazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura għandha ssegwi regoli approvati mill-Assemblea Ġenerali bħala parti mir-Regoli ta’ Implimentazzjoni dwar dawn il-kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 8(3)(e).

A2.II.   Kontribuzzjonijiet addizzjonali għall-investimenti jew l-assunzjoni ta’ kwota akbar tal-ispejjeż operattivi.

Il-membri jistgħu jiddeċiedu li jkomplu jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp ta’ LifeWatch billi jikkontribwixxu għall-investiment oriġinali lejn l-ewwel Faċilitajiet Komuni ta’ LifeWatch ERIC, jew għat-titjib sussegwenti tagħhom jew billi jiżviluppaw Ċentri LifeWatch Distribwiti ġodda jew billi jwettqu titjib imdaqqas tas-servizzi komuni. Kontribuzzjonijiet bħal dawn jistgħu wkoll jikkonsistu minn kontribuzzjonijiet addizzjonali lejn il-Kontribuzzjoni Finanzjarja Bażika msemmija fil-paragrafu A.2.I.

A2.III.   Kontribuzzjonijiet ta’ membri ġodda

A2.III.1.

Il-Kontribuzzjonijiet Finanzjarji Bażiċi ta’ membri ġodda ta’ LifeWatch ERIC għandhom ikunu f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafu A2.I ta’ dan l-Anness.

A2.III.2.

Il-pajjiżi li ma jisseħbux ma’ LifeWatch ERIC meta dan jitwaqqaf iżda fi stadju aktar tard matul perjodu ta’ ħames snin għandhom iħallsu s-sehem korrispondenti inizjali stabbilit tagħhom għall-bqija tal-perjodu ta’ ħames snin fis-seħħ fil-ħin tal-adeżjoni tagħhom.

A2.IV.   Prinċipji oħra dwar il-kontribuzzjonijiet tal-membri.

A2.IV.1.

Il-kontribuzzjonijiet elenkati fil-paragrafi preċedenti jistgħu jiġu allokati lill-entitajiet rappreżentanti mill-membri. F’tali każ, l-entità rappreżentanti għandha tkun responsabbli għall-kontribuzzjoni, mingħajr ħsara għar-responsabbiltà aħħarija tal-membri għall-kontribuzzjoni f’każ ta’ falliment.

A2.IV.2.

Il-membri u l-entitajiet rappreżentanti għandhom jaqblu rigward il-kondiviżjoni tad-dejta li tinsab taħt il-kontroll tagħhom, li l-Assemblea Ġenerali tista’ tqis bħala li hija ta’ interess għall-għan u għall-kompiti ta’ LifeWatch ERIC, sakemm dejta bħal din ma tkunx fid-dominju pubbliku jew taħt il-kontroll tagħhom, u mingħajr ħsara għall-allokazzjoni tal-ispejjeż li jagħmluhom interoperabbli lil LifeWatch ERIC, sakemm dawn l-ispejjeż ma jkunux inklużi bħala kontribuzzjoni in natura tal-membru.

A2.V.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Membri matul l-ewwel ħames snin (1).

Pajjiż

PDG medju 2010-2012

(f’miljuni ta’ EUR)

Kontribuzzjoni lejn LifeWatch ERIC (15 %) fi flus kontanti

Valutazzjoni ta’ proġetti in natura li għandhom jitwettqu

BE Il-Belġju

367 426

959 644

5 437 980

EL Il-Greċja

208 144

543 631

3 080 576

ES Spanja

1 053 921

2 423 250

13 731 749

IT L-Italja

1 565 433

3 599 354

20 396 342

NL In-Netherlands

595 058

1 554 172

8 806 972

PT Il-Portugall

169 720

443 274

2 511 888

RO Ir-Rumanija

129 134

375 000

2 125 000

SI Is-Slovenja

35 748

375 000

2 125 000

L-attivitajiet ta’ LifeWatch ERIC imwettqa bir-riżorsi deskritti fl-Artikolu 14(1) m’għandhomx jinvolvu żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-Istati li huma membri ta’ LifeWatch ERIC elenkati fil-paragrafu preċedenti, bl-inklużjoni tal-kontribuzzjoni annwali ta’ 15 % fi flus kontanti, miżjuda hekk kif jissieħbu Stati oħra, mingħajr ħsara għar-reviżjoni u/jew l-adattament eventwali skont l-Artikolu 8(3)(f)).

Meta jissieħbu f’LifeWatch ERIC, l-Istati jimpenjaw ruħhom li jħallsu l-ħlas annwali tal-kontribuzzjoni fi flus kontanti ta’ 15 % lejn LifeWatch ERIC. Il-valur tal-85 % ta’ kontribuzzjonijiet in natura għandu jiġi aġġustat għall-kalkolu tal-funzjonalità tagħhom għall-kompiti u l-attivitajiet ta’ LifeWatch ERIC.


(1)  L-ammonti huma kkalkulati abbażi tad-dejta mis-snin 2010, 2011 u 2012. Il-kontribuzzjonijiet annwali mistennija mill-membri lejn LifeWatch ERIC jiġu kkalkulati billi ċ-ċifri korrispondenti tagħhom ippreżentati bħala “Kontribuzzjoni lejn LifeWatch ERIC” fit-tabella inkluża f’dan l-Anness jiġu diviżi b’ħamsa. L-evalwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura li għandhom isiru matul il-perjodu globali ta’ ħames snin se jitwettqu skont il-kostijiet ta’ proġetti partikolari identifikati fil-ktieb tal-kostijiet ta’ LifeWatch ERIC kif imħejji matul il-fażi preparatorja.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/16


L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta’ — MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul), “Hizballah Military Wing” (“Fergħa Militari tal-Hezbollah”) (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu’llah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, inkluż il-“Jihad Council” (“il-Kunsill tal-Ġihad”) (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, li jinkludu l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)), “POPULAR FRONT FOR THE LIBERATION OF PALESTINE (PFLP)” (“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — PFLP”), “POPULAR FRONT FOR THE LIBERATION OF PALESTINE-GENERAL COMMAND (“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina-Kmand Ġenerali”), (magħruf ukoll bħala PFLP-General Command)” (“PFLP-Kmand Ġenerali”), “FUERZAS ARMADAS REVOLUCIONARIAS DE COLOMBIA” — “FARC” (“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”) — persuni, gruppi u entitajiet inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta’ Jannar 2017)

(2017/C 89/02)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuna, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 (1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuna, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fond, assi finanzjarju u riżorsa ekonomika oħra ma tista’ ssir disponibbli lilhom, la direttament u lanqas indirettament.

Il-Kunsill ingħata informazzjoni ġdida rilevanti għall-elenkar tal-persuna, il-gruppi u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni l-ġdida, il-Kunsill emenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-persuna, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet aġġornati tal-Kunsill dwar ir-raġuni għalfejn qed jinżammu fil-lista msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: deżinjazzjonijiet skont il-PK 931)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Tali talba għandha tiġi ppreżentata sas-27 ta’ Marzu 2017.

Il-persuna, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw, fi kwalunkwe ħin, talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u li jinżammu fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet jiġu kkunsidrati meta jaslu. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill, skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3). Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, għandhom jiġu ppreżentati sat-12 ta’ April 2017.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 23, 28.1.2017, p. 3.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/18


Notifika għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2017/496, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

(2017/C 89/03)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea stabbilixxa li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/172/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 270/2011/PESK.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 270/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Dawn għandhom jiġu ppreżentati qabel il-15 ta’ Diċembru 2017 fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63.

(2)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4.


22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/19


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2017/491 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

(2017/C 89/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 (2), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/491 (3).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali ta' DG C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Unità 1C ta' DG C li jista' jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 270/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/491.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jiġu mwieġba f'konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4.

(3)  ĠU L 76, 22.3.2017, p. 10.

(4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/20


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Marzu 2017

(2017/C 89/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0802

JPY

Yen Ġappuniż

121,58

DKK

Krona Daniża

7,4353

GBP

Lira Sterlina

0,86753

SEK

Krona Żvediża

9,4923

CHF

Frank Żvizzeru

1,0750

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1253

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

308,29

PLN

Zloty Pollakk

4,2628

RON

Leu Rumen

4,5646

TRY

Lira Turka

3,8972

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3969

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4349

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3886

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5309

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5088

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 208,01

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,5822

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4418

HRK

Kuna Kroata

7,4078

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 387,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,7804

PHP

Peso Filippin

54,075

RUB

Rouble Russu

61,8110

THB

Baht Tajlandiż

37,434

BRL

Real Brażiljan

3,3175

MXN

Peso Messikan

20,5078

INR

Rupi Indjan

70,4930


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/21


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 89/06)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 344, in-nota ta’ spjega għas-subintestatura tan-NM 8536 69 10 sa 8536 69 90 tinbidel b’dan li ġej:

“Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-plaggijiet elettromekkaniċi (l-hekk imsejħa konnetturi tat-tip maskili) u s-sokits (l-hekk imsejħa konnetturi tat-tip femminili) li jippermettu konnessjoni, pereżempju, bejn l-apparat domestiku, il-kejbils u l-bords ta’ konnessjoni.

Il-konnetturi jista’ jkollhom plagg jew sokit fuq iż-żewġ naħat jew plagg jew sokit fuq naħa waħda u tagħmir ta’ kuntatt ieħor fuq in-naħa l-oħra (pereżempju, irbattuti, bil-klamp, issaldjati jew bil-kamin) ara l-eżempji fil-figuri 1 u 2.

Figura 1:

Fuq naħa minnhom il-kejbil huwa konness mal-konnettur permezz ta’ konnessjoni rbattuta/bil-klamp. Fuq in-naħa l-oħra l-konnessjoni ssir billi jiġi pplaggjat il-konnettur tat-tip maskili/femminili.

Image

Figura 2:

Fuq naħa minnhom, il-kejbil huwa konness mal-konnettur permezz ta’ konnessjoni rbattuta/bil-klamp. Fuq in-naħa l-oħra, il-konnessjoni ssir billi jiġi pplaggjat il-konnettur tat-tip femminili. Barra minn hekk, dan il-konnettur jiġi mgħammar ukoll b’konnessjoni addizzjonali fil-forma ta’ konnettur tat-tip maskili.

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll igganċjar plug-in li jinkludu plagg u par sokits (żewġ biċċiet). Kull wieħed mill-partijiet tal-plagg u tas-sokit għandu sokit wieħed u tagħmir ta’ kuntatt ieħor.

Image

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux l-elementi ta’ konnessjoni jew kuntatt li magħhom konnessjoni elettrika tkun stabbilita biss b’mezzi oħrajn (pereżempju, terminals irbattuti, bil-kamin, issaldjati jew bil-klamp). Dawn huma koperti mill-intestatura 8536 90 (ara l-eżempji fil-figuri 3 sa 7).

Madankollu l-plaggijiet u s-sokits, bil-kamin intern jew estern, huma inklużi.

Figuri 3 u 4:

Fuq naħa minnhom il-kejbil huwa konness mal-konnettur permezz ta’ konnessjoni rbattuta/bil-klamp. Fuq in-naħa l-oħra l-konnessjoni ssir bl-użu ta’ vit jew bolt u skorfina.

Image

Figuri 5, 6 u 7:

Il-konnessjoni elettrika ma ssirx bl-ipplaggjar. Ma hemm l-ebda tip ta’ konnettur maskili jew femminili preżenti. Il-konnessjoni elettrika hija magħmula bl-invitar jew bl-ikklampjar.

Image

Fil-paġna 344, in-nota ta’ spjega għas-subintestatura tan-NM 8536 69 10 tinbidel b’dan li ġej:

“Għall-kejbils koassjali

Din is-subintestatura tkopri biss plaggijiet u sokits użati għall-konnessjonijiet koassjali (ara l-eżempji fil-figuri 1 sa 6).

Figura 1

Plagg Koassjali

Image

Figura 2

Sokit Koassjali

Image

Figura 3

Plagg Koassjali

Image

Figura 4

Sokit Koassjali

Image

Figura 5

Plagg koassjali bil-kamin

Image

Figura 6

Adapter koassjali

Image


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/24


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Lulju 2016

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE

(Kawża AT.39317 — E.ON Gas)

(notifikat bid-dokument C(2016) 4764)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2017/C 89/07)

Fis-26 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-ftehim dwar iż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-Deċiżjoni, wara li qieset l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni (“id-Deċiżjoni”) li ttemm l-impenji, li kienu saru vinkolanti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2010. Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil E.ON SE (“E.ON”), is-sussidjarja indiretta tagħha Uniper Global Commodities SE (“UGC” li tappartjeni lil sussidjarja diretta ta’ E ON's Uniper SE (“Uniper”)) u Open Grid Europe GmbH (“OGE”).

(2)

Fl-4 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (“id-Deċiżjoni tal-2010”) indirizzata lil E ON (dak iż-żmien E ON AG) inklużi s-sussidjarji tagħha E ON Ruhrgas AG (“E.ON Ruhrgas”, li aktar tard ingħatat l-isem ta’ E.ON Global Commodities u mbagħad saret UGC) u E.ON Gastransport GmbH (“EGT”, li aktar tard ingħatat l-isem ta’ OGE) u għalhekk għamlet legalment vinkolanti l-impenji li offriet E.ON (“l-impenji”) sabiex jiġi eliminat it-tħassib tal-Kummissjoni dwar kompetizzjoni rigward l-aġir ta’ E ON fir-rigward tas-swieq tal-gass fil-Ġermanja (2).

(3)

Skont l-analiżi preliminari tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni fid-Deċiżjoni tal-2010, il-prenotazzjonijiet ta’ kapaċità fit-trasport tal-gass estensiva fuq is-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass tista’ titqies bħala rifjut li jingħata aċċess għal faċilità bażika li twassal għal esklużjoni ta’ kompetituri fis-swieq ta’ provvista tal-gass. Dan seta’ kien ksur tal-Artikolu 102 TFUE. Għall-bidu, l-Impenji previsti fit-tnaqqis fit-tul tal-prenotazzjonijiet ta’ kapaċità fit-trasport fin-netwerk li f’dak iż-żmien kien proprjetà ta’ E.ON f’miżura ta’ darba billi jħassru ċertu sehem tal-prenotazzjonijiet. Aktar tard, E.ON impenjat ruħha li tnaqqas aktar is-sehem ġenerali ta’ prenotazzjonijiet taħt livell definit sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2015. E.ON impenjat ruħha wkoll li tibqa’ taħt dan il-livell għal perjodu ulterjuri ta’ 10 snin mid-data meta laħqet l-ewwel limitu tagħha.

(4)

Minħabba li E.ON laħqet l-ewwel limitu fuq terminu twil definit fit-tieni pass tal-Impenji fl-1 ta’ April 2011 għall-ewwel darba, l-Impenji għandhom jibqgħu validi sal-1 ta’ April 2021.

(5)

L-iskop ewlieni tal-Impenji kien li jippermettu d-dħul ta’ partijiet terzi fuq is-swieq tal-forniment tal-gass Ġermaniżi - li sa dak iż-żmien kienu kkaratterizzati minn sistema ta’ monopolji tal-provvista lokali u reġjonali — billi jilliberaw kapaċitajiet tat-trasport tal-provvista tal-gass u jiftħu s-swieq tal-forniment tal-gass għall-kompetizzjoni.

(6)

Fl-2011, E.ON infurmat lill-Kummissjoni bl-iżvestiment ippjanat tagħha ta’ EGT, li ngħatat l-isem ġdid ta’ Open Grid Europe (OGE). Barra minn hekk, riċentement, E.ON ħabbret li kienet se tkabbar in-negozju tagħha tal-gass bl-ingrossa u kummerċ, li kien responsabbli għall-prenotazzjonijiet tal-kapaċità, f’kumpanija ġdida msejħa Uniper.

2.   IL-PROĊEDURA

(7)

Permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Ġunju 2016, E.ON talbet it-tmien tal-Impenji bl-argument li seħħet bidla materjali tal-fatti li kienet ibbażata fuqhom id-Deċiżjoni tal-2010 li kienet tippermetti l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament 1/2003. Barra minn hekk, iċ-ċirkostanzi tas-suq kienu nbidlu tant li l-Impenji ma kienux meħtieġa għall-futur u kienu jiġġustifikaw it-tmiem tal-Impenji. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (ukoll il-“Fiduċjarju”) ta opinjoni li tikkonferma sottomissjoni tal-E.ON.

(8)

Il-Paragrafu 24 tal-Impenji jirreferi għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament 1/2003 għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura. Skont l-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament 1/2003, il-“Kummissjoni tista’, fuq talba jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, terġa’ tiftah il-proċedimenti: a) fejn hemm bidla materjali fi kwalunkwe min dawn il-fatti li fuqhom ġiet ibbażata d-deċiżjoni”.

(9)

Kif ser jiġi stabbilit hawn taħt, il-fatti rilevanti li fuqhom id-Deċiżjoni tal-2010 inbidlu b’mod konsiderevoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tagħraf li tibdiliet sinifikanti fiċ-ċirkostanzi tas-suq jiġġustifikaw it-terminazzjoni tal-Impenji.

3.   BIDLA MATERJALI TAL-FATTI U Ċ-ĊIRKOSTANZI TAS-SUQ

(10)

Bidliet importanti meta mqabbel maż-żmien meta ttieħdet id-Deċiżjoni tal-2010 jirrigwardaw id-definizzjoni tas-swieq rilevanti, il-pożizzjoni fis-suq ta’ E. ON dwar dawn is-swieq rilevanti, il-kwota ta’ prenotazzjoni ta’ E. ON u l-ammont ta; kapaċitajiet ta’ trasport liberi kif ukoll il-bidliet regolatorji u l-bidliet fl-imġiba kummerċjali tal-parteċipanti tas-suq.

Definizzjoni tas-swieq

(11)

Mill-2010, is-swieq Ġermaniżi tal-bejgħ bl-ingrossa tal-gass esperjenzaw bidliet konsiderevoli li jippermettu għal definizzjonijiet usa’ tas-swieq rispettivi tal-prodott rilevanti kif ukoll tas-swieq ġeografiċi rilevanti. Fir-rigward tas-suq ġeografiku, l-oqsma tas-suq fil-Ġermanja li kienu separati ingħaqdu biex fl-aħħar mill-aħħar jiffurmaw żewġ oqsma tas-suq kbar fil-Ġermanja. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda punti ta’ konġestjoni sinifikanti bejn iż-żewġ oqsma tas-suq sabiex u f’deċiżjonijiet riċenti ġie identifikat suq nazzjonali kemm għas-suq downstream bl-ingrossa kif ukoll għas-suq tal-konsumaturi għall-forniment ta’ klijenti industrijali kbar. Fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq tal-prodotti, il-bidla ewlenija tikkonċerna l-amalgamazzjoni tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-gass H- u L-, li ppermettiet li titneħħa din id-distinzjoni anke fis-swieq tal-provvista tal-gass kif kien definit minn awtorità tal-kompetizzjoni Ġermaniża fl-2014.

Dominanza

(12)

Dawn il-bidliet fis-swieq tal-forniment tal-gass kif ukoll l-implimentazzjoni komplimentari tal-Impenji wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-pożizzjoni globali tas-suq ta’ E.ON fis-swieq ta’ provvista tal-gass. Is-sehem mis-suq ta’ E.ON fis-suq bl-ingrossa nazzjonali fi grad aktar “l isfel huwa stmat għal [25–35] % u fuq is-suq tal-konsumaturi nazzjonali għall-provvista ta’ klijenti industrijali għal [15–25] %. Jidher improbabbli li E.ON għadha tista” titqies bħala dominanti f’dawn is-swieq.

(13)

Mill-iżvestiment tagħha ta’ EGT, E.ON m’għadhiex is-sid tta’ jew tikkontrolla l-infrastruttura tat-trasport tal-gass. Għaldaqstant E.ON ma kellhiex iktar pożizzjoni dominanti fil-forniment tal-kapaċitajiet tat-trasport tal-gass.

L-ebda riskju ta’ abbuż li jiġġustifika ż-żamma ta’ Impenji

(14)

Jista’ jiġi eskluż ir-riskju ta’ kwalunkwe abbuż fil-futur tat-tip deskritt fid-Deċiżjoni tal-2010. Dan jirriżulta kemm mill-konformità mal-Impenji minn E.ON kif ukoll miil-bidliet fis-suq li jrendu kwalunkwe mġiba simili minn E.ON jew Uniper mas-sussidjarja tagħha UGC improbabbli fil-futur.

(15)

E.ON ma tibqax qrib il-limitu ta’ 54 % (għal gass H- u L- f’daqqa), imma, maż-żmien il-prenotazzjonijiet tagħha naqsu ferm. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li E.ON tista’ tkun viċin il-limitu ta’ prenotazzjoni mill-ġdid fis-snin li ġejjin.

(16)

Barra minn hekk, saru bidliet regolatorji u l-principju ta’ “jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel” ta’ riservazzjonijiet tal-kapaċità ġie sostitwit bi proċeduri tal-irkant obbligatorji. Għalhekk, kwalunkwe żieda ta’ kapaċità tkun ir-riżultat ta’ proċedura ta’ rkant kompetittiv. Barra minn hekk, ir-Regolament jillimita s-sehem ta’ prenotazzjonijiet fit-tul. Dan joħloq aktar opportunitajiet għal kompetituri meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-2010.

(17)

Barra minn hekk, il-parteċipanti fis-suq qed jippreferu dejjem aktar prenotazzjonijiet fil-qosor u hemm kapaċitajiet żejda sinifikanti tat-trasport.

4.   KONKLUŻJONI

(18)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq ir-riskju ta’ esklużjoni futura minn E.ON permezz ta’ prenotazzjonijiet tal-kapaċità tat-trasport estensivi fit-tul, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-2010 jista’ jitqies bħala eskluż għas-snin li ġejjin. Lanqas ma huwa evidenti li E.ON għadha dominanti fuq is-swieq tal-provvista tal-gass rilevanti. Is-swieq tal-gass Ġermaniżi nfetħu f’dawn l-aħħar snin u ma setgħux jiġu esklużi għal darb’ oħra b’imġiba abbużiva minn E.ON tat-tip deskritt fid-Deċiżjoni tal-2010. Għalhekk l-impenji m’għad baqagħlhom l-ebda skop.

(19)

Għaldaqstant, il-valutazzjoni kumplessiva turi li kien hemm bidliet sinifikanti fis-swieq tal-gass kif ukoll fl-istruttura korporattiva ta’ E.ON li l-Kummissjoni tqis bħala bidla materjali tal-fatti skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament 1/2003 u li jippermettu għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tagħraf li ċ-ċirkostanzi tas-suq inbidlu b’tali mod li jiġġustifikaw it-tmiem tal-Impenji.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/39/317 fil-kawża E ON Gas tal-4 ta’ Mejju 2010.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/27


DEĊIŻJONI Nru 946

tal-10 ta’ Novembru 2016

li tiftaħ proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, li huma riżorsi naturali ta’ taħt l-art kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-“Block 1-25 Vratsa-West”, li jinsab fil-Majjistral tal-Bulgarija, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti

(2017/C 89/08)

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI

Skont l-Artikoli 5(2), 7(2)(8), 42(1)(1) u 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, u l-Artikoli 4(1)(1) u 16 tar-Regolament dwar it-twettiq ta’ offerti u proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-prospettar u/jew l-esplorazzjoni ta’, u għall-għoti ta’ konċessjonijiet għall-produzzjoni ta’ riżorsi naturali ta’ taħt l-art kif iddefinit fl-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, adottat bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 231 tal-2010, Taqsima 63 tad-Dispożizzjonijiet Tranżitorji u Finali tal-Att li Jemenda l-Att dwar il-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi u l-Kontroll fuq Sustanzi Kimiċi Tossiċi u l-Att Prekursuri tagħhom (SG Nru 14, 2015) u proposta motivata mill-Ministru għall-Enerġija

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Għandha tinfetaħ proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fil-“Block 1-25 Vratsa-West”, li jinsab fil-Majjistral tal-Bulgarija, b’erja ta’ 4 886 km2 u ddefinit mill-koordinati 1 sa 155, kif speċifikat fl-Anness.

2.

L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tingħata abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti li fiha l-offerenti ma jkunux preżenti meta jiġu kkunsidrati l-offerti.

3.

Il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni għandu jiġi ffissat għal ħames snin mid-data li fiha l-ftehim tal-prospettar u l-esplorazzjoni jidħol fis-seħħ, bi dritt li dan il-perjodu jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

4.

Id-data tal-iskadenza għax-xiri tal-fajl tal-offerti għandha tkun 17.30 nhar il-120 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet biex wieħed jipparteċipa fil-proċedura kompetittiva ta’ offerti għandha tkun 17.30 nhar il-140 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti skont il-fajl tal-offerti għandha tkun 17.30 nhar il-155 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.

Il-prezz tal-fajl tal-offerti għandu jkun ta’ BGN 10 000, it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) inkluża. Il-fajl tal-offerti għandu jinkiseb mill-Ministeru tal-Enerġija fi: ul. Triaditsa 8, Sofia, sal-iskadenza speċifikata fil-punt 4, mal-preżentazzjoni ta’ ordni tal-pagament.

7.1.

L-ammont speċifikat fil-punt 7 għandu jiġi ttrasferit fil-kont tal-bank tal-Ministeru tal-Enerġija:

 

BIC tal-BNB għall-pagamenti fil-munita Bulgara (BGN) — BNBGBGSD;

 

Il-kodiċi SWIFT tal-BNB għall-pagamenti f’munita barranija — BNBGBGSF;

 

IBAN — BG94 BNBG 9661 3000 1421 01;

 

Il-kwartieri ġenerali tal-BNB.

7.2.

Dan li ġej għandu jitniżżel fuq l-ordni tal-pagament: “Għall-fajl tal-offerti għall-‘Block 1-25 Vratsa-West’ mixtri f’isem l-applikant” li ismu jrid jinkiteb fuq l-ordni tal-pagament.

7.3.

Il-persuna li tirċievi l-fajl tal-offerti għandha tiffirma dikjarazzjoni f’isem l-applikant, u timpenja ruħha li tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tinsab fih.

8.

L-applikanti li jixtiequ jipparteċipaw fil-proċedura ta’ sejħa għall-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

9.

L-applikant jew fejn l-applikant huwa grupp, kull wieħed mill-membri tiegħu, għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas taċ-ċirkostanzi skont l-Artikolu 2 flimkien ma’ § 1 tad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali tal-Att dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ kumpaniji rreġistrati f’ġurisdizzjonijiet ta’ taxxa preferenzjali, l-entitajiet marbuta magħhom u s-sidien benefiċjarji tagħhom (ZIFODRYUPDRSTLTDS) (SG Nru 1, 2014) jew evidenza tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi taħt l-Artikolu 4 ta’ ZIFODRYUPDRSTLTDS.

10.

L-intrapriża jew raggruppament applikanti għandu jkollu l-kapaċitajiet maniġerjali meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni.

10.1.

Sabiex tingħata prova tal-kapaċitajiet maniġerjali, jeħtieġ li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

10.1.1.

Jeħtieġ li l-applikant jew fejn l-applikant huwa raggruppament, kull wieħed mill-membri tiegħu, jipprovdi referenzi oriġinali minn imsieħba tan-negozju;

10.1.2.

Jeħtieġ li l-applikant jew fejn l-applikant huwa raggruppament, kull wieħed mill-membri tiegħu, jipprovdi evidenza ta’ għarfien espert professjonali u ta’ esperjenza miksuba fil-ġestjoni ta’ mill-inqas proġett wieħed għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ riżorsi minerali — iż-żejt u l-gass naturali.

10.2.

L-applikant jista’ jagħti prova tal-kapaċitajiet maniġerjali b’referenza għall-kapaċitajiet ta’ partijiet terzi konnessi, kemm jekk persuni naturali jew ġuridiċi, dejjem jekk l-applikant jippreżenta evidenza tal-użu tal-kapaċitajiet ta’ dawn il-partijiet terzi, kif ukoll dokumenti li juru l-kompetenza professjonali u l-esperjenza maniġerjali tagħhom. Il-prova tal-kapaċitajiet ta’ partijiet terzi għandha tkun fornuta permezz tal-preżentazzjoni ta’ dokumenti, kif speċifikat fil-fajl tal-offerti.

11.

Jeħtieġ li l-applikant jew ir-raggruppament ikollu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni.

11.1

Għall-konformità mar-regola tar-riżorsi finanzjarji, l-intrapriża applikanti, jew tal-inqas wieħed mill-membri tar-raggruppament applikanti:

11.1.1.

Jeħtieġ li jkun iġġenera dħul nett totali minimu ta’ BGN 4 000 000 fit-tliet snin finanzjarji preċedenti (skont id-data tal-istabbiliment tiegħu); fejn l-applikant huwa raggruppament li mhuwiex persuna ġuridika, ir-rekwiżit stabbilit f’dan il-punt japplika għar-raggruppament globali, inkella

11.1.2.

Irid jipprovdi referenza minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra li tiċċertifika li huwa għandu l-mezzi finanzjarji meħtieġa għad-dispożizzjoni tiegħu biex jimplimenta l-attivitajiet ta’ prospettar u esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, fi “Block 1-25 Vratsa-West”, inkella

11.1.3.

Irid jippreżenta ittra ta’ intenzjoni minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra rigward l-għoti lill-applikant tal-fondi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ prospettar u esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, fi “Block 1-25 Vratsa-West”.

11.2.

Prova ta’ riżorsi finanzjarji skont il-paragrafu 11.1.2 u 11.1.3 tista’ tiġi pprovduta b’referenza għar-riżorsi ta’ partijiet terzi konnessi, kemm jekk persuni naturali jew ġuridiċi, dejjem jekk l-applikant ikun jista’ juri li dawn ir-riżorsi se jkunu disponibbli lilu, billi jispeċifika l-ammont tagħhom f’BGN. Il-prova ta’ riżorsi ta’ partijiet terzi għandha tkun fornuta permezz tal-preżentazzjoni ta’ dokumenti, kif speċifikat fil-fajl tal-offerti.

12.

L-offerti tal-applikanti għandhom jiġu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, tar-riżorsi ddedikati għall-ħarsien ambjentali, tal-bonusijiet, u tat-taħriġ.

13.

Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni għandu jiġi ffissat għal BGN 5 000, pagabbli sad-data tal-iskadenza speċifikata fil-punt 5 lill-kont bankarju tal-Ministeru tal-Enerġija:

 

BIC tal-BNB għall-pagamenti fil-munita Bulgara (BGN) — BNBGBGSD;

 

Il-kodiċi SWIFT tal-BNB għall-pagamenti f’munita barranija — BNBGBGSF;

 

IBAN — BG75 BNBG 9661 3300 1421 03;

 

Il-kwartieri ġenerali tal-BNB.

14.

L-applikanti li ma jiġux aċċettati fil-proċedura kompetittiva ta’ offerti għandhom jiġu rimborżati l-flus li jkunu ddepożitaw fi żmien 14-il jum mid-data li fiha tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-bord tal-għażla li ma jiġux aċċettati.

15.

Id-depożitu li jkun għamel l-offerent rebbieħ għandu jiġi rimburżat fi żmien 14-il jum minn meta jiġi ffirmat il-ftehim, u d-depożiti tal-offerenti l-oħrajn għandhom jiġu rimburżati fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni.

16.

L-applikazzjonijiet sabiex wieħed jipparteċipa fil-proċedura kompetittiva ta’ offerti u l-offerti bil-proċedura kompetittiva ta’ offerti għandhom jitressqu lir-Reġistru tal-Ministeru tal-Enerġija fi: ul. Triaditsa 8, Sofia, bil-Bulgaru, skont l-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

17.

L-offerti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet speċifikati fil-fajl tal-offerti.

18.

Il-proċedura kompetittiva ta’ offerti għandha titwettaq anke fil-każ li jiġi aċċettat applikant wieħed biss biex jipparteċipa fiha.

19.

Il-Ministru għall-Enerġija huwa awtorizzat:

19.1.

jibgħat din id-Deċiżjoni għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

19.2.

jorganizza u jwettaq il-proċedura kompetittiva ta’ offerti.

20.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Istat u fuq is-sit web tal-Kunsill tal-Ministri. Din id-Deċiżjoni għandha titħabbar fil-muniċipalitajiet ta’ Vidin, Montana, Vratsa, Lovech u Sofia.

21.

L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru

Boyko BORISOV

Għas-Segretarju Ġenerali għall-Kunsill tal-Ministri

Veselin DAKOV


ANNESS

Reġistru ta’ koordinati tal-punt tal-fruntiera “Block 1-25 Vratsa-West”

(sistema ta’ koordinati WGS84)

Nru

Lonġitudni E

Latitudni N

1

22.917300

43.820100

Ix-xmara Danubju:

2

23.191173

43.821354

3

23.197066

43.821433

4

23.196993

43.823665

Ix-xmara Danubju:

5

23.488200

43.830700

6

23.488200

43.712300

7

23.402800

43.712300

8

23.402800

43.599100

9

23.488200

43.599100

10

23.488200

43.310000

11

23.547660

43.310000

12

23.547660

43.200000

13

23.730400

43.200000

14

23.730400

43.196000

15

23.736400

43.196000

16

23.736400

43.200000

17

24.000000

43.200000

18

24.000000

43.183333

19

24.100000

43.183333

20

24.100000

43.150000

21

24.283333

43.150000

22

24.283333

43.116673

23

24.450000

43.116673

24

24.450000

43.050000

25

22.950000

43.050000

26

22.950000

43.091000

Fruntiera tal-Istat

27

22.917300

43.219950

Żona eskluża

28

23.101000

43.713500

29

23.128800

43.713500

30

23.128800

43.700900

31

23.101000

43.700900

Żona eskluża

32

23.371000

43.532700

33

23.384400

43.532700

34

23.384400

43.526200

35

23.371000

43.526200

Żona eskluża

36

23.149700

43.424300

37

23.162600

43.424300

38

23.162600

43.416500

39

23.149700

43.416500

Żona eskluża

40

23.693500

43.156200

41

23.712000

43.156200

42

23.712000

43.149000

43

23.693500

43.149000

Żona eskluża

44

23.846200

43.163000

45

23.864000

43.163000

46

23.857500

43.148400

47

23.839700

43.136500

48

23.793500

43.136500

49

23.793500

43.141000

50

23.818000

43.141000

51

23.818000

43.144000

52

23.823400

43.144000

Żona eskluża

53

23.191971

43.818571

54

23.198244

43.820448

55

23.199586

43.818361

56

23.193222

43.816484

Żona eskluża

57

23.238758

43.815630

58

23.245858

43.815672

59

23.245948

43.813670

60

23.242940

43.813594

61

23.243045

43.810786

62

23.238968

43.810655

Żona eskluża

63

23.228740

43.775887

64

23.231352

43.774625

65

23.223123

43.764951

66

23.225492

43.763689

67

23.215138

43.754015

68

23.210012

43.756645

Żona eskluża

69

23.180029

43.725078

70

23.180444

43.725207

71

23.180919

43.724590

72

23.180484

43.724446

Żona eskluża

73

23.179851

43.722221

74

23.181711

43.723155

75

23.182984

43.722523

76

23.182543

43.719681

Żona eskluża

77

23.198810

43.654532

78

23.199827

43.654094

79

23.197592

43.651461

80

23.199225

43.650052

81

23.198168

43.648847

82

23.193123

43.650363

83

23.195451

43.653103

Żona eskluża

84

23.249776

43.553638

85

23.292967

43.543895

86

23.292066

43.540531

87

23.299300

43.538951

88

23.298699

43.536129

89

23.289227

43.537928

90

23.286456

43.530441

91

23.246630

43.538606

Żona eskluża

92

23.300464

43.540223

93

23.302338

43.540242

94

23.302331

43.539256

95

23.300570

43.539254

Żona eskluża

96

23.337220

43.527463

97

23.341994

43.527520

98

23.341978

43.525665

99

23.337173

43.525781

Żona eskluża

100

23.366364

43.449142

101

23.369597

43.447536

102

23.369593

43.445934

103

23.364458

43.447565

Żona eskluża

104

23.368844

43.443771

105

23.373383

43.441773

106

23.370522

43.438661

107

23.365836

43.440832

Żona eskluża

108

23.359433

43.434500

109

23.350713

43.438863

110

23.358035

43.444934

Żona eskluża

111

23.223999

43.421658

112

23.228437

43.421264

113

23.227919

43.418375

114

23.223610

43.418784

Żona eskluża

115

23.250960

43.402347

116

23.251349

43.402393

117

23.252324

43.401028

118

23.250867

43.399368

119

23.249955

43.399698

Żona eskluża

120

23.319410

43.356375

121

23.321045

43.355977

122

23.320355

43.354320

123

23.318855

43.354013

124

23.317704

43.355096

Żona eskluża

125

23.172010

43.270621

126

23.172654

43.270849

127

23.174067

43.268903

128

23.173517

43.268691

Żona eskluża

129

23.292470

43.208497

130

23.293344

43.209196

131

23.294766

43.207829

132

23.293500

43.207653

Żona eskluża

133

23.345947

43.237639

134

23.348242

43.237803

135

23.348310

43.236570

136

23.345657

43.236478

Żona eskluża

137

23.537034

43.223907

138

23.542637

43.219320

139

23.539529

43.216615

140

23.544148

43.213072

141

23.542159

43.211405

142

23.544371

43.208864

143

23.540770

43.206432

144

23.528755

43.203256

145

23.527425

43.208915

146

23.529227

43.210448

147

23.526026

43.213217

148

23.534285

43.219210

149

23.532498

43.220301

Żona eskluża

150

23.614787

43.197136

151

23.618857

43.194792

152

23.612187

43.188681

153

23.609138

43.190934

154

23.611620

43.192577

155

23.612762

43.196327


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/38


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8392 — Bolloré/Vivendi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 89/09)

1.

Fil-15 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bolloré SA (“Bolloré”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Bolloré, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Vivendi SA kollha kemm hi (“Vivendi”, Franza).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Bolloré: (i) komunikazzjoni, (ii) it-trasport u l-loġistika, u (iii) u soluzzjonijiet tal-ħżin tal-elettriku;

—   għal Vivendi: (i) mużika, (ii) televiżjoni, (iii) films, (iv) logħob tal-vidjow, u (v) qsim ta’ vidjows.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8392 — Bolloré/Vivendi, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).