ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 88

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
21 ta' Marzu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-119-il Sessjoni Plenarja tal-10, il-11 u t-12 ta’ Ottubru 2016

2017/C 88/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar ir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Term tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali

1

2017/C 88/02

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Is-Semestru Ewropew 2016 u b’rabta mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

4

2017/C 88/03

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018

7

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-119-il Sessjoni Plenarja tal-10, il-11 u t-12 ta’ Ottubru 2016

2017/C 88/04

Opinjoni tal-Kummissjoni għall-Politika ta’ Koeżjoni Territorjali u l-Baġit tal-UE — Semplifikazzjoni tal-FSIE mill-perspettiva tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali

12

2017/C 88/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Għajnuna mill-Istat u Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali

22

2017/C 88/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea

28

2017/C 88/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Inizjattiva Cloud Ewropea u l-Istandards tal-ICT bħala l-Pedament tas-Suq Uniku Diġitali

34

2017/C 88/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE

39

2017/C 88/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar il-klima — approċċ territorjali għall-COP22 f’Marrakesh

43

2017/C 88/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan direzzjonali tal-UE għaċ-ċikliżmu

49


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-119-il Sessjoni Plenarja tal-10, il-11 u t-12 ta’ Ottubru 2016

2017/C 88/11

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Gvern elettroniku 2016-2020

54

2017/C 88/12

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

59

2017/C 88/13

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

64

2017/C 88/14

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-Avjazzjoni

69

2017/C 88/15

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS)

74

2017/C 88/16

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ekonomija ċirkolari

83

2017/C 88/17

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE dwar it-tisħin u t-tkessiħ

91


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-119-il Sessjoni Plenarja tal-10, il-11 u t-12 ta’ Ottubru 2016

21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar ir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Term tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali

(2017/C 088/01)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami/reviżjoni ta’ nofs it-term tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020, Baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati (COM(2016) 603 final) (1) u d-dokument ta’ akkumpanjament tagħha;

wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) (2);

1.

jieħu nota tal-proposta dettaljata dwar ir-rieżami ta’ nofs it-term tal-QFP ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fl-14 ta’ Settembru 2016;

2.

jappoġġja li n-negozjati dwar ir-rieżami ta’ nofs it-term jintrabtu mal-proċedura baġitarja għall-baġit tal-UE għall-2017; din l-iskeda ta’ żmien ser tippermetti li r-rieżami ta’ nofs it-term jiġi adottat f’waqtu u tħalli lok għal diskussjonijiet dwar il-QFP li jmiss ta’ wara l-2020;

3.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea m’għandhiex l-ambizzjoni li tippreżenta biss rieżami tal-QFP, li diġà laħaq il-limiti tiegħu, minflok reviżjoni kompluta li tippermetti lill-Unjoni Ewropea tindirizza l-isfidi attwali li tħabbat wiċċha magħhom u tiżgura li l-baġit tal-UE jiffoka fuq oqsma li jwasslu għal tkabbir sostenibbli u l-ħolqien ta’ impjiegi, b’valur miżjud Ewropew qawwi; jistenna li l-QFP li jmiss jagħmel pass sinifikanti lejn l-immodernizzar tal-baġit tal-UE u jippermetti lil dan il-baġit li jindirizza sfidi futuri kif ukoll prijoritajiet ġodda li nqalgħu;

4.

jinnota li dan ir-rieżami ta’ nofs it-term jirrifletti l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea ta’ “baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati”, iżda huwa mħasseb li r-rata ta’ assorbiment tal-programmi tal-UE apparentement kienet il-kriterju prinċipali għat-tibdil propost fl-approprjazzjonijiet; itenni l-offerta tiegħu lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jaqdu rwol attiv fil-proċess li bih jiġu vvalutati l-effiċjenza u l-effettività tal-programmi kollha tal-UE;

5.

jiċħad bil-qawwa l-impressjoni mogħtija fil-Komunikazzjoni dwar il-QFP li programmi ta’ ġestjoni kondiviża mhumiex jaħdmu, u jenfasizza l-fatt li, minkejja d-dewmien biex jiġu adottati r-regolamenti l-ġodda tal-FEIS u l-proċedura tal-ipprogrammar kumplessa ħafna, bdew aktar minn 200 000 proġett u diġà ġew impenjati EUR 46 biljun ta’ fondi mill-FEIS sabiex jiġu kkofinanzjati proġetti li jiswew EUR 68 biljun;

6.

f’dan ir-rigward, iwissi li sospensjoni possibbli tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għal Spanja u l-Portugall u kwalunkwe Stat Membru ieħor, hija ta’ detriment għall-implimentazzjoni tal-programmi. Jinnota li (a) il-KtR huwa kontra l-kondizzjonalità makroekonomika peress li din tippenalizza l-bliet u r-reġjuni; (b) tmur kontra t-tħassir tas-sanzjonijiet li diġà saru skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1173/2011 dwar l-infurzar effettiv ta’ sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-ewro; u (c) tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità mfassal fl-Artikolu 5 tat-TUE u l-Protokoll Nru 2 tiegħu. Għalhekk jitlob li f’każ li jkun hemm sospensjoni, din tiġi kkunsidrata mill-ġdid, u jitqiesu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali, il-qgħad u l-effetti ta’ sospensjoni fuq l-ekonomiji tagħhom, kif previst fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni).

7.

huwa tabilħaqq imħasseb dwar it-tendenza li l-baġit tal-UE jiġi “ċċentralizzat”, li evidentement imur kontra li jinstabu soluzzjonijiet imfasslin apposta għall-isfidi lokali u reġjonali, u dwar li t-tnaqqis fil-ġestjoni kondiviża ta’ programmi ser jolqot b’mod negattiv l-obbligu tat-Trattat tal-UE ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll il-prinċipji tas-sussidjarjetà, is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli;

8.

jiddispjacih li l-aġġustamenti tal-pakketti finanzjarji tal-politika ta’ koeżjoni huma inklużi fir-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-QFP u filwaqt li huma obbligatorji skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-QFP, dawn l-aġġustamenti ma għandhomx jiġu negozjati aktar;

9.

jilqa’ fil-prinċipju l-proposta li l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) jiġi estiż u jissaħħaħ, u dan ser ikun is-suġġett ta’ opinjoni speċifika tal-KtR; jistenna aktar titjib fl-oqsma tal-addizzjonalità, il-kopertura ġeografika u settorjali, kif ukoll it-trasparenza; itenni t-talba għal evalwazzjoni xierqa tar-riżultati tal-FEIS, b’mod partikolari s-sinerġiji tiegħu mal-fondi tal-FEIS u l-kontribut tagħhom għall-koeżjoni territorjali s’issa, u jistenna b’interess il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew biex tiġi skrutinizzata l-implimentazzjoni tal-FEIS; bit-tama li r-reġjuni jkunu aktar involuti mill-qrib fil-governanza sabiex jiżguraw l-integrazzjoni effettiva mal-politika ta’ koeżjoni;

10.

jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-programmi tal-Orizzont 2020 u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, iżda jenfasizza li dawn iż-żidiet ma jikkumpensawx għat-tnaqqis baġitarju inizjali għall-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa meta jinħoloq l-FEIS;

11.

jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jkun hemm rieżami tar-regolamentazzjoni finanzjarji u tal-intenzjoni tiegħu li jiġu ssemplifikati r-regoli sabiex jiġu indirizzati l-problemi marbutin mal-kumplessità amministrattiva u l-iżbalji fil-Politika ta’ Koeżjoni, partikolarment fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ programmi taħt ġestjoni kondiviża u sineriji msaħħa bejn l-għotjiet u l-istrumenti finanzjarji; ser jindirizza r-rieżami fid-dettall f’opinjoni separata;

12.

jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) u għall-programm Erasmus+; juri madankollu dispjaċir għan-nuqqas ta’ inizjattivi li jindirizzaw il-qgħad fit-tul;

13.

japprezza l-miżuri ta’ flessibbiltà proposti mill-Kummissjoni Ewropea – b’mod partikolari l-ħolqien ta’ Riżerva għall-Kriżijiet tal-Unjoni Ewropea biex jerġgħu jintużaw l-approprjazzjonijiet diżimpenjati, it-tneħħija tal-limiti annwali għall-marġini globali għall-pagamenti u l-użu mmirat tal-aġġustament tekniku tal-pakketti tal-Politika ta’ Koeżjoni; jirrikonoxxi li dawn huma passi tajbin ‘il quddiem biex jiġu indirizzati l-kriżijiet attwali b’baġit tal-UE aktar flessibli;

14.

jiddispjaċih li ma ġew issuġġeriti l-ebda miżuri addizzjonali mill-Kummissjoni Ewropea fir-rieżami ta’ nofs it-term biex jiġu indirizzati d-diversi kriżijiet fl-UE relatati mal-Politika Agrikola Komuni, li fosthom hemm il-konċentrazzjoni ta’ produzzjoni, żieda fil-kompetizzjoni globali, it-tnaqqis tal-forza tax-xogħol u żieda fit-tnaqqis tal-biedja, li l-bdiewa Ewropej, il-konsumaturi u l-awtoritajiet lokali u reġjonali se jiffaċċjaw sal-aħħar tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali;

15.

fid-dawl tal-ftehim ambizzjuż dwar il-klima globali li ntlaħaq f’Pariġi fl-2015, ifakkar il-mira ta’ 20 % tal-infiq tal-UE fuq proġetti u politiki relatati mal-klima iżda jenfasizza li dan is-sehem jirrapreżenta minimu u aktar sforzi huma probabbilment meħtieġa sabiex jiġi żgurat li dan jintlaħaq sal-2020;

16.

jilqa’ previżjoni ddettaljata ta’ pagamenti fuq perjodu medju ta’ żmien li tindirizza t-tħassib dwar il-pagamenti pendenti fil-QFP attwali; jinsab imħasseb madankollu dwar pagamenti futuri, minħabba d-dewmien persistenti fl-implimentazzjoni ta’ programmi taħt il-ġestjoni kondiviża; jenfasizza r-responsabbiltà tal-Istati Membri u fil-Kunsill biex fil-baġits annwali jkun hemm biżżejjed approprjazzjonijiet ta’ pagamenti disponibbli, sabiex b’hekk l-UE jkollha l-mezzi biex tindirizza l-isfidi attwali;

17.

jinsab imħasseb li, minkejja ż-żidiet taħt l-Intestaturi 3 u 4 sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni, il-ħolqien ta’ Riżerva għall-Kriżijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ta’ “riżerva ta’ flessibbiltà”, ir-riżorsi disponibbli fil-QFP attwali mhumiex biżżejjed biex jiġu indirizzati l-istennijiet dejjem jiżdiedu tal-baġit tal-UE f’termini tar-riċeviment, id-distribuzzjoni u l-integrazzjoni tar-refuġjati u l-migranti jew il-protezzjoni tagħhom fiż-żoni tagħhom ta’ oriġini; ifakkar f’dan il-kuntest li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet kruċjali fid-dħul u l-integrazzjoni tal-immigranti u għalhekk li jkollhom aċċess dirett għall-opportunitajiet ta’ finanzjament rilevanti tal-UE se jgħinhom ħafna biex jiffaċċjaw dawn l-isfidi; iwissi li aktar flessibbiltà mhijiex is-soluzzjoni għal riżorsi finanzjarji insuffiċjenti;

18.

jieħu nota tal-proposta li jinħoloq Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, u ser jindirizza dan iktar fid-dettall f’opinjoni separata;

19.

jinnota li l-irtirar potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jista’ jkollu effett fuq il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali; jinsab imħasseb dwar il-konsegwenzi fuq l-implimentazzjoni kontinwa ta’ bosta programmi tal-UE u jissuġġerixxi involviment bikri tal-KtR f’aktar diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tal-QFP attwali;

20.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-kapitolu “Lejn il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss” bħala kontribut inizjali għal dibattitu usa’ dwar il-futur tal-baġit tal-UE; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE għal djalogu bikri mal-bliet u r-reġjuni Ewropej dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, l-istruttura u l-istrumenti tal-QFP li jmiss u ser iħejji fi żmien dovut il-proposti tiegħu dwar dan is-suġġett;

21.

jagħti struzzjonijiet lill-President sabiex iwassal din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52016DC0603

(2)  Opinjoni CdR 9/2016.


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/4


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Is-Semestru Ewropew 2016 u b’rabta mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

(2017/C 088/02)

Imressaq mill-gruppi politiċi tal-PSE, PPE, ALDE u AE

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

wara li kkunsidra d-dokumenti prinċipali tas-Semestru Ewropew 2016, jiġifieri l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, ir-Rapporti tal-Pajjiżi, il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u r-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi;

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ rapport tal-Parlament Ewropew dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2016 (2016/2101(INI);

Ir-rilanċ tal-investimenti

1.

ifakkar li l-investiment pubbliku u privat naqas b’madwar 15 % fl-UE meta mqabbel mal-2007, u f’xi Stati Membri anke b’50 %, minħabba l-kriżi ekonomika u miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali; jenfasizza li n-numru kumulattiv ta’ snin ta’ tali nuqqas ta’ investiment (“id-distakk fl-investiment”) jirrappreżenta ostaklu kbir għall-kompetittività u l-koeżjoni tal-Ewropa, u għaldaqstant għall-kapaċità tagħha li tiżgura tkabbir sostenibbli u ħolqien tal-impjiegi;

2.

jisħaq li 40 % tar-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi għall-2016 jindirizzaw ostakli għall-investiment li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jgħinu biex jitneħħew (1), inklużi: kwalità inferjuri tal-amministrazzjoni pubblika u nuqqas ta’ koordinazzjoni; nuqqas ta’ tqabbil bejn il-funzjonijiet u r-riżorsi finanzjarji tal-gvernijiet lokali u reġjonali; ambjent regolatorju ta’ piż għall-investiment privat; korruzzjoni; nuqqas ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet u ta’ infrastruttura tat-trasport adatta; iħabbar li dawn il-kwistjonijiet se jiġu trattati wkoll fl-opinjoni li l-KtR daqt jippreżenta dwar “It-Tnaqqis tad-Diskrepanza fl-Investiment: Kif Għandhom Jiġu Indirizzati l-Isfidi”;

3.

ifakkar fid-Dikjarazzjoni dwar “Ninvestu u Nikkollegaw” (2) adottata fid-9 ta’ Lulju 2016 fi Bratislava fis-7 Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet, li ffokat fuq l-importanza li jitneħħew l-ostakli li jxekklu l-potenzjal ta’ investiment kbir li għadu ma ġiex sfruttat ta’ bliet, reġjuni u żoni rurali Ewropej, u fuq ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jipprovdu infrastruttura u servizzi innovattivi biex jagħtu spinta lill-investiment u jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE;

4.

jinsab imħasseb li madwar 60 % ta’ dawk li wieġbu fi stħarriġ reċenti tal-KtR tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE (3) jħossu tendenza ta’ livell kostanti jew li qed jonqos fl-investiment pubbliku u privat fl-aħħar tnax-il xahar, li, jekk tkun ikkonfermata, tkun tissuġġerixxi li qed tissokta t-tendenza ta’ nuqqas ta’ investiment li bdiet bil-kriżi ekonomika;

5.

jenfasizza li, skont l-istess stħarriġ tal-KtR, il-finanzjament tal-investiment pubbliku jibqa’ sfida għal madwar żewġ terzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità tagħhom biex ifasslu tajjeb l-investimenti pubbliċi, biex jużaw strumenti finanzjarji, biex jippreżentaw proġetti lill-BEI u biex jidħlu fi sħubijiet pubbliċi-privati;

6.

jilqa’ bi pjaċir l-ewwel riżultati pożittivi tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) prinċipalment b’rabta “mas-sezzjoni tal-SMEs”; fl-istess ħin jitlob għat-titjib tal-addizzjonalità “tas-sezzjoni tal-infrastruttura u l-innovazzjoni” tal-FEIS kif ukoll bilanċ ġeografiku tal-FEIS, anke billi jitħeġġu l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ investiment reġjonali u l-użu ta’ pjattaformi ta’ investiment li jiżguraw li r-reġjuni kollha, speċjalment dawk l-anqas żviluppati, ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu;

7.

jilqa’, fil-prinċipju, il-proposta għal estensjoni u tisħiħ tal-FEIS li se tkun is-suġġett ta’ opinjoni separata tal-KtR; jistenna aktar titjib fl-oqsma tal-addizzjonalità, il-kopertura ġeografika u settorjali, kif ukoll it-trasparenza; itenni t-talba għal valutazzjoni adatta tar-riżultati tal-FEIS, b’mod partikolari s-sinerġiji tiegħu mal-fondi tal-FSIE u l-kontribut tagħhom għall-koeżjoni territorjali s’issa, u jistenna b’interess il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew biex tiġi miflija l-implimentazzjoni tal-FEIS;

8.

jenfasizza li tliet kwarti ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ tal-KtR dwar ostakli għall-investiment ma kinux konxji mill-possibbiltà mogħtija mill-FEIS u l-pjattaformi ta’ investiment tiegħu — għandhom jiġu kkomunikati aħjar lilhom u lil partijiet interessati rilevanti oħra;

9.

jinnota li reġjuni u muniċipalitajiet iżgħar kif ukoll ir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal, pereżempju, ir-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna kif ukoll ir-reġjuni insulari u muntanjużi, ta’ spiss ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mill-FEIS minħabba l-livelli għolja tal-valur minimu tal-investiment megħjun u jittama li dan il-limitu jitnaqqas matul ir-reviżjoni tal-FEIS;

10.

jisħaq li l-kapaċità teknika ta’ promoturi potenzjali ta’ proġetti fil-livelli lokali u reġjonali għandha tissaħħaħ bl-għajnuna taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti, b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil u t-twaqqif ta’ pjattaformi ta’ investiment;

11.

jisħaq li l-istrateġiji ta’ investiment reġjonali għandhom jibbażaw fuq l-għarfien li t-tibdil ekonomiku u teknoloġiku qed jittrasforma s-soċjetajiet u t-territorji tagħna b’mod mgħaġġel; f’dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss l-investiment fl-ekonomija b’użu baxx tal-karbonju u fl-ekonomija ċirkolari u li tiġi appoġġjata l-ekonomija ta’ kondiviżjoni u kollaborattiva u b’hekk titbaxxa l-ispiża biex jiġu żviluppati attivitajiet innovattivi, li jagħtu spinta lill-forniment ta’ servizzi pubbliċi u privati liċ-ċittadini, u li jagħmlu lis-settur pubbliku aktar effiċjenti;

12.

jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jitħeġġu jużaw strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u Sħubijiet Ewropej għal prijoritajiet ta’ żvilupp strateġiku konġunt;

13.

jisħaq li l-Politika ta’ Koeżjoni tibqa’ l-għodda ta’ investiment prinċipali tal-UE, b’mod partikolari għall-pajjiżi u r-reġjuni anqas żviluppati tagħha; u jixtieq jara aktar komplementarjetà mal-FEIS;

14.

ifakkar fl-opinjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), li tgħid li nuqqas ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament taħt il-QFP 2014-2020 jista’ jwassal għal riskju li l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha, u b’hekk jakkumulaw pagamenti pendenti b’effetti negattivi fuq l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi taħt il-Fondi SIE;

15.

iqis li fil-kuntest tar-reviżjoni tal-finanzjament tal-Fondi Strutturali l-gvernijiet nazzjonali jistgħu jitħallew jirriservaw parti tal-finanzjament tal-UE għal proġetti f’żoni soġġetti għal uqigħ tal-art u anke għal intervent f’każ ta’ diżastri naturali kbar;

Is-segwitu ta’ riformi strutturali u ta’ politiki fiskali responsabbli

16.

jenfasizza li aktar minn nofs ir-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi tal-2016, indirizzati lil 26 pajjiż, huma relatati mat-territorji, jiġifieri marbuta ma’ sfidi li jikkonċernaw ċerti reġjuni jew bliet aktar minn oħrajn, u/jew l-implimentazzjoni tagħhom tiddependi minn livelli sottonazzjonali tal-gvern;

17.

għandu jitfakkar li l-KtR, fl-opinjoni tiegħu dwar “Ir-reazzjoni tal-UE għall-isfida demografika” enfasizza r-rabta evidenti li għandha teżisti bejn it-tibdil demografiku u s-Semestru Ewropew, waqt li saħaq dwar il-ħtieġa li dan tal-aħħar ikollu dimensjoni territorjali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu atturi prinċipali fil-miżuri adottati fil-qafas tas-Semestru Ewropew sabiex jilqgħu għall-isfidi demografiċi, u jitqiesu fir-rakkomandazzjonijiet magħmula lill-Istati Membri biex jindirizzaw dawn l-isfidi;

18.

jenfasizza li l-KtR minn dejjem kien kontra l-kundizzjonalità makroekonomika fl-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni, stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, peress li dan kieku jippenalizza lill-bliet u lir-reġjuni wara li Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tagħhom taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir; f’dan il-kuntest jibża’ li s-sospensjoni tal-fondi tal-FSIE għal Spanja u l-Portugall ikollhom effetti negattivi fuq l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, li diġà ġew ittardjati b’mod konsiderevoli. Tkun kontradizzjoni wkoll li jitħassru s-sanzjonijiet taħt il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tal-baġit (ir-Regolament 1173/2011dwar l-implimentazzjoni effettiva tas-sorveljanza baġitarja) u mbagħad jitqiesu sanzjonijiet skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Fl-istess ħin jenfasizza l-ħtieġa għal ġestjoni ekonomika aktar soda fil-livell nazzjonali, li hija prerekwiżit għal użu effiċjenti tal-fondi tal-FEIS;

19.

itenni t-talba tiegħu li l-investiment li jsir mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kuntest tal-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni jiġi eskluż mill-kalkoli baġitarji tad-defiċit u d-dejn tal-pajjiżi tal-UE;

20.

jenfasizza li kważi 40 % tar-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi tal-2016, li jinvolvu 20 Stat Membru, kienu jindirizzaw kwistjonijiet ta’ kapaċità amministrattiva, b’mod partikolari fil-livell sottonazzjonali, b’rabta ma’ riformi strutturali u tneħħija ta’ ostakli għall-investiment; jirrikonoxxi li l-kapaċità amministrattiva għandha ssir disponibbli permezz tat-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi effiċjenti; ifakkar, fir-rigward tal-proposta ta’ Programm ta’ Appoġġ għar-Riforma Strutturali, fil-proposta tiegħu dwar dokument strateġiku uniku li jistabbilixxi prijoritajiet u kriterji għall-koordinazzjoni tal-miżuri kollha ta’ bini tal-kapaċità ffinanzjati mill-UE;

21.

jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tipproponi kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro sabiex jiġu implimentati politiki antiċikliċi u jitħaffef l-irkupru, u jħabbar li fix-xhur li ġejjin se jadotta opinjoni dwar din il-kwistjoni;

22.

jirrikonoxxi l-importanza li jiġu indirizzati sfidi soċjali u dawk relatati mas-suq tax-xogħol; jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni inkludiet indikaturi soċjali fil-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi;

Dwar is-Semestru Ewropew u l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

23.

jinnota r-rata baxxa ta’ implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi u li l-livelli kollha ta’ gvern għandhom ikunu involuti fi sforz aktar qawwi biex itejbuha; jinnota li ċerti sfidi jeħtieġu sforzi fit-tul, kif muri mill-fatt li madwar tliet kwarti tar-rakkomandazzjonijiet relatati mat-territorji għall-2016 kienu diġà tressqu fl-2015, u żewġ terzi tar-rakkomandazzjonijiet tas-sena li għaddiet kienu diġà tressqu fl-2014;

24.

jenfasizza li, kif ikkonfermat is-sena l-oħra kemm mill-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma kif ukoll mir-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi, l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru huwa prinċipalment limitat għall-fażi implimentattiva tal-politika, meta huma għandhom ikunu msieħba anke fit-tfassil tal-politiki; jenfasizza li l-involviment tagħhom fi stadju bikri jgħolli b’mod sinifikanti r-rata ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, jgħin biex tiġi indirizzata ż-żieda fid-diskrepanzi reġjonali, jiffavorixxi sjieda akbar fil-prattika u jsaħħaħ il-fiduċja bejn u fi ħdan l-Istati Membri;

25.

beħsiebu jipproponi Kodiċi ta’ Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew, filwaqt li jkun jirrispetta d-differenzi nazzjonali u b’attenzjoni jevita piż amministrattiv żejjed, biex b’hekk jikkontribwixxi għal approċċ ta’ Governanza Aħjar; Dan fil-kuntest li tali Kodici jkun jirrifletti d-diversità u arranġamenti kostituzzjonali tal-Istati Membri.

26.

jitlob li s-SAT tal-2017 jiffoka speċifikament fuq sfidi demografiċi; dawn l-isfidi jindikaw ukoll il-bżonn ta’ politiki ekonomiċi u finanzjarji mfassla biex jiżguraw integrazzjoni bbilanċjata u li tirnexxi tal-migranti fi ħdan l-UE;

27.

jisħaq li s-Semestru Ewropew jeħtieġ ikun jirreferi għal qafas ta’ politika f’diversi livelli fuq perjodu ta’ żmien twil, attwalment l-Istrateġija Ewropa 2020; jilqa’ bi pjaċir it-tħabbira tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-immappjar li għandu jsir tal-politiki ta’ żvilupp sostenibbli tal-UE, u jenfasizza l-ħtieġa li l-istrateġija tat-tkabbir futura tal-UE tiġi allinjata ma’ viżjoni territorjali aġġornata;

28.

jagħti struzzjonijiet lill-President sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-President tal-Kunsill Ewropew u lill-Presidenza Slovakka tal-Kunsill tal-UE.

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Il-KtR, Semestru Ewropew 2016, Analiżi territorjali tar-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi, Rapport tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020.

(2)  http://www.cor.europa.eu/bratislavasummit/

(3)  Stħarriġ tal-KtR dwar “Ostakli għall-investimenti fil-livell lokali u reġjonali”, Lulju 2016.


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/7


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018

(2017/C 088/03)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

waqt li kkunsidra l-Proposta mill-Kummissjoni Ewropea għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (1);

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

1.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li l-2018 tiġi kklassifikata bħala s-“Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali” u jaqbel mal-għanijiet speċifiċi u globali ddikjarati għal dik is-Sena;

2.

iqis li Sena Ewropea ddedikata għall-wirt kulturali tikkostitwixxi opportunità siewja biex ikun hemm sensibilizzazzjoni fil-livell lokali dwar il-bżonn li jiġi protett il-wirt kulturali, biex aktar nies ikunu jafu bih u biex isir kontribut għall-ksib ta’ għanijiet kondiviżi fil-kuntest pan-Ewropew (2); barra minn hekk, is-Sena Ewropea għandha tippromovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ ġestjoni effettivi, li jgħinu jnaqqsu r-riskji relatati mal-iżvilupp urban u t-trasformazzjoni tal-pajsaġġ u fil-ġlieda kontra t-tħaffir illeċitu u t-traffikar illegali tal-beni kulturali;

3.

jappella għal approċċ komprensiv u viżjonarju sabiex l-2018 issir is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, hekk kif din hija wkoll opportunità biex jerġa’ jiġi affermat il-motto tagħna “Maqgħudin fid-diversità”. Il-KtR jirrepeti l-intenzjoni tiegħu li jappoġġja s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018. Għal dan il-għan, jesprimi li hu lest li jikkontribwixxi wkoll għall-ħidma tal-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tistabbilixxi fi ħdan il-qafas tas-Sena Ewropea 2018;

4.

jirrikonoxxi li meta l-wirt kulturali jiġi ċċelebrat u kkommemorat, dan jgħin lill-Ewropej jifhmu aktar, jinspira l-kreattività u jippromovi ċ-ċittadinanza attiva. Għalhekk, il-promozzjoni tal-kultura u l-wirt kulturali hija essenzjali sabiex jissaħħu l-identità u l-valuri demokratiċi fl-Ewropa u sabiex isir kontribut għall-koeżjoni soċjali u ekonomika. F’dan ir-rigward, żoni naturali protetti għandhom jitqiesu bħala li jifformaw parti mill-wirt kulturali;

5.

jilqa’ r-rikonoxximent mogħti lill-kultura bħala għodda għall-iżvilupp lokali u reġjonali u l-valur ta’ mudelli innovattivi ta’ governanza f’diversi livelli u ġestjoni tal-wirt kulturali; jenfasizza, madankollu, li l-ħatra ta’ koordinaturi fil-livell tal-Istat Membru għandha tirrifletti bis-sħiħ l-istruttura ta’ governanza ta’ kull Stat Membru, inklużi l-istrutturi federali u/jew ir-reġjuni/il-bliet b’setgħat leġislattivi;

6.

itenni s-sinifikat tal-pajsaġġi bħala komponent bażiku tal-wirt naturali u kulturali, b’impatt profond fuq l-identità kulturali taċ-ċittadini tal-Ewropa; jemmen għalhekk li, b’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġ u l-Aġenda Ewropea għall-Kultura, l-għanijiet ġenerali għas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 jistgħu jiġu arrikkiti billi jiġi inkluż komponent b’saħħtu għall-iżvilupp territorjali, fil-forma ta’ strateġiji kulturali reġjonali u lokali li tinvolvi l-promozzjoni ta’ turiżmu kulturali sostenibbli;

7.

jistenna li s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 toħloq momentum sabiex jiżdied il-finanzjament disponibbli fil-programm COSME għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju relatati mat-turiżmu kulturali;

8.

jistenna li t-turiżmu, speċjalment it-turiżmu kulturali u dak marbut mal-wirt, jaqdi rwol importanti fl-2018, fid-dawl tal-fatt li huwa wieħed mis-setturi ekonomiċi li qed jikbru l-iżjed malajr fl-Ewropa u dan imexxi t-tkabbir u l-iżvilupp globali, joħloq miljuni ta’ impjiegi, jixpruna l-esportazzjoni u l-investiment u jibdel ħajjet in-nies;

9.

jenfasizza l-importanza tal-kultura bħala wieħed mill-fatturi kruċjali sabiex jinġibdu t-turisti u jenfasizza l-ħtieġa biex jiġi promoss il-wirt kulturali u naturali tal-Ewropa fir-reġjuni, il-bliet u ż-żoni rurali li jservu ta’ vetrina għad-diversità tagħna, u biex jiżgura aktar aċċessibilità għal dawk iż-żoni, li diffiċli wieħed ikollu aċċess għalihom, bħal reġjuni rurali, muntanjużi jew gżejjer;

10.

ifakkar l-għan tal-Aġendi Urbani l-ġodda tal-UE sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja fl-irħula u l-bliet u tiġi żviluppata governanza “urbana” ġdida, u jenfasizza li għandhom jiġu stabbiliti sħubijiet dwar kwistjonijiet oħra li jeħtieġu approċċi integrati ta’ politika, pereżempju, billi jitqiesu d-dimensjoni kulturali u tat-turiżmu fl-iżvilupp urban, forom inklużivi ġodda ta’ parteċipazzjoni, l-innovazzjoni u l-Bliet Intelliġenti (3);

11.

jenfasizza r-rabtiet mill-qrib bejn il-wirt kulturali u l-iżvilupp rurali u jappella liż-żoni rurali biex jagħtu iżjed attenzjoni lill-wirt kulturali fl-istrateġiji ta’ żvilupp tagħhom peress li jikkontribwixxi għas-salvagwardja u l-ħolqien ta’ impjiegi, l-appoġġ ta’ negozji agrikoli, il-ħarsien tal-pajsaġġi kulturali, l-appoġġ tal-arti u s-snajja’ rurali;

12.

jirrepeti l-vantaġġ possibbli li jintuża r-Raggruppament Ewropew tal-Kooperazzjoni Territorjali (REKT) għall-proġetti ta’ governanza f’diversi livelli, fejn il-parteċipanti rilevanti kollha jiġu involuti fil-governanza ta’ territorju transkonfinali jew Ewroreġjonali (4) u jistimulaw il-kooperazzjoni fil-qasam tal-kultura, inkluż il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, b’konsegwenzi pożittivi fuq is-setturi l-oħra, bħat-turiżmu u l-industrija;

13.

jirrepeti l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura u taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, kif ukoll għall-Jiem tal-Patrimonju Ewropew u l-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali, u jenfasizza l-bżonn għal sinerġiji b’saħħithom bl-attivitajiet li jsiru fil-kuntest tas-Sena Ewropea 2018;

14.

jinnota li, għalkemm il-kofinanzjament fil-livell Ewropew tal-attivitajiet li jappoġġjaw is-Snien Ewropej huwa fi ħdan il-possibbiltajiet eżistenti sabiex tiġi stabbilita l-prijorità fuq bażi annwali jew pluriennali u f’rabta mal-programmi eżistenti, l-għażla tal-fokus tal-politika ta’ kull Sena tiddetermina sa ċertu punt d-daqs tal-pakkett baġitarju disponibbli. Dan iwassal għal varjazzjonijiet konsiderevoli fil-finanzjament minn Sena għal oħra, li jista’ jxekkel il-ksib tal-għanijiet ta’ Sena;

15.

itenni li f’dinja li qed tiġi globalizzata, il-kultura tista’ tiddetermina kemm ikun attraenti post kif ukoll il-kompetittività għan-negozji, l-investituri u l-individwi kreattivi u intraprenditorjali;

16.

iqis is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 bħala pass importanti biex tiġi promossa l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali (5)

17.

jilqa’ l-attenzjoni fuq il-Lvant Nofsani meta jitqies ir-rwol tal-wirt fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, peress li dan ir-reġjun huwa milqut sew mill-qirda apposta tat-teżori kulturali f’ċerti żoni ta’ kunflitt. Jaqbel li l-kooperazzjoni kulturali għandha titfittex ukoll mal-pajjiżi membri tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tas-Sħubija tal-Lvant;

18.

jenfasizza li huwa fundamentali li ż-żgħażagħ jirrikonoxxu, jifhmu u japprezzaw il-wirt tagħhom u jħossuh bħala parti mill-identità tagħhom. F’dan ir-rigward jappella għal approċċ aktar proattiv sabiex il-wirt kulturali Ewropew u d-diversità tiegħu jiġu promossi fost iż-żgħażagħ u t-tfal; għaldaqstant jirrakkomanda li fil-kurrikulu tal-iskejjel jiġu inklużi elementi ta’ edukazzjoni dwar l-arti, il-mużika, it-teatru u ċ-ċinema Ewropea sabiex jitjieb l-għarfien tal-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli tal-kontinent;

19.

jerġa’ jafferma l-importanza li l-ħiliet kulturali u kreattivi jinkisbu minn età bikrija, kemm fi ħdan is-sistema edukattiva kif ukoll fil-ħin liberu, hekk kif dawn jagħtu s-setgħa lill-ġenerazzjonijiet taż-żgħażagħ sabiex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-forom ġodda ta’ aċċess għall-kultura (6);

20.

iqis li l-aċċessibbiltà hija fundamentali sabiex is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 tkun suċċess; it-titjib fl-aċċessibbiltà jirrappreżenta punt ta’ tluq kruċjali sabiex jiżdiedu wkoll ir-rati ta’ parteċipazzjoni (7);

21.

jikkonferma r-rieda tiegħu li jkun involut fit-tfassil ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni komprensiva, kif ukoll fl-organizzazzjoni ta’ konferenzi, avvenimenti u inizjattivi rilevanti, u jikkonferma wkoll li jinsab lest li jiffaċilita l-impenn maċ-ċittadini u l-partijiet interessati;

22.

jixtieq jara politika medjatika, awdjoviżiva u tal-IT tal-UE iżjed attiva li tfittex li tippromwovi l-wirt kulturali u lingwistiku tal-Ewropa;

23.

iqis ukoll li jinħtieġ li jinħoloq Netwerk Ewropew ta’ Bliet Siti ta’ Wirt Dinji, u jiġi meqjus bħala Wirt Komuni għaċ-ċittadini Ewropej kollha u jiġu adottati miżuri speċifiċi sabiex tiġi ppreservata u kondiviża l-eżistenza tiegħu;

24.

jagħti struzzjonijiet lill-President sabiex iwassal din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-President tal-Kunsill Ewropew u lill-Presidenza Slovakka.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali

Emenda 1

Premessa 0

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi sabiex tippreserva u tiżviluppa l-valuri universali u indiviżibbli tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, waqt li tiġi rispettata d-diversità tal-kulturi, il-lingwi u t-tradizzjonijiet tal-popli tal-Ewropa, kif iddikjarat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 2

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kif enfasizzat mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha “Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali” (8), il-wirt kulturali se jiġi kkunsidrat bħala riżorsa kondiviża u ġid komuni miżmum għall-ġenerazzjonijiet futuri, li l-ħarsien tiegħu hija r-responsabbiltà komuni tal-partijiet ikkonċernati kollha.

Kif enfasizzat mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha “Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali” (8), il-wirt kulturali se jiġi kkunsidrat bħala riżorsa kondiviża u ġid komuni miżmum għall-ġenerazzjonijiet futuri, li l-ħarsien tiegħu hija r-responsabbiltà komuni tal-partijiet ikkonċernati kollha. Għal dan il-għan, l-Artikolu 36 tat-TFUE ma jipprekludix projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew oġġetti fit-tranżitu ġġustifikati abbażi tal-ħarsien tat-teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku.

Raġuni

Huwa importanti li jitfakkar li l-oġġetti li huma parti mit-teżori kulturali nazzjonali huma eżentati mir-regoli tal-UE relatati mal-libertà tal-moviment tal-oġġetti.

Emenda 3

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-wirt kulturali jista’ jkollu rwol importanti għall-koeżjoni tal-komunità fi żmien meta d-diversità kulturali qed tiżdied f’soċjetajiet Ewropej. Approċċi parteċipatorji u interkulturali ġodda għal politiki dwar il-wirt u inizjattivi edukattivi li jattribwixxu dinjità ugwali għall-wirt kulturali kollha għandhom il-potenzjal li jżidu l-fiduċja, ir-rikonoxximent reċiproku u l-koeżjoni soċjali.

Il-wirt kulturali jista’ jkollu rwol importanti għall-koeżjoni tal-komunità fi żmien meta d-diversità kulturali qed tiżdied f’soċjetajiet Ewropej. Is-siti li ngħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandhom dimensjoni Ewropea b’saħħitha peress li ntgħażlu għar-rwol tagħhom fl-istorja Ewropea. Għalhekk, jissimbolizzaw l-ideali, il-valuri, l-istorja u l-integrazzjoni Ewropej, u jqarrbu lill-Unjoni Ewropea maċ-ċittadini tagħha. Flimkien mal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, iżidu s-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini Ewropej għal żona kulturali komuni. Għalhekk għandhom jitfittxu l-komplementaritajiet mas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali. Approċċi parteċipatorji u interkulturali ġodda għal politiki dwar il-wirt u inizjattivi edukattivi li jattribwixxu dinjità ugwali għall-wirt kulturali kollha , filwaqt li jirrispettaw il-libertà tal-arti, skont l-Artikolu 13 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom il-potenzjal li jżidu l-fiduċja, ir-rikonoxximent reċiproku u l-koeżjoni soċjali.

Raġuni

Kemm iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew kif ukoll il-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma strumenti importanti sabiex il-wirt kulturali jiġi promoss fil-livell lokali u reġjonali u għandhom jiġu rikonoxxuti kif dovut fid-Deċiżjoni. L-istess japplika għal-libertà tal-arti, li hija l-pedament tal-kreattività Ewropea.

Emenda 4

Artikolu 2(2)(k)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

li jiġu inkoraġġiti sinerġiji bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, inkluż it-tisħiħ ta’ inizjattivi li jipprevjenu t-traffikar illegali ta’ oġġetti kulturali.

li jiġu inkoraġġiti sinerġiji bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, inkluż it-tisħiħ ta’ inizjattivi li jipprevjenu t-tħaffir mhux awtorizzat u t-traffikar illegali ta’ oġġetti kulturali.

Raġuni

Il-qirda tas-siti arkeoloġiċi minħabba tħaffir illeċitu għandha konsegwenzi inestimabbli għall-wirt kulturali tal-Ewropa.

Emenda 5

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea. Il-koordinatur għandu jiżgura l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet rilevanti fil-livell nazzjonali.

Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea , b’rispett sħiħ tas-setgħat mogħtija lil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali ta’ gvern . Il-koordinatur għandu jiżgura l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet rilevanti fil-livell tal-Istat Membru .

Raġuni

L-istrutturi ta’ stat federali u l-livelli governattivi sottonazzjonali għandhom jitqiesu bis-sħiħ fil-ħatra tal-koordinaturi fil-livell tal-Istat Membru.

Brussell, 12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2016) 543 final.

(2)  COR-2014-05515-00-00-AC-TRA.

(3)  COR-2015-05511-00-01-AC-TRA

(4)  CDR371-2011_FIN_AC

(5)  JOIN(2016) 29 final

(6)  CDR 2391/2012 fin

(7)  CDR3952-2013_00_00_TRA_AC.

(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta’ Lulju 2014 Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali COM(2014) 477 finali.

(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta’ Lulju 2014 Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali COM(2014) 477 finali.


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-119-il Sessjoni Plenarja tal-10, il-11 u t-12 ta’ Ottubru 2016

21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/12


Opinjoni tal-Kummissjoni għall-Politika ta’ Koeżjoni Territorjali u l-Baġit tal-UE — Semplifikazzjoni tal-FSIE mill-perspettiva tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali

(2017/C 088/04)

Relatur:

is-Sur Petr Osvald (CZ/PSE) Kunsillier tal-Belt ta’ Plzeň

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza li l-FSIE huwa wieħed mill-ftit strumenti tal-UE li għandu impatt dirett, konkret u tanġibbli fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini permezz ta’ mijiet ta’ eluf ta’ proġetti implimentati madwar l-Ewropa kollha u b’hekk għandu l-possibbiltà li jkun ta’ influwenza pożittiva fuq il-pożizzjoni ġenerali tagħhom fir-rigward tal-UE fi żmien fejn il-popolarità tagħha qed tonqos. Għalhekk, dan l-istrument għandu jibqa’ jinżamm u jiġi żviluppat skont l-objettivi u l-prinċipji ewlenin tagħha. Għall-kuntrarju, il-FSIE, u b’mod partikolari l-politika ta’ koeżjoni, għandhom jgħaddu minn proċess ta’ analiżi u titjib sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-valur miżjud tagħhom, bil-għan li jinkisbu kemm l-objettivi tal-UE kif ukoll l-Istrateġija Ewropa 2020, u wkoll li jkunu ta’ benefiċċju għal oqsma oħra li huma importanti għal ħajjet iċ-ċittadini u b’hekk titjieb il-perċezzjoni tagħhom tal-UE. Mod wieħed tajjeb u importanti sabiex jinkiseb dan huwa billi tiġi ssemplifikata s-sistema kollha tal-implimentazzjoni tal-FSIE biex tingħata l-possibbiltà ta’ flessibilità akbar;

2.

jirrimarka li l-proċess tal-użu tal-FSIE qed isir aktar ikkumplikat, mhux biss f’kull perjodu ġdid ta’ programmazzjoni iżda prattikament kull sena. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissarju attwali għall-iżvilupp reġjonali li abbażi tagħha l-KE bdiet tindirizza b’mod serju s-semplifikazzjoni mhux biss billi ħolqot Grupp ta’ Livell Għoli iżda wkoll billi stiednet imsieħba oħrajn għad-dibattitu. Barra minn hekk, il-KtR jinnota li mhux biss il-FSIE iżda l-programmi finanzjarji u l-politiki kollha tal-UE għandhom jiġu analizzati sabiex jiġu ssemplifikati;

3.

jilqa’ l-kooperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza Netherlandiża u Slovakka tal-Kunsill biex flimkien jiddiskutu passi prattiċi għas-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-FSIE u jissuġġerixxi li dan l-eżerċizzju jitkompla mal-Presidenzi tal-Kunsill li jmiss u fid-dawl tad-dibattitu dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni;

4.

jinnota li parti mill-proċess ta’ semplifikazzjoni trid tkun li tingħata attenzjoni sabiex jintlaħaq l-għan fundamentali u l-essenza tal-politika ta’ koeżjoni, jiġifieri t-twettiq ta’ politika reġjonali. Jinnota li fil-forma attwali tagħha l-politika ta’ koeżjoni gradwalment qed titbiegħed mill-politika reġjonali u qed tindirizza aktar kwistjonijiet fil-livell nazzjonali. Dan jidher, per eżempju, fil-fatt li “ftehimiet ta’ sħubija” individwali huma bbażati fuq Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. Barra minn hekk, il-politika ta’ koeżjoni hija mxekkla minn sensiela ta’ kundizzjonijiet nazzjonali li mhumiex taħt l-influwenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u benefiċjarji oħra. Il-politika ta’ koeżjoni qed issir dejjem aktar kumplessa u kkumplikata, l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ fiduċja fost id-diversi livelli politiċi u amministrattivi. Din il-kumplessità mbagħad tikkontribwixxi għal disparitajiet dejjem ikbar fl-iżvilupp tar-reġjuni;

5.

ifakkar li l-KtR jirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jistgħu jintervjenu fi stadji differenti tal-katina fil-ġestjoni tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-FSIE u b’mod partikolari bħala benefiċjarji finali, awtoritajiet ta’ ġestjoni jew partijiet ikkonċernati. Minħabba dan ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-proċess ta’ semplifikazzjoni għandu jkun xprunat l-ewwel u qabel kollox mill-għarfien u s-suġġerimenti ta’ dawn;

6.

jenfasizza li, sabiex il-proċess ta’ semplifikazzjoni jkun tassew effettiv, għandhom ikunu involuti fih b’mod attiv mhux biss id-DĠs kollha tal-Kummissjoni Ewropea, li kkontribwixxew għall-ippjanar u l-monitoraġġ tal-FSIE, fosthom id-DĠ REGIO, id-DĠ EMPL, id-DĠ AGRI, id-DĠ MARE u d-DĠ COMP, iżda wkoll istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE (bħall-awtoritajiet tal-awditjar). Is-sistema għandha tkun issemplifikata kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-awtoritajiet amministrattivi;

7.

jirrakkomanda li l-proċess ta’ semplifikazzjoni għandu jikkonċerna b’mod partikolari t-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-korpi li jimplimentaw kif ukoll it-tnaqqis tal-kumplessità tal-proċess tal-verifika, tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa. Il-qafas regolatorju għandu jiġi aġġustat b’mod proporzjonat b’konformità mal-iskala tal-proġetti u l-effettività tas-sistema tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri;

8.

jirrakkomanda approċċ sistematiku għall-proċess ta’ semplifikazzjoni u għalhekk iqis li hu xieraq li jiġu żviluppati metodoloġija u indikaturi tal-implimentazzjoni u s-suċċess. Għalhekk, huwa neċessarju li jkun hemm distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ riżultati: dawk fejn il-fehmiet u s-soluzzjonijiet proposti jistgħu jiġu implimentati b’mod immedjat u dawk li għandhom jintużaw għall-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, minħabba l-implimentazzjoni kontinwa tal-programmi operazzjonali, bidliet leġislattivi estensivi mhumiex realistiċi fl-interess taċ-ċertezza legali. Madankollu, għandhom jiġu previsti azzjonijiet immedjati permezz ta’ bidliet fil-prattiki tal-implimentazzjoni u r-rekwiżiti mhux legali, kooperazzjoni aħjar u gwida aktar effettiva kif ukoll aġġustamenti minuri fil-qafas leġislattiv tal-politika ta’ koeżjoni u l-leġislazzjoni relatata. Il-proċess ta’ semplifikazzjoni għandu jkun strutturat ukoll skont it-tema (trasport, ambjent…), skont il-fondi u l-kompartimentalizzazzjoni tagħhom (FEŻR, FSE eċċ.), skont il-livell (nazzjonali, reġjonali, urban, lokali u tal-komunità) u skont il-partijiet interessati involuti (pubbliċi, privati, NGOs…). F’dan il-proċess, huwa meħtieġ li jiġu identifikati r-rabtiet u l-impatti kemm interni u esterni għal din l-istruttura u b’enfasi fuq is-semplifikazzjoni tar-relazzjonijiet interistituzzjonali bejn id-diversi livelli ta’ gvern involuti fl-implimentazzjoni;

9.

jissuġġerixxi titjib tal-koordinazzjoni bejn il-Fondi u programmi individwali fil-livell nazzjonali. Dan għandu jinkiseb ukoll permezz ta’ ġestjoni u ppjanar strateġiċi matul il-perjodu tal-ipprogrammar b’enfasi fuq il-ħidma strateġika ġenerali;

Mistoqsijiet bażiċi u l-parametri li jiddeterminaw id-direzzjoni tas-semplifikazzjoni:

10.

jenfasizza li għas-suċċess ta’ dan il-proċess ta’ semplifikazzjoni huwa importanti li jitwieġbu l-mistoqsijiet bażiċi li ġejjin:

Għal min qed nagħmluha s-semplifikazzjoni?

Il-KtR huwa tal-fehma li l-grupp fil-mira huwa l-ewwel u qabel kollox il-benefiċjarji finali fl-implimentazzjoni tal-FSIE, u sussegwentement biss awtoritajiet oħrajn, minn isfel għal fuq, l-ewwel l-entitajiet lokali li huma ddelegati jwettqu r-rwol ta’ awtoritajiet implimentattivi permezz tal-programmi operattivi.

Għaliex nissemplifikaw – x’inhu l-iskop?

Il-KtR jemmen li l-iskop ewlieni tas-semplifikazzjoni huwa li jiġu ffurmati u implimentati proġetti kreattivi li jikkontribwixxu għal aktar żvilupp tat-territorji, ta’ sens ta’ appartenenza tal-UE, tal-kompetittività u l-kwalità tal-ħajja, u għaldaqstant fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-UE kollha u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-għan tas-semplifikazzjoni lanqas huwa l-infiq akbar jew iktar sempliċi tal-fondi tal-FSIE, iżda li l-proġetti jkunu aktar effettivi u kreattivi, u l-ħolqien u l-implimentazzjoni tagħhom ikunu aktar faċli għall-utent u inqas riskjużi għall-benefiċjarji.

Għalfejn is-sistema saret daqshekk kumplikata?

Il-KtR jemmen li r-raġuni għalfejn is-sistema saret iżjed kumplikata hija l-ewwel u qabel kollox l-isforz biex sejbiet individwali u għarfien jiġu trasferuti f’linji gwida u mudelli li huma ġeneralment validi, jiġifieri sforz biex is-sistema tiġi unifikata. Raġuni oħra għal din hi prova tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-iżgurar ta’ aktar trasparenza akkost ta’ kollox. Il-KtR jemmen li mhux qed issir biżżejjed enfasi fuq l-analiżi tal-effetti negattivi ta’ miżuri individwali (għalkemm b’intenzjoni tajba) u ta’ interventi fis-sistema għal miżuri oħra. It-tagħlimiet li jittieħdu minn każ wieħed mhux neċessarjament jistgħu jiġu trasferiti u estrapolati lejn oħrajn.

11.

Dawn li ġejjin ma jitqisux bħala semplifikazzjoni mill-KtR:

Tnaqqis biss tan-numru ta’ paġni tar-regolamenti u l-linji gwida.

Linji gwida u regolamenti għandhom ikunu fformulati b’mod ċar b’tali mod li jinftiehmu u l-interpretazzjoni tagħhom tkun ċara.

It-tnaqqis tas-setgħat tal-Kummissjoni u, b’mod partikolari, id-DĠ REGIO.

F’bosta każijiet, hija ħaġa raġunata, fl-interessi ta’ approċċ u interpretazzjoni uniformi madwar l-Ewropa, li d-DĠ kompetenti għall-finanzjament ikollha l-kompetenza regolatorja konsolidata sabiex livelli oħra ta’ implimentazzjoni ma jadottawx interpretazzjonijiet u approċċi diverġenti u mhux koordinati. Għadd ta’ kumplikazzjonijiet bdew preċiżament minħabba nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-DĠs u istituzzjonijiet oħra tal-UE (DĠ COMP, l-awtoritajiet tal-awditjar u l-bqija).

Il-ħolqien ta’ aktar dokumenti u mudelli armonizzanti.

Huwa neċessarju li jiġi vvalidat jekk il-passi li twettqu matul l-aħħar snin fis-setturi rilevanti tassew ikkontribwewx għal aktar effettività, u li dawn il-passi jiġu evalwati. Jekk irridu nissemplifikaw huwa imperattiv li jitħassru u jitneħħew il-linji gwida u l-iskemi ġenerali li ma ġabux effettività akbar u nirrilassaw il-proċess ta’ implimentazzjoni minflok nostakolawh.

12.

Dawn li ġejjin jitqiesu bħala semplifikazzjoni mill-KtR:

Li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu l-użu ta’diversi approċċi kreattivi u proġetti biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali.

Il-ħolqien u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ fiduċja bejn il-partijiet interessati individwali u l-introduzzjoni ta’ ftehim ġenwin ta’ fiduċja bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, bl-iskop ta’ ġestjoni, kontrolli tal-fondi strutturali, u l-ġlieda kontra l-frodi.

L-introduzzjoni mill-ġdid ta’ flessibilità akbar għall-benefiċjarji u aktar skop għall-implimentazzjoni fil-livell reġjonali bil-possibbiltà ta’ rabtiet ta’ xogħol diretti u aktar komunikazzjoni bejn il-KE u l-benefiċjarji jekk is-sitwazzjoni ma tistax tiġi regolarizzata fil-kuntest nazzjonali;

Flessibbiltà ikbar fir-relazzjonijiet bejn l-awtorità ta’ ġestjoni (nazzjonali jew reġjonali) u l-awtoritajiet lokali (benefiċjarji jew il-korpi ta’ implimentazzjoni) u s-semplifikazzjoni tar-regoli tal-verifika u taċ-ċirkwit għall-kontroll, ir-rappurtar u ċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa;

Promozzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità b’tali mod li d-daqs tal-piżijiet amministrattivi iqis b’mod invers mhux biss id-daqs tal-proġett, iżda, b’mod partikolari, l-ammont ta’ għajnuna mogħtija.

It-tnaqqis tal-għadd ta’ programmi – pereżempju billi jiġi limitat l-għadd ta’ programmi operattivi tematiċi u s-sostituzzjoni tagħhom pereżempju bl-iżvilupp ta’ programm operattiv integrat;

Il-kunċett ta’ ambjent metodoloġiku wieħed – jiġu stabbiliti regoli komuni għas-sistema kollha. Aktar żvilupp ta’ għodod tekniċi għall-ħidma strateġika, bħal pereżempju d-database tal-istrateġiji – sistema ta’ informazzjoni li jkun fiha dokumenti rispettivi, għanijiet, responsabbiltajiet, u indikaturi;

It-twessigħ tal-funzjonament tas-sistema ta’ monitoraġġ bl-għan li tiġi ssemplifikata l-amministrazzjoni għall-applikanti tal-proġetti;

L-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ għodda oħra għall-iżvilupp ta’ ħidma ta’ strateġija, pereżempju evalwazzjoni tal-kwalità tal-istrateġiji u l-kwalità ta’ dak li nkiseb, il-ġerarkija ta’ strateġiji, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-ħidma strateġika fl-amministrazzjoni pubblika;

L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ terminoloġija unika għall-Fondi;

13.

jenfasizza li l-approċċ ta’ semplifikazzjoni huwa proċess kontinwu, li m’għandux ikun limitat għall-implimentazzjoni ta’ xi miżuri jew it-tfassil ta’ rapport jew opinjoni;

14.

iwissi li l-infiq tal-FSIE bħalissa jitqies bħala “negozju riskjuż” minn għadd ta’ benefiċjarji, minħabba li l-benefiċjarju m’għandux garanzija li ma jsirx vittma ta’ force majeure, jiġifieri li l-finanzjament tal-proġett tiegħu ma jitħassarx jew ma jittardjax minħabba xi tilwim bejn il-KE u l-pajjiż, per eżempju minħabba li ma jintlaħqux ir-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità jew jekk jinstabu impreċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tas-sistema. Anki meta l-benefiċjarju jilħaq l-objettiv u l-effetti mixtieqa tal-proġett, l-appoġġ li jirċievi jista’ jitnaqqas jew jiġi ttardjat minħabba diversi żbalji żgħar jew minħabba diversi raġunijiet oġġettivi li wasslu għal bidliet fil-proġett waqt l-implimentazzjoni tiegħu. Il-proġetti jiffaċċjaw il-periklu li sejbiet ta’ korpi ta’ awditjar f’xi proġett ieħor jiġu applikati retroattivament, fost għadd ta’ riskji oħrajn. Dan kollu jaffettwa r-rieda li l-fondi tal-FSIE jiġu utilizzati b’mod effettiv. Huwa indispensabbli li l-proġett u l-promotur tiegħu jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-politika ta’ koeżjoni billi jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-benefiċjarju, b’mod partikolari billi jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġi limitat ir-rapportar tal-promoturi tal-proġett għad-data tat-twettiq tal-proġett biss; billi jiġu ġġeneralizzati l-ispejjeż semplifikati u jiġi delimitat in-nuqqas ta’ kontestazzjoni tagħhom mill-kontroll; billi l-promoturi jiġu informati b’liema dokumenti obbligatorji jridu jinżammu bħala kopja stampata għal perjodu stabbilit ta’ żmien;

15.

jikkunsidra li tkun semplifikazzjoni konsiderevoli jekk l-istess regoli tal-eliġibbiltà jkunu applikati għall-fondi kollha tal-UE. Madankollu, huwa essenzjali li r-responsabbiltà sabiex jiġu ddeterminati l-ispejjeż eliġibbli tibqa’ fil-livell nazzjonali, u dan għandu jkun armonizzat fl-Istati Membri tal-UE;

16.

jipproponi li xi istituzzjonijiet jew entitajiet diġà eżistenti jingħataw il-kompetenzi u r-rwol ta’ ombudsman għall-FSIE, fejn il-benefiċjarju jista’ jirrikorri għaliha bħala l-aħħar għażla minħabba li għadd ta’ benefiċjarji, minkejja l-isforzi tagħhom li jimplimentaw il-proġett b’tali mod li jagħti l-akbar effett possibbli, jispiċċaw f’sitwazzjoni paradossali u problematika, li mhux biss hija devastanti għalihom mil-lat ekonomiku u anke dak mhux materjali, iżda wkoll tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex toħloq immaġni pubblika negattiva tal-FSIE u tal-UE b’mod ġenerali. Din l-istituzzjoni m’għandhiex tkun immirata biss biex tikkomunika mad-DĠ REGIO, iżda b’mod partikolari, biex tindirizza l-problema tal-FSIE fil-qafas tal-Kummissjoni Ewropea kollha u ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE. Istituzzjoni bħal din hija nieqsa fil-livell tal-UE, minkejja li sensiela ta’ DĠs oħrajn u istituzzjonijiet differenti huma involuti fil-problema tal-FSIE. Għalhekk ikun xieraq, li jinħolqu istituzzjonijiet simili fl-Istati Membri wkoll fejn attwalment ma jeżistux;

17.

itenni għal darba oħra li huwa kruċjali li jiġu evitati s-sejbiet retroattivi. L-għan hawnhekk huwa li s-sejbiet attwali u t-tibdil tal-prattiki u l-linji gwida ma jistgħux ikunu applikati għall-proġetti oħrajn b’mod retroattiv, u dan anki għal proġetti li ma ġewx terminati li huma fi stadju avvanżat ta’ implimentazzjoni. L-evitar tar-retroattività hu miżura li tista’ tiġi applikata malajr u li tippromovi ċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji;

18.

jirrakkomanda li fi ħdan il-proċess ta’ semplifikazzjoni jsiru bidliet li jippermettu aktar flessibbiltà, peress li minn sejbiet speċifiċi individwali jinħolqu linji gwida u direttivi ġenerali li primarjament jagħmlu l-proċess aktar kumplikat. Jirrakkomanda, għal dan l-għan, li jinħoloq grupp ta’ ħidma, magħmul minn esperti fl-implimentazzjoni prattika tal-FSIE, bil-kompitu li jressqu proposti għal emendi u jiddiskutuhom mal-KE u istituzzjonijiet oħra;

19.

jiġbed l-attenzjoni għal każijiet frekwenti ta’ nuqqas ta’ konformità bejn il-qafas legali tal-UE fir-rigward tal-FSIE u l-leġislazzjonijiet nazzjonali f’oqsma li ma jidhrux relatati ma’ xulxin, pereżempju l-liġijiet dwar il-kontroll finanzjarju jew l-akkwist pubbliku, li joħolqu frammentazzjoni u approċċ differenti fi Stati Membri individwali; jirrakkomanda, għalhekk, li l-leġislazzjoni u l-linji gwida tal-UE li jikkonċernaw il-FSIE jieħdu preċedenza fuq il-leġislazzjoni kontradittorja nazzjonali, jew saħansitra Ewropea irrispettivament ta’ kofinanzjament nazzjonali jew f’livell aktar baxx sabiex tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda;

20.

jissuġġerixxi li jiġu trasmessi l-aħjar prattiki mill-pajjiżi u l-programmi li fil-passat kellhom rata ta’ żbalji negliġibbli jew baxxa. Fl-istess ħin, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li (anke jekk il-leġislazzjonijiet nazzjonali huma differenti) il-kundizzjonijiet ikunu l-istess għall-pajjiżi kollha. Unitajiet territorjali differenti attwalment ta’ spiss ikollhom approċċ fundamentalment differenti. Jiġu sitwazzjonijiet fejn dak li huwa meqjus bħala proċedura korretta u standard fil-każ ta’ pajjiż wieħed huwa meqjus bħala mġiba ħażina ħafna fil-każ ta’ pajjiż ieħor. Naturalment, dan ma jbiddilx il-fatt li l-piż amministrattiv għandu jieħu kont tad-daqs tal-proġetti, l-ammont tal-għajnuna u l-kwalità tal-istruttura ta’ implimentazzjoni;

21.

jinnota li biex il-proċess ta’ semplifikazzjoni jirnexxi jeħtieġ li tinstab soluzzjoni għal, minn naħa waħda, id-dilemma bejn miżuri fil-qafas tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tnaqqis tar-rata ta’ żball, u s-semplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv tal-FSIE min-naħa l-oħra. Hemm bżonn li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni u tal-ġestjoni, li jqisu fuq l-istess livell żbalji serji u żbalji mhux intenzjonati, li jikkawżaw nuqqas ta’ fiduċja bejn il-partijiet interessati u piż amministrattiv sproporzjonat għall-promotur tal-proġett. Il-miżuri individwali li huma implementati gradwalment għall-fini tat-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni jikkumplikaw is-sistema kollha b’mod konsiderevoli. Hemm bżonn li jiġi eżaminat a posteriori liema minn dawn il-miżuri huma verament effettivi u liema jikkumplikaw lis-sistema u jikkriminalizzaw benefiċjarji onesti talli ħadu żbalji trivjali. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni m’għandhiex tfisser li aħna a priori nittrattaw kull benefiċjarju b’nuqqas ta’ fiduċja. Għandha tkun mibnija fuq il-fiduċja, il-koperazzjoni u responsabbiltà ċara. Din il-ġlieda għandha tkun imsejsa fuq prinċipji morali bażiċi u l-kontabilità għal dak kollu li kiseb il-benefiċjarju u mhux abbażi ta’ sejba ta’ żbalji li nħolqu fuq skemi ta’ mudelli li bil-kontra, u ħafna drabi b’mod ineffettiv, ixekklu benefiċjarji oħrajn. Konċentrazzjoni fuq l-implimentazzjoni ta’ skemi u rekwiżiti formali biss tista’ twassal f’ċerti każijiet għal utilizzazzjoni tal-fondi b’mod inġust jew mhux adatt u dan b’impunità;

X’tinvolvi l-kwistjoni:

22.

tidentifika, fuq il-bażi ta’ diskussjonijiet fi ħdan il-KtR u ma’ msieħba oħrajn, l-aspetti ewlenin tal-kwistjoni li għandhom jiġu indirizzati.

Akkwist:

23.

Kif intwera f’laqgħat ta’ ħidma dwar is-semplifikazzjoni, għalkemm hemm Stati Membri fejn isir akkwist pubbliku mingħajr problemi kbar, rappreżentanti minn għadd ta’ pajjiżi jqisu l-akkwist pubbliku bħala wieħed mill-problemi ewlenin għall-implimentazzjoni. Għalhekk qed inqisu, li sabiex jiġu implimentati proġetti fi ħdan il-FSIE għandhom ikunu ċari r-regoli rigward l-akkwist pubbliku li japplikaw għall-UE kollha li għandhom jieħdu preċedenza fuq il-leġislazzjoni nazzjonali f’dan il-qasam. Dawn huma fondi tal-UE u mhux nazzjonali u għalhekk l-akkwisti għandhom jimxu skont ir-regoli tal-UE tal-akkwist u mhux skont dawk nazzjonali. Barra minn hekk, il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għandhom jgħinu sabiex jiġi żgurat li l-prodott finali jitwassal bl-aktar mod effettiv, u sabiex jipprovdu flessibbiltà għal tipi differenti ta’ akkwist, minflok li jorbtu lill-awtoritajiet kontraenti u l-offerenti b’mod purament formali b’diversi proċeduri u proċessi vinkolanti u skematizzati. Barra minn hekk, għandu jiżdied il-valur limitu għall-pubblikazzjoni fuq il-portal tal-akkwisti pubbliċi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.

24.

Kif intwera f’laqgħat ta’ ħidma dwar is-semplifikazzjoni, għalkemm hemm Stati Membri fejn isir akkwist mingħajr problemi kbar, rappreżentanti minn għadd ta’ pajjiżi jiġbdu l-attenzjoni li s-sistema attwali tant hija kumplikata u ta’ riskju għal awtorità kontraenti iżgħar li din mhijiex kapaċi tfassal kuntratt weħidha, u trid tuża servizzi pprovduti minn ditti speċjalizzati esterni, għalkemm b’dan ma tneħħix ir-responsabbiltà għall-iżbalji eventwali. B’hekk inħoloq settur sħiħ ġdid ta’ negozju. Il-paradoss ta’ dan hu li f’xi każi trid toħroġ sejħa anki għal kumpanija li se jkollha tabbozza s-sejħa għal offerti.

25.

Kif intwera f’laqgħat ta’ ħidma dwar is-semplifikazzjoni, għalkemm hemm Stati Membri fejn isir akkwist pubbliku mingħajr problemi kbar, rappreżentanti minn għadd ta’ pajjiżi jwissu li l-biċċa l-kbira tal-iżbalji fl-akkwist pubbliku huma verament żbalji li jirriżultaw minn regoli kumplessi. B’konsegwenza ta’ dan, il-promoturi tal-proġetti huma frustrati minn verifiki li ta’ spiss isiru fi stadju avvanzat tal-proċess, fejn il-korrezzjoni tal-iżbalji m’għadhiex possibbli filwaqt li lanqas ma jkollhom possibbiltà li jitolbu għal deċiżjoni vinkolanti proviżorja. Għalhekk il-KtR jipproponi li l-opinjonijiet tal-awditjar u l-kontrolli l-oħrajn dwar il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jkunu prinċipalment implimentati ex ante bl-għan li jiġu antiċipati l-iżbalji, li huma spissi ħafna b’mod partikolari f’dan il-qasam, u jitnaqqas l-ammont ta’ korrezzjonijiet finanzjarji.

26.

Hemm bżonn ukoll li jiġi indikat li l-leġislazzjoni tal-proċess tal-akkwist tiffoka fuq l-awtorità kontraenti, li tinżamm responsabbli u tiġi ppersegwitata għal kull żball żgħir, filwaqt li livell għoli ta’ effetti ħżiena tar-riżultati tal-akkwisti iseħħ fuq il-bażi ta’ ftehimiet differenti bejn l-offerenti li ngħataw il-kuntratt. B’mod partikolari, fl-oqsma u s-setturi fejn is-suq huwa konsiderevolment monopolizzat, is-sistema attwali tal-akkwist pubbliku sikwit ma jkollhiex l-effett mixtieq u tista’ tkun saħansitra kontroproduttiva. Għalhekk ikun xieraq li s-sistema kollha kemm hi tiġi eżaminata u tiġi kkunsidrata jekk il-filosofija tas-sistema sħiħa tiġi evalwata mill-ġdid. Dan l-aspett huwa rifless b’mod partikolari f’pajjiżi żgħar fejn il-monopolizzazzjoni tas-suq hija ħafna ikbar.

27.

Huwa importanti li l-linji gwida li ħarġu reċentement għall-akkwist pubbliku taħt il-FSIE (akkwist pubbliku — Gwida prattika) jiġu immedjatament riveduti għaliex jirreferu għad-Direttiva l-antika u mhux għad-Direttiva l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku, li ġiet adottata fl-2014 u daħlet fis-seħħ aktar kmieni din is-sena. F’dan ir-rigward, huwa kruċjali li l-linji gwida l-ġodda jkunu ġew suġġetti għal valutazzjoni tal-impatt territorjali tajba li tippermetti l-kontribut dirett tal-esperti lokali u reġjonali. Dan huwa definit fil-pakkett ta’ Regolamentazzjoni Aħjar, li jirrikonoxxi r-rwol tal-KtR bħala msieħeb ċentrali għal valutazzjoni aħjar tal-impatt tal-proposti tal-UE fil-livell lokali u reġjonali.

L-applikazzjoni tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat:

28.

Il-qasam tal-għajnuna mill-Istat matul is-snin spiċċa fi stat ikkumplikat ħafna minkejja li reċentement kien hemm titjib frekwenti f’xi programmi, is-sitwazzjoni xorta waħda tibqa’ kumplikata ħafna għall-benefiċjarji u għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni. Attwalment m’hemm l-ebda interpretazzjoni ċara u li tinftiehem, u kollox jiġi ġġudikat fuq bażi ta’offerti u sejbiet. L-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jagħtu interpretazzjoni ħafna drabi jvarjaw ħafna fl-opinjonijiet tagħhom u mhumiex lesti li joħorġu opinjonijiet vinkolanti ċari. F’għadd ta’ pajjiżi dawn mhumiex parti mill-istruttura ta’ implimentazzjoni tal-FSIE u m’hemm l-ebda responsabbiltà ċara abbinata mal-opinjonijiet tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li dawn l-awtoritajiet nazzjonali (f’pajjiżi fejn dan mhux hekk) jiġu inkorporati fl-istruttura ta’ implimentazzjoni u li jkun obligatorju għalihom li joħorġu dikjarazzjonijiet ċari. Barra minn hekk, f’xi każijiet l-operaturi fis-settur privat jinsabu paradossalment f’pożizzjoni aktar favorevoli (m’għandhomx għaliex jiġu ggwidati minn numru ta’ linji gwida, regolamenti u miżuri) minn dawk fis-settur pubbliku. Entitajiet pubbliċi, għalkemm jissodisfaw ħafna inqas spiss il-funzjoni ta’ entitajiet ekonomiċi kompetittivi u l-attività tagħhom ma ssirx għal profitt, iridu jgħaddu mill-istess proċessi bħall-entitajiet privati

29.

Barra minn hekk, hemm aktar inkonsistenzi sinifikanti fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Filwaqt li programmi li huma ġestiti b’mod ċentrali mill-Kummissjoni Ewropea (pereżempju Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-fond Ewropew għal investiment strateġiku) huma eżentati mill-proċeduri dwar l-għajnuna mill-Istat, il-finanzjament fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni mhuwiex eżentat. Għaldaqstant il-proġetti huma fil-prattika evalwati, mill-perspettiva tal-għajnuna mill-Istat, mhux abbażi tan-natura tal-proġett, iżda skont jekk il-fondi ġewx approvati mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru u skont is-sors ta’ finanzjament tagħhom.

30.

Fid-dawl ta’ dan, il-KtR jixtieq jenfasizza li n-natura essenzjali tal-politika ta’ koeżjoni hija li jiġi żgurat ambjent ekwu fir-reġjuni inqas żviluppati, bl-għoti ta’ aktar fondi u rata ogħla ta’ kofinanzjament min-naħa tal-UE. Għaldaqstant, il-politika ta’ koeżjoni tista’ titqies bħala tfixkil intenzjonali tas-suq innifsu. Għalhekk, il-KtR iqis li proċeduri relatati ma’ għajnuna pubblika m’għandhom bl-ebda mod japplikaw għall-FSIE.

31.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni ta’ għajnuna pubblika fil-qafas tal-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea. Bħala regola ġenerali, l-isforz li jittieħed biex jinżammu r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, mhuwiex proporzjonat mar-riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk l-għajnuna mill-Istat fi Stati Membri individwali hija miftuħa għal interpretazzjonijiet diversi u r-regoli ma jistgħux jiġu applikati b’ċertezza legali adegwata, li ta’ spiss tagħmilha impossibli għal kollox biex jiġu implimentati proġetti ta’ kwalità. Waħda mill-miżuri li jistgħu jiġu implimentati malajr sabiex issir semplifikazzjoni tal-FSIE għalhekk tkun it-tneħħija tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea mill-ambitu tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif sar ukoll, per eżempju, fil-programm Orizzont 2020.

32.

Hemm ukoll kwistjoni ta’ ċarezza u ta’ proporzjonalità. Minħabba l-iskala żgħira ta’ ċerti proġetti, b’mod partikolari fil-livell lokali, huwa importanti li l-qafas ta’ eżenzjonijiet mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ikun aktar ċar. Bħalissa ħafna drabi jkun hemm konfużjoni dwar meta u kif joperaw il-linji gwidi ta’ de minimis, tas-servizz ta’ interess ġenerali, tal-eżenzjoni ġenerali sħiħa u tal-għajnuna reġjonali mill-Istat. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jitlob li tiġi żviluppata gwida konsolidata li tkun aħjar u aktar faċli u dan diġà matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss u jitlob biex ir-reviżjoni li jmiss tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ittejjeb u tissemplifika l-qafas eżistenti.

33.

Fid-dawl tat-tibdil fil-perspettiva rigward id-definizzjoni ta’ impriża, għall-promozzjoni tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fir-reġjuni jeħtieġu li l-limitu tal-għajnuna tiżdied b’konformità mar-regola de minimis.

Monitoraġġ u awditjar:

34.

In-nuqqas ta’ konsistenza fil-metodoloġiji tal-awditjar fil-livell nazzjonali u Ewropew huwa forsi l-akbar sfida għall-proċess ta’ implimentazzjoni tal-FSIE. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni u d-diversi awtoritajiet ta’ awditjar Ewropej u nazzjonali spiss jaslu għal interpretazzjonijiet differenti tal-istess regoli, filwaqt li ma jieħdu l-ebda responsabbiltà għall-awditjar imwettaq. Il-proġetti tal-FSIE għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ awditjar unika (one-stop shop) fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE li toħroġ opinjoni vinkolanti – anke dwar l-akkwist pubbliku – u tkun responsabbli għaliha. Il-benefiċjarju finali għandu jkollu wkoll id-dritt li jitlob verifiki sabiex ikun żgur li l-implimentazzjoni saret sew u li fil-futur ma tkunx f’periklu u, fejn xieraq, isiru korrezzjonijiet. Dan jirrikjedi wkoll approċċ iktar flessibbli għall-kondiviżjoni tad-data u s-soluzzjonijiet integrati tal-IT, bħal forom elettroniċi u bażijiet ta’ data bħala prekundizzjoni sabiex jiġi żviluppat punt uniku ta’ kontrolli li jnaqqas il-piż tal-mili tal-formoli għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni. It-tixrid tal-użu ta’ sistema elettronika faċli għall-utent biex jiġu limitati kemm jista’ jkun dokumenti li jridu jiġu skennjati u mniżżla. Għaldaqstant għandha tingħata prijorità lill-applikazzjonijiet tal-IT li jippermettu li d-data amministrattiva tal-benefiċjarju tiġi akkwistata direttament mis-sors (impjegati, fatturat, li jiġu ssodisfatti l-obbligi tat-taxxa/soċjali eċċ.). Madankollu dan jeħtieġ valutazzjoni minn qabel tar-riskji fuq x’tip u liema data tista’ tiġi kondiviża u anke mill-bidu nett, l-involviment tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet ta’ awditjar nazzjonali u reġjonali, u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, forsi bl-iżvilupp ta’ Vademecum ta’ Verifika komuni, biex jiġu evitati kwistjonijiet ta’ awditjar fil-futur. Attwalment, il-verifika hija meqjusa bħala miżura ripressiva u punittiva. Bħala regola ġenerali, il-verifiki jindirizzaw biss il-ġestjoni tal-proġett u l-konformità mal-proċeduri stabbiliti, filwaqt li kull tip ta’devjazzjoni, anki jekk issir għal raġunijiet ta’ titjib tal-proġett jew minħabba sitwazzjoni mhux prevedibbli, jew biex jiffrankaw il-flus, tispiċċa sanzjonata bla ħniena. Għaldaqstant, il-KtR jipproponi li l-awdituri jiffukaw fuq l-effettività tal-ispiża reali, u jqisu kemm hu serju l-iżball mill-lat finanzjarju kif ukoll is-sitwazzjoni partikolari (aktar proporzjonalità fl-awditjar). Matul il-kontrolli u l-verifika tal-konformità mar-regoli għandha tiġi wkoll applikata l-adegwatezza, b’tali mod li jiġu permessi livelli ogħla ta’ tolleranza għal ksur mhux daqshekk gravi. Għandna nimxu lejn approċċ aktar ġust (inqas verifiki fuq il-post fil-każ ta’ programmi u korpijiet ta’ implimentazzjoni b’riżultati aħjar), abbażi tar-riżultati (biex ikun possibli t-twettiq ta’ iżjed minn tip wieħed ta’ kontroll waqt żjara waħda, li huwa partikolarment importanti fi programmi u operazzjonijiet iffinanzjati minn sorsi multipli), u lejn awditjar iżjed proporzjonat, li jiffoka inqas fuq is-sanzjonijiet u iżjed fuq it-titjib u biex jintlaħqu l-objettivi usa’ tal-politika ta’ koeżjoni. L-awditur għandu jitqies bħala sieħeb fis-soluzzjonijiet tal-problemi, fit-tfittxija għall-aħjar kors effettiv tal-implimentazzjoni u fil-korrezzjoni tal-iżbalji. Dan jeħtieġ attitudni differenti mill-awdituri.

35.

L-awtoritajiet amministrattivi u tal-awditjar għandhom jaħdmu id f’id mill-fażi tal-ipprogrammar sal-konklużjoni tal-programmi, peress li dan huwa l-uniku mod biex jiġu evitati interpretazzjonijiet differenti tal-istess regoli. Sistema komuni ta’ kontroll jew fehim komuni tas-sistema ta’ kontroll li għandna nimmiraw lejha għandha tevita li l-istess operazzjoni tiġi awditjata diversi drabi, peress li l-awtoritajiet ta’ awditjar differenti għandhom, bħala regola, jibnu fuq u jikkomplementaw l-opinjonijiet ta’ xulxin. F’dan il-kuntest, il-KtR jipproponi li jitwessa’ l-ambitu tal-mekkaniżmu ta’ kontroll proporzjonali definit fl-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 billi jiġi applikat mhux biss lill-awtorità tal-awditjar u l-Kummissjoni iżda wkoll għat-tipi kollha ta’ verifiki, inklużi dawk li jitwettqu mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ ċertifikazzjoni u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. B’mod iktar ġenerali, għandha tiġi introdotta iktar sussidjarjetà fil-verifika. Il-verifika Komunitarju għandha tiġi limitata għall-konformità tar-regolamenti tal-FSIE. Fir-rigward tal-Istat Membru u tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni tiegħu, dawn għandhom jieħdu r-responsabbiltà li jivverifikaw il-konformità mar-regolamenti nazzjonali (inklużi dawk li jirriżultaw mil-leġislazzjoni Ewropea). Din is-sussidjarjetà fl-attivitajiet ta’ verifika għandha tkun soġġetta għal kuntratt ta’ fiduċja bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru.

36.

Jissuġġerixxi wkoll li jogħlew b’50 % il-limiti massimi li taħthom operazzjoni ma tkunx soġġetta għal iktar minn verifika waħda qabel il-preżentazzjoni tal-infiq finali.

37.

Fejn proġetti jinvolvu diversi msieħba, huwa inaċċettabbli li, minħabba irregolaritajiet misjuba b’rabta ma’ wieħed mill-imsieħba, is-sħubija kollha jew, f’każ estrem, il-programm kollu għandu jiġi penalizzat b’korrezzjoni finanzjarja.

38.

Minkejja li hemm pajjiżi fejn is-sistema ta’ appell taħdem mingħajr problemi kbar, f’għadd ta’ pajjiżi dawn is-sistemi ta’ appell, anke jekk ġew stabbiliti skont l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ivarjaw ħafna u mill-perspettiva tal-benefiċjarju mhux dejjem jaqdu r-rwol tagħhom. Jeħtieġ għalhekk li tinħoloq sistema ta’ appell uniformi u li tinftiehem malajr, kemm fil-livell tal-Istati Membri (fejn ma tinsabx) u fil-livell tal-UE. Din is-sistema għandha tapplika mhux biss għas-sejbiet tal-verifika, iżda rigward id-deċiżjonijiet fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha (eż. appoġġ pubbliku).

It-tixrid tal-piżijiet regolatorji (regolamentazzjoni żejda):

39.

Il-prattika li biha l-Istati Membri, fit-traspożizzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE fil-liġi nazzjonali, imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi tagħha apparentement hija problema tal-Istati Membri, u mhux tal-Kummissjoni. Madankollu, huma r-regolamenti tal-KE u l-linji gwida ta’ implimentazzjoni li jagħmluha possibbli li dan il-proċess jiġri. Jekk l-għan huwa li jiġi mnaqqas dan il-proċess, huwa meħtieġ li f’dan il-qasam jissaħħaħ ir-rwol tal-KE. Għandu jiġi stabbilit b’mod ċar fir-regolament u l-linji gwida għall-implimentazzjoni rekwiżiti ċari assoluti li ma jistgħux ikunu la ssikkati u lanqas maħlula. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-oqsma tal-akkwist pubbliku u tal-awditjar. Il-fondi tal-FSIE huma l-fondi tal-UE, u għalhekk, għandha tkun l-UE li tistabbilixxi r-regoli u mhux l-Istati Membri.

40.

Iż-żieda fil-piżijiet regolatorji sseħħ ukoll għaliex f’bosta każijiet il-linji gwida għall-implimentazzjoni mhumiex abbozzati fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea sal-punt li fih il-programmi jkunu qed jitwettqu. L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għalhekk għandhom l-obbligu li jiżviluppaw il-linji gwida tagħhom stess li huma differenti mil-linji gwida li tippubblika ex post il-Kummissjoni Ewropea. Ir-regolamenti għall-FSIE għalhekk għandhom jiġu abbozzati flimkien mal-linji gwida u mhux sussegwentement bħala kjarifika u interpretazzjoni tal-mod kif kull Artikolu tar-Regolament għandu jiġi interpretat. Dan l-approċċ ta’ spiss iwassal għal dewmien ta’ iżjed minn sena biex jiġu implimentati l-programmi operattivi u għal reviżjonijiet addizzjonali li għal darb’oħra jaffettwaw b’mod negattiv il-livell ta’ użu tal-FSIE. In-numru u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-linji gwida u l-metodoloġiji għandhom jitnaqqsu b’mod sinifikanti. Fl-istess ħin għandu jkun hemm iffukar fuq iċ-ċarezza u l-effettività aktar milli fuq il-kontenut sabiex is-sistema ma ssirx aktar kumplessa u mhux effettiva. Huma għandhom ikunu ċari u m’għandhomx ikunu emendati matul l-implimentazzjoni. Fl-ebda każ m’għandu jkun hemm linji gwida retroattivi.

Konċentrazzjoni tematika u ta’ ipprogrammar:

41.

Ikun effettiv li jiġi vverifikat sa liema livell ikun xieraq it-twettiq ta’konċentrazzjoni tematika u ta’ pprogrammar. Attwalment l-ipprogrammar jilħaq l-iktar livell baxx ta’ implimentazzjoni. Ikun xieraq li, bħala parti minn konċentrazzjoni tematika jiġu ddeterminati l-objettivi ġenerali u l-indikatur prinċipali għall-implimentazzjoni ta’ kull wieħed minnhom. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jingħataw il-flessibilità li jagħżlu liema attivitajiet ser iħalluhom jilħqu dan l-għan fid-diversi reġjuni, li tippermetti wkoll li jittieħed kont aħjar tal-ħtiġijiet tar-reġjuni fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-isfidi li jiffaċċjaw. Jekk l-għan hu li jiżdiedu l-impjiegi, imbagħad, għandha titħalla l-libertà b’liema mezzi dan l-objettiv jintlaħaq. F’xi reġjuni, skont il-livell tagħhom, dawn jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv tal-attivitajiet fil-qasam tar-riċerka, oħrajn, pereżempju, fil-qasam tat-turiżmu. B’mod partikolari hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni transkonfinali, li l-għan tagħha huwa l-integrazzjoni transkonfinali tar-reġjuni, li għandha tqis il-bżonnijiet speċifici ta’ reġjun u b’hekk tippermetti l-promozzjoni ta’ attivitajiet importanti barra mill-qafas tal-objettivi tematiċi tal-istrateġija UE 2020. Eżempju ta’ dan huma l-hekk imsejħa proġetti żgħar li jippromovu proġetti interpersonali, il-promozzjoni tat-turiżmu jew tal-konnessjonijiet tat-trasport neqsin. B’mod ġenerali, ikun utli li jiġi kkunsidrat jekk il-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhiex tkun soġġetta għar-rekwiżiti kollha tal-FSIE. Għandu jiġi żgurat li ma jkunx hemm tnaqqis fl-allokazzjonijiet finanzjarji.

42.

Il-programmi għandu jkollhom il-flessibilità b’tali mod li jkunu jistgħu jirreaġixxu b’mod flessibbli għal ċirkostanzi mhux mistennijin u għal żvilupp tekniku rapidu. Din il-flessibilità għandha, madankollu, tkun reali, jiġifieri għandha tillimita ruħha u tissemplifika b’mod komplet il-proċess tal-emenda tal-programm. Il-bżonn li ssir evalwazzjoni ġdida tal-valutazzjoni ambjentali strateġika (VAS) pereżempju, ma jitqiesx bħala flessibbiltà reali tal-programmi. Għalhekk, pereżempju, fil-każ imsemmi hawn fuq, l-implimentazzjoni tal-valutazzjoni ambjentali strateġika għandha titqies biss f’każijiet fejn l-ipprogrammar mill-ġdid jeħtieġ objettivi speċifiċi b’impatt ambjentali qawwi, li jkun diġà ġie identifikat.

43.

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 introduċa żewġ strumenti li għandhom jipprovdu approċċ territorjali integrat, jiġifieri l-Investimenti Territorjali Integrati u l-Pjani ta’ Azzjoni Konġunta (JAPs), li jippermettu żvilupp integrat ta’ żona jew reġjun partikolari. Madankollu, l-Istati Membri ftit irċevew inkoraġġiment mill-Kummissjoni biex jużaw l-istrumenti, anke minħabba l-fatt li dawn ġew iddefiniti mill-Kummissjoni fl-atti delegati u tal-implimentazzjoni tagħha b’mod pjuttost vag u kumpless. Aktar implimentazzjoni taż-żewġ strumenti tirriżulta fi:

approċċ ta’ sħubija għal tfassil ta’ politika ta’ żvilupp għal oqsma individwali,

implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri skont il-prinċipju minn isfel għal fuq, flimkien ma’ sinerġiji li huma eħfef biex jinkisbu f’żona sottonazzjonali iżgħar,

bażi addizzjonali għal approvazzjoni diretta ta’ proġett integrat kif ukoll allokazzjoni diretta ta’ fondi, grazzi għal definizzjoni aktar ċara tal-għan u r-raġunament wara l-elementi individwali tal-approċċ integrat, u

kisba aktar effettiva u effiċjenti tal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni;

44.

Għall-investiment territorjali integrat (ITI) huwa meħtieġ l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ ġestjoni kompletament sproporzjonati fid-dawl tal-ammonti ta’ fondi li jitqassmu b’dan l-istrument. Bl-istess mod, kif enfasizzat mill-Opinjoni tal-Kumitat dwar Żvilupp Lokali mmexxi mill-Komunità (CLLD), l-għadd ta’ regoli separati li huma meħtieġa jikkonformaw għal kull Fond, li wkoll huma ta’ spiss ġestiti minn Awtoritajiet ta’ Ġestjoni separati, jaġixxu bħala diżinċentiv għall-iżvilupp tas-CLLD lil hinn mill-FAEŻR. Dan jirriżulta li dawn l-għodod ta’ żvilupp lokali integrati u innovattivi ħafna drabi s’issa raw użu limitat fuq il-post. Il-ħtieġa għall-ħolqien ta’ dawn l-istrutturi mhux biss tagħmel il-ġestjoni ta’ dan l-istrument iżjed għoli b’mod sproporzjonat u tpoġġi piż fuq l-atturi iżda b’mod sinifikanti tikkumplika u tittardja l-implimentazzjoni tal-proġetti.

45.

jinnota li l-fatt li r-regoli tal-politika ta’ koeżjoni jinbidlu fuq bażi ta’ seba’ snin jew anke aktar spiss ma għenx biex tiġi ssemplifikata l-politika ta’ koeżjoni iżda pjuttost kellu l-effett oppost. Madankollu, qafas leġislattiv li jkopri aktar minn perjodu wieħed ta’ programmar jeħtieġ semplifikazzjoni radikali. Bidliet iżgħar u ta’ benefiċċju tas-sistema ta’ implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni huma dejjem possibbli u mixtieqa, iżda bidliet aktar sostanzjali għandhom jiġu introdotti b’mod inqas frekwenti u għandhom ikunu ppreparati minn qabel sew. L-implikazzjonijiet ta’ dawn il-bidliet għandhom jiġu analizzati minn qabel u għandhom jiġu diskussi minn qabel, b’konformità mal-prinċipju ta’ sħubija, mal-imsieħba rilevanti, jiġifieri mhux biss l-Istati Membri iżda wkoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali, rappreżentati mill-Kumitat tar-Reġjuni.

Strumenti Finanzjarji:

46.

Iqis li l-użu tal-istrumenti finanzjarji bħala element importanti biex jiżdied l-effett ta’ lieva tal-programmi tal-FSIE u li jikkombinaw il-finanzjament tal-FSIE tal-EFSI. Madankollu hemm ħtieġa urġenti għas-semplifikazzjoni tal-istruttura, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar u tar-regoli tal-awditjar għal strumenti finanzjarji taħt il-FSIE kif dan l-aħħar ġie ddikjarat f’workshop konġunt tal-Presidenza Slovakka tal-Kunsill (1) dwar il-kwistjoni.

47.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea teżamina għaliex l-istrumenti standard għall-istrumenti finanzjarji sa issa mhumiex qed jintużaw fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri;

48.

Jieħu nota tas-sejbiet li ġew ippubblikati dan l-aħħar fir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-Implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz tal-istrumenti finanzjarji – lezzjonijiet li jistgħu jinstiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013 u jistieden lill-Qorti sabiex tevalwa wkoll l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fil-perjodu ta’ finanzjament attwali.

Rakkomandazzjonijiet finali:

49.

jieħu nota li ġiet ippubblikata dan l-aħħar Regolament Omnibus (2) li jinkludi wkoll bidliet fir-regolamenti tal-FSIE partikolarment fir-rigward tas-semplifikazzjoni tal-użu ta’ strumenti finanzjarji u għażliet ta’ spejjeż issemplifikati fil-programmi tal-FSIE.

jindika li din l-opinjoni ma tistax tipprovdi valutazzjoni sħiħa tal-bidliet proposti fir-Regolament Omnibus u l-impatti pożittivi li jista’ jkollhom fuq il-benefiċjarji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jimplimentaw il-fondi tal-FSIE;

jissottolinja l-ħtieġa li jiġu analizzati dawn l-effetti u li jiġi żgurat li l-benefiċjarji finali u l-awtoritajiet pubbliċi li jimplimentaw il-fondi fil-livell lokali u reġjonali ser jibbenefikaw minn semplifikazzjoni reali u mhux ibatu minn kumplikazzjonijiet ulterjuri tas-sitwazzjoni attwali;

jgħid li r-Regolament Omnibus ma jistax jitqies waħdu, iżda għandu jkun analizzat u evalwat skont l-effetti tiegħu ma’ politiki oħra tal-UE u l-liġijiet nazzjonali, li jista’ jkollu effett importanti fuq is-suċċess tal-effett attwali tal-implimentazzjoni tiegħu fil-post; jitlob għal adozzjoni rapida tal-proċess tal-bidliet proposti fir-Regolament Omnibus biex jiġi żgurat effett immedjat fil-perjodu ta’ finanzjament attwali għal implimentazzjoni aħjar tal-programmi tal-FSIE;

50.

Huwa propost li għal finijiet ta’ semplifikazzjoni, il-KE għandha tiġbor u timmonitorja l-proġetti b’“prattika ħażina”. Dan jista’ jintuża biex juri l-ħtieġa għas-semplifikazzjoni u l-bidliet fl-approċċ u jissupplementa t-tqassim tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-FSIE. Minħabba l-esperjenza prattika tal-membri tal-KtR, il-KtR għandu jkollu rwol ewlieni f’dan il-proċess;

51.

Id-dokumenti fundamentali għal kull fond matul il-perjodu ta’ programmar 2014-2020 ġew ippubblikati mill-Kummissjoni Ewropea tard wisq u b’hekk il-bidu tal-implimentazzjoni flimkien mal-bidu tal-perjodu ta’ programmar kien impossibbli. Kien hemm perjodi twal ta’ stennija, kif ukoll diffikultajiet fil-koordinazzjoni tal-POs individwali. Fil-futur, id-dokumenti għandhom jiġu ppubblikati fi żmien xieraq u fl-istess ħin.

52.

itenni mill-ġdid li jeżistu għodod prattiċi li jistgħu jgħinu jiżgura li s-semplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-FSIE tkun effettiva. L-istandardizzazzjoni tal-proċeduri, l-użu estiż tal-għodod tal-IT u l-amministrazzjoni elettronika huma fost l-elementi bażiċi tal-użu globali ta’ dawn il-fondi. Barra minn hekk, għandu jkompli jsir progress, fost l-oħrajn, fl-użu ta’ spejjeż standard, li jeliminaw il-piżijiet amministrattivi u fis-semplifiakzzjoni tar-rapporti u l-monitoraġġ li tista’ tevita piżijiet burokratiċi addizzjonali għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet differenti involuti fil-ġestjoni ta’ dawn ir-riżorsi.

53.

jirrimarka li permezz tal-applikazzjoni aktar ta’ spiss u speċifikament aktar reali tal-prinċipju tas-sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil tal-FSIE u matul l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea jkollha reazzjoni mingħandhom, li ċertament tikkontribwixxi għal aktar effiċjenza u semplifikazzjoni tal-proċess ta’ implimentazzjoni.

Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015, il-KtR, flimkien mal-Presidenza Netherlandiża u Slovakka tal-Kunsill organizza tliet workshops dwar is-semplifikazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni. Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawnhekk: http://cor.europa.eu/en/takepart/Pages/simplification-documents.aspx.

(2)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2016) 605 final – 2016/0282 (COD).


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/22


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Għajnuna mill-Istat u Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali

(2017/C 088/05)

Relatur:

Markus Töns (DE/PSE), Membru tal-Parlament tal-Land ta’ Nordrhein-Westfalen

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jirreferi, b’din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja, għall-inizjattivi tal-Kummissjoni li ġejjin: (1) il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE (1); (2) il-proċedura ta’ konsultazzjoni dwar l-abbozz ta’ estensjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) (2), skont liema ċerta għajnuna speċifika għall-investiment għall-portijiet u l-ajruporti għandha tkun eskluża minn valutazzjoni minn qabel dwar l-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni; (3) l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrevedi l-“pakkett Almunia” u r-reviżjoni tar-Regolament li se jiskadi dwar l-għajnuna de minimis għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ);

2.

itenni li r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali m’għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-prinċipji tal-kompetizzjoni iżda għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa mogħtija mit-Trattati lill-Istati Membri fid-determinazzjoni ta’ x’inhu SIEĠ, kif ukoll il-prinċipji tal-awtonomija lokali u reġjonali, ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll in-newtralità f’dak li jirrigwarda s-sistema tal-proprjetà fl-Istati Membri (Artikolu 3 tat-TUE, Artikolu 14, 106 u 345 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26). Is-SIEĠ għandhom jirriflettu d-differenzi fil-ħtiġijiet, il-preferenzi tal-utent u l-akkwist pubbliku li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali jew kulturali differenti u l-proċessi demokratiċi fl-Istati Membri. Il-KtR jfakkar li investigazzjoni dwar għajnuna mill-Istat tista’ titwettaq biss jekk ir-regolamentazzjoni jew il-finanzjament nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ SIEĠ ikollu effetti jew implikazzjonijiet transkonfinali għas-suq intern;

3.

jenfasizza r-rwol eċċezzjonali tas-SIEĠ għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll il-fatt li s-SIEĠ ħafna drabi huma meħtieġa bħala prerekwiżit għal aktar investiment pubbliku u privat. Għaldaqstant is-SIEĠ għandhom jitqiesu mill-aspett tal-aġenda tal-investimenti Ewropej kollha. F’dan il-kuntest, l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 tal-Kummissjoni, jgħid li huwa essenzjali li l-Istati Membri jippromovu l-investiment soċjali b’mod aktar wiesa’, fosthom fil-kura tas-saħħa, l-indukrar tat-tfal, l-appoġġ fis-settur tal-abitazzjoni u fis-servizzi ta’ riabilitazzjoni biex isaħħu l-kapaċitajiet attwali u futuri tal-persuni biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u biex jadattaw ruħhom […] u […] L-investiment soċjali joffri redditi soċjali u ekonomiċi maż-żmien, notevolment fir-rigward tal-possibilità ta’ impjieg, introjtu mill-impjieg u l-produttività, prevenzjoni tal-faqar u tisħiħ tal-koeżjoni soċjali;

4.

jitlob, għalhekk, għal aktar riflessjoni dwar appoġġ għas-SIEĠ permezz ta’ għajnuna tal-UE fi ħdan ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, pereżempju billi jiġi analizzat jekk l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għandhiex tiġi ssemplifikata aktar, forsi permezz tal-introduzzjoni ta’ preżunzjoni — marbuta ma’ kriterji sempliċi bħal konsistenza ma’ programmi operattivi adottati — li l-finanzjament tal-FSIE huwa kompatibbli mal-għajnuna mill-Istat. Dan minħabba li t-trattament inugwali ta’ fondi tal-UE ġestiti b’mod dirett, bħall-EFSI, il-programm Orizzont 2020 u l-EFSI fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat mhux ġustifikat, iżid il-piż amministrattiv u ma jippermettix li jkun hemm sinerġiji bejn il-fondi, kif tixtieq il-Kummissjoni Ewropea;

5.

jinnota b’dispjaċir li l-Kummissjoni qed tkompli tirrifjuta, fil-qasam tas-SIEĠ, li tapplika l-Artikolu 14 tat-TFUE bħala bażi legali għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-SIEĠ, peress li jekk tagħmel dan tipprovdi proċedura leġislattiva ordinarja li żżid iċ-ċertezza legali u l-leġittimità demokratika;

6.

jinnota li, fid-dawl tas-sitwazzjoni kumplessa, l-interpretazzjoni tal-kunċetti f’kompetizzjoni bejniethom u l-adattamenti fit-tul, il-qafas regolatorju Ewropew tal-għajnuna mill-Istat għas-SIEĠ sar wisq estensiv, dettaljat u mhux ċar. Il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi li jagħtu l-għajnuniet u l-impriżi għandu jitnaqqas, u r-riżorsi tal-Kummissjoni għandhom jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tar-regoli ta’ għajnuna fil-każijiet bl-ikbar impatt fuq is-suq intern. Jenfasizza wkoll li r-regoli kumplessi jistgħu ma jinftehmux sew u għalhekk ma jintużawx il-possibilitajiet tal-iffaċilitar tas-SIEĠ. Għalhekk jappella lilll-Kummissjoni tal-UE biex tkun aktar stretta fir-rigward tal-ħafna liġijiet sekondarji u liġijiet mhux vinkolanti (soft law) fil-qasam tal-għajnuna (regolamenti, komunikazzjonijiet, linji gwida, eċċ.) u li fejn ikun possibbli tiġborhom flimkien;

7.

itenni l-oppożizzjoni ta’ prinċipju tiegħu għall-inklużjoni ta’ kunsiderazzjonijiet addizzjonali ta’ kwalità u effiċjenza fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà għall-finanzjament ta’ SIEĠ. Fil-prinċipju, il-kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni abbażi tal-kapitolu dwar il-kompetizzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ma jkoprux l-aspetti relatati mal-kwalità u l-effiċjenza li jirrestrinġu aktar is-setgħa diskrezzjonali tal-korpi lokali u reġjonali li jagħtu l-għajnuna. Id-deċiżjonijiet dwar il-kwalità u l-effiċjenza għandhom jitħallew f’idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali (3);

8.

jenfasizza li l-ftehimiet kummerċjali tal-UE huma bla ħsara għad-dritt tal-UE, tal-Istati Membri tagħha u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom li jirregolaw, jiggarantixxu u jappoġġjaw is-servizzi tagħhom. Jistenna li l-Kummissjoni, fil-kuntest tan-negozjati dwar it-TTIP tagħti garanziji wkoll għall kull negozjati oħra ta’ ftehimiet kummerċjali u li ma jiddgħajfux il-possibbiltajiet tal-Istati Membri, biex jadottaw jew iżommu regolamenti li jiżguraw il-kwalità għolja tas-servizzi u li jipproteġu l-objettivi importanti ta’ interess pubbliku, bħal pereżempju l-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà, jew l-ambjent, li ma jirrikjedux li l-gvernijiet jipprivatizzaw kwalunkwe servizz, jew jimpedixxu lill-gvernijiet milli jespandu l-firxa ta’ servizzi li jipprovdu lill-pubbliku, jew ma jwaqqfux lill-gvernijiet milli jipprovdu servizzi pubbliċi li preċedentement ikunu ġew ipprovduti minn fornituri privati (4);

9.

ifakkar, fid-dawl tar-rabtiet bejn l-investimenti pubbliċi u s-SIEĠ, fit-tħassib tiegħu minħabba li l-istandards kontabilistiċi l-ġodda tas-Sistema Ewropea tal-kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (ESA 2010), tal-Eurostat, applikabbli minn Settembru 2014 ‘il quddiem, ma jagħmlux differenza bejn in-nefqa pubblika u l-investiment pubbliku. Barra minn hekk, f’ċerti Stati Membri, it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tfisser li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu obbligati li japplikaw limiti massimi ta’ investiment pubbliku għal kull sena u għal kull abitant. Dawn il-limiti jimblukkaw ukoll lil dawk l-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom mezzi finanzjarji fir-riżerva biex iniedu proġetti ta’ investiment sinifikanti marbuta mas-SIEĠ. Għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta rapport dwar id-dħul fis-seħħ tal-ESA 2010 (5);

Komunikazzjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat  (6)

10.

jinnota li l-klassifika ta’ attività bħala “servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali”, hija f’idejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali skont l-istrutturi politiċi u kulturali tagħhom u b’kunsiderazzjoni tal-ħtieġa għal żvilupp kontinwu ta’ tali attività, biex jiddeċiedu liema servizzi jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, b’mod indipendenti;

11.

jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2016, sentejn wara l-proċess ta’ konsultazzjoni fl-ewwel nofs tal-2014, dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li tispjega l-ambitu tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jirrikonoxxi l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffoka r-riżorsi tagħha fuq l-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-każijiet bl-akbar impatt fuq is-suq intern. Madanakollu, fl-istess ħin jirrikonoxxi li l-Komunikazzjoni tillimita ruħha li tagħmel interpretazzjoni tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fl-oqsma li diġà ingħataw sentenzi dwarhom mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk juri tħassib dwar jekk dan l-approċċ hux restrittiv wisq u kuntrarju għall-iżviluppi dinamiċi differenti fil-qasam tal-investiment pubbliku pereżempju fir-rigward ta’ kwistjonijiet marbuta mat-taxxa u l-iżvilupp ta’ servizzi soċjali ġodda;

12.

jilqa’ l-konferma, fl-Avviż, ta’ kunċett aktar restrittiv ta’ effetti negattivi fuq il-kummerċ fl-UE. Fil-fatt, abbażi ta’ 7 sentenzi ta’ każijiet individwali tad-29 ta’ April 2015 (7) u b’konformità mar-rakkomandazzjoni fl-abbozz ta’ Opinjoni oriġinali tal-KtR, l-għajnuna għall-infrastruttura jew servizzi lokali li jkollha ftit li xejn impatt fuq Stati Membri oħra u li għandha effetti marġinali fuq l-investiment transkonfinali hija kkunsidrata li ma taqax fl-ambitu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE (8);

13.

jinnota l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-investimenti pubbliċi għall-kostruzzjoni jew modernizzazzjoni tal-infrastruttura ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat jekk l-infrastruttura kkonċernata mhix f’kompetizzjoni diretta ma’ infrastruttura oħra tal-istess tip. Waqt li ma jaqbilx mal-fehma semplistika tal-Kummissjoni li dan hu ġeneralment il-każ għall-infrastruttura tat-triq u ferrovjarja, il-kanali interni u n-netwerks tal-provvista tal-ilma u tad-drenaġġ, izda mhux il-każ f’oqsma bħall-enerġija, il-broadband, l-ajruporti u l-portijiet;

14.

jilqa’ l-kjarifika li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma japplikawx għall-appoġġ pubbliku għal ċerti attivitajiet kulturali ta’ natura mhux kummerċjali li jkunu disponibbli bla ħlas jew bi ħlas li jkopri 50 % tal-ispejjeż; din il-kjarifika tnaqqas sew il-piż tal-awditjar għoli li għandhom l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali, għalkemm l-awditjar każ b’każ jibqa’ meħtieġ, u żżid iċ-ċertezza legali fil-ġestjoni tal-appoġġ pubbliku għall-kultura;

15.

għalhekk jistenna bil-ħerqa kjarifika mill-Kummissjoni Ewropea li servizz lokali ma jaffettwax il-kummerċ u li l-oneru tal-provi huwa fuq dak li ressaq l-ilment jew il-Kummissjoni biex juru li l-kummerċ intra-UE qiegħed mhedded realment jew potenzjalment;

16.

jistenna li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-futur ikunu jistgħu jiddeċiedu x’jistgħu jappoġġjaw mingħajr ma jmorru kontra r-regoli tal-għajnuna mill-Istat;

17.

jirrifjuta t-tnaqqis fl-eżenzjoni mill-VAT għas-SIEĠ fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni ppreżentat f’April 2016 “Lejn Żona Unika tal-VAT fl-UE” li dwaru l-KtR fassal opinjoni speċifika;

Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER)

18.

jenfasizza l-utilità ta’ gwida għall-GBER attwali (9), li tiġbor fiha l-mistoqsijiet tal-awtoritajiet nazzjonali u t-tweġibiet tal-Kummissjoni Ewropea iżda josserva li dawn it-tweġibiet xi drabi ma jiċċarawx għalkollox id-dubji ta’ interpretazzjoni tal-Istati Membri;

19.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex twettaq konsultazzjoni preliminari, miftuħa sat-30 ta’ Mejju 2016, dwar ir-reviżjoni ulterjuri tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) (10) għal skopijiet ta’ eżenzjoni għall-għajnuna mill-Istat għal infrastrutturi tal-portijiet u tal-ajruporti, billi l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarji finali jonqos aktar ma l-kamp ta’ applikazzjoni tal-GBER jikber;

20.

jinnota, madankollu, li fil-każ tal-portijiet ma hemm l-ebda bażi legali preċedenti li tirrigwarda l-kriterji ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment li setgħet tippermetti lill-Kummissjoni tiżviluppa każistika b’ċertezza legali akbar u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex telabora aktar dwar il-kwistjoni tal-preżenza jew l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat sew b’referenza għat-tipi ta’ investimenti kif ukoll id-daqs ta’ portijiet, u anke sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-organizzazzjoni tal-portijiet fl-Istati Membri differenti, fid-dawl tal-missjoni pubblika tagħhom;

21.

jinnota li fil-qasam ta’ portijiet interni, għadd ta’ miżuri adottati mill-Istati Membri jistgħu ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat għaliex il-benefiċjarju ma jwettaqx attività ekonomika jew għaliex m’hemm l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Taħt ċerti ċirkostanzi dan jista’ jkun il-każ ta’ miżuri ta’ għajnuna għall-infrastruttura ta’ portijiet interni li għandhom karattru purament lokali jew b’rabta ma’ infrastrutturi ta’ portijiet interni li, peress li m’għandhomx passaġġ dirett għall-baħar jippermettu skambji jew komunikazzjoni ma’ Stati Membri oħra permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni, u ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni;

22.

jitlob li l-GBER jinkludi eżenzjoni għall-għajnuna mill-Istat għal portijiet jew tal-inqas għal ċerti kategoriji ta’ portijiet, b’mod parallel ma’ dak li hu mitlub fil-każ ta’ ċerti ajruporti (ara l-punt 28);

23.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, ladarba l-każijiet ta’ infrastruttura tal-portijiet jiddaħħlu fil-GBER, kull intervent pubbliku li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, u ma jkunx jista jibbenefika mill-eżenzjoni, isir soġġett għal valutazzjoni estremament kumplessa b’inċertezzi tar-riżultat, meta wieħed iqis ukoll l-approvazzjoni diretta possibbli abbażi tat-Trattat, u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta’ linji gwida speċifiċi għal dawn l-għajnuniet, jekk ikunu ogħla mil-limitu ta’ eżenzjoni;

24.

jappoġġja b’mod espliċitu, fit-trattament ta’ għajnuna għall-investiment lill-ajruporti reġjonali, l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea li t-twaqqif ta’ limitu ta’ notifika rigward l-ammont ta’ għajnuna mhuwiex xieraq, peress li l-impatt tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni jiddependi prinċipalment mid-daqs tal-ajruport u ma jiddependix mid-daqs tal-investiment;

25.

jistenna li l-Kummissjoni tindirizza allinjament mal-leġislazzjoni eżistenti tal-UE fid-“definizzjonijiet ta’ għajnuna għal ajruporti reġjonali”;

26.

itenni l-pożizzjoni preċedenti tiegħu, jiġifieri li l-isforzi tal-Kummissjoni jridu jikkonċentraw fuq ajruporti kbar, u li l-interventi ta’ appoġġ għal ajruporti żgħar bi traffiku medju fis-sena ta’ inqas minn 300 000 passiġġier, jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għaliex ma jaffettwax b’mod sinifikattiv il-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li dawn l-ajruporti għal raġunijiet strutturali ma jistgħux ikopri l-ispejjeż tal-kapital u tal-operat (11) l-istess bħall-appoġġ pubbliku għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport bl-ajru sigura u vijabbli f’reġjuni b’konnessjonijiet fqar (12); din id-dispożizzjoni għandha naturalment tkun akkumpanjata minn żieda sinifikanti fil-livell limitu għall-eżenzjoni tal-għajnuniet ta’ SIEĠ għall-ajruporti (attwalment 200 000 passiġġier fis-sena) sabiex jilħaq dak li diġà huwa fis-seħħ qabel l-adozzjoni tal-hekk imsejjaħ “pakkett Almunia” dwar is-SIEĠ, jew miljun passiġġier fis-sena. Il-prerekwiżit għal azzjoni bħal din għandha, madankollu, tkun dik li livell raġonevoli ta’ konnettività ma jistax jinkiseb b’mezzi oħra;

27.

jiddubita li ajruporti żgħar kapaċi jkopru l-minimu ta’ 25 % tal-għajnuna għall-investiment. Jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, biex tqis li, bħala regola, l-għajnuna m’għandhiex l-għan iżżid il-kapaċità iżda minflok tintuża għal ħtiġijiet infrastrutturali;

28.

isejjaħ biex il-GBER jinkludi wkoll eżenzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti, billi l-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (Linji gwida 2014, minn punt 112 ‘il quddiem) jipprovdu rekwiżiti ċari, pereżempju fir-rigward tal-kalkolu tad-defiċit finanzjarju inizjali, li jista’ jsir ukoll fil-kuntest ta’ eżenzjoni;

29.

iqis li huwa meħtieġ li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet eżistenti relatati mal-portijiet u l-ajruporti għar-realtà tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, kemm fir-rigward ta’ għajnuna għall-investiment jew għall-għajnuniet operattivi, minħabba n-nuqqas kbir ta’ aċċessibbiltà li dawn ir-reġjuni jippreżentaw u d-dipendenza totali tagħhom mis-setturi marittimi u tal-ajru, li huma l-unika alternattiva valida tat-trasport f’dawn iż-żoni iżolati;

30.

jiffavorixxi żieda fil-livell limitu ta’ notifika għall-investiment u l-għajnuna mill-Istat għall-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali b’100 % minflok b’50 % kif propost fil-GBER rivedut (jiġifieri minn EUR 100 għal 150 miljun kull proġett għall-kultura u minn EUR 50 għal 75 miljun għall-konservazzjoni tal-wirt kulturali għal kull intrapriża kull sena), u jitlob iżjed allinjament tas-suġġett u l-kundizzjonijiet tal-GBER mat-test tal-Komunikazzjoni fir-rigward tal-kunċett ta’ għajnuna, peress li l-Komunikazzjoni introduċiet ċerti kjarifiki fundamentali, li ntlaqgħu tajjeb mill-Istati Membri, iżda li ma għandhomx l-istess natura vinkolanti ta’ regolament li huwa applikabbli direttament bħal fil-każ tal-GBER;

31.

b’mod koerenti maż-żieda fil-limitu mitluba fil-punt preċedenti, fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment u l-operat għall-kultura u l-ħarsien tal-wirt kulturali, qed tiġi mitluba wkoll żieda minn EUR 1 għal EUR 2 miljun fil-limitu li taħtu huwa possibbli li jiġi applikat il-metodu tal-kalkolu tal-għajnuna taħt l-Artikolu 53(8) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, jiġifieri l-applikazzjoni tal-intensità tal-għajnuna sa 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett (alternattiva għall-metodu msemmi fl-Artikolu 53(6) u (7) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014);

32.

jitlob ukoll lill-Kummissjoni li fir-reviżjoni tal-GBER tinkludi kjarfika dwar l-istatus tal-għajnuna mill-Istat għall-investiment f’miżuri infrastrutturali. Abbażi tad-deċiżjoni Propapier/Eisenhüttenstadt tal-1 ta’ Ottubru 2014 (13), għandu dejjem jiġi kkunsidrat fil-każ ta’ miżuri ġenerali ta’ infrastruttura, jekk l-effetti pożittivi tal-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp reġjonali humiex aqwa mill-impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni;

33.

jistenna li jkun hemm ugwaljanza bejn l-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali fir-reviżjoni tal-GBER biex tippermetti li l-għajnuna operatorja għall-infrastrutturi għar-rikreazzjoni multifunzjonali tkun eżentata wkoll sa EUR 2 miljun għal kull infrastruttura fis-sena;

Is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali

34.

jappella għal estensjoni dinamika tat-terminu SIEĠ: is-servizzi soċjali ġodda, bħas-servizzi soċjali b’rabta mal-ewwel akkoljenza u l-integrazzjoni tar-refuġjati u l-migranti jew l-infrastruttura diġitali f’reġjuni b’falliment tas-suq, pereżempju r-reġjuni li jiffaċċjaw l-isfidi tat-tibdil demografiku, jistgħu jitqiesu bħala parti mill-interess ġenerali minħabba l-ħtieġa ta’ kopertura universali taċ-ċittadini. L-iżviluppi ġodda fil-futur għandhom ukoll ikunu evalwati b’mod adegwat u regolari, u għandhom ukoll jiġu kkunsidrati bħala SIEĠ fil-livell tal-Istati Membri fejn ikun meħtieġ;

35.

jikkritika l-fatt li l-Kummissjoni, permezz ta’ din il-Komunikazzjoni dwar is-SIEĠ, ippruvat twessa’ l-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha f’dak li jista’ jiġi definit bħala SIEĠ, b’referenza għall-“kundizzjonijiet normali tas-suq” (14). Dan mhux biss imur kontra l-prinċipji tal-awtonomija lokali u reġjonali iżda wkoll fil-prattika huwa diffiċli għall-awtoritajiet pubbliċi li juru l-konformità mal-kundizzjoni meħtieġa;

36.

jirrimarka li r-raba’ kriterju stabbilit mis-sentenza Altmark ħoloq biss inċentiv għall-Istati Membri biex jużaw id-dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minflok jużaw l-approċċ ibbażat fuq is-SIEĠ. Fil-fatt, l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed jiffaċċjaw id-diffikultà li t-tieni alternattiva prevista mir-raba’ kriterju tal-Altmark, jiġifieri l-kriterju tal-impriża tipika, mmexxija tajjeb u b’riżorsi adegwati, m’għandha l-ebda riferiment f’każijiet fejn ma topera ebda impriża privata fis-settur partikolari involut. Għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida dettaljati konformi mar-raba’ kriterju tal-Altmark dwar x’inhi impriża tipika, immexxija tajjeb u b’riżorsi adegwati anke permezz ta’ studji tas-suq fejn jiġu individwati l-ispejjeż standard, b’mod li jiġi faċilitat il-kompitu tal-awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu eżenzjoni speċifika ta’ SIEĠ minn investigazzjoni dwar għajnuna mill-Istat;

37.

iqis li hija essenzjali reviżjoni tad-definizzjoni ta’ profitt raġonevoli ta’ SIEĠ, b’mod partikolari sabiex tirrifletti l-fatt li, permezz ta’ inċentivi jew b’żieda fil-perċentwal ta’ qligħ raġonevoli rikonoxxut, dan il-profitt spiss jiġi investit mill-ġdid fis-SIEĠ;

38.

jitlob mill-ġdid għal żieda fil-valur ta’ limitu tar-regoli de minimis għall-għajnuniet għas-SIEĠ. Il-valur ta’ limitu għal analiżi tal-ammissibbiltà għall-għajnuniet għas-SIEĠ għandu jkun ta’ EUR 1 miljun f’kull każ għal perjodu ta’ tliet snin fiskali. Jekk l-għajnuna tal-Istat tkun inqas minn dan il-valur ta’ limitu, ma jitqiesx li jiġu sodisfatti l-kriterji kollha biex jiġu kkunsidrati li hemm għajnuna mill-Istat, u fid-dawl tal-kuntest lokali, billi s-SIEĠ spiss huma lokali, ma jistax ikun hemm distorsjoni tal-kummerċ jew tal-kompetizzjoni, li tkun ta’ periklu għas-suq intern;

39.

jemmen li l-limitu ta’ dan ir-rekwiżit tan-notifika fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE f’forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku għall-kumpaniji mitluba jmexxu s-SIEĠ, għandu jiżdied minn mhux aktar minn EUR 15-il miljun fis-sena għal-limitu fis-seħħ qabel l-2011 ta’ EUR 30 miljun fis-sena;

40.

jitlob estensjoni għat-tul normali tal-atti ta’ inkarigu għal iktar minn għaxar snin sabiex jirrifletti aħjar l-ispejjeż tal-inkarigu u r-redditu fuq l-investiment minn dawk inkarigati mis-SIEĠ;

41.

jappella wkoll għal definizzjoni iktar wiesgħa tal-akkomodazzjoni soċjali fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011. L-Istati Membri għandhom jingħataw marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni għall-ippjanar, il-fornitura, il-finanzjament u l-organizzazzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali u l-libertà ta’ għażla demokratika, ir-restrizzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali “għal persuni żvantaġġati u għall-gruppi soċjalment inqas vantaġġati” għandha titneħħa. Id-dritt għal akkomodazzjoni aċċessibbli u adegwata għandu jkun ta’ prijorità akbar minħabba li n-nuqqas ta’ possibbiltà li s-suq tal-akkomodazzjoni jilħaq il-bżonnijiet ta’ kulħadd ma jaffettwax biss lil individwi li ma jkollhomx aċċess għal akkomodazzjoni, iżda wkoll dawk li jgħixu f’akkomodazzjoni li mhix tajba għas-saħħa, mhix adegwata jew b’wisq nies jgħixu fiha, u dawk li qed jonfqu l-parti l-kbira tad-dħul tagħhom fuq kera jew ħlas lura ta’ self b’ipoteka;

42.

jitlob għal bini tal-kapaċità bejn il-Kummissjoni tal-UE u l-Istati Membri sabiex itejbu l-għarfien dwar l-għajnuna għas-SIEĠ. Għandu jkun hemm djalogu dirett bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet lokali u reġjonali u jkun hemm għajnuna;

43.

iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni Ewropea sabiex jistabbilixxu proċeduri ta’ komunikazzjoni u koordinazzjoni xierqa u jiżviluppaw linji gwida għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jissemplifikaw il-valutazzjoni kumplessa tal-għajnuna għas-SIEĠ. Jistenna li l-Istati Membri, meta jkunu qed ifasslu rapporti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett Almunia, jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, biex jiżguraw valutazzjoni realistika tad-diffikultajiet u l-isfidi attwali għas-SIEĠ;

44.

jitlob għal ċertezza legali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, bit-twaqqif ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin mill-bidu tal-kumpens jew tal-investiment għal min jilmenta. L-iskadenza attwali biex jitnieda proċess li jwassal għall-irkupru ta’ għajnuna mill-Kummissjoni, ta’ għaxar snin mid-data li fiha l-għajnuna illegali saret disponibbli għall-benefiċjarju, li effettivament isservi bħala terminu ta’ preskrizzjoni għal ilmenti dwar l-għajnuna mill-Istat, huwa twil wisq. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll il-kumpaniji għandhom bżonn aktar ċertezza legali. It-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin li miegħu jrid jiżdied iż-żmien meħtieġ għall-proċeduri relatati, u li jista’ jwassal għall-irkupru ta’ għajnuna li ngħatat anke 20 jew 25 snin qabel, huwa sproporzjonat u jikkomprometti l-ħtiġijiet fundamentali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u n-negozji, li ta’ spiss ma jkunux jistgħu jħallsu għal pariri legali. Barra dan imur kontra wieħed mill-għanijiet ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat: l-għan li tiġi stabbilita mill-ġdid sitwazzjoni ta’ kompetittivà ex ante;

45.

iqis li huwa neċessarju li appell jista’ jsir biss minn min jista’ jkun affettwat ekonomikament b’mod dirett. Il-firxa ta’ partijiet interessati s’issa, jiġifieri kwalunkwe Stat Membru jew persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħha hija affettwata mill-għoti ta’ għajnuna, b’mod partikolari l-benefiċjarju tal-għajnuna, impriżi li jikkompetu bejniethom u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ (Artikolu 20 flimkien mal-Artikolu 1(h) tar-Regolament Proċedurali, għadha wiesgħa wisq.

Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara l-Avviż tad-19 ta’ Mejju 2016: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52016XC0719(05)&from=EN

(2)  http://europa.eu/rapid/press-release_IP-16-622_en.htm (mhux disponibbli bil-Malti).

(3)  Ara l-punt 29 tal-Opinjoni tal-KtR tat-30 ta’ Novembru 2012 dwar Il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-UE.

(4)  http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-15-4646_mt.htm

(5)  Ara l-punt 20 tal-Opinjoni tal-KtR tat-3 ta’ Diċembru 2014 dwar “Il-promozzjoni tal-kwalità tal-infiq pubbliku fi kwistjonijiet soġġetti għal azzjoni tal-UE” (BUGD-V-009).

(6)  http://ec.europa.eu/competition/consultations/2014_state_aid_notion/index_en.html

(7)  http://europa.eu/rapid/press-release_IP-15-4889_en.htm dwar l-isptarijiet pubbliċi f’Hradec Králové/CZ (SA.37432), iċ-ċentru mediku f’Durmersheim/de (SA.37904), Städtische Projektgesellschaft “Wirtschaftsbüro Gaarden” (Kiel)/DE (SA.33149), Landgrafen-Klinik/DE (SA.38035), għajnuna għall-investiment għall-port ta’ Lauwersoog/NL (SA.39403), Glenmore Lodge/UK (SA.37963), u r-Renju Unit/klabbijiet tal-golf li huma proprjetà tal-Membri (SA.38208).

(8)  Ara punt 196 u 197 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(9)  http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/practical_guide_gber_en.pdf

(10)  http://ec.europa.eu/competition/consultations/2016_gber_review/index_en.html

(11)  Opinjoni tal-KtR dwar “Linji gwida tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat lill-Ajruporti u lill-Kumpaniji tal-Ajru”, 28 ta’ Novembru 2013, COTER-V-043.

(12)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ajruport ta’ Angoulême (Franza), it-23 ta’ Lulju 2014: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-498_en.htm (mhux disponibbli bil-Malti).

(13)  Reġistru għall-Għajnuna mill-Istat, id-DĠ Kompetizzjoni Każ SA.23827.

(14)  Il-punt 48 jgħid li: “ma jkunx xieraq li torbot obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ attività li diġà tkun ipprovduta jew li tista’ tkun ipprovduta b’mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet (il-prezz, il-karatteristiċi oġġettivi ta’ kwalità, il-kontinwità u l-aċċess għas-servizz) konsistenti mal-interess pubbliku, hekk kif definit mill-Istat, mill-impriżi li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq”.


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/28


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea

(2017/C 088/06)

Relatur:

Kieran McCarthy (IE/AE), Kunsill tal-Belt ta’ Cork

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea — Ingawdu l-benefiċċji kolha ta’ Suq Uniku Diġitali

COM(2016) 180 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Il-ħolqien ta’ soċjetà ta’ tibdil u innovazzjoni: l-isfida quddiemna

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea: Ingawdu l-benefiċċji kollha ta’ Suq Uniku Diġitali u l-pakkett ta’ miżuri abilitanti li qed tipproponi biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet li jinħolqu mill-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali. It-tkabbir ekonomiku u l-prospetti ta’ impjieg tal-Ewropa fil-ġejjieni, iżda wkoll il-koeżjoni soċjali, qed jiddependi dejjem iżjed mill-ħila li jiġu mifhuma, aċċettati u użati l-aspetti kollha tas-soċjetà ta’ innovazzjoni fi ħdan ir-reġjuni;

2.

jenfasizza li s-Suq Uniku Diġitali tal-UE huwa sostnut minn 500 miljun konsumatur u huwa l-aktar strument b’saħħtu tal-politika għall-UE u tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħha biex jiġu stimulati l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi;

3.

jinnota li qed isseħħ rivoluzzjoni industrijali kontinwa, xprunata minn ġenerazzjonijiet ġodda ta’ teknoloġiji diġitali bħal “big data” u mill-applikazzjonijiet ġodda u differenti tat-teknoloġiji diġitali għall-kwistjonijiet settorjali u lokali. L-isfida quddiemna hi li l-industrija Ewropea taħtaf dawn l-opportunitajiet diġitali b’mod sħiħ u malajr. Ma jistgħux jiġu injorati l-opportunitajiet għal kumpaniji f’industriji tradizzjonali u mhux teknoloġiċi, b’mod partikolari għall-SMEs, biex iħaddnu bis-sħiħ id-diġitalizzazzjoni bħala mezz biex tissaħħaħ u tiġi żgurata l-kompetittività tagħhom;

4.

jirrikonoxxi li s-settur tal-ICT tal-UE jirrappreżenta sehem importanti tal-ekonomija fejn jimpjega aktar minn 6 miljun persuna u jammonta għal madwar 4 % tal-PDG. Studji reċenti stmaw li d-diġitalizzazzjoni ta’ prodotti u servizzi għandha l-potenzjal, jekk isir użu sħiħ tagħha, li żżid aktar minn EUR 110 biljun ta’ dħul għall-industrija fis-sena fl-Ewropa matul il-ħames snin li ġejjin;

Il-konverġenza tas-setturi kollha

5.

jaqbel li hemm żewġ fatturi partikolarment importanti għas-suċċess b’mod li ngawdu l-benefiċċji kollha ta’ Suq Uniku Diġitali, u dawn huma (a) ekonomija ferm kompetittiva tal-industrija diġitali Ewropea, flimkien ma’ (b) il-prontezza tas-setturi privati u pubbliċi biex jadattaw kif meħtieġ billi jintegraw id-diversi innovazzjonijiet diġitali fl-attivitajiet tagħhom sabiex jiġu żgurati servizzi ta’ kwalità għolja għaċ-ċittadini kollha; Jenfasizza li t-tneħħija tal-ostakli regolatorji, tal-burokrazija żejda u l-modernizzazzjoni tar-regolazzjoni tal-UE huma wkoll fattur ewlieni;

6.

jenfasizza li n-negozji ta’ kull daqs madwar ir-reġjuni u s-setturi kollha jistgħu jibnu fuq il-punti tajbin tal-ICT fl-Ewropa permezz tal-kostruzzjoni ta’ pjattaformi diġitali industrijali sabiex jiġu żviluppati teknoloġiji diġitali minn komponenti għal apparat u softwer, għas-swieq tal-konsumaturi u fi pjattaformi web u tad-data u l-applikazzjonijiet u s-servizzi rilevanti;

7.

jenfasizza li l-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, speċjalment il-pilastru dwar “Il-massimizzazzjoni tal-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija diġitali”, fiha kull lieva prinċipali għat-titjib tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija b’azzjonijiet f’oqsma bħalma huma l-ekonomija tad-data, l-Internet tal-Oġġetti (IoT), il-cloud computing, il-ħiliet u l-gvern elettroniku. Il-konverġenza ta’ għadd ta’ teknoloġiji addizzjonali kulma jmur qiegħda tixpruna l-bidla diġitali, notevolment ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll l-istampar 3D;

8.

iħeġġeġ investiment kontinwu fi tlieta mis-sħubijiet pubbliċi-privati kuntrattwali trasversali taħt Orizzont 2020 — il-Fabbriki tal-Futur (FtF), l-Industrija tal-Ipproċessar Sostenibbli permezz tal-Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi u l-Enerġija (SPIRE) u l-Impriża Konġunta tal-Industriji b’Bażi Bijoloġika (BBIJU);

Nirrikonoxxu d-disparità

9.

jirrikonoxxi li l-parti l-kbira ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-industrija għandhom diffikultajiet sabiex jiddeċiedu meta jinvestu, sa liema livell u f’liema teknoloġiji. Madwar 60 % tal-industriji l-kbar u aktar minn 90 % tal-SMEs iħossu li qed jaqgħu lura fl-innovazzjoni diġitali;

10.

jenfasizza li l-iżvilupp mgħaġġel u ż-żieda tal-użu tat-teknoloġiji diġitali jeħtieġu wkoll b’mod urġenti l-modernizzazzjoni tal-qafas regolatorju attwali sabiex jinżamm il-pass ma’ rata mingħajr preċedent ta’ innovazzjoni;

11.

jaqbel li għandu jsir iktar biex tiġi faċilitata l-koordinazzjoni tal-isforzi kbar iżda frammentati ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni Ewropea f’oqsma ewlenin oħra tat-teknoloġija diġitali;

12.

jinsisti li fehim usa’ tal-interoperabbiltà bħala xi ħaġa rilevanti mhux biss għall-amministrazzjoni pubblika iżda għas-setturi kollha (eż. bħala mezz li jiżgura li l-libertà tal-konsumatur ma tkunx kompromessa minn restrizzjonijiet imposti minn sistemi ta’ proprjetà individwali ta’ intrapriżi tat-teknoloġija) huwa essenzjali għall-varar tal-IoT u l-fluss mingħajr xkiel ta’ data mar-reġjuni kollha. Id-disponibbiltà ta’ formats, standards u speċifikazzjonijiet komuni hija rekwiżit ċar;

13.

iqis li huwa essenzjali li l-programm REFIT tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolamentazzjoni Aħjar ikun jiffoka fuq l-ostakoli għall-innovazzjoni u jiddiskuti kif jistgħu jitneħħew jew jitnaqqsu permezz ta’ approċċi regolatorji ġodda kif stabbiliti fl-Istrateġija għal Suq Uniku. F’dan ir-rigward, jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu ttrattati bħala msieħba ewlenin fil-proċess REFIT u mhux bħala partijiet interessati, peress li dawn qed jinfurzaw l-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-UE;

14.

jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem aktar mill-qrib ma’ industriji u negozji ta’ kull daqs, il-livelli kollha ta’ gvern u l-partijiet interessati fl-identifikazzjoni u t-tnaqqis ta’ ostakli regolatorji fuq id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea kif ukoll is-semplifikazzjoni tar-regoli eżistenti;

15.

jargumenta li ambjent ta’ standardizzazzjoni effettiva tal-ICT huwa kruċjali għad-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea u huwa essenzjali għas-Suq Uniku Diġitali sabiex apparat u servizzi jkunu jistgħu jkunu konnessi ma’ xulxin bla ebda xkiel bejn il-fruntieri u bejn it-teknoloġiji. F’dan ir-rigward, l-isforzi għandhom jiġu ffukati b’mod strateġiku fuq ħames oqsma ta’ prijorità għal sforzi ta’ standardizzazzjoni — 5G, cloud computing, IoT, teknoloġiji tad-data u ċ-ċibersigurtà;

16.

jenfasizza li standards tal-ICT ta’ prijorità għas-Suq Uniku Diġitali għandu jkollhom l-għan li jiżguraw redditu ġust fuq l-investiment biex jinċentivaw ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni globali, u proċess ta’ standardizzazzjoni sostenibbli, filwaqt li jiżguraw id-disponibilità wiesgħa tat-teknoloġiji f’suq miftuħ u kompetittiv;

17.

jinnota li f’ħafna setturi industrijali, iċ-ċiklu tradizzjonali ta’ żvilupp, ittestjar u standardizzazzjoni m’għadux adegwat għal teknoloġiji konverġenti kumplessi u li qed jevolvu b’rata mgħaġġla;

18.

jirrimarka li x-xogħol f’ekonomija diġitalizzata ser jinvolvi wkoll enfasi dejjem akbar fuq ħiliet u kapaċitajiet ġodda, inkluż aktar kreattività, komunikazzjoni u adattabbiltà li jeħtieġu titjib kbir tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol fil-livelli kollha;

19.

jenfasizza li aktar żvilupp tal-IoT u l-“big data” joħloq ukoll sfidi sinifikanti ta’ fiduċja u sigurtà għal kwalunkwe kumpanija u għall-aċċettazzjoni tal-pubbliku;

Nirrikonoxxu l-ħtieġa għal sinerġiji

20.

iħeġġeġ li għandu jsir kull sforz possibbli biex jinħolqu sħubijiet b’saħħithom iffukati fuq livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE f’dan il-qasam sabiex isiru investimenti privati konsiderevoli u jinkiseb impatt innovattiv fuq il-kompetittività permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi kkummerċjalizzati. Dan għandu jippermetti li jkun hemm skambji produttivi tal-esperjenzi, għarfien u ideat bejn dawn is-sħubijiet bil-għan li jiġu sfruttati s-sinerġji u jiġi evitat li jkun hemm sforzi żejda, inkluż permezz ta’ netwerk ta’ sħubijiet;

21.

jinkoraġġixxi investigazzjoni iktar fil-fond dwar il-valur miżjud ta’ kooperazzjoni mtejba bejn dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali u reġjonali b’kunsiderazzjoni tal-kunċett ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u l-inizjattivi interreġjonali emerġenti b’approċċ minn isfel għal fuq;

22.

iqis li għandu jiġi mħeġġeġ investiment minn sorsi privati u pubbliċi inkluż kontributi iktar mifruxa mill-intrapriżi u minn atturi istituzzjonali bħall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) — inkluż permezz tal-Pjan ta’ Investiment Ewropew/FEIS) — u li għandha tiġi affermata mill-ġdid l-importanza ta’ sinerġiji bejn l-Orizzont 2020, l-inizjattivi Startup Europe u FIWARE, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u strumenti ta’ politika reġjonali u nazzjonali b’rabta mal-objettivi usa’ tal-UE fir-rigward tal-kompetittività u l-koeżjoni;

23.

jirrikonoxxi u jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiffoka investiment ta’ EUR 500 miljun mill-Orizzont 2020 għat-tnedija mifruxa ta’ ċentri tal-innovazzjoni diġitali, għalkemm għandu jkun żgurat li l-finanzjament ta’ dawn iċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali jsir minn fondi mit-tieni pilastru tal-programm Orizzont 2020, “Tmexxija industrijali”, u ma jittiħdux mill-baġits ta’ partijiet oħra tal-Orizzont 2020; jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jikkontribwixxu għal din il-forma ta’ ċentru ta’ kompetenza u punt uniku ta’ servizz teknoloġiku f’isem l-utenti aħħarin industrijali u jenfasizza li l-eċċellenza xjentifika hija l-kriterju deċiżiv fl-għażla tal-proġetti ssussidjati u r-rwol importanti tal-edukazzjoni għolja fil-proċess tal-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien għandhom jitqiesu kif dovut sabiex l-impatt tal-investimenti ppjanati taħt Orizzont 2020 jista’ jittejjeb aktar. F’dan il-kuntest, l-impatt tal-attivitajiet taċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali għandu jkun speċifikat u jekk xieraq rivedut;

24.

itenni s-sejħa tiegħu li r-riżorsi meħtieġa għal investimenti diġitali għandhom ikomplu jiġu garantiti bħala element prinċipali ta’ Politika ta’ Koeżjoni tal-UE li tħares ‘il quddiem, preferibbilment b’investiment sinifikament ogħla mis-sehem ta’ EUR 14-il biljun tal-infiq tal-FSIE fuq dan is-suġġett bejn l-2007 u l-2013;

Finanzjament tal-ICT fir-reġjuni tagħna

25.

jenfasizza li l-aċċessibbiltà tal-Internet u l-iżvilupp impressjonanti fil-provvista u d-domanda għall-kontenut u s-servizzi issa jirrappreżentaw l-ixprun ewlieni għall-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-innovazzjoni fl-Ewropa. Madankollu, minħabba l-iżvantaġġ ta’ żbilanċi infrastrutturali persistenti — b’mod partikolari f’kuntesti rurali li l-operaturi privati jqisu jqisu li ma jrendux — ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali fil-preżent għadhom ma jistgħux jieħdu vantaġġ sħiħ minn dawn l-iżviluppi;

26.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn l-attivitajiet ta’ finanzjament tagħhom, l-ewwel nett billi tkompli tawtorizza l-iskjerament bi prijorità tal-FSIE lejn l-infrastruttura diġitali fir-reġjuni Ewropej kollha, u, t-tieni billi tirrikonoxxi l-ostakli teknoloġiċi għal proġetti ta’ żvilupp diġitali fiż-żoni rurali u żoni b’popolazzjoni baxxa, jew f’dawk ir-reġjuni li jridu jiffaċċjaw sfidi demografiċi, li għandhom jitqiesu bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali;

27.

ikompli jikkondividi t-tħassib tal-Parlament Ewropew dwar ir-riperkussjonijiet tad-deċiżjoni ta’ Frar 2013 tal-Kunsill Ewropew wara t-tnaqqis fil-baġit għall-infrastruttura u s-servizzi diġitali taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, minn EUR 9,2 biljun għal EUR 1 biljun biss, u b’hekk iġġiegħel lill-Kummissjoni Ewropea torjenta mill-ġdid b’mod fundamentali l-pjani tagħha;

It-trawwim tal-innovazzjoni u l-kompetittività permezz ta’ infrastruttura tal-ICT

28.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma f’pożizzjoni li jrawmu l-innovazzjoni u l-kompetittività permezz ta’ soluzzjonijiet imfasslin apposta għad-domanda u l-provvista, inkluża l-introduzzjoni tal-broadband, l-ekonomija diġitali, l-inklużjoni elettronika u l-gvern elettroniku. Barra minn hekk, jipprovdu faċilitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, jimplimentaw inizjattivi għall-finanzjament mill-UE u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni vantaġġuża u l-iskambju ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra inkluż bejn il-fruntieri;

29.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-opportunitajiet offruti permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment, li impenja ruħu li jżid għal EUR 2 biljun fis-sena is-self tiegħu għall-infrastruttura tal-broadband, u li enfasizza b’mod espliċitu r-rwol importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu f’dawn it-tipi ta’ investimenti orjentati lejn it-tkabbir; Jenfasizza wkoll l-importanza li jitħeġġu sforzi mmexxija mill-komunità, bħal intrapriżi komunitarji;

30.

iħeġġeġ li għodod ta’ investiment ġodda għandhom ikunu appoġġati wkoll sabiex tiġi aċċellerata l-introduzzjoni ta’ infrastruttura li tkun kapaċi tikseb il-miri għall-veloċità tal-broadband tal-Aġenda Diġitali għall-element Ewropa tal-istrateġija Ewropa 2020, u biex jiġi aċċellerat l-iskjerament sħiħ tal-4G (qabel teknoloġiji iktar ġodda, bħall-5G), filwaqt li tinżamm in-newtralità teknoloġika kif ukoll li jkun hemm kompetizzjoni effettiva bejn l-operaturi;

L-iżvilupp tal-potenzjal tal-gvern elettroniku u l-kummerċ elettroniku

31.

jinsisti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jistabbilixxu bħala prijorità li ċ-ċittadini jiġu provduti bil-ħiliet diġitali u intraprenditorjali li jippermettulhom jagħmlu użu sħiħ tat-teknoloġiji l-ġodda, jifhmu kwistjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà u l-ħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali, isaħħu l-impjegabbiltà tagħhom u joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ negozju, inkluż permezz tal-analiżi ta’ “big data”;

32.

iqis li l-kummerċ elettroniku għadu jirrappreżenta opportunità mitlufa għal ħafna negozji iżgħar, speċjalment minħabba l-ispejjeż wisq kbar involuti: 65 % tal-utenti tal-Internet Ewropej jixtru onlajn, iżda din id-domanda sinifikanti ħafna tikkorrispondi għal 16 % biss ta’ bejgħ onlajn min-naħa tal-SMEs — u inqas minn nofshom ibiegħu onlajn minn pajjiż għal ieħor (7,5 %);

33.

jitlob għal prijoritizzazzjoni tal-ostakli għall-kummerċ elettroniku li jirriżultaw minn kwistjonijiet bħalma huma l-imblukkar ġeografiku u l-assenza ta’ sistema sigura ta’ pagament bil-kard tal-kreditu. Dawn il-kwistjonijiet jippreżentaw spejjeż bla bżonn, kumplikazzjonijiet u riskji ta’ frodi għal bejjiegħa bl-imnut potenzjali onlajn, partikolarment dawk li huma involuti f’bejgħ transkonfinali;

34.

jenfasizza l-importanza ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-Gvern Elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea, dwar l-immodernizzar tas-servizzi pubbliċi permezz tad-diġitalizzazzjoni — speċifikament l-aċċessibbiltà tal-istituzzjonijiet pubbliċi għal individwi privati u intrapriżi permezz ta’ mezzi elettroniċi, irrispettivament minn fejn jinsabu fiżikament — u għalhekk jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp tas-servizzi pubbliċi transkonfinali interoperabbli u multilingwi (b’mod partikolari l-iskambju ta’ informazzjoni), bħala mezz funzjonali biex tingħeleb il-periferiċità perċepita;

35.

jirrimarka li, fir-rigward tal-użu tal-potenzjal tal-gvern elettroniku biex jipprovdi benefiċċji għas-soċjetà, bħalma huma t-tnaqqis tal-marka tal-karbonju, is-semplifikazzjoni tal-proċeduri għan-negozji, it-trawwim tat-turiżmu jew l-enfasi fuq l-assi tal-wirt kulturali, ta’ spiss huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jaqdu rwol importanti ta’ tmexxija fl-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet u atturi tal-ICT, jaqsmu l-aħjar prattiki teknoloġiċi, jallokaw fondi għall-investiment fl-għodod tal-ICT, ikejlu l-progress u jikkomunikaw is-suċċess;

36.

huwa tal-fehma li meta n-negozji jtejbu l-ħiliet diġitali u jagħmlu iżjed użu minnhom, ser jiżdied il-bżonn tagħhom għal soluzzjonijiet diġitali biex ikunu jistgħu jagħmlu kuntatti mal-awtoritajiet pubbliċi. Amministrazzjoni pubblika diġitali li taħdem kif imiss tfisser li jistgħu jiġu pprovduti proċessi effettivi ta’ servizzi elettroniċi u diġitali lin-negozji, l-organizzazzjonijiet u l-individwi, li jiffaċilita u jissemplifika l-amministrazzjoni u jnaqqas it-tul tal-ipproċessar tal-kwistjonijiet tagħhom mas-settur pubbliku. Livell ogħa ta’ diġitalizzazzjoni jfisser aktar possibiltajiet għall-atturi pubbliċi, kemm fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali, biex jiġu liberati riżorsi li jippermettu li jkun hemm aktar ħin iddedikat għal-laqgħat mal-klijenti u anqas ħin fuq l-amministrazzjoni u l-kontroll.

37.

jenfasizza li l-interoperabbiltà tal-gvern elettroniku tirrikjedi mhux biss il-kompatibbiltà tas-sistema iżda wkoll il-kapaċità tal-amministrazzjoni pubblika biex taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ sistemi ta’ informazzjoni, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-possibbiltajiet li joffru sistemi bħal dawn. Il-KtR għalhekk jissuġġerixxi li jiżdied il-bini tal-kapaċità umana, kemm f’termini ta’ ħiliet diġitali kif ukoll lingwistiċi, kif ukoll komponenti ta’ sensibilizzazzjoni fil-programm ISA2 għal soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà sabiex tiġi appoġġjata l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika;

38.

jilqa’ l-miżuri għas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi maħsuba biex iħaffu t-tkabbir dinamiku u sostenibbli tas-setturi ekonomiċi kollha u biex joħolqu impjiegi ġodda, kif ukoll biex jiżguraw l-aġġornament tar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-awtur b’kont meħud tar-rivoluzzjoni diġitali u tal-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi;

39.

jirrikonoxxi l-potenzjal li jista’ jinkiseb mill-Pjattaforma għall-Iskambju tal-Għarfien, il-kooperazzjoni bejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD) bħala mezz li jippromovi soluzzjonijiet ġodda ta’ riċerka u innovazzjoni (Riċerka u Żvilupp), prodotti innovattivi u l-aħjar prattika b’rispons għall-isfidi soċjetali li qed jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ewropa;

Nipprovdu edukazzjoni u tlaqqigħ ta’ ħiliet

40.

jenfasizza li wħud mill-prijoritajiet tal-Aġenda Digitali għall-Ewropa — speċjalment dawk li jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-litteriżmu u l-ħiliet diġitali kif ukoll opportunitajiet mitlufa fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà — huma fundamentali għall-kwalità tal-ħajja u l-attività soċjali u ekonomika, u jistgħu jiġu indirizzati l-aħjar fil-livell lokali u reġjonali biex jistimulaw servizzi aktar effiċjenti u personalizzati għall-pubbliku kif ukoll għan-negozji lokali;

41.

jirrikonoxxi li fir-rigward ta’ professjonisti tal-ICT, aktar minn miljun impjieg addizzjonali nħolqu fl-Ewropa matul dawn l-aħħar tliet snin. Minkejja dan, huwa mistenni li d-domanda li qed tikber rapidament twassal għal aktar minn 800 000 post battal f’dan is-settur sal-2020;

42.

iħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri tal-Gran Koalizzjoni għall-Impjiegi Diġitali tal-Kummissjoni Ewropea bħala inizjattiva trans-Ewropea li tinvolvi ħafna partijiet interessati sabiex jiġi rikonċiljat l-iżbilanċ ta’ dawn in-nuqqasijiet ta’ ħiliet u impjiegi battala relatati mal-ICT, permezz ta’ offerta ta’ taħriġ adegwat, apprendistati, esperjenzi qosra ta’ xogħol, azzjonijiet li jiffaċilitaw il-mobbiltà u/jew it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni biex iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jistudjaw u jaqbdu karrieri fis-settur;

43.

ifakkar li huwa fil-livell sottonazzjonali li tista’ tinkiseb l-informazzjoni l-aktar preċiża u f’waqtha dwar is-swieq tax-xogħol u fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol sinifikanti fl-identifikazzjoni ta’ nuqqas ta’ tlaqqigħ ta’ ħiliet billi jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ programmi vokazzjonali adatti u jinċentivaw l-investiment bi tweġiba għad-domanda lokali;

44.

jappella biex il-fornituri tat-taħriġ jiżviluppaw taħriġ iffokat aħjar fl-ICT. L-impjiegi tal-ġejjieni se jirrikjedu taħlita adatta ta’ ħiliet bażiċi, personali u tekniċi, b’mod partikolari l-ħiliet diġitali u dawk speċifiċi għan-negozju, li s-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ għadhom mhumiex qed jindirizzaw bis-sħiħ. Għalhekk huwa xieraq li jintefgħu s-sisien ta’ sistema ta’ edukazzjoni u taħriġ li tiffoka aktar fuq l-eżerċizzji prattiċi tal-istudenti milli fuq l-aspetti teoretiċi;

45.

jirrikonoxxi l-ħolqien u l-importanza tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa tal-Kummissjoni Ewropea u kif se tipprovdi qafas komprensiv għall-impjegabbiltà, inkluża l-ħtieġa għal ħiliet abilitanti ewlenin diġitali u komplementari;

46.

jenfasizza l-importanza enormi li jiġu pprovduti l-litteriżmu diġitali u l-ħiliet meħtieġa għaċ-ċittadini, il-ħaddiema, l-istudenti u dawk li qed ifittxu x-xogħol, bħala parti mill-implimentazzjoni komprensiva tad-diġitalizzazzjoni fl-ekonomija u s-soċjetà;

47.

waqt li jafferma mill-ġdid l-eżistenza ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018), jenfasizza l-importanza li jitfassal pakkett bażiku li kull Stat Membru għandu jiggarantixxi lill-istudenti żgħażagħ, billi jiġi żgurat l-aċċess għall-Internet broadband fis-sistema edukattiva, u b’hekk iż-żgħażagħ jiġu offruti garanzija minima dwar il-kwalifiki u l-ħiliet tal-ICT. Dan l-aħħar punt ma għandux biss jiġi applikat fil-kuntest tal-edukazzjoni obbligatorja, iżda tul il-ħajja kollha, permezz ta’ programmi innovattivi u iktar taħriġ li jimxu id f’id mal-iżviluppi teknoloġiċi;

48.

iwissi li apparti mill-perspettiva ekonomika u tal-impjiegi, l-influwenza dejjem akbar ta’ teknoloġiji diġitali, l-aktar fost iż-żgħażagħ, m’għandhiex titħalla tippreġudika il-ħiliet umani fundamentali, bħal-litteriżmu u l-ħiliet ta’ interazzjoni bejn il-persuni;

49.

jikkonkludi li aktar rikonoxximent f’dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni sostenibbli tal-Aġenda Diġitali jeħtieġ li jingħata lir-reġjuni tal-UE. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fost l-udjenza ewlenija fil-mira tar-rakkomandazzjonijiet tal-aġenda u għandhom jitqiesu bħala xpruni u msieħba ewlenin fl-implimentazzjoni tagħha.

Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/34


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Inizjattiva Cloud Ewropea u l-Istandards tal-ICT bħala l-Pedament tas-Suq Uniku Diġitali

(2017/C 088/07)

Relatur:

Anne Karjalainen (FI/PSE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Kerava

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill- Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Istandards tal-ICT bħala l-Pedament Tas-Suq Uniku Diġitali

COM(2016) 176 final

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill- Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Inizjattiva tal-Cloud Ewropea — Il-bini ta’ dejta kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa

COM(2016) 178 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Kummenti preliminari

1.

iqis li l-inizjattivi tal-Kummissjoni dwar il-Cloud Ewropea u dwar l-istandards tal-ICT huma importanti, b’mod partikolari fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Ewropa fl-ekonomija diġitali globali u għall-ksib tal-objettivi tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali;

2.

jinnota li t-tnaqqis tal-ostakli għall-iskambju tal-għarfien se jagħti spinta sostanzjali lill-kompetittività tan-negozji Ewropej filwaqt li jibbenefika wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

3.

jemmen li l-approċċ gradwali tal-Kummissjoni biex tniedi s-servizzi cloud Ewropej huwa sensibbli u bi pjaċir jinnota li l-qafas se jippermetti, l-ewwel nett il-komunità xjentifika, u mbagħad kemm in-negozji kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex jużaw l-għarfien komuni kif ukoll il-produzzjoni tiegħu;

4.

huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni li l-Informatika ta’ Prestazzjoni Għolja kompetittiva tista’ tiġi żviluppata biss permezz ta’ miżuri konġunti;

5.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-isforzi ta’ standardizzazzjoni tal-ICT Ewropew għandhom jiżdiedu sabiex jiġi utilizzat il-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni u biex jiġu pprovduti servizzi transkonfinali;

6.

jinnota li minkejja l-istandardizzazzjoni tal-ICT, il-kumpaniji u s-settur pubbliku għandhom jingħataw ukoll il-flessibbiltà li jiżviluppaw, jiksbu u japplikaw soluzzjonijiet innovattivi li jiddevjaw minn dawk l-istandards;

7.

jinnota li l-iżvilupp u/jew l-applikazzjoni ta’ standards komuni għadhom serjament neqsin fil-każ ta’ ħafna oqsma kruċjali għas-suq uniku diġitali, pereżempju l-identifikazzjoni elettronika, u għadu mħasseb ħafna dwar il-fatt li d-differenzi ġeografiċi fl-aċċessibilità tal-broadband ta’ veloċità għolja li qed jostakolaw l-ikkompletar tas-suq uniku diġitali (1). L-insularità hija fattur ġeografiku sfavorevoli minħabba l-ħtieġa ta’ aktar flus għall-kejbils ta’ taħt il-baħar;

8.

itenni f’dan il-kuntest l-istedina tiegħu biex proġetti għall-iżvilupp tal-broadband jiġu rikonoxxuti bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (2);

9.

jafferma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej huma ħerqana li jiżviluppaw l-kondiviżjoni tal-għarfien, kif ukoll li jinnotifikaw l-istandards tal-ICT li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tagħhom fir-rigward tal-iżvilupp tas-servizzi pubbliċi (3);

10.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-atturi nazzjonali rilevanti fl-Istati Membri kollha jieħdu miżuri adegwati biex jippromovu servizzi ta’ cloud tax-xjenza miftuħa kif ukoll il-kondiviżjoni tal-għarfien b’mod aktar ġenerali, għax inkella jkun hemm riskju sostanzjali li d-differenzi bejn l-Istati Membri jiżdiedu rapidament, u din tkun sitwazzjoni li malajr toħroġ fid-dieher fl-attività tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

11.

jaqbel mal-Kummissjoni li kull organizzazzjoni — kbira jew żgħira, pubblika jew privata — hija mistennija tiġġestixxi adegwatament ir-riskji għas-sigurtà ċibernetika u, fejn meħtieġ, tkun f’pożizzjoni li turi li qed tagħmel dan b’suċċess, u jħeġġeġ biex il-miżuri jiġu mfassla biex jgħinu jiżviluppaw l-għarfien dwar iċ-ċibersigurtà fil-livelli kollha meħtieġa (4);

12.

jenfasizza b’mod ġenerali li sabiex jinkisbu l-benefiċċji multipli tas-Suq Uniku Diġitali, forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati hija meħtieġa biex timplimentah; jistieden għalhekk il-proposti tal-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas tal-Aġenda Ġdida dwar il-Ħiliet għall-Ewropa li ġiet adottata dan l-aħħar, biex tagħmel enfasi fuq l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu mgħammra bil-ħiliet neċessarji għat-tranżizzjoni diġitali;

Interoperabilità

13.

jinnota li d-denominatur komuni taż-żewġ komunikazzjonijiet li qed tirreferi għalihom din l-Opinjoni huwa n-nuqqas ta’ interoperabilità f’ħafna setturi differenti, li jwassal biex ir-riċerkaturi, l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi u dawk li jfasslu l-politika ma jkollhomx aċċess għad-data li jeħtieġu;

14.

jirrimarka li l-akbar ostaklu għall-interoperabilità, b’rabta ma’ tali kondiviżjoni ta’ data, bħal servizzi diġitali transkonfinali, ngħidu aħna, normalment huwa n-nuqqas ta’ arkitettura standardizzata tad-data (5);

15.

jirrakkomanda li, minbarra l-istandards minimi u l-meta-data sempliċi msemmija fil-komunikazzjoni, għandha titqies ukoll il-possibbiltà li tiġi definita l-master data Ewropea mitluba f’servizzi transkonfinali;

Standardizzazzjoni

16.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-kuntest attwali teħtieġ sħubijiet bejn setturi differenti fl-istandardizzazzjoni, u jista’ jagħti l-eżempju tas-saħħa elettronika, fejn biex in-nies ikollhom responsabbiltà akbar għal saħħithom stess hija meħtieġa perspettiva usa’ (6);

17.

jinnota li s-saħħa elettronika, is-sistemi ta’ trasport intelliġenti, l-enerġija intelliġenti u teknoloġija tal-manifattura li tirrispetta aktar l-ambjent, li l-Kummissjoni ssemmi fil-komunikazzjoni tagħha bħala eżempji ta’ oqsma ta’ mira importanti, huma pjuttost ċentrali għall-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li ser ikollhom jiġu involuti b’mod attiv jekk se jintlaħqu l-objettivi;

18.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-prijoritajiet għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni regolari, għaliex il-ħtiġijiet ta’ standardizzazzjoni effettivament jistgħu jinbidlu malajr ħafna, minħabba l-wasla kostanti ta’ innovazzjonijiet ġodda fis-servizzi tal-għajnuna soċjali pereżempju;

19.

jemmen li huwa importanti fl-istandardizzazzjoni Ewropea li jsir użu wiesa’ tal-innovazzjonijiet li huma parti minn privattivi tal-kumpaniji, u jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiċċara l-elementi ewlenin ta’ metodoloġija tal-liċenzjar ekwitabbli, effikaċi u infurzabbli madwar il-prinċipji FRAND;

20.

jinnota li ħafna softwer liċenzjat b’sors miftuħ diġà qed jintuża fl-amministrazzjoni tal-gvern lokali u reġjonali fl-Ewropa. Dan għandu jitqies bħala żvilupp pożittiv, li l-Kummissjoni għandha tmexxi ’l quddiem, b’mod partikolari billi tiċċara r-relazzjoni bejn it-termini ta’ liċenzjar ta’ sors miftuħ u FRAND;

21.

jinnota li flimkien mal-iżvilupp tal-istandardizzazzjoni uffiċjali fl-UE u fil-livell internazzjonali, huma meħtieġa miżuri li fuqhom jissejsu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT żviluppati minn organizzazzjonijiet oħrajn li jiżviluppaw l-istandards u prattiki tajbin li huma ġeneralment aċċettati li jintużaw aktar spiss;

22.

iqis li huwa essenzjali li jiġu żviluppati proċeduri biex jiżguraw li l-ħtiġijiet tal-utenti finali tal-istandards — kemm in-negozji kif ukoll is-settur pubbliku — huma magħrufa meta jitfasslu l-pjani ta’ standardizzazzjoni;

23.

jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-proposta tal-Kummissjoni biex tappoġġja l-parteċipazzjoni usa’ ta’ esperti Ewropej tal-istandardizzazzjoni tal-ICT internazzjonali, minħabba li l-proċeduri globali komuni huma ta’ importanza vitali kemm biex jintlaħqu l-objettivi ta’ diġitalizzazzjoni Ewropa u għall-iżvilupp tas-settur;

24.

josserva li diġà għaddew diversi snin mill-pubblikazzjoni tal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà għas-Servizzi Pubbliċi Ewropej, u jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjan tal-Kummissjoni biex taġġornah, bit-tama li l-potenzjal tal-Internet tal-oġġetti se jkun ikkunsidrat ukoll f’dan il-proċess (1);

Servizzi tal-Cloud Ewropea

25.

jinnota li s-servizzi cloud qed jespandu b’rata mgħaġġla fl-Ewropa. Skont studju li sar mill-Kummissjoni, dan jista’ jfisser li s-suq tas-servizzi tal-cloud fl-Ewropa qed jikber minn EUR 9,5 biljun fl-2013 għal EUR 44,8 biljun sal-2020, ċifra li tirrappreżenta żieda ta’ ħames darbiet (7). Skont id-data tal-Eurostat minn tmiem l-2014 (8):

(a)

19 % tan-negozji tal-UE kienu qed jużaw servizzi tal-cloud fl-2014, prinċipalment biex jospitaw is-sistemi tal-e-Mail u għall-ħżin ta’ fajls elettroniċi;

(b)

46 % ta’ dawk in-negozji kienu qed jużaw servizzi tal-cloud avvanzati relatati ma’ applikazzjonijiet ta’ softwer finanzjarju u tal-kontabilità, il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti u l-użu tas-saħħa informatika għat-tmexxija tal-applikazzjonijiet tan-negozju;

(c)

erbgħa minn kull għaxra (39 %) tan-negozji li jużaw is-servizzi tal-cloud irrappurtaw dwar ir-riskju ta’ ksur tas-sigurtà tad-data bħala l-fattur ewlieni li jillimita l-użu tagħhom tas-servizzi tal-cloud;

(d)

proporzjon simili ta’ negozji (42 %) li ma jużawx is-servizzi tal-cloud qalu li l-fattur ewlieni li jżommhom milli jużaw is-servizzi tal-cloud kien in-nuqqas ta’ għarfien dwar il-cloud computing;

26.

jenfasizza, fid-dawl ta’ dan, il-ħtieġa għal impenn politiku ċar biex jiffinanzja l-infrastruttura ta’ riċerka tal-cloud sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal enormi tal-cloud computing;

27.

jinnota li s-servizzi tal-cloud huma bbażati fuq il-fiduċja u li biex tikseb u żżomm il-fiduċja trid tingħata attenzjoni konsiderevoli rigward is-sigurtà u l-privatezza tad-data;

28.

jittama li jittieħed kont tal-potenzjal għal servizzi tal-cloud tax-xjenza miftuħa li jintużaw fl-edukazzjoni;

29.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol tas-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat fl-iżvilupp tas-servizzi tal-cloud tax-xjenza miftuħa u jtenni l-opinjoni tiegħu li ġie ddikjarat qabel li clouds eżistenti jew clouds li qed jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali, reġjonali u eventwalment fil-livell lokali għandhom ikunu interkonnessi u interoperabbli b’soluzzjonijiet Ewropej (9);

30.

jinnota li l-użu mifrux tad-data u materjal ieħor provdut permezz tas-servizzi tal-cloud jiddependi fuq il-fatt li jiġu solvuti l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-awtur (10);

Kondiviżjoni tad-data

31.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kondiviżjoni ta’ data Ewropea f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi ħarsa ġenerali dwar fejn id-data rilevanti tista’ tkun aċċessibbli b’mod deċentralizzat, b’tali mod li l-informazzjoni tkun disponibbli b’dan il-mod;

32.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq inizjattiva tal-UE dwar “Il-fluss liberu tad-data” għall-promozzjoni tal-fluss liberu tad-data fl-Unjoni (11);

33.

jenfasizza li l-kondiviżjoni ta’ data standardizzata se tnaqqas il-frammentazzjoni attwali bejn ir-riċerkaturi, in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll fi ħdan dawn il-gruppi, u li b’hekk jitmexxew ‘il quddiem ħafna mill-objettivi relatati mas-suq uniku diġitali;

34.

jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni dwar il-preġudizzji li fil-preżent qegħdin ifixklu l-kondiviżjoni tad-data u jħeġġiġha biex tkun aktar attiva fil-komunikazzjoni tal-benefiċċji tal-kondiviżjoni tad-data għall-parti li tkun qed taqsam dik id-data (12);

35.

jinnota li l-kondiviżjoni tad-data għandha wkoll benefiċċji importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Is-sid tad-data ma jitlef xejn billi jikkondividi d-data: għall-kuntrarju, il-kondiviżjoni żżid il-valur tad-data. Il-ftuħ tad-data tal-gven isaħħaħ id-demokrazija u joħloq opportunitajiet kummerċjali ġodda. Il-kondiviżjoni tad-data tnaqqas ukoll il-ħtieġa għal talbiet għal data ad hoc u li ta’ sikwit jiswew ħafna flus;

36.

jinnota li jekk iċ-ċittadini jkollhom aċċess usa’ għad-data tas-saħħa personali tagħhom onlajn dan ikun ifisser li jieħdu aktar responsabbiltà għal saħħithom stess, u jittama li jiżdiedu l-opportunitajiet biex in-nies ikunu jistgħu jużaw id-data tagħhom ukoll f’oqsma oħrajn tal-amministrazzjoni pubblika;

37.

jinnota li biex jibbenefikaw mill-Fond Ewropew tax-Xjenza tal-Cloud Miftuħa, l-awtoritajiet pubbliċi u l-SMEs b’mod partikolari jeħtieġu mhux biss id-data attwali iżda wkoll l-għodod għall-analiżi tagħha, speċjalment fil-każ tal-Big Data;

38.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tgħaqqad flimkien il-komunità tad-data Ewropea, pereżempju fis-sħubija pubblika-privata dwar il-Big Data taħt il-programm Orizzont 2020, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jinvolvu ruħhom f’din il-kooperazzjoni, jekk jistgħu;

39.

jemmen li l-Fond Ewropew tax-Xjenza tal-Cloud Miftuħa, li jinkorpora l-awtorità pubblika, id-data tan-negozju u r-riċerka, jista’ juża metodi tal-ipproċessar tal-Big Data biex jiffaċilita pereżempju t-trattament ta’ kwistjonijiet ta’ politika muniċipali, li ta’ spiss huma multidimensjonali u kumplessi;

L-Internet tal-oġġetti

40.

jafferma r-rwol importanti tal-cloud Ewropea, fit-termini ta’ protezzjoni tal-ambjent permezz tal-ħżin tad-dokumenti, tal-informazzjoni jew tad-data diġitali. Barra minn dan, il-ħżin u l-aċċess għal diversi fajls huwa ħafna eħfef, u l-fatt li ma jkunx hemm bżonn li jiġu stampati jikkontribwixxi għal użu minimu tal-karti u għaldaqstant għall-protezzjoni tal-ambjent;

41.

bi pjaċir jinnota li l-Internet tal-oġġetti (IoT – Internet of Things) huwa fost il-prijoritajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istandardizzazzjoni, peress li fil-futur dan se jkollu impatt pożittiv sostanzjali fuq il-kwalità tas-servizzi u l-produttività tal-attivitajiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Skont studju tal-Kummissjoni Ewropea (13), il-valur tas-suq tal-IoT fl-UE huwa mistenni li jaqbeż triljun ewro sas-sena 2020;

42.

jittama li l-Kummissjoni tieħu kont akbar tal-potenzjal kbir tal-IoT fid-diversi programmi dwar id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika;

43.

jemmen li t-twaqqif ta’ standards dwar l-Internet tal-oġġetti fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jaqdi l-bżonnijiet tar-reġjuni u l-muniċipalitajiet u jista’ jagħti lill-industrija Ewropea vantaġġ sostanzjali f’dan is-settur;

44.

jirrimarka, madankollu, li l-IoT huwa settur ġdid u li mhux biss huma meħtieġa standards, iżda wkoll sperimentazzjoni innovattiva, li l-finanzjament tagħha għandu tkun prijorità għall-Unjoni;

45.

jinnota li diversi analiżi wrew li ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex infurmati biżżejjed dwar il-benefiċċji tal-IoT, b’mod speċjali fil-kura tas-saħħa, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, kwistjonijiet ambjentali, is-sigurtà, u l-ġestjoni tal-proprjetà, biex ma nsemmux it-trasport intelliġenti, u jittama li l-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura skambju ta’ informazzjoni f’dan il-qasam u dokumentazzjoni aħjar u tipprovdi informazzjoni dwar l-impatt u l-opportunitajiet marbuta mal-Internet tal-oġġetti, il-bliet intelliġenti u d-data miftuħa;

46.

jenfasizza li kull wieħed mill-ħames oqsma ta’ prijorità identifikati mill-Kummissjoni għal standardizzazzjoni huma interkonnessi, iżda li hemm interdipendenza partikolari bejn l-IoT u netwerks 5G futuri. Sakemm tinkiseb kopertura ġeografika sħiħa għan-netwerks 5G, ser ikun impossibbli li l-Internet tal-oġġetti jintuża bl-istess mod fir-reġjuni kollha Ewropej.

Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara CdR 104/2010, CdR 65/2011, CdR 3597/2013, CdR 2646/2015 u CdR 4165/2014.

(2)  CdR 2646/2015.

(3)  CdR 626/2012.

(4)  CdR 1646/2013.

(5)  CdR 5514/2014.

(6)  CdR 5514/2014.

(1)  Ara CdR 10/2009, CdR 5514/2014, Anness 2 ta’ COM(2010) 744 final, u COM(2016) 179 final.

(7)  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/final-report-study-smart-20130043-uptake-cloud-europe.

(8)  Cloud computing – statistics on the use by enterprises (Eurostat, November 2014): http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Cloud_computing_-_statistics_on_the_use_by_enterprises

(9)  CdR 1673/2012.

(10)  CdR 2646/2015.

(11)  COM(2015) 192.

(12)  CdR 4165/2014.

(13)  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/definition-research-and-innovation-policy-leveraging-cloud-computing-and-iot-combination


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/39


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE

(2017/C 088/08)

Relatur:

Dainis Turlais (LV/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Riga

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Iż-żmien biex niddeċiedu

COM(2016) 148 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni, inizjattiva tal-Kummissjoni, li jindika t-triq sabiex sal-2017 jiġi propost il-ħolqien ta’ żona unika ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fl-Unjoni Ewropea;

2.

jirrikonoxxi li s-sistema tal-VAT hija element essenzjali tas-suq uniku u għandha tiġi riformata biex issir aktar sempliċi, aktar ġusta, aktar effikaċi u inqas vulnerabbli għall-frodi u b’hekk jittejbu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fost l-intrapriżi, titnaqqas id-diskriminazzjoni fost il-konsumaturi u jiġi ottimizzat il-ġbir tat-taxxa;

3.

josserva l-importanza għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandha ż-żona unika tal-VAT fl-UE, minħabba li r-ridistribuzzjoni tad-dħul mill-VAT tieħu post ċentrali f’xi Stati Membri, u dawn l-awtoritajiet jingħataw il-kompetenza li jiġbru l-VAT, fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ ugwalizzazzjoni tal-introjtu għall-benefiċċju tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; madankollu, is-sistemi tat-taxxa tal-Istati Membri, għar-ridistribuzzjoni nazzjonali tad-dħul mill-VAT mhumiex fil-kompetenza tal-UE;

4.

ifakkar li l-VAT hija wkoll sors importanti ta’ dħul għar-riżorsi proprji tal-UE peress li fl-2014 kienet tirrappreżenta EUR 17,6 biljun, jiġifieri 12,3 % tad-dħul totali tal-UE;

5.

jappoġġja lill-Kummissjoni fl-objettiv tagħha li tiġġieled il-frodi. Il-volumi kbar ta’ frodi juru n-nuqqasijiet tas-sistemi attwali, li kull sena jikkawżaw telf ta’ dħul sinifikanti għall-Istati Membri, u dan l-ammont huwa stmat li jiħaq EUR 170 biljun fis-sena. Dan għandu impatt negattiv fuq il-baġits pubbliċi, inklużi dawk tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’xi Stati Membri, u fuq il-kapaċità li jiġu provduti servizzi ta’ kwalità; f’dan il-kuntest iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiġbru u jiddistribwixxu statistika dwar il-frodi transkonfinali tal-VAT;

6.

jindika li l-frammentazzjoni u l-kumplessità tas-sistema tal-VAT tikkawża spejjeż kbar għall-konformità għan-negozji involuti fil-kummerċ transkonfinali. Dawn l-ispejjeż huma għoljin bla bżonn għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li huma fundamentali għall-ekonomija u l-impjiegi fil-livell reġjonali. Jinnota li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT bl-istess mod jeħtieġ li jwassal għal simplifikazzjoni għan-negozji leġittimi li jwettqu kummerċ transkonfinali. Is-sistema tal-VAT m’għandhiex timponi xkiel żejjed għall-kummerċ transkonfinali;

7.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-differenzi bejn is-sistemi tal-VAT u r-rati stabbiliti jaffettwaw partikolarment ir-reġjuni tal-fruntiera u l-attivitajiet tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) f’dawn ir-reġjuni. Jeħtieġ għalhekk li jiġi evalwat l-impatt territorjali tal-proposti li jippermettu aktar flessibbiltà fl-iffissar tar-rati tal-VAT;

8.

jinnota li d-Direttiva dwar il-VAT fiha dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rati tal-VAT li għandhom l-għan jipproteġu s-suq uniku u jevitaw distorsjonijiet fil-kompetizzjoni; jemmen li dawn il-prinċipji huma essenzjali u jridu jiġu eżaminati bir-reqqa l-proposti kollha li jippermettu flessibilità akbar fl-Istati Membri għall-iffissar tar-rati sabiex jiġi valutat x’impatt jista’ jkollhom fuq is-suq intern u l-kompetizzjoni;

9.

jappoġġja r-riformi tas-sistema tal-VAT li jistgħu jipprovdu l-bażi għat-tkabbir futur, il-kompetittività u l-impjieg, partikolarment it-tkabbir tal-ekonomija diġitali u mobbli, il-mudelli ekonomiċi ġodda u l-impriżi ta’ servizzi. F’dan ir-rigward, jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li testendi l-punt ta’ kuntatt uniku għall-VAT għas-servizzi elettroniċi għall-provvista ta’ merkanzija, abbażi ta’ skema pilota li għandha l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet fiskali u l-intrapriżi involuti fil-kummerċ fis-settur tal-elettronika;

10.

jemmen li l-effiċjenza tal-Istati Membri fil-qasam tal-amministrazzjoni tat-taxxa hija varjabbli ħafna. M’hemmx biżżejjed kooperazzjoni u fiduċja bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa; jemmen li l-banek għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet fiskali f’każijiet fejn huwa ssuspettat li hemm frodi fir-rigward tal-VAT, fil-limiti tal-leġislazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data;

11.

jirrakkomanda li jiġu eżaminati l-aħjar prattiki tal-Istati Membri dwar l-allokazzjoni ta’ parti mid-dħul mill-VAT lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew b’mod alternattiv jingħataw il-kompetenza biex jiġbru t-taxxa;

12.

jitlob li rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-livell nazzjonali u tal-KtR fil-livell Ewropew jiġu inklużi fil-konsultazzjonijiet dwar kull modifika tas-sistema tal-VAT, fid-dawl tal-effetti diretti ta’ dawn id-deċiżjonijiet fuq il-benesseri tal-popolazzjoni, fuq il-kompetittività tal-intrapriżi u fuq id-dħul tal-awtoritajiet pubbliċi;

Żona unika tal-VAT fl-Unjoni

13.

jistieden, waqt l-eżami tal-prinċipju li skontu l-pagamenti tal-VAT għat-tranżazzjonijiet transkonfinali huma suġġetti għall-istess rekwiżiti bħal dawk ta’ tranżazzjonijiet domestiċi, il-kunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-impatt ta’ dan fuq l-SMEs, meta jinżammu diversi rati ta’ VAT fl-istess ħin;

14.

jaqbel mal-fehma li s-sistema l-ġdida għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tad-destinazzjoni, u jistipula li fil-każ ta’ bejgħ lil klijent fi Stat Membru ieħor tal-UE, il-VAT għandha tiġi imposta skont il-liġi tal-pajjiż fornitur u bir-rata applikata fil-pajjiż ta’ destinazzjoni, u li l-irċevuti tal-VAT tal-Istat tal-ġbir għandhom ikunu trasferiti lejn l-amministrazzjoni kompetenti tal-Istat tal-konsum;

15.

jilqa’ l-intenzjoni li jiġi żgurat li l-impriżi li jwettqu operazzjonijiet kummerċjali fi ħdan is-suq uniku jkunu kapaċi jsolvu kwalunkwe kwistjonijiet tal-VAT fl-amministrazzjoni kompetenti tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u li huma ma għandhomx jiġu obbligati jirreġistraw fir-reġistru tal-VAT, jipprovdu dikjarazzjonijiet u jħallsu tariffi għall-użu fl-Istati Membri kollha tal-UE fejn ikunu qed iwettqu transazzjonijiet kummerċjali. Dawn is-semplifikazzjonijiet m’għandhomx iwasslu għal riskju ta’ telf ta’ dħul mill-VAT u jinfluwenzaw is-sovranità fiskali tal-Istati Membri;

16.

jemmen li l-pjan tal-Kummissjoni huwa ambizzjuż u se jieħu ż-żmien biex jiġi implimentat; għalhekk jappoġġja l-prinċipju ta’ implimentazzjoni gradwali;

17.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri bl-għan li tiżdied l-effiċjenza tat-tassazzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi sabiex jonqos l-ammont ta’ VAT mhux miġbur mill-Istati Membri. Dan jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-isforzi biex tinbena fiduċja fil-konfront tal-awtoritajiet tat-taxxa, kif ukoll għal kooperazzjoni effettiva, li hija meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-sistema l-ġdida. Il-KtR jenfasizza li l-introduzzjoni ta’ rapporti u għodod tal-awditjar ġodda ma jistgħux jimponu piż żejjed fuq l-impriżi, partikolarment l-SMEs;

18.

jistieden lill-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet konkreti dwar il-leġislazzjoni dwar il-VAT fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari biex jeliminaw id-differenzi osservati s’issa bejn l-Istati Membri b’rabta mad-derogi mid-direttiva dwar il-VAT mogħtija lil pajjiżi individwali, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha jimplimentaw dawn id-derogi;

19.

jinnota li l-Kummissjoni, meta tagħmel proposti biex tiżdied l-effiċjenza tal-amministrazzjoni tat-taxxa, għandha tirrispetta l-kompetenzi amministrattivi nazzjonali u/jew reġjonali;

20.

jinkoraġġixxi użu aktar effettiv tal-għodod tal-IT billi tintuża kull data elettronika disponibbli għall-ġlieda kontra l-frodi, filwaqt li jiġi żgurat il-ħarsien tad-data;

21.

minħabba s-sistemi ta’ pagamenti invertiti u maqsuma (1) tal-VAT implimentata f’ħafna pajjiżi, jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku dwar jekk il-VAT imħallsa tmurx lura fil-baġits nazzjonali, reġjonali jew lokali, billi ċ-ċittadini huma prinċipalment dawk li jħallsu l-VAT; jirrakkomanda li tiġi analizzata l-possibbiltà ta’ introduzzjoni ta’ sistema ta’ pagament elettroniku volontarja, li jittrasferixxi l-VAT mill-akkwisti taċ-ċittadini għall-baġit tal-awtorità kompetenti u l-ammont tax-xiri mingħajr VAT, kif jiġri s’issa, lill-bejjiegħ;

Ir-rati tal-VAT

22.

jinsisti li m’hemmx biżżejjed evidenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni marbuta man-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-VAT fuq ċerti tipi ta’ attivitajiet ta’ entitatijiet tas-settur pubbliku u ta’ kooperazzjonijiet interkomunali fejn l-attivitajiet huma meqjusa bħala ta’ interess pubbliku. L-eżenzjoni tal-VAT għall-entitatjiet pubbliċi tibbaża fuq kriterji oġġettivi u armonizzati fil-livell Ewropew u mhux fuq id-diskrezzjoni tal-Istati Membri;

23.

jitlob li fl-analiżi tal-impatt tal-Kummissjoni, li hija skedata għall-pubblikazzjoni fl-2017, jitqiesu l-interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; f’dan ir-rigward, f’konsultazzjoni magħhom, għandhom jiġu ċċarati l-kunċetti ta’ “distorsjonijiet tal-kompetizzjoni (ta’ ċertu daqs)”;

24.

iqis li huwa urġenti li l-Istati Membri kollha għandhom ikunu jistgħu japplikaw id-derogi kollha stabbiliti fil-passat minn kwalunkwe Stat Membru;

25.

jitlob li r-rata tal-VAT fuq il-binjiet tal-iskejjel titnaqqas għal 6 %;

26.

jenfasizza li l-lista attwali tar-rati mnaqqsa tal-VAT hija partikolarment opaka u m’għandhiex tifsira definita sew. Huwa għalhekk diżappuntat li l-Kummissjoni ma għamlitx inventarju eżawrjenti u trasparenti tar-rati mnaqqsa tal-VAT li ngħataw; iqis li jeħtieġ li tiġi riveduta l-lista tar-rati mnaqqsa tal-VAT, b’kunsiderazzjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi, ekonomiċi u oħrajn u l-effett tad-distorsjoni maħluq mir-rati differenti tal-VAT għal oġġetti u servizzi simili; din ir-reviżjoni għandha, sa fejn hu possibbli, twassal lejn armonizzazzjoni sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq uniku għall-SMEs;

27.

barra minn hekk, huwa tal-fehma li l-entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ interess ġenerali jista’ jkollhom aktar interess ekonomiku li titnaqqas il-VAT ex-post pjuttost milli jkunu mhux taxxabbli ex-ante;

28.

iqis li l-għażla 1 (estensjoni u reviżjoni regolari tal-lista ta’ oġġetti u servizzi eliġibbli għal rata mnaqqsa) tista’ twassal għal riskji iżgħar mill-għażla 2 (tħassir tal-lista ta’ oġġetti u servizzi eliġibbli għal rata mnaqqsa);

29.

iqis li iktar libertà lill-Istati Membri fl-iffissar tar-rati inevitabbilment twassal għal varjetà akbar fir-rati, li tista’ tgħawweġ is-suq uniku u twassal għal piżijiet fuq in-negozju, speċjalment l-SMEs; jindika li l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni komprensiva biex tistudja l-impatt tal-proposti tagħha dwar il-kompetizzjoni u l-piżijiet amministrattivi għan-negozji u l-impatt territorjali tagħhom, b’mod partikolari f’reġjuni konfinali;

30.

jinnota li l-komunikazzjoni ssemmi wkoll l-ispejjeż u n-nuqqasijiet l-oħra relatati mat-trasferiment tal-kompetenzi lill-Istati Membri fit-tnaqqis tar-rati, inkluż ir-riskju ta’ tnaqqis fid-dħul u l-kumplessità tal-VAT u ż-żieda fl-ispejjeż u l-inċertezza legali għan-negozji; iqis li dan ir-riskju għandu jiġi evalwat bir-reqqa;

31.

jappoġġja, f’konformità mal-opinjoni tiegħu dwar l-iskart tal-ikel (Ġunju 2016), il-proposta li l-bejjiegħa bl-imnut fuq skala kbira jkunu intitolati li jnaqqsu l-VAT fuq id-donazzjoni ta’ ikel mhux mibjugħ;

Kummerċ elettroniku

32.

jindika li regoli kumplikati tal-VAT li jvarjaw f’kull Stat Membru huma wieħed mill-ostakli ewlenin għall-kummerċ elettroniku; jirrikonoxxi li s-sistema tal-VAT għandha tiġi semplifikata u l-ispejjeż ta’ konformità għall-SMEs għandhom jitnaqqsu, b’mod partikolari billi jiġu indirizzati l-fatturi li huma inqas favorevoli għan-negozji bbażati fl-Unjoni Ewropea milli għall-fornituri ta’ pajjiżi terzi;

33.

huwa favur l-estensjoni tal-mekkaniżmu tal-punt uniku ta’ kuntatt li jinkludi l-kummerċ tal-prodotti, u l-introduzzjonijew iż-żieda ta’ limiti tal-VAT għan-negozji li għadhom jibdew u l-mikrointrapriżi;

34.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta biex titneħħa l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta’ kunsinni żgħar minn pajjiżi terzi u l-kontrolli permezz ta’ awditjar uniku tan-negozji transkonfinali, peress li bħalissal-SMEs Ewropej qed jiffaċċjaw żvantaġġ kompetittiv meta mqabblin ma’ dawk f’pajjiżi terzi;

Pakkett tal-VAT favur l-SMEs

35.

jindika li l-iżvilupp ekonomiku tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa msejjes fuq l-SMEs u li l-ispejjeż li dawn tal-aħħar għandhom iħallsu sabiex jiżguraw l-osservanza tar-regoli dwar il-VAT huma proporzjonalment ogħla minn dawk għall-intrapriżi l-kbar; l-SMEs huma għalhekk obbligati joperaw f’kundizzjonijiet kompetittivi żvantaġġużi;

36.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f’diversi Stati ġew adottati miżuri għas-semplifikazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ negozji ġodda, u bbażati evidentement fuq it-titjib tal-ambjent tan-negozju, issa huma ħafna drabi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ intrapriżi biex jistabbilixxu skemi ta’ frodi carousel;

37.

jindika li l-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti (inklużi l-amministrazzjonijiet tat-taxxa) għandhom jerfgħu r-responsabbiltà li jimmonitorjaw attivitajiet tal-intrapriżi, li qed joperaw legalment; din ir-responsabbiltà m’għandhiex tkun iddelegata lil kontropartijiet, intrapriżi oħra, kif stqarret kemm-il darba l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi rigward il-VAT;

38.

jirrakkomanda li fil-pakkett dwar l-SMEs li l-Kummissjoni se tipproponi fl-2017, hija tipprovdi miżuri ta’ semplifikazzjoni rilevanti.

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Pereżempju, il-Kummissjoni Ewropea approvat it-talba tal-Italja dwar il-ħolqien ta’ sistema ta’ ħlas maqsum tal-VAT għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma soġġetti għall-VAT. Meta l-amministrazzjonijiet pubbliċi jħallsu fattura rigward oġġetti jew servizzi, parti mill-VAT tiġi mħallsa direttament lit-Teżor pubbliku. Din is-sistema hija fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017 meta għandha tinbidel kollha għal fatturazzjoni elettronika fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika. Skont xi stimi, l-Italja tilfet EUR 900 miljun kull sena fil-qafas tal-pagamenti tal-VAT tal-amministrazzjonijiet pubbliċi.


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/43


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar il-klima — approċċ territorjali għall-COP22 f’Marrakesh

(2017/C 088/09)

Relatur:

Francesco Pigliaru (IT/PSE) President tar-Reġjun ta’ Sardinja

Dokument ta’ referenza:

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

1.

Il-Ftehim ta’ Pariġi huwa kisba konsiderevoli peress li huwa universali, vinkolanti u bbilanċjat. Huwa jstabbilixxi pjan ta’ azzjoni globali li trażżan iż-żieda fit-temperatura f’dan is-seklu għal ferm taħt iż-2 oC u li tixpruna l-isforzi biex iż-żieda tiġi limitata aktar għal 1,5 oC meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Dan huwa partikolarment importanti peress li r-rotta deskritta għad-dekarbonizzazzjoni tipprovdi gwida affidabbli għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli kollha, tevita l-intrappolament f’investimenti fil-karbonju bi spejjeż kbar, u tipprovdi ċertezza u direzzjoni ċara għan-negozji u l-investituri. It-22 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC COP22) se jkollha l-għan li żżomm il-momentum pożittiv mill-Ftehim ta’ Pariġi u timplimenta l-mekkaniżmi varji tal-ftehim.

2.

Madankollu, anke jekk jiġi implimentat kompletament, il-wegħdiet attwali tal-Partijiet mhumiex ser ikunu biżżejjed biex jintlaħaq il-livell tal-miri maqbula. Azzjoni msaħħa se jkollha tiġi mir-reġjuni u l-bliet, li huma relatati mill-qrib mal-komunitajiet lokali u t-territorji, filwaqt li l-Partijiet għandhom iressqu l-kontributi aġġornati tagħhom mill-iktar fis — kemm jista’ jkun kmieni fil-kuntest tad-djalogu ta’ faċilitazzjoni fl-2018. Fir-rigward tal-UE, b’mod partikolari, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jsostni l-pożizzjoni preċedenti tiegħu dwar il-bżonn ta’ tnaqqis ta’ 50 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra sal-2030 bl-għan li l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għandhom jilħqu l-quċċata tagħhom mill-aktar fis possibbli u għandhom jitneħħew gradwalment sal-2050 jew sa ftit wara.

3.

L-UE, bis-sistema żviluppata ħafna tagħha ta’ governanza f’diversi livelli, għandha responsabbiltà partikolari biex turi tmexxija maqgħuda u ambizzjuża fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima; għalhekk il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon ir-ratifika f’waqtha tal-ftehim ta’ Pariġi mill-UE u jistieden lill-Istati Membri li għadhom m’għamlux dan li jirratifikawh mill-aktar fis possibbli. Il-KtR jappella wkoll lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jaġġornaw u jispeċifikaw il-Qafas tal-2030 u l-Pjan Direzzjonali 2050 biex b’hekk jikkonformaw mal-obbligu tal-Ftehim għat-tfassil ta’ strateġiji ta’ żvilupp għal livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra għat-tul sa nofs is-seklu; dan il-proċess għandu jibda kemm jista’ jkun malajr, sabiex jippermetti dibattitu komprensiv, fejn l-awtoritajet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll is-soċjetà ċivili u s-settur tan-negozju għandhom ikunu involuti mill-qrib.

Governanza f’diversi livelli

4.

Il-Ftehim ta’ Pariġi għaraf l-importanza tal-governanza f’diversi livelli fil-politika tal-klima. Dan il-prinċipju issa għandu jitpoġġa fil-prattika fil-livelli kollha ta’ gvern sabiex jiġu żviluppati konnessjonijiet u biex jiġu eliminati d-differenzi eżistenti bejn il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima, flimkien ma’ qafas ta’ trasparenza akbar u l-iżvilupp tal-istrumenti meħtieġa għal analiżi tal-bilanċ globali, għal fehim aħjar tal-impatt differenzjat tat-tibdil fil-klima, it-telf u l-ħsara, u għal miżuri xierqa ta’ appoġġ għall-finanzjament u l-kapaċità fir-rigward tal-klima.

5.

Għalhekk, il-KtR jappella għal aktar żvilupp tal-Aġenda tal-Azzjoni Lima-Pariġi (LPAA) u tal-pjattaforma korrispondenti tagħha, iż-Żona ta’ Atturi Mhux Statali għal Azzjoni Dwar il-Klima (NAZCA). Dawn jistgħu jiġu integrati bis-sħiħ fis-Segretarjat tal-UNFCCC permezz tal-Aġenda ta’ Azzjoni Globali dwar il-Klima li tnediet reċentement mill-promoturi tal-klima (Climate Champions) (1) li għadhom kif inħatru. Dan għandu, imbagħad, isir il-bażi għal governanza f’diversi livelli vera u proprja dwar l-azzjoni klimatika, kif innutat ukoll fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew.

6.

Bħala l-akbar kontributuri għal-LPAA u n-NAZCA, ir-reġjuni u l-bliet diġà wrew il-kobor tal-impenn tagħhom lejn il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-potenzjal tagħhom għal aktar azzjoni. Inizjattivi volontarji, bħalma huma l-Patt tas-Sindki tal-UE u l-Memorandum ta’ Ftehim dwar “taħt iż-2 oC”, huma partikolarment ta’ valur miżjud għax jikkontribwixxu għal-LPAA u n-NAZCA b’data kwantifikata u juru ambizzjoni akbar minn leġislaturi nazzjonali. Il-kontribut ta’ dawn l-inizjattivi biex iħeġġu azzjoni fil-livelli kollha għandu jiġi rikonoxxut u mħeġġeġ minn gvernijiet sottonazzjonali u nazzjonali, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet intergovernattivi. L-isforzi tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati u inklużi fi ħdan il-Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali rispettivi, kif diġà huwa l-każ għall-Messiku pereżempju. Għandhom jitrawmu wkoll inizjattivi oħra ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar, u mekkaniżmi biex jitkejjel it-tnaqqis tal-emissjonijiet u biex jiġu evalwati l-politiki għall-mitigazzjoni u l-adattament.

Integrazzjoni aħjar tar-reġjuni u l-bliet fi ħdan l-UNFCCC

7.

Tinħtieġ ukoll integrazzjoni aħjar tar-reġjuni u l-bliet fi ħdan il-proċess tal-UNFCCC u din tkun tippermetti rispons mil-livell lokali sabiex jiġi mgħoddi lura lejn il-livell tan-NU fil-ħin. Il-pajjiżi jkollhom aċċess għall-aqwa informazzjoni li tippermettilhom jagħmlu deċiżjonijiet kosteffettivi li jistgħu jiġu implimentati minn reġjuni u bliet fuq il-post. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit djalogu permanenti u dirett bejn il-livelli differenti, li jibdew mil-livell lokali u reġjonali.

8.

Miżuri biex jissaħħaħ dan id-djalogu jinkludu:

skambji regolari bejn ir-rappreżentanti tal-bliet u r-reġjuni u l-presidenzi tal-COP, il-promoturi tal-klima, kif ukoll is-Segretarjat tal-UNFCCC;

djalogi trilaterali li jinvolvu l-bliet, ir-reġjuni u l-Partijiet fil-qafas tal-istrutturi tal-UNFCCC u b’mod partikulari matul il-COPs;

laqgħat ta’ informazzjoni ta’ kuljum tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill għall-KtR matul il-COPs;

skambji regolari mal-Parlament Ewropew (PE), notevolment id-delegazzjoni tal-PE fil-COPs;

Il-parteċipazzjoni tal-Partijiet (il-pajjiżi) fil-laqgħat tal-grupp informali tal-Ħbieb tal-Bliet.

Fil-livell tal-UE

9.

Wara l-COP21, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill qed jikkollaboraw dejjem iżjed mal-KtR biex jintegraw aħjar approċċ lokali għal-leġislazzjoni tal-UE — notevolment permezz tal-Aġenda Urbana tal-UE. Barra minn hekk, il-pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi fl-UE jħaddan bis-sħiħ il-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli.

10.

Il-Kummissjoni Ewropea tat ukoll bidu għall-estensjoni u t-tisħiħ tal-Patt tas-Sindki tal-UE. Issa jinkludi komponent ta’ adattament minbarra li qed jiġi żviluppat f’bosta partijiet tad-dinja.

11.

Mill-perspettiva tal-KtR, huwa importanti ħafna li nkomplu nżidu fuq dan l-għarfien u li jiġi żgurat approċċ bilanċjat li jirrikonoxxi l-kontributi distinti kemm tar-reġjuni kif ukoll tal-bliet f’dan il-kuntest.

12.

Il-KtR jixtieq jenfasizza li l-prinċipju ta’ governanza f’diversi livelli huwa inklużiv u kosteffettiv għaliex jippermetti lil-livelli kollha tal-gvern jikkoordinaw l-isforzi tagħhom, u permezz ta’ dan, jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom biex tittieħed azzjoni.

13.

Ir-reġjuni għandhom rwol ċentrali billi jipprovdu l-kuntest għal politiki urbani fi ħdan territorju akbar u li dawn jabbinawhom ma’ politiki oħrajn bħall-forestrija, l-infrastruttura favur l-ambjent u dik marina, il-koeżjoni territorjali u l-agrikoltura. Din il-funzjoni tar-reġjuni hija partikolarment importanti fl-UE peress li t-territorju huwa magħmul minn bliet żgħar u ta’ daqs medju, li spiss ikollhom riżorsi u kapaċità limitati biex jieħdu azzjoni. Ir-reġjuni jgħinu biex jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi li ġġib magħha spejjeż kbar, u biex jiżguraw koeżjoni wiesgħa bejn iż-żoni urbani u dawk mhux urbani.

14.

Il-Patt tas-Sindki tal-UE, pereżempju, jinkludi bosta reġjuni bħala koordinaturi reġjonali. Dawn jistgħu jagħtu s-setgħa lil diversi bliet fl-istess ħin biex isiru parti minn dan il-Patt.

15.

Għalhekk, il-KtR jinnota r-rwol kruċjali tar-reġjuni fl-Istati Membri fl-ixprunar ta’ dan it-tip ta’ koordinazzjoni vertikali bejn il-livelli kollha ta’ gvern.

16.

Fl-Italja, pereżempju, xi reġjuni stabbilixxew bord interreġġjonali dwar l-adattament għall-klima. Il-bord ilaqqa’ flimkien il-gvern nazzjonali u r-reġjuni kollha. Dan jiżgura li l-istrateġija Taljana dwar l-adattament, li kienet żviluppata fuq il-bażi tal-Istrateġija Ewropea dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, ser tiġi implimentata fil-livell reġjonali.

Ir-reġjuni huma responsabbli wkoll biex jgħinu lill-bliet fit-territorji tagħhom biex jibnu pjani ta’ adattament lokali kif xieraq.

17.

Abbażi ta’ dan l-eżempju, il-KtR jistieden lir-reġjuni tal-UE biex juru attitudni ta’ tmexxija fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u tal-UE dwar il-klima, u biex iwettqu l-bidla fil-livell lokali. Huwa jappella wkoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jintegraw dan ir-rwol fid-definizzjoni tagħhom ta’ governanza inklużiva dwar il-klima u l-enerġija, kif ukoll fi ħdan l-istrateġija tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. Dan għandu jinkludi l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat ir-rwol ta’ “koordinaturi reġjonali” fil-kuntest tal-Patt tas-Sindki waqt it-tfassil ta’ għodod ġodda ta’ appoġġ għall-firmatarji.

Koordinazzjoni orizzontali

18.

Minbarra l-koordinazzjoni vertikali, il-KtR jemmen li jeħtieġ li l-koordinazzjoni orizzontali bejn politiki differenti ssir aktar fil-fond. L-inklużjoni tal-klima fil-politiki kollha se tippermetti lill-popolazzjonijiet lokali jibbenefikaw minn ħafna benefiċċji konġunti bħalma huma l-kwalità ogħla tal-ħajja u l-impjiegi lokali. Dan jippermetti wkoll li jinħolqu sinerġiji u jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ azzjoni. Pereżempju, huwa stmat li l-pakkett tal-ekonomija ċirkolari tal-UE jista’ jgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra bi 2 sa 4 % kull sena (2) jekk jiġi implimentat kif xieraq. Il-KtR għalhekk jappella lill-COP22 biex tindirizza r-rwol ewlieni tat-tnaqqis fl-isfruttar tal-materja prima u tal-ġestjoni sostenibbli tal-iskart fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

19.

Għaldaqstant il-KtR jistieden lir-reġjuni u l-bliet biex ikunu minn ta’ quddiem fil-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet. Wieħed jista’ jinnota l-mudell li rnexxa tal-kumitat transamministrattiv għall-iżvilupp sostenibbli ta’ Espoo, il-Finlandja. Mhux l-anqas bis-saħħa ta’ dan l-approċċ integrat, Espoo reċentement ġiet ikklassifikata bħala l-aktar belt sostenibbli fl-UE skont studju mitlub mill-Presidenza Netherlandiża tal-UE.

20.

Lil hinn minn kooperazzjoni orizzontali fil-livelli lokali u reġjonali, għandu jiġi evitat ukoll il-ħsieb kompartamentalizzat meta jitfasslu l-miżuri ta’ appoġġ tal-UE disponibbli għar-reġjuni u l-bliet. Għal dan l-għan, il-KtR jistenna bil-ħerqa l-punt uniku ta’ kuntatt imħabbar mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha “Wara Pariġi”, u jenfasizza wkoll l-importanza ta’ dan is-servizz fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ reġjuni.

Il-kontribut tal-Kumitat tar-Reġjuni

21.

Fit-tħejjija għall-COP22 u lil hinn, il-KtR jimpenja ruħu li jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill fl-isforzi tagħhom biex l-implimentazzjoni tal-Ftehim tkun waħda ta’ suċċess f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew.

22.

Il-KtR għandu l-għan li jkun newtrali mil-lat tal-karbonju bħala istituzzjoni, u se jkun f’kuntatt mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, partikolarment mal-Parlament Ewropew f’dan l-isforz.

23.

Fi ħdan l-UE, il-KtR huwa impenjat sabiex ir-reġjuni u l-bliet jiġu infurmati dwar ir-rwol ewlieni tagħhom fit-titjib tal-azzjoni klimatika u dwar il-mekkaniżmi kollha li jiffaċilitaw l-appoġġ għall-azzjoni minn isfel għal fuq.

24.

Il-KtR, bħala sostenitur qawwi tal-Patt tas-Sindki tal-UE, qed jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni fl-inizjattiva fost il-membri tiegħu u ħoloq ukoll Grupp ta’ ambaxxaturi tal-Patt tal-KtR biex jippromovu l-inizjattiva fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

25.

Għalhekk il-KtR huwa impenjat ukoll li jmexxi bl-eżempju. Huwa jagħmel parti mill-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) u jwiegħed li jkompli bl-isforzi tiegħu flimkien mal-amministrazzjoni u l-membri tiegħu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tiegħu u jnaqqas il-konsum tiegħu tal-fjuwils fossili. Għal dan l-għan, il-KtR ser jesplora kif jista’ jikkumpensa għall-emissjonijiet inevitabbli tal-gassijiet b’effett ta’ serra kkawżati minn vjaġġi tal-membri u l-persunal tiegħu. Dan jimplika l-kalkolu tal-marka tal-karbonju tal-KtR, inklużi l-missjonijiet u l-laqgħat esterni kollha f’dan il-kalkolu. Il-kumpens għal emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra għandu jiffinanzja proġetti sostenibbli fi ħdan l-UE. It-teknoloġiji ġodda bħal vidjokonferenzi għandhom jintużaw b’mod aktar mifrux, inkluż fil-laqgħat tal-kummissjonijiet tal-KtR.

26.

Bil-ħsieb li ma jibqax juża l-karti, il-KtR għandu jsegwi l-eżempju tal-Parlament Ewropew li m’għadux jistampa fajls għas-sessjonijiet plenarji u l-laqgħat tal-kummissjonijiet, sakemm il-membri ma jitolbuhomx speċifikament jew ma jkunux meħtieġa dokumenti stampati għal raġunijiet imperattivi oħra.

27.

Lil hinn mill-fruntieri tal-UE, il-KtR huwa impenjat li jaħdem f’koordinazzjoni mad-DĠ CLIMA, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Istati Membri fil-qafas tan-Netwerk Diplomatiku Ekoloġiku li jappoġġja l-implimentazzjoni tal-wegħdiet eżistenti minn Partijiet li Mhumiex fl-UE u jħeġġiġhom jieħdu impenji ġodda li jixbhu lil dawk li ttieħdu mill-Unjoni Ewropea.

28.

B’mod partikolari, il-KtR ser juża l-istrutturi tiegħu bħalma huma l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja, il-Konferenza tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali għas-Sħubija tal-Lvant, it-Task Force dwar l-Ukrajna u l-Kumitati Konsultattivi Konġunti u l-Gruppi ta’ Ħidma ma’ pajjiżi kandidati u prekandidati sabiex iżomm il-politika tal-klima bħala prijorità għolja fuq l-aġenda politika u jappoġġja l-implimentazzjoni tagħha mill-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar id-dinja.

29.

Il-KtR ser jimpenja ruħu b’mod attiv fi ħdan il-MEDCOP22 organizzata f’Tanġier biex ikompli jagħti s-setgħa lill-bliet u r-reġjuni taż-żona biex jieħdu azzjoni dwar il-klima u l-enerġija B’mod partikulari huwa ser jappoġġja l-enfasi fuq il-finanzjament u l-bini tal-kapaċità għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fiż-żona Ewro-Mediterranja, u ser iressaq dawn il-kwistjonijiet għall-attenzjoni tad-delegazzjoni tal-UE għall-COP22.

30.

B’mod partikolari, il-KtR ser jgħin biex jippromovi l-Patt tas-Sindki fil-livell globali, l-ewwel bil-Patt tas-Sindki Ewro-Mediterranju u possibbilment bil-Patt tas-Sindki tal-Lvant fl-2016.

31.

Il-KtR ser ikompli wkoll l-impenn tiegħu fil-livell tal-UNFCCC biex jappoġġja l-pożizzjoni ambizzjuża tad-delegazzjoni tal-UE dwar il-klima u b’mod speċjali l-mudell tal-UE ta’ governanza f’diversi livelli fost l-imsieħba tiegħu mill-grupp ewlieni tal-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet muniċipali.

L-għoti ta’ setgħa lill-komunitajiet tagħna

32.

Minħabba d-daqs tal-azzjoni meħtieġa fir-rigward tal-klima, ilkoll għandna bżonn nibdlu l-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw. Bħala riżultat, sabiex tinbena l-aċċettazzjoni pubblika għal dawn il-bidliet profondi, ir-reġjuni u l-bliet ser ikollhom responsabilità ewlenija li jżommu kuntatt maċ-ċittadini u jagħtuhom is-setgħa biex ikollhom rwol attiv f’din it-tranżizzjoni.

33.

Kemm ir-reġjuni kif ukoll il-bliet għandhom rwol kruċjali biex tiġi ffaċilitata d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar bidla fl-imġiba u miżuri ta’ appoġġ għall-azzjoni individwali fir-rigward tal-klima.

34.

Ir-reġjuni u l-bliet għandhom jidentifikaw u jneħħu l-ostakli li jipprevjenu liċ-ċittadini milli jipparteċipaw bis-sħiħ fit-tranżizzjoni lejn soċjetajiet b’użu baxx ta’ karbonju u reżiljenti permezz ta’ koordinazzjoni ma’ livelli ogħla tal-gvern (nazzjonali, tal-UE u globali).

35.

Sħubijiet fit-tul tal-bliet u r-reġjuni mal-kumpaniji, l-universitajiet, il-komunitajiet lokali, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u l-iskejjel huma essenzjali biex tiġi promossal-azzjoni fir-rigwad tal-klima.

36.

Għaldaqstant il-KtR jistieden lir-reġjuni u l-bliet biex jaqdu r-rwol tagħhom li jippromovu proġetti b’diversi atturi fil-livell sottonazzjonali sabiex tinħoloq kultura għall-iżvilupp sostenibbli li ser issaħħaħ l-isforzi fil-livelli nazzjonali u Ewropej, filwaqt li jenfasizza li hemm differenzi kbar f’termini tal-ħtiġijiet u l-vulnerabbiltà marbuta mat-tibdil fil-klima fost partijiet differenti tal-UE u bejn ir-reġjuni u l-bliet.

Fokus fuq ir-riċerka

37.

Ir-rwol tar-riċerka fil-formulazzjoni ta’ tweġibiet politiċi xierqa għall-isfida tal-bidla fil-klima huwa kruċjali. Rabtiet mill-qrib mad-dinja akkademika se jikkontribwixxu għal tfassil tajjeb ta’ politika b’deċiżjonijiet ibbażati fuq parir espert affidabbli.

Għaldaqstant il-KtR jistieden lir-reġjuni u l-bliet biex jibnu rabtiet mill-qrib ma’ universitajiet u ċentri ta’ riċerka fi ħdan it-territorji tagħhom u lil hinn minnhom u biex jappoġġjaw il-kooperazzjoni interreġjonali f’dawn l-oqsma.

38.

Il-koproduzzjoni tal-għarfien minn fażi bikrija u analiżi trasversali bejn dawk li jfasslu l-politika u l-akkademiċi ser trawwem il-kooperazzjoni fl-identifikazzjoni tal-problemi u s-soluzzjoni konġunta tal-problemi tul iċ-ċiklu kollu tal-proċess tar-riċerka u t-tfassil ta’ politika.

39.

Il-KtR jinnota b’sodisfazzjon li d-deċiżjoni reċenti mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima biex jabbozza rapport speċjali dwar il-Bliet u l-Klima fl-2023 se tixpruna aktar riċerka minn issa dwar l-importanza tal-bliet fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Huwa jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu sehem attiv fit-tfassil ta’ dan ir-rapport u tinvolvi lill-KtR f’dan il-proċess, kif ukoll tippromovi viżjoni territorjali f’diversi livelli tal-azzjoni klimatika. B’mod partikolari, il-KtR jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tippromovi r-riċerka f’dawn l-oqsma sabiex tikkontribwixxi b’mod kostruttiv lejn ir-rapport speċjali li ser jintuża fid-diskussjonijiet futuri tal-UNFCCC, b’mod partikolari l-bilanċ globali li ser jivvaluta l-istat ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi sal-2023.

40.

Il-KtR jippromovi l-inklużjoni tar-rappreżentanti tar-riċerka fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ adattament u ta’ mitigazzjoni.

Soċjetajiet reżiljenti

41.

Huwa importanti li l-Ftehim ta’ Pariġi jirrikonoxxi l-impatt pożittiv importanti tal-adattament fuq il-miżuri ta’ mitigazzjoni.

42.

Il-KtR ser jabbozza opinjoni separata li tiffoka fuq ir-reviżjoni tal-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima li hija ppjanata għall-2017. F’dan il-kuntest, il-KtR jappella għal impenn qawwi lejn l-integrazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament, kif ukoll li l-adattament jiġi integrat fil-politiki rilevanti kollha.

43.

Il-KtR jinnota li minħabba l-effetti negattivi potenzjali tat-tibdil fil-klima fuq il-persuni u l-assi, ir-reġjuni u l-bliet għandhom jingħataw is-setgħa biex tiżdied ir-reżiljenza tagħhom malajr kemm jista’ jkun. Madankollu, il-KtR jisħaq li l-adattament għat-tibdil fil-klima jitlob kooperazzjoni vertikali u orizzontali, u li r-reġjuni u l-bliet jeħtieġu wkoll li jkunu konnessi sabiex jadattaw għat-tibdil fil-klima.

44.

Il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon il-preżentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030 tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll l-integrazzjoni tar-reżiljenza għad-diżastri fi ħdan il-Ftehim tal-COP21. Ir-rabtiet bejn il-bini ta’ infrastruttura reżiljenti u l-adattament għat-tibdil fil-klima għandhom jiġu msaħħa aktar sabiex tiġi promossal-koordinazzjoni transsettorjali bejn is-servizzi tal-protezzjoni ċivili u l-azzjonijiet tal-adattament għall-klima fil-livelli kollha.

45.

Il-KtR jappella għal aktar sensibilizzazzjoni u mekkaniżmi ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ adattament nazzjonali li jkunu orjentati għal reġjun. L-iżvilupp tagħhom fi pjani ta’ azzjoni reġjonali koerenti u ‘l isfel sal-livell lokali għandu jkun immonitorjat mill-qrib b’miri ċari stabbiliti fil-livell tal-UE li għandhom jintlaħqu f’intervalli regolari.

Finanzjament għall-azzjoni tar-reġjuni u l-bliet tal-UE dwar it-tibdil fil-klima

46.

Il-kwistjoni tal-iffinanzjar u tal-aċċess għal finanzjament, b’mod partikolari għar-reġjuni u l-bliet, hija fundamentali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi.

47.

Għalkemm hemm diversi opportunitajiet ta’ finanzjament fi ħdan l-UE, ir-reġjuni u l-bliet jiffaċċjaw diversi ostakli, li jwaqqfuhom milli jkollhom aċċess għall-miżuri ta’ appoġġ disponibbli fil-livell tal-UE, kemm mill-fondi tal-UE kif ukoll mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

Wara ħafna dibattiti fi ħdan il-KtR u ma’ partijiet interessati differenti, il-KtR jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, il-BEI u l-Istati Membri jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ kapaċità amministrattiva xierqa bejn il-bliet u r-reġjuni, sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet ta’ finanzjament pubbliċi u privati disponibbli fil-livell tal-UE, partikolarment għal entitajiet territorjali iżgħar.

48.

L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħmlu wkoll sforz partikolari biex jikkomunikaw u jipprovdu informazzjoni dwar dawn l-opportunitajiet differenti. Il-KtR jimpenja ruħu li jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea u lill-BEI biex jiżviluppaw l-għodod ta’ komunikazzjoni mmirati meħtieġa.

49.

Il-KtR huwa mħasseb ukoll dwar l-użu potenzjalment ineffiċjenti tal-fondi strutturali f’diversi Stati Membri. Filwaqt li 20 % tal-baġit tal-UE huwa ddedikat għal azzjoni klimatika, fil-proġetti ffinanzjati mill-fondi strutturali ma jiġix applikat jew verifikat b’mod sistematiku kriterju dwar il-klima, u dan ifisser li hemm periklu li l-fondi tal-UE jintużaw għal proġetti li jmorru kontra l-għanijiet klimatiċi tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jkunu attenti u jinvestigaw dawn il-kwistjonijiet u jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa, filwaqt li jżommu f’moħħhom il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u d-dritt tal-Istati Membri li jagħżlu bejn sorsi ta’ enerġija differenti.

50.

Il-KtR jitlob li l-Istati Membri jonoraw l-impenn tagħhom biex gradwalment ineħħu s-sussidji li huma ta’ ħsara għall-ambjent. Barra minn hekk, il-KtR iqis li r-riforma kontinwa tal-ETS għandha tirriżulta fl-iffissar ta’ prezz ġust tal-karbonju, li ma jkunx ta’ ħsara għall-kompetittività tal-Istati Membri, u f’mekkaniżmu li jippermetti lir-reġjuni jappoġġjaw l-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Il-KtR jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill għall-eżempju ta’ suċċess tas-suq tal-karbonju stabbilit bejn California u Quebec. Biljuni ta’ dollari issa qed jiġu investiti mill-ġdid fl-ekonomija lokali biex jappoġġjaw lill-kumpaniji, il-bliet u ċ-ċittadini fit-tranżizzjoni lejn ekonomiji b’livell baxx ta’ karbonju. Il-KtR jitlob li l-UE tieħu spunt minn dan l-eżempju fl-allokazzjoni ta’ kwoti. Huwa jitlob li l-Istati Membri jippermettu lir-reġjuni jaqdu rwol attiv fis-sistema għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), notevolment billi jimmaniġġjaw parti mid-dħul mill-irkant u jerġgħu jinvestuh fi proġetti sostenibbli.

51.

Jeħtieġ li l-UE tissorvelja l-leġislazzjoni tagħha stess sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment fl-enerġija rinnovabbli; eżempju ta’ dan huwa li livell iżjed baxx ta’ taxxa tal-bijofjuwils attwalment jitqies bħala għajnuna mill-Istat, li tingħata esklużivament bħala eżenzjoni għal perjodu limitat ta’ żmien, u jwassal għal kundizzjonijiet inċerti ta’ investiment u piżijiet amministrattivi għall-manifatturi u l-fornituri tal-fjuwils rinnovabbli.

Minħabba l-iskala kbira ta’ finanzjament meħtieġ, ir-reġjuni u l-bliet jeħtieġ li jattiraw kemm il-finanzjament pubbliku kif ukoll dak privat. Għad hemm potenzjal kbir mhux sfruttat għan-negozju f’setturi relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi.

52.

Għaldaqstant il-KtR jistieden lir-reġjuni u l-bliet biex jappoġġjaw bidla fil-mentalità minn “għoti ta’ fondi” għal “finanzjament” ta’ pjani tan-negozju vijabbli għal żvilupp sostenibbli.

53.

Għal dan l-għan, għandu jissaħħaħ id-djalogu bejn is-settur pubbliku u dak privat. Barra minn hekk, ir-reġjuni u l-bliet għandhom jaħdmu mal-BEI u s-settur bankarju b’mod aktar wiesa’ sabiex jiżdied l-għarfien tagħhom dwar mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi għal proġetti reżiljenti u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.

F’dan il-kuntest, il-KtR jinsisti li ċ-ċertezza u l-prevedibbiltà regolatorji għandhom ikunu prerekwiżiti ewlenin sabiex tali proġetti jkunu jistgħu jitwettqu. Il-KtR jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu kondiviżi prattiki tajba dwar l-integrazzjoni ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà fis-settur finanzjarju. Il-prodotti finanzjarji għandhom jiġu evalwati u ttikkettati fir-rigward tal-esponiment tagħhom għar-riskji relatati mal-klima kif ukoll il-kontribut tagħhom għal tranżizzjoni lejn livell baxx ta’ karbonju, sabiex l-investituri pubbliċi u privati jingħataw gwida.

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  http://newsroom.unfccc.int/climate-action/global-climate-action-agenda/

(2)  “Circular Economy Package 2.0: Some ideas to complete the circle” Marzu 2015, Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent (EEB) http://www.eeb.org/index.cfm?LinkServID 2E1B48-5056-B741-DB594FD34CE970E9


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/49


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan direzzjonali tal-UE għaċ-ċikliżmu

(2017/C 088/10)

Relatur:

Is-Sur Peel (UK/PSE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Manchester

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Bidla radikali u pjan direzzjonali tal-UE għaċ-ċikliżmu

1.

ifakkar li mill-1950 ‘il quddiem, l-ippjanar b’rabta mat-trasport, il-bliet u l-użu tal-art sistematikament ipprijoritizza t-trasport motorizzat individwali a spejjeż tal-mobbiltà attiva u t-trasport pubbliku f’bosta postijiet madwar l-Ewropa. L-użu tal-karozzi sar il-mezz ewlieni tat-trasport, anke għal ħafna vjaġġi qosra. Din l-evoluzzjoni kkontribwixxiet b’mod sinifikanti għal numru ta’ sfidi serji, partikolarment it-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-arja, l-istorbju, il-kwistjonijiet relatati mas-sikurezza fit-toroq, il-konġestjoni, il-kwalità baxxa tal-ispazju pubbliku, is-segregazzjoni tal-użu tal-art, id-dipendenza miż-żejt fis-settur tat-trasport u piż fuq il-kapaċità tal-akkwist tal-konsumaturi, livelli insuffiċjenti ta’ attività fiżika fost parti kbira tal-popolazzjoni, eċċ.; din tal-aħħar, b’mod partikolari, wassal għal aktar problemi (pereżempju, id-dewmien fl-iżvilupp tal-ħiliet motorji, b’mod partikolari fost it-tfal, l-obeżità, problemi ta’ konċentrazzjoni, eċċ.);

2.

jitlob, sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, għal bidla radikali fil-politiki tat-trasport u tal-ippjanar/l-użu tal-art li jeħtieġu ġerarkija sostenibbli ġdida tat-trasport, waqt li jiġu prijoritizzati inċentivi u miżuri sabiex il-modi attivi (il-mixi u ċ-ċikliżmu) isiru aktar attraenti u siguri l-ewwel, flimkien mal-promozzjoni tat-trasport pubbliku t-tieni, l-iżvilupp tal-car-sharing/pooling it-tielet u l-użu tal-karozza personali privata l-aħħar u tkun possibbli l-integrazzjoni meħtieġa tal-modi differenti tat-trasport. Dan irid jiġi rifless fl-aspetti kollha tal-ippjanar tat-traffiku, inklużi l-prijoritizzazzjoni tal-fluss tat-traffiku għal utenti attivi tat-trasport, l-investimenti fl-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-ispazju fit-toroq, il-prijoritizzazzjoni tal-kodiċijiet tat-triq, eċċ.

3.

jirrikonoxxi li bidla radikali fil-politika tat-trasport hija sforz konġunt bejn il-livelli kollha tal-gvern, mil-livell lokali u reġjonali għal dak nazzjonali, Ewropew u saħansitra anke governanza globali. Għaldaqstant jittama li jkun hemm integrazzjoni akbar bejn il-livelli diversi ta’ ppjanar, b’mod partikolari lokali u reġjonali, li tipprevedi l-impenn attiv tal-atturi kollha tas-soċjetà ċivili, inklużi n-negozji, l-NGOs, it-trejdjunjins, l-akkademiċi, eċċ.;

4.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss, fi ħdan l-istrumenti ta’ ppjanar reġjonali, it-titjib tal-aċċessibbiltà għall-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti fil-waqfiet tat-trasport pubbliku, u l-provvista, b’rabta mal-punti nodali tas-sistema, ta’ spazji u parkeġġi siguri u attraenti kif ukoll aċċessibbli għal kulħadd għar-roti u għal servizzi potenzjali bħall-“bike sharing” (kondivizjoni tal-użu tar-roti);

5.

jindika li l-bidliet fil-politiki u l-allokazzjoni tar-riżorsi, kemm mil-lat uman kif ukoll dak monetarju, huma xprunati minn miri politiċi ambizzjużi, u għalhekk jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex timmira li tirdoppja ċ-ċikliżmu fl-Istati Membri tal-UE fl-10 snin li ġejjin (minn sehem ta’ madwar 7-8 % ta’ vjaġġi bir-rota fil-modali tat-trasport għal madwar 15 %);

6.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tanalizza l-potenzjal għaċ-ċikliżmu fid-diviżjoni modali tat-trasport fil-livell tal-UE fuq perjodu twil ta’ żmien (2030/2040/2050), tevalwa l-investimenti u miżuri oħra meħtieġa biex jiġi sfruttat dan il-potenzjal u twettaq analiżi komprensiva tal-ispejjeż u tal-benefiċċji. Għandha tibbaża din l-analiżi fuq għodod eżistenti, ittestjati sew tal-Għodda ta’ Evalwazzjoni Ekonomika tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-mixi u ċ-ċikliżmu, u tkompli tiżviluppahom billi tqis approċċ trasversali għaċ-ċikliżmu rigward setturi bħalma huma l-ekonomija, l-ambjent, il-klima, l-effiċjenza tal-enerġija, is-settur tat-trasport, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-isport, eċċ.;

7.

jilqa’ bil-qawwa l-inizjattiva meħuda mill-Parlament Ewropew (1) u l-Istati Membri (2) li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta pjan direzzjonali Ewropew/dokument strateġiku fil-livell tal-UE dwar iċ-ċikliżmu. Id-“Dikjarazzjoni dwar iċ-ċikliżmu bħala mezz ta’ trasport li ma jagħmilx ħsara lill-klima” tal-Istati Membri, approvata matul il-Presidenza Lussemburgiża tal-UE f’Ottubru 2015, titlob ukoll li jiġi stabbilit punt fokali Ewropew dwar iċ-ċikliżmu fil-Kummissjoni;

8.

jilqa’ d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-2014 adottata mill-Programm Pan-Ewropew għat-Trasport, is-Saħħa u l-Ambjent u jappoġġja bil-qawwa l-iżvilupp ta’ Pjan Regolatorju pan-Ewropew għall-Promozzjoni taċ-Ċikliżmu mill-Istati Membri, il-WHO, l-UNECE u partijiet interessati oħra (3);

9.

jitlob għal Pjan Direzzjonali tal-UE għaċ-Ċikliżmu li għandu jiġi inkluż fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2018. Il-pjan direzzjonali għandu jindirizza d-domanda dejjem tikber għal azzjoni koordinata fil-livell tal-UE sabiex jiġu sfruttati l-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u tas-saħħa dokumentati sew taċ-ċikliżmu; filwaqt li jiġi żgurat li fi ħdan dan il-pjan direzzjonali hemm azzjonijiet li jippermettu li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar tali benefiċċji u li dawn jixterdu, sabiex tinħoloq drawwa jew kultura taċ-ċikliżmu;

10.

jindika li, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-iżvilupp strateġiku ta’ netwerk nazzjonali ta’ rotot għaċ-ċikliżmu huwa fil-kompetenza tal-Istati Membri u għaldaqstant l-UE għandha taqdi rwol ta’ appoġġ, primarjament fil-konnessjonijiet transkonfinali ta’ dawn in-netwerks, fl-istrateġiji tal-pajjiżi u r-reġjuni bi preżenza żgħira ta’ persuni li jużaw ir-rota kuljum, kif ukoll tikkoordina u tiżviluppa n-netwerk Ewropew tar-rotot taċ-ċikliżmu;

11.

jenfasizza, madankollu, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-atturi prinċipali fit-tiswir tal-kundizzjonijiet għas-sistema tat-trasport u tal-mobbiltà ta’ għada fil-livell urban u reġjonali, b’konformità sħiħa mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità peress li l-mobbiltà urbana u t-trasport urban huma kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. F’dan ir-rigward l-esperjenza turi li pjani dettaljati taċ-ċikliżmu jistgħu jiġu integrati fi strateġiji tat-trasport lokali sabiex jiġu żviluppati viżjonijiet ambizzjużi għaċ-ċikliżmu li jistgħu jiġu appoġġati mill-komunitajiet. Min-naħa l-oħra sħubiji u strateġiji tat-trasport reġjonali jistgħu wkoll jintegraw iċ-ċikliżmu fil-politiki reġjonali u jipprovdu programmi ta’ appoġġ għaċ-ċikliżmu;

12.

itenni, għalhekk, l-appell tal-KtR biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti b’mod aktar attiv fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet (4), u jemmen li, bħala l-vuċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-KtR għandu jmexxi d-diskussjoni dwar l-inizjattivi tal-UE għall-promozzjoni taċ-ċikliżmu peress li l-bliet u r-reġjuni huma mistennija li jibbenefikaw l-aktar minn dawn l-azzjonijiet;

13.

jara wkoll iċ-ċikliżmu bħala element ċentrali għal mobilità urbana sostenibbli, u bħala element ċentrali ta’ aġenda urbana integrata għall-UE;

Finanzjament

14.

jindika li hemm evidenza akkademika soda li l-investimenti f’infrastruttura taċ-ċikliżmu jġibu magħhom proporzjon bejn il-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ mill-inqas 5:1 (5). Il-benefiċċji ekonomiċi huma ġejjin minn angoli differenti: l-ewwel nett, mil-lat tal-ħolqien ta’ impjiegi prinċipalment lokali fil-manifattura tar-roti u l-kummerċ bl-imnut, it-tiswija, il-kostruzzjoni tal-infrastruttura jew il-manutenzjoni, kif ukoll fl-oqsma bħat-turiżmu taċ-ċikliżmu u t-trasport u servizzi oħra. It-tieni nett, mil-lat ta’ saħħa pubblika mtejba minħabba żieda fl-attività fiżika u inqas tniġġis tal-arja u tal-istorbju. It-tielet nett, inqas konġestjoni tat-traffiku jwassal għal tnaqqis f’toroq blukkati, f’dewmien u f’sigħat mitlufa ta’ xogħol, u f’ħela ta’ fjuwil. B’mod ġenerali, dan iwassal għal kwalità aħjar tal-ħajja urbana, kif ukoll għal żieda fl-attrazzjoni. Fl-aħħar nett, il-benefiċċji ekonomiċi jistgħu jitqiesu mil-lat ta’ użu tal-art iktar effiċjenti;

15.

itenni, għalhekk li s-sejħa tal-Ministri tat-trasport fid-“Dikjarazzjoni dwar iċ-ċikliżmu bħala mezz ta’ trasport li ma jagħmilx ħsara lill-klima” għal dokument strateġiku fil-livell tal-UE dwar iċ-ċikliżmu li jidentifika “strumenti tal-UE ta’ politika u ta’ finanzjament li diġà huma mobilizzati jew li għandhom ikunu mobilizzati biex iżidu l-proporzjon taċ-ċikliżmu u jrawmu l-impjieg marbut maċ-ċikliżmu fl-UE, u ċ-ċikliżmu għandu jiġi inkluż fil-politiki tal-UE u l-istrumenti ta’ finanzjament” (6);

16.

jitlob, barra minn hekk, għal politika tal-UE li tħares “il quddiem ta’ investiment fit-trasport, li għandha ttejjeb ukoll is-saħħa pubblika u li tinvesti, billi tikkunsidra bis-sħiħ il-Ftehim ta’ Pariġi fil-COP 21, il-fondi tat-trasport tal-UE fiċ-ċikliżmu (7);

17.

jipproponi, bħala regola ġenerali, li kull proġett rilevanti ta’ infrastruttura kofinanzjat mill-UE għandu jikkunsidra kemm jista’ jkun iċ-ċikliżmu, inkluż sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ impatt negattiv fuq iċ-ċikliżmu permezz tal-bini ta’ awtostradi, linji tal-ferroviji, eċċ. (jiġifieri l-prinċipju ta’ ‘ċikliżmu f’kull proġett ta’ infrastruttura’). Barra minn hekk, fil-programmi ta’ ħidma 2018-2020 tal-programm tal-Kummissjoni Ewropea għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-programm Orizzont 2020, (mobbiltà għat-tkabbir), iċ-ċikliżmu għandu jiġi introdott bħala prijorità awtonoma għall-finanzjament.

18.

jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi kriterji minimi għall-kwalità tal-infrastruttura taċ-ċikliżmu għal proġetti rilevanti kofinanzjati bil-fondi tal-UE, b’mod partikolari kriterji ta’ disinn tan-netwerk li jiffokaw fuq is-sikurezza, il-funzjonalità u sistema ta’ sinjali, sabiex jiġi żgurat valur għall-flus tal-kontribwent Ewropew; jitlob, barra minn hekk, li l-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw dokumenti ta’ gwida fil-livell nazzjonali kif ukoll bażi tad-data tal-aqwa prattika u skambju tal-għarfien għall-forniment ta’ infrastruttura taċ-ċikliżmu. Bl-istess mod, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi kriterji għall-finanzjament, l-immaniġġjar u l-vijabbiltà ekonomika tal-miżuri ewlenin;

19.

jipproponi li fit-TEN-T tiġi inkluża l-EuroVelo, in-netwerk ta’ rotot għaċ-ċikliżmu fuq distanzi twal (8), biex b’hekk jittejbu l-konnessjonijiet transkonfinali jiġu żviluppati l-opportunitajiet għat-turiżmu u titrawwem aċċessibbiltà aħjar fiċ-ċentru tal-belt, u jissuġġerixxi l-użu ta’ fondi mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għan-nodi urbani, pereżempju, għall-bini ta’ rotot urbani u sottourbani (veloċi) taċ-ċikliżmu;

Is-sikurezza fit-toroq

20.

ifakkar li l-biża’ ta’ inċidenti meta r-rota tinsaq fost it-traffiku motorizzat jikkontribwixxi għall-perċezzjoni mifruxa li ċ-ċikliżmu huwa attività perikoluża. Dan il-biża’ huwa sa ċertu punt mhux ġustifikat, peress li l-biċċa l-kbira tal-inċidenti ma jinvolvux ħabta ma’ vettura oħra. Madankollu, għandu l-effett li jiskoraġġixxi ċ-ċikliżmu u jista’ joħloq ostaklu għas-suċċess tiegħu;

21.

ifakkar li l-limiti ta’ veloċità baxxi fiż-żoni urbani u l-infurzar ta’ dawn il-limiti huma fost l-iżjed fatturi importanti għat-tnaqqis tal-imwiet fit-toroq. Il-ħabtiet bejn iċ-ċiklisti u l-vetturi li jkunu qed jinsaqu b’veloċità kbira huma kawża maġġuri ta’ mewt u korriment serju għaċ-ċiklisti. Il-KtR jitlob, għalhekk, lill-UE tipproponi lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ mmaniġġjar aħjar tal-veloċità u li jinħolqu miżuri għall-ikkalmar tat-traffiku permezz tal-introduzzjoni, fost affarijiet oħra, ta’ toroq f’żoni urbani b’limitu ta’ veloċità awtomatiku ta’ 30 km/siegħa (jew 20 mil fis-siegħa) u li jqisu r-roti, sabiex ikun possibbli li l-utenti varji jeżistu flimkien: persuni bil-mixi, roti, karozzi, vetturi ta’ merkanzija tqila, vetturi ta’ emerġenza (ambulanzi, vetturi tat-tifi tan-nar, eċċ.). Barra minn hekk, għandhom ukoll jiddaħħlu gradwalment sistemi intelliġenti ta’ assistenza tal-veloċità permezz ta’ approvazzjoni tat-tip għall-vetturi b’erba’ roti motorizzati ġodda kollha, il-karozzi tal-linja u l-vetturi ta’ merkanzija tqila li jridu jiġu liċenzjati fuq toroq pubbliċi tal-UE; josserva li hemm diskrepanza ċara bejn is-sikurezza reali u oġġettiva taċ-ċikliżmu u l-perċezzjoni suġġettiva tas-sikurezza li għandhom ħafna nies. Sabiex tiġi minimizzata din id-diskrepanza, għandu jkun hemm enfasi fuq miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni mhux vinkolanti, bħal kampanji effettivi a’ informazzjoni pubblika. Huwa biss jekk il-biża’ tan-nies dwar iċ-ċikliżmu jista’ jitnaqqas u l-perċezzjoni suġġettiva tas-sikurezza titjieb, li ċiklisti li jużaw ir-rota kontra qalbhom ikunu jistgħu jħossuhom komdi u jużaw ir-rota bħala forma ta’ trasport.

22.

ifakkar, barra minn hekk, li minkejja n-numru relattivament baxx ta’ vetturi ikbar u itqal f’żoni urbani meta mqabbel man-numru globali ta’ vetturi motorizzati, dawn huma involuti b’mod disproporzjonat fil-fatalitajiet taċ-ċikliżmu;

23.

jiddispjaċih dwar it-tnaqqis bil-mod wisq fil-fatalitajiet taċ-ċiklisti u, f’dan ir-rigward, jappoġġja l-adozzjoni ta’ mira fl-UE kollha dwar korriment serju u l-esplorazzjoni tal-possibbiltà li l-korrimenti serji ma jiġux irrappurtati kollha; F’dan ir-rigward, dan għandu jkun prinċipju prattiku tal-Pjan Direzzjonali tal-UE għaċ-Ċikliżmu biex isir progess lejn il-mira ta’ żero fatalitajiet u li l-UE tkun minn ta’ quddiem fid-dinja fil-qasam tas-sikurezza u l-protezzjoni taċ-ċikliżmu;

24.

jitlob li ssir reviżjoni f’waqtha tar-Regolament dwar is-Sigurtà Ġenerali, b’mod partikolari fir-rigward tat-titjib tal-viżibbiltà diretta li tikkonċerna s-sewwieqa ta’ vetturi tqal tal-merkanzija, li jistgħu jiġu kkomplementati minn sistemi attivi oħra ta’ sikurezza, bħal sensers għall-individwazzjoni taċ-ċiklisti u sistemi awtomatizzati tal-ibbrejkjar sabiex jiġu evitati l-kolliżjonijiet.

25.

jitlob għal aġġornament tar-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq (9) biex jiġu inklużi wkoll proċeduri ta’ ttestjar għall-protezzjoni taċ-ċiklisti meta jkun hemm impatt mal-parti ta’ quddiem tal-karozzi;

26.

jitlob li tiġi kkunsidrata l-integrazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex titjieb is-sikurezza fiċ-ċikliżmu fid-direttivi eżistenti tal-UE bħal pereżempju d-Direttiva tal-UE dwar il-mini u l-infrastruttura (10) fin-network TENT-T għat-toroq urbani u rurali;

Il-mobilità urbana u Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti

27.

jitlob li l-linji gwida li jmiss tal-KE dwar il-loġistika urbana (11) għandhom jirrikonoxxu l-potenzjal enormi li l-konsenja tas-servizzi u l-beni sa 250 kg tibda ssir b’cargo bikes elettriċi u għalhekk jirrakkomandaw li l-konsenji permezz ta’ loġistika li tipprevedi l-użu tar-roti tkun l-għażla preferuta kull meta jkun possibbli;

28.

jindika li l-ippjanar urban u tat-trasport għandu jkun ikkoordinat u integrat mill-qrib mal-mobilità lokali fl-oqsma kollha;

29.

jinsisti li l-edukazzjoni dwar is-sikurezza fit-toroq, dwar il-liġijiet tat-traffiku u dwar ir-regoli tat-triq, kif ukoll xi regoli speċifiċi għar-rota, li tibda fl-iskejjel hija ta’ importanza kbira u din ser tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ inċidenti li jinvolvu liċ-ċiklisti; il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħin biex tiffaċilita t-tixrid ta’ skemi ppruvati u ttestjati għall-iskejjel lokali li jlaqqgħu flimkien l-iskejjel, il-pulizija u partijiet interessati oħra biex jagħmlu liċ-ċiklisti żgħar konxji tat-tekniki tajbin taċ-ċikliżmu kif ukoll tal-kunċetti ewlenin dwar kif jitkejlu l-forza u l-veloċità ta’ impatti potenzjali fuq it-triq, filwaqt li jiġu promossi wkoll il-benefiċċji taċ-ċikliżmu bħala mod tat-trasport soċjali, tajjeb għas-saħħa u essenzjalment sigur;

30.

itenni l-pożizzjoni tal-KtR li r-regolamenti nazzjonali u muniċipali dwar l-aċċess urban u t-tariffi għall-utenti tat-toroq jistgħu jkunu strumenti effettivi għall-ġestjoni tal-kompetizzjoni fid-domanda għall-ispazju fit-toroq fil-livell urban u għall-indirizzar ta’ problemi kruċjali bħall-konġestjoni, it-tniġġis u l-espansjoni urbana (12). Jenfasizza, f’dan il-kuntest, li l-linji gwida mhux vinkolanti li jmiss tal-Kummissjoni dwar l-aċċessibbiltà urbana (13) għandhom jipprijoritizzaw b’mod konsistenti ċ-ċikliżmu; jirrakkomanda lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li parti mid-dħul mill-iskemi għar-restrizzjoni tal-aċċess u mit-taxxi għall-użu tat-toroq għandha tiġi investita mill-ġdid fiċ-ċikliżmu sabiex jinħolqu alternattivi attraenti għall-użu tal-karozza;

31.

jirrimarka li t-taħlita ta’ roti u trasport pubbliku hija ta’ benefiċċju reċiproku u li l-multimodalità hija kruċjali għal netwerks ta’ suċċess u mingħajr skossi tat-trasport urban; itenni l-appell tal-KtR li għandu jkun obbligatorju li jiġu ppubblikati l-ħinijiet u informazzjoni oħra tal-ivvjaġġar u li dawn ikunu aċċessibbli bis-sħiħ għaċ-ċittadini tal-UE kollha (14) kif ukoll l-iżvilupp tas-sistemi tal-informatika u applikazzjonijiet dwar rotot li jieħdu inkunsiderazzjoni l-intermodalità, u jitlob li, fir-rigward tal-multimodalità, l-iskemi marbutin maċ-ċikliżmu u l-kondiviżjoni tal-użu tar-roti jiġu kompletament integrati fi standards tekniċi, fil-leġislazzjoni tal-UE u fi skemi tar-R&Ż iffinanzjati mill-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-ippjanar tal-vjaġġi, il-ħruġ ta’ biljetti, il-parkeġġ, eċċ. Jeħtieġ li titjieb l-infrastruttura fi ħdan u madwar l-istazzjonijiet tal-karozzi tal-linja u tal-ferrovija kif ukoll l-installazzjonijiet tat-trasport pubbliku proprju, biex jiġi ffaċilitat il-bdil bejn il-ferroviji, il-karozzi tal-linja u r-roti (15);

Il-mobbiltà elettronika u l-politiki ta’ akkwist pubbliku

32.

jipproponi li l-politiki tal-elettromobbiltà fil-livelli governattivi kollha għandhom dejjem jikkunsidraw iċ-ċikliżmu elettriku;

33.

jagħti parir lill-Kummissjoni sabiex tinkludi ċ-ċikliżmu fir-reviżjoni tagħha tal-kriterji għat-trasport fi ħdan l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE. Il-kriterji tal-akkwist mhux biss għandhom ifittxu li jagħmlu titjib marġinali fuq il-karozzi u l-vetturi kummerċjali ħfief (LCVs) mixtrija minn xerrejja pubbliċi, iżda wkoll jiksbu bidla modali lejn mezzi tat-trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħaċ-ċikliżmu. Għalhekk, għandu jkun stadju obbligatorju fil-proċeduri tal-akkwist skont il-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-UE li jiġi ċċekkjat jekk ir-roti (inklużi l-pedelecs) jistgħux jinxtraw minflok karozzi tal-passiġġieri u cargo bikes (inklużi dawk elettriċi u dawk megħjuna bl-elettriku) minflok l-LCVs. Barra minn hekk, jirrakkomanda l-inkorporazzjoni ta’ kriterji ta’ innovazzjoni fl-akkwisti pubbliċi li jiffaċilitaw l-aspetti kollha tal-iżvilupp teknoloġiku u t-tixrid bejn l-Istati Membri;

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-kwalità tal-arja

34.

jirrikonoxxi li hemm bżonn ta’ firxa ta’ politiki għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE tad-dekarbonizzazzjoni għas-settur tat-trasport u titjieb il-kwalità tal-arja urbana. Dan jinkludi soluzzjonijiet tekniċi, bidliet fil-politiki u inċentivi biex jiġu evitati vjaġġi bla bżonn. Il-programmi ambizzjużi ta’ konsenji li jipprevedu l-użu tar-roti għandhom jagħmlu parti integrali minn kwalunkwe mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u strateġija tal-kwalità tal-arja, irrispettivament mil-livell ta’ governanza. Politiki ambizzjużi dwar iċ-ċikliżmu jistgħu wkoll jikkontribwixxi biex jintlaħqu 11 minn fost l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (16);

Data dwar iċ-ċikliżmu

35.

jenfasizza li data affidabbli u komparabbli hija essenzjali biex jittieħdu deċiżjonijiet informati u jitkejjel l-impatt tal-interventi tal-politika u l-finanzjament, u għaldaqstant jirrakkomanda lill-Kummissjoni (Eurostat) tiżviluppa metodoloġija komuni għall-ġbir tad-data u definizzjonijiet armonizzati għad-data nazzjonali u urbana dwar l-użu tar-roti;

Punt fokali dwar iċ-ċikliżmu fil-Kummissjoni Ewropea u l-iskambju tal-aħjar prattika

36.

jilqa’ bi pjaċir il-ħatra ta’ persuna ta’ kuntatt dwar iċ-ċikliżmu fid-DĠ MOVE iżda jirrimarka li din il-pożizzjoni għandha tiġi estiża għal punt fokali dwar iċ-ċikliżmu fil-Kummissjoni kollha, u kull punt fokali għandu jkollu mill-inqas persuna li taħdem l-ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time fir-riżorsi tal-persunal, u kkomplementat b’punti ta’ kuntatt dwar iċ-ċikliżmu fid-DĠ rilevanti kollha tal-Kummissjoni billi tiġi żgurata konsultazzjoni effiċjenti bejn is-servizzi u koordinazzjoni fil-Kummissjoni;

37.

jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja sistema ta’ koordinazzjoni, li jkollha r-riżorsi adegwati, biex tindirizza l-ħtieġa tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għal aċċess għall-aħjar prattika, studji tal-każijiet, rapporti, possibbiltajiet ta’ finanzjament, eċċ. dwar iċ-ċikliżmu (17).

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  2015/2005(INI) jitlob għal “pjan direzzjonali tal-UE biex iċ-ċikliżmu jiġi inkluż fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016”.

(2)  Declaration on Cycling as a climate friendly Transport Mode (Dikjarazzjoni dwar iċ-ċikliżmu bħala mezz ta’ trasport li ma jagħmilx ħsara lill-klima), laqgħa informali tal-Ministri tal-UE responsabbli għat-trasport, il-Lussemburgu, 7 ta’ Ottubru 2015 (mhux disponibbli bil-Malti). http://www.eu2015lu.eu/en/actualites/communiques/2015/10/07-info-transports-declaration-velo/07-Info-Transport-Declaration-of-Luxembourg-on-Cycling-as-a-climate-friendly-Transport-Mode---2015-10-06.pdf

(3)  http://www.unece.org/fileadmin/DAM/thepep/documents/Déclaration_de_Paris_EN.pdf

(4)  Opinjoni dwar “L-Implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011” relatur: is-Sur Spyros Spyridon (EL/PPE) (ĠU C 195, 12.6.2015, p. 10).

(5)  Id-Dipartiment tar-Renju Unit għat-Trasport ikkalkula li l-proporzjon bejn il-benefiċċji u l-ispejjeż tas-sussidji fiċ-ċikliżmu huwa ta’ 5.5:1 (ara Department for Transport, “Value for Money Assessment for Cycling Grants”, 2014) Skont Transport & Mobility Leuven, il-proporzjon bejn il-benefiċċji u l-ispejjeż tal-investimenti fir-reġjun kapitali ta’ Brussell huwa bejn 5:1-9:1 (ara Transport & Mobility Leuven, “Impact et potentiel de l’usage du vélo sur l’économie et l’emploi en Région de Bruxelles-Capitale: Les effets directs et indirects de l’usage du vélo en 2002, 2012 et 2020”,) 2014; f’Ħelsinki, dan il-proporzjon kien stmat għal 8:1 (ara City of Helsinki, “Helsinki Bicycle Account 2015”).

(6)  Il-politiki msemmija fid-Dikjarazzjoni jinkludu: Pjani ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli fil-Pakkett dwar il-Mobilità Urbana tal-2013, l-Orjentazzjonijiet ta’ Politika dwar is-Sikurezza tat-Triq 2011-2020, CIVITAS 2020, ELTIS, URBACT u l-Ġimgħa Ewropea tal-Mobilità u strumenti rilevanti ta’ finanzjament (inklużi l-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment, il-COSME u Orizzont 2020).

(7)  Dan jinkludi l-infrastruttura iżda wkoll servizzi ta’ mobbiltà, bħall-kondiviżjoni fl-użu tar-roti, is-sistemi tal-ITS, vetturi ferrovjarji li fuqhom jistgħu jitilgħu r-roti, eċċ.

(8)  http://www.eurovelo.org/

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39), id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).

(11)  http://ec.europa.eu/transport/facts-fundings/tenders/index_en.htm

(12)  Opinjoni dwar ‘Il-pakkett dwar il-Mobilità Urbana’, relatur: Sir Albert Bore (UK/PSE) (ĠU C 271, 19.8.2014, p. 18).

(13)  http://ec.europa.eu/transport/themes/urban/news/2015-11-27-guidance-acces-regulations_en.htm

(14)  Opinjoni dwar ‘Servizzi ta’ informazzjoni u ppjanar u bejgħ ta’ biljetti għall-ivvjaġġar multimodali’, relatur: Petr Osvald (CZ/PSE) (ĠU C 19, 21.1.2015, p. 36).

(15)  Proġett BiTiBi appoġġjat mill-Programm Ewropew dwar l-Enerġija Intelliġenti.

(16)  European Cyclists” Federation (ECF)/World Cycling Alliance. “Cycling delivers on the global goals”, 2015. https://ecf.com/sites/ecf.com/files/The%20Global%20Goals_internet.pdf

(17)  L-Osservatorju tal-Mobbiltà Urbana (ELTIS) ġabar ħafna eżempji ta’ prattika tajba (www.eltis.org).


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-119-il Sessjoni Plenarja tal-10, il-11 u t-12 ta’ Ottubru 2016

21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/54


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Gvern elettroniku 2016-2020

(2017/C 088/11)

Relatur:

Martin Andreasson (SE/PPE), Membru tal-Kunsill Reġjonali ta’ Västra Götaland

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020 – Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika

COM(2016) 179 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-viżjoni globali tal-proposta u l-għan tagħha li tneħħi l-ostakli diġitali eżistenti għas-suq intern u timpedixxi iżjed frammentazzjoni marbuta mal-immodernizzar tal-amministrazzjonijiet pubbliċi;

2.

ifakkar fl-importanza kbira tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kemm mil-lat tal-immodernizzar tal-amministrazzjoni bħala l-kreaturi u l-amministraturi tal-infrastruttura diġitali u s-servizzi diġitali f’oqsma kruċjali għas-soċjetà, kif ukoll bħala l-korpi responsabbli għall-forniment ta’ servizzi liċ-ċittadini b’mod dirett sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom f’dinja dejjem iżjed diġitalizzata;

3.

jenfasizza l-importanza kbira tas-servizzi pubbliċi li jixprunaw it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija Ewropea, lil hinn mill-gvern elettroniku, u josserva li l-proposti previsti jinkludu miżuri li jolqtu ħafna mis-sitwazzjonijiet ta’ ħajjet iċ-ċittadini iżda jonqos miżuri fis-setturi tal-kultura u tal-edukazzjoni;

4.

josserva l-importanza li jiġu mmodernizzati l-istituzzjonijiet pubbliċi u s-sistemi ta’ governanza u li jkunu aċċessibbli għall-individwi u n-negozji permezz tas-servizzi diġitali, u jenfasizza għalhekk li jappoġġja l-iżvilupp tas-servizzi pubbliċi transkonfinali, speċjalment dawk li jippermettu l-interoperabbiltà u t-trażmissjoni tal-informazzjoni bħall-akkwist elettroniku, l-identifikazzjoni elettronika, il-firem elettroniċi, is-servizz elettroniku tad-dokumenti u komponenti fundamentali oħra tal-gvern elettroniku (1);

5.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma importanti biex jirnexxu l-miżuri previsti jiġu involuti fl-iżvilupp u mhux biss fl-implimentazzjoni tal-miżuri nazzjonali previsti u l-istrumenti identifikati fil-pjan ta’ azzjoni;

6.

jipproponi li jkun involut fit-tmexxija tal-pjan ta’ azzjoni tal-gvern elettroniku, bil-għan li tkun rappreżentata d-dimensjoni lokali u reġjonali fid-dibattiti fid-dawl tal-fatt li l-biċċa l-kbira tas-servizzi soċjali jiġu forniti mis-settur lokali u reġjonali;

Introduzzjoni

7.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-gvern elettroniku joħloq gvern iżjed miftuħ, sempliċi u effettiv;

8.

iqis li l-importanza mogħtija lid-diġitalizzazzjoni tal-governanza tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali jew lokali hija fattur pożittiv, b’mod partikolari mil-lat tas-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi li jieħdu l-ħin, u wkoll minħabba li din tippermetti liċ-ċittadini jsegwu l-ħidma leġislattiva, iżommu ruħhom infurmati dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernawhom direttament, kif ukoll biex ikunu involuti b’mod attiv fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

9.

jaqbel ukoll mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li bosta ċittadini u negozji għadhom ma jibbenefikawx mill-potenzjal sħiħ tas-servizzi diġitali pubbliċi, u josserva li l-iżvilupp tal-gvern elettroniku mhuwiex uniformi fl-Istati Membri u r-reġjuni Ewropej;

10.

f’dan il-kuntest, jilqa’ b’sodisfazzjon l-għan tal-pjan ta’azzjoni li jkun strument li jgħaqqad l-isforzi għall-immodernizzar tal-governanza fl-Ewropa;

11.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li pjan ta’ azzjoni dinamiku u flessibbli jagħmel possibbli iżjed miżuri fejn jista’ jintuża l-għarfien tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-forniment ta’ servizzi diġitali pubbliċi f’setturi essenzjali għall-funzjonament kif imiss tas-soċjetà, pereżempju l-edukazzjoni, il-kura, in-negozju, is-saħħa u l-infrastruttura;

12.

jissottolinja l-potenzjal li għandha l-governanza diġitali f’ħafna oqsma bħal fir-rispons għal diżastri; l-isfruttar ta’ teknoloġija mobbli, l-Internet u l-midja soċjali għal skopijiet ta’ komunikazzjoni, jista’ jkun strument siewi mhux biss fil-ġbir, fit-tixrid u l-koordinazzjoni ta’ data iżda wkoll fl-appoġġjar tar-responsabbiltà demokratika u t-trasparenza;

13.

jenfasizza l-importanza li l-pjan ta’ azzjoni jaġixxi bħala xprun għall-immodernizzar ta’dan is-settur pubbliku. Huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fil-ħidma u jingħataw aċċess tajjeb għal sorsi ta’ finanzjament u miżuri li jakkumpanjawhom previsti fil-programmi tal-UE kkoordinati fil-pjan ta’ azzjoni;

Viżjoni u prinċipji fundamentali

14.

jappoġġja l-viżjoni tal-Kummissjoni li, mhux iżjed tard mill-2020, l-amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi jkunu miftuħin, effiċjenti u inklużivi u jipprovdu servizzi diġitali bla fruntieri, personalizzati, faċli għall-utenti u minn tarf għall-ieħor għaċ-ċittadini u n-negozji fl-UE;

15.

jaqbel dwar l-importanza ta’ governanza miftuħa u trasparenti li tipprovdi informazzjoni u servizzi b’mod sigur, sabiex tittejjeb it-trasparenza u l-effiċjenza. Fl-istess ħin, josserva li ċerti tipi ta’ informazzjoni pprovduti mill-istituzzjonijiet pubbliċi jitolbu livell għoli ta’ protezzjoni;

16.

jappoġġja l-prinċipju li l-forniment diġitali tas-servizzi jsir il-metodu awtomatiku kif jiġu pprovduti s-servizzi mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, u għalhekk jenfasizza li hemm bżonn ħidma mmirata, strutturali u fit-tul sabiex tiżdied l-inklużjoni diġitali biex aktar nies ikollhom aċċess għall-infrastruttura u l-ħiliet biex jisfruttaw l-opportunitajiet diġitali;

17.

jappoġġja l-prinċipju ta’ “darba biss” li jirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jitolbu l-istess informazzjoni miċ-ċittadini u n-negozji darba waħda biss;

18.

fl-istess waqt, jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi ġuridiċi, tekniċi u organizzattivi li jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex isir użu mill-ġdid tal-informazzjoni, u jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, l-introduzzjoni ta’ proġett pilota dwar il-prinċipju ta’ “darba biss” għall-kuntatti tan-negozji bejn il-fruntieri u huwa tal-fehma li l-kuntatti estensivi tan-negozji mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu analizzati fil-fażi pilota;

19.

jaħseb li jkun tajjeb li jiġu studjati kunċetti innovattivi tal-gvern elettroniku bħar residenza elettronika, li tipprovdi aċċess għal ċerti servizzi għaċ-ċittadini u l-impriżi mingħajr il-ħtieġa ta’ residenza fiżika. Dan inaqqas burokrazija tedjanti u jagħmilha aktar attraenti għal impriżi barranin biex jinvestu;

20.

jirrikonoxxi li l-iżvilupp inklużiv ta’ kontenut diġitali u servizzi huwa prinċipju li minnu jibbenefikaw l-utenti kollha, b’mod partikolari l-persuni b’diżabbiltà. Għalhekk huwa importanti li titkompla l-kooperazzjoni u r-riċerka sabiex jiġu aġġornati l-istandards eżistenti sabiex jinżamm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi;

21.

jaqbel mal-prinċipju li l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jaqsmu informazzjoni u data ma’ xulxin u maċ-ċittadini u n-negozji b’mod trasparenti u inklużiv. Fl-istess ħin, huwa jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-organizzazzjonijiet rispettivi jieħdu deċiżjoni infurmata biex jiddeterminaw liema informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u liema għandha tiġi mħarsa;

22.

jappoġġja l-prinċipju li s-servizzi tal-gvern elettroniku tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom ikunu transkonfinali min-natura tagħhom, u jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, ta’ spiss f’reġjuni mal-fruntiera, jistgħu jaqdu rwol kruċjali fl-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta’ servizzi transkonfinali li huma rilevanti, effettivi u mingħajr intoppi;

23.

jappoġġja l-prinċipju tal-interoperabbiltà b’mod awtomatiku bħala komponent ewlieni biex jiġu sfruttati l-possibbiltajiet tad-diġitalizzazzjoni;

24.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-protezzjoni adegwata tad-data personali, il-privatezza u s-sigurtà tal-informazzjoni għandha tiġi inkluża fi stadju bikri fl-iżvilupp tas-servizzi diġitali peress li n-nuqqas ta’ fiduċja fis-servizzi diġitali għadu ostaklu għall-iżvilupp tal-gvern elettroniku;

25.

jenfasizza, fl-istess ħin, li l-istandards transkonfinali għal servizzi elettroniku u l-interoperabilità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi m’għandhomx jissostitwixxu soluzzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali li diġà jiffunzjonaw tajjeb, iżda għandhom jipprovdu ħarsa ġenerali tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet li l-awtoritajiet jistgħu japplikaw sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà, meta s-sistemi attwali tagħhom jeħtieġ li jiġu sostitwiti;

26.

josserva li kull organizzazzjoni li tittratta kull tip ta’ data sensittiva għandha taħdem b’mod sistematiku fil-qasam tal-klassifikazzjoni tad-data u s-sigurtà, b’mod partikolari peress li attivitajiet bħal attakki avvanzati ta’ piraterija (hacking), gwerer ċibernetiċi u terroriżmu ċibernetiku jistgħu jagħmlu ħsara konsidervoli. Minkejja li t-trasparenza hija l-punt tat-tluq, kull informazzjoni li titqies li għandha tiġi protetta, jeħtieġ li tiġi protetta b’mod adegwat. F’ċerti każijiet estremi, dan jista’ jimplika li l-informazzjoni jew is-sistema kollha tiġi sseparata fiżikament mill-Internet;

27.

għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon l-armonizzazzjoni tal-qafas legali prevista fir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data, iżda jenfasizza li l-kompetizzjoni f’dan il-qasam hija globali, u jenfasizza l-importanza ta’ qafas legali li ma jxekkilx ir-ritmu tal-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet u servizzi ġodda;

28.

jenfasizza l-importanza ta’ gwida effettiva dwar ir-regolament dwar il-protezzjoni tad-data, u l-ħtieġa li l-partijiet interessati kollha jiġu involuti f’dibattitu dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-proprjetà u r-responsabbiltà fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali;

29.

jenfasizza r-rwol tal-Kummissjoni li toħloq il-prerekwiżiti għall-interoperabbiltà u l-armonizzazzjoni li jippermettu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni li fuqha jissejsu l-prinċipji;

Prijoritajiet politiċi

30.

jirrikonoxxi li għad hemm gruppi ta’ ċittadini fl-Ewropa li m’għandhomx aċċess għall-Internet jew nuqqas ta’ ħiliet diġitali biex jużaw is-servizzi diġitali, u li trid issir ħidma attiva biex tiżdied l-inklużjoni diġitali;

31.

jenfasizza li netwerks affidabbli, bi prestazzjoni għolja u affordabbli fl-oqsma kollha huma kruċjali sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini u n-negozji kollha jkollhom aċċess għal servizzi pubbliċi moderni u jisfruttaw bis-sħiħ it-teknoloġija tal-ġenerazzjoni li jmiss (l-Internet tal-oġġetti, Big Data, is-saħħa elettronika, il-bliet intelliġenti, eċċ.);

32.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-possibbilitajiet ta’ appoġġ fil-livell Ewropew u dak nazzjonali għandhom ikomplu jiġu żviluppati biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-broadband b’veloċità għolja fiż-żoni kollha, partikolarment fiż-żoni rurali tar-reġjuni fejn in-nuqqas ta’ profitabbiltà huwa ta’ sikwit ostaklu għal żvilupp immexxi mis-suq;

33.

jenfasizza li, sabiex l-amministrazzjonijiet pubbliċi jiġu mmodernizzati, jinħtieġu standards u speċifikazzjonijiet tekniċi żviluppati b’mod konġunt mal-atturi kollha rilevanti li jippermettu servizzi diġitali effettivi u li jistgħu jerġgħu jintużaw b’livell għoli ta’ interoperabbiltà;

34.

jilqa’ b’sodisfazzjon ir-reviżjoni li tħabbret tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-amministrazzjonijiet fl-użu tar-rakkomandazzjonijiet tal-qafas;

35.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma għandhomx jitqiesu biss bħala utenti ta’ standards u servizzi transkonfinali, iżda wkoll bħala produtturi ewlenin fi ħdan il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà;

36.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni beħsieba tiżviluppa prototip għal katalgu Ewropew tal-istandards tal-ICT fl-akkwisti pubbliċi u jenfasizza l-importanza kruċjali tal-proċess tal-akkwist, b’mod partikolari fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex tiġi evitata saturazzjoni ta’ sistemi proprjetarji u sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati soluzzjonijiet u servizzi b’livell għoli ta’ interoperabbiltà u innovazzjoni;

37.

jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem iżjed mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-isforzi tagħha biex tappoġġja l-akkwist elettroniku sħiħ sal-2019, l-iżjed għax ser ikun fil-livell ta’ infurzar lokali u reġjonali li jistgħu jitfaċċaw sfidi; il-ħidma flimkien mal-gvern lokali u reġjonali kif ukoll mas-settur privat ser tkun kruċjali biex jinkiseb il-potenzjal sħiħ tat-tfaddil li jista’ jiġi ġġenerat mis-suq tal-akkwist pubbliku li hu stmat għal 2 triljun Euro;

38.

josserva li l-identifikazzjoni elettronika hija kundizzjoni essenzjali għal provvista sigura, effiċjenti u aċċessibbli tas-servizzi pubbliċi diġitali, u jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea qed tippjana li tħaffef l-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ identifikazzjoni elettronika u dawk fiduċjarji (eIDAS) (2);

39.

josserva li l-ħidma dwar l-interoperabbiltà u l-istandards tieħu ż-żmien u teħtieġ riflessjoni fit-tul, kif ukoll finanzjament suffiċjenti u permanenti;

40.

għalhekk, jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ser tindika kif tiġi garantita s-sostenibbiltà fit-tul tas-servizzi diġitali transkonfinali. Dan huwa meħtieġ sabiex tinbena fiduċja fis-servizzi u l-funzjonijiet tekniċi u sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet li jitwettqu b’konnessjoni ma’ din il-ħidma ma jiġux kompromessi;

41.

huwa tal-fehma li l-istituzzjonijiet pubbliċi f’kooperazzjoni mas-setturi privati u setturi mingħajr skop ta’ qligħ għandhom jaħdmu flimkien biex jipprovdu infrastruttura b’aċċessibbiltà adegwata, iżda jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza kif imiss il-konsegwenzi u l-limiti ta’ introduzzjoni potenzjali tal-prinċipju hekk imsejjaħ“no legacy” minħabba l-kumplessità li jiġi ffissat perjodu ta’ żmien adegwat għall-aġġornament tas-sistemi u t-teknoloġiji tal-ekosistemi diġitali;

42.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika punt ta’ kuntatt waħdieni li jlaqqa’ flimkien informazzjoni u funzjonijiet differenti biex jiġu kkomunikati u jinstabu informazzjoni u prattika fil-liġi Ewropea u l-proċeduri legali, informazzjoni dwar negozji u reġistri ta’ insolvenza;

43.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-interkonnessjoni obbligatorja tar-reġistri tan-negozju tal-Istati Membri kollha, fejn in-negozji qegħdin joperaw dejjem aktar lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, u hemm ħtieġa dejjem tikber u domanda għal aċċess għall-informazzjoni dwar in-negozji f’kuntest transkonfinali, b’mod partikolari fir-reġjuni fil-fruntieri tal-Ewropa;

44.

jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll f’dan il-kuntest l-interkonnessjoni elettronika tar-reġistri ta’ insolvenza sabiex jiżdiedu t-trasparenza u ċ-ċertezza legali fis-suq intern u jiġi evitat l-hekk imsejjaħ “forum shopping” (għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni);

45.

jappoġġja inizjattivi biex irawmu l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta’ negozju, u jitlob li l-inizjattiva tfisser tnaqqis fil-piż amministrattiv għan-negozji;

46.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ser tipproponi li testendi l-uniku mekkaniżmu ta’ reġistrazzjoni elettronika u ta’ ħlas tal-VAT u jitlob għall-iżvilupp immirat tar-regoli kumplessi tal-VAT sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ diġitali transkonfinali; Dan huwa partikolarment utli għall-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi, peress li jsibuha iżjed diffiċli li jindirizzaw il-piżijiet amministrattivi li qafas legali kumpless inevitabbilment iġib miegħu;

47.

huwa favur iż-żieda fil-moviment transkonfinali taċ-ċittadini permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali (EESSI) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-persuni li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi fl-UE (EURES);

48.

huwa favur inizjattivi tal-UE li jippermettu l-iskambju tad-data dwar is-saħħa u s-servizzi transkonfinali, li jinkludu sistemi interoperabbli għal preskrizzjonijiet diġitali, biex b’hekk tissaħħaħ is-sikurezza, tal-pazjent, tkun konformi mal-intenzjonijiet fid-Direttiva dwar il-mobbiltà tal-pazjenti (3) u tiżdied il-kwalità u l-effiċjenza tal-kura tas-saħħa;

49.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-livell għoli ta’ involviment min-naħa taċ-ċittadini, in-negozji u r-riċerkaturi fit-tfassil u l-forniment ta’ servizzi pubbliċi diġitali jżid il-kwalità, l-effettività u l-utilità tas-servizzi;

50.

jenfasizza li d-data miftuħa fornita b’mod sikur u kredibbli lil partijiet terzi hija essenzjali biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu modernizzati u trasformati biex jipprovdu servizzi futuri innovattivi fl-attivitajiet tagħhom;

51.

għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva dwar pjattaforma tal-UE fejn il-korpi pubbliċi jistgħu jippubblikaw data u servizzi miftuħa; jenfasizza, madankollu, li l-Kummissjoni għandha tappoġġja l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ strateġiji sabiex tiftaħ id-data, permezz ta’ appoġġ tekniku u metodoloġiku lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

52.

jenfasizza li l-preżentazzjoni ta’ data interoperabbli u ta’ kwalità għolja tissejjes fuq ħidma mmirata, fost l-oħrajn, fil-qasam tal-arkitettura u l-klassifikazzjoni tal-informazzjoni u l-interoperabbiltà fil-livelli kollha, u għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon l-implimentazzjoni u l-użu tal-infrastruttura tad-data fil-livell tal-UE, fejn il-ħidma mwettqa taħt id-Direttiva dwar l-INSPIRE tista’ taġixxi bħala mudell biex tipprovdi deskrizzjonijiet komuni tad-data;

53.

f’dan il-kuntest, jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva Ewropea dwar il-cloud computing (4) bħala opportunità għal iżjed trasparenza u effettività billi tippermetti infrastruttura komuni tal-cloud computing għall-forniment ta’ servizzi diġitali pubbliċi;

54.

jenfasizza l-importanza enormi li l-litteriżmu u l-ħiliet diġitali taċ-ċittadini, il-ħaddiema u dawk li qed ifittxu x-xogħol għandhom għall-implimentazzjoni komprensiva tad-diġitalizzazzjoni fl-ekonomija u l-immodernizzar tal-amministrazzjoni;

Il-ħidma marbuta mal-Pjan ta’ Azzjoni

55.

jaqbel li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tirrikjedi impenn konġunt u responsabbiltà fil-livelli kollha tal-gvern, u jenfasizza r-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala l-“interfaċċa” ewlenija tas-settur pubbliku fil-konfront taċ-ċittadini u n-negozji.

Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara CdR 4165/2014, 5960/2013, 5559/2013, 3597/2013, 1646/2013, 2414/2012, 1673/2013, 626/2012, 402/2012, 65/2011, 104/2010 u 5514/2014.

(2)  Regolament (UE) Nru 910/2014.

(3)  2011/24/UE.

(4)  COM(2016) 178 final.


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/59


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

(2017/C 088/12)

Relatur:

Heinz-Joachim Höfer (DE/PSE), Sindku tal-Belt ta’ Altenkirchen

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Tnedija ta’ konsultazzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

COM(2016) 127 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-proposta għal Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali billi ser tgħin biex timplimenta l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fl-Artikolu. 3 TUE, jiġifieri li “għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta’ impjieg u progress soċjali” (…), “tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal” u “tippromovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri”;

2.

jistenna li l-Kummissjoni Ewropea ssegwi l-prinċipju tas-sussidjarjetà meta tipproponi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u li tirrispetta l-kompetenzi wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali fil-politika soċjali; għandu jiġi żgurat ukoll li l-kontenut tal-pilastru huwa kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tal-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar;

3.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tniedi konsultazzjoni miftuħa dwar pilastru tad-drittijiet soċjali għaliex, wara snin ta’ kriżi b’rati għoljin ta’ qgħad u awsterità, kien hemm bżonn kbir ta’ diskussjoni politika dwar inizjattiva ġdida għad-drittijiet soċjali; jikkunsidra li l-Pilastru jista’ jagħti kontribut għall-koordinazzjoni tal-politiki u d-drittijiet soċjali fl-Istati Membri u jrawwem konverġenza ‘l fuq;

4.

jilqa’ l-isforz tal-Kummissjoni biex jiġu diskussi l-ambitu u l-kontenut tal-pilastru soċjali futur u jenfasizza l-valur miżjud tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan id-dibattitu, speċjalment bit-tisħiħ u l-enfasi fuq l-importanza tad-dimensjoni territorjali għal temi soċjoekonomiċi li jagħmlu parti mill-approċċ politiku globali tal-UE u ta’ approċċ ibbażat fuq il-post fil-waqt tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki soċjoekonomiċi;

5.

itenni l-appell tiegħu għal koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi u soċjali bejn il-livell Ewropew u dak nazzjonali tal-gvernijiet fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u jitlob għal parteċipazzjoni aktar mill-qrib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’din il-koordinazzjoni (1);

6.

jinsisti li dan il-pilastru soċjali għandu jiġi żviluppat abbażi ta’ valur miżjud lokali, reġjonali u nazzjonali li jista’ jintwera u għandu jkun ta’ natura orizzontali, biex jiġi żgurat li tiġi kkunsidrata aħjar id-dimensjoni soċjali tal-governanza ekonomika tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), li hi kruċjali għall-funzjonament u l-vijabilità tal-UEM u għal-leġittimità tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea;

7.

jenfasizza li sabiex din l-inizjattiva tissarraf f’salvagwardji soċjali b’saħħithom inkluż l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, edukattivi, soċjali, flimkien ma’ servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, u tas-sigurtà soċjali, tista’ titqies bħala għodda ta’ koordinazzjoni biex tappoġġja lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali, għall-ġlieda kontra d-dumping soċjali, biex isir progress fil-konverġenza ‘l fuq tal-istandards soċjali fiż-żona tal-euro u biex jiġu kkonsolidati l-għanijiet tal-UE għat-tkabbir inklużiv u sostenibbli;

8.

itenni t-talba tiegħu li, sabiex tittejjeb id-dimensjoni soċjali tal-UEM, huwa kruċjali li jiġu indirizzati d-distakki reġjonali, permezz tal-immodernizzar, fejn adatt, tal-leġislazzjoni attwali u billi jiġu previsti miżuri ġodda ta’ appoġġ favur livell ogħla ta’ konverġenza; jissuġġerixxi għaldaqstant li l-indikaturi tad-disparità reġjonali għandhom jiżdiedu mat-tabella tal-valutazzjoni tal-indikaturi soċjali tal-UEM (2);

9.

jistenna li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali ser tkompli ssaħħaħ id-drittijiet soċjali, kemm individwali kif ukoll kollettivi, elenkati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (3);

10.

jilqa’ l-fatt li tqajmu sfidi ewlenin tal-politika dwar il-ġeneru fl-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, bħalma huma l-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol kif ukoll is-segregazzjoni skont il-ġeneru fis-suq tax-xogħol (punt 5); id-diskrepanzi bejn is-sessi fil-pagi u l-pensjonijiet (punti 5 u 13), in-nuqqas ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja (punti 5 u 18) kif ukoll id-diversi piżijiet fuq in-nisa minħabba l-kura fit-tul ta’ qraba (punt 17). Il-Kummissjoni Ewropea għandha tispjega wkoll jekk il-miżuri proposti humiex biżżejjed biex titnaqqas id-diskriminazzjoni kontra n-nisa jew jekk hijiex meħtieġa, barra minn hekk, aktar integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi;

11.

jilqa’ l-fatt li għalkemm il-proposta tal-Kummissjoni tirreferi biss għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-Istati Membri tal-UE “l barra miż-żona tal-euro ġew mistiedna wkoll biex jipparteċipaw;

12.

jenfasizza li koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u fiskali fiż-żona tal-euro għandha timxi id f’id ma’ kunsiderazzjoni sħiħa tad-dimensjoni soċjali tal-UEM;

13.

jitlob li titpoġġa enfasi akbar fuq il-finanzjament tal-politika soċjali, li hija sfida partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dawn l-isfidi jirriżultaw mhux biss minħabba li l-infiq fuq is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali jvarja ħafna madwar l-Ewropa, iżda wkoll għax l-investiment globali fil-livell sottonazzjonali qed jonqos (4);

14.

jenfasizza l-importanza ta’ aġenda soċjali Ewropea b’saħħitha, li fiha l-kompetittività u l-ġustizzja soċjali jikkomplementaw lil xulxin, b’pagi ġusti, qasam li fih l-UE għandha biss setgħat ta’ koordinazzjoni u li hu determinat minn kull Stat Membru jew bil-liġi jew permezz ta’ negozjar kollettiv, u fi kwalunkwe każ b’rispett sħiħ tat-tradizzjonijiet u l-prattiki tiegħu, bħala komponent ewlieni; tali aġenda għandha tkun konformi mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, skont l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

15.

jenfasizza li, fid-dawl taż-żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-għadd dejjem jikber ta’ persuni li qed jgħixu fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar f’dawn l-aħħar snin, il-pilastru soċjali għandu jqis ukoll il-ħtieġa urġenti li jitnaqqas il-faqar, jippromovi l-inklużjoni soċjali u jiġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ;

16.

jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-livelli tal-gvern, is-setturi u l-partijiet interessati differenti, inkluż rwol aktar b’saħħtu tal-imsieħba soċjali, u l-introduzzjoni ta’ strument effiċjenti għad-djalogu ċivili li jsaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-Unjoni;

17.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li xi awtoritajiet lokali u reġjonali użaw il-politiki tal-akkwist pubbliku tagħhom sabiex jinkoraġġixxu u jesiġu li l-kuntratturi jħallsu pagi ġusti lill-persunal tagħhom, li tista’ tkun ta’ lieva addizzjonali sabiex l-organizzazzjonijiet jitħeġġu jadottaw prattiki ġusti fl-impjiegi. Ifakkar għal dan il-għan li l-liġi tal-UE ma tipprekludix l-esklużjoni minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ offerent li jirrifjuta li jintrabat li jħallas il-paga minima lill-persunal ikkonċernat (5);

18.

jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-proposta tal-Kummissjoni ma tpoġġix aktar enfasi fuq l-indirizzar tal-isfidi li jakkumpanjaw dinja tax-xogħol li qed tinbidel, inkluż iż-żieda tad-diġitalizzazzjoni, li għandha tkun indrizzata b’fokus partikolari fuq l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali fil-forza tax-xogħol. Fil-fatt, l-emerġenza ta’ forom ta’ xogħol mhux standard iwasslu għal riskji ġodda ta’ kwistjonijiet mhux ċari f’termini ta’ drittijiet tax-xogħol u aċċess għall-għajnuna soċjali: għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi sew il-flessibilità fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà;

19.

ifakkar li, f’kuntest tad-diġitalizzazzjoni aċċellerata tal-ekonomija u tas-soċjetà, huwa importanti li ċ-ċittadini, u b’mod partikolari l-persuni aktar anzjani, jiġu pprovduti bil-ħiliet diġitali meħtieġa biex jinkiseb mudell soċjali iżjed inklużiv;

20.

jenfasizza li l-kisba tal-ħiliet permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja huma importanti iktar minn qatt qabel fid-dawl tar-realtajiet tax-xogħol li qed jinbidlu u jissottolinja kemm huwa importanti li l-ħiliet jitqabblu mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

21.

huwa tal-fehma li l-leġittimità demokratika tal-UEM tista’ tissaħħaħ biss jekk iċ-ċittadini Ewropej ikunu konvinti li l-prinċipju tal-progress soċjali u l-ugwaljanza tal-opportunità qed jitħares sabiex l-impjieg u n-normi soċjali ma jitqisux biss bħala periferiċi għall-proċess tal-aġġustament makroekonomiku;

22.

iħeġġeġ biex il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom ta’ implimentazzjoni tal-politiki tal-impjieg u soċjali adegwati, inkluż l-appoġġ u l-bini tal-kapaċità sabiex jiġu żviluppati politiki dwar il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, f’konformità mal-proposta reċenti tal-Kummissjoni Ewropea. Dan jitlob li nindirizzaw l-isfidi lokali u reġjonali f’dawn l-oqsma u li niffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell lokali u reġjonali;

23.

jinnota li l-Ewropa qed taffaċċja sfidi soċjali kbar, b’differenzi ekonomiċi u demografiċi notevoli madwar ir-reġjuni Ewropej, b’għadd kbir ta’ żgħażagħ li qed jaffaċċjaw bosta sfidi bħal sistema edukattiva li ma taqbilx mal-ħtiġijiet tas-suq, diffikultajiet sabiex isibu impjieg, ostakli għall-mobbiltà speċjalment għaż-żgħażagħ li jgħixu f’komunitajiet żgħar, li jinsabu f’żoni periferiċi, ultraperiferiċi, ta’ gżejjer jew żoni rurali, mobbiltà furzata jew iżolament soċjali. Għalhekk ma hemmx soluzzjoni politika waħda tajba għal kulħadd, u kwalunkwe intervent ta’ politika – kemm jekk pubbliku u kemm jekk privat – għandu jqis l-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali, bħal fil-każ ta’ reġjuni li qed jaffaċċjaw sfidi demografiċi u/jew eżodu tal-imħuħ, waqt li jiżgura opportunitajiet soċjali, ekonomiċi u edukattivi minimi għaż-żgħażagħ. Fl-istess ħin, fid-dawl tar-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ persistentement għolja, il-KtR itenni l-importanza li jiġu estiżi l-benefiċċji tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ biex tkopri żgħażagħ sal-età ta’ 30 sena (u mhux biss sa 25 sena) (6);

24.

jinsisti li l-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali għandu jqis bħala prijorità l-ħtieġa għal aċċess universali għal sistemi soċjali u servizzi pubbliċi ta’ kwalità filwaqt li tiġi rispettata bis-sħiħ il-kompetenza tal-Istati Membri f’dan il-qasam;

25.

jenfasizza r-rwol tal-gvern reġjonali u lokali biex ikun minn tal-ewwel li jħaddem prattiki ta’ xogħol flessibbli u joħloq kundizzjonijiet ġusti fuq il-post tax-xogħol, b’konsultazzjoni mal-ħaddiema u t-trejdjunjins u abbażi tal-prinċipji tal-ugwaljanza u r-rispett;

26.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra l-possibilità li tintroduċi miżuri ta’ inċentivi għall-pajjiżi tal-UEM li jimplimentaw riformi biex jilħqu l-għanijiet soċjali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u li jiġġieldu l-iżbilanċi soċjali;

27.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew; barra dan jistenna li l-Kummissjoni tipproponi kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro, li tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha; li tkun tippermetti wkoll koordinazzjoni Ewropea tal-politiki antiċikliċi;

28.

ifakkar li l-qgħad għal żmien twil jista’ joħloq ċiklu vizzjuż li jwassal għal nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ impjieg, erożjoni tal-ħiliet, tnaqqis fil-potenzjal ta’ dħul u żieda fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali permanenti;

29.

jirrimarka li l-popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ ser twassal għal distakki fis-swieq tax-xogħol f’ħafna Stati Membri, u li l-ħaddiema mobbli jistgħu jgħinu jindirizzaw din l-isfida; jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li n-numru ta’ ħaddiema mobbli fl-Ewropa għadu baxx wisq biex is-suq jitqies bħala suq tax-xogħol Ewropew reali; huwa għalhekk essenzjali li l-kwalifiki tal-professjonisti mobbli fl-UE jkunu rikonoxxuti b’mod rapidu, sempliċi u affidabbli (7);

30.

jenfasizza li ċ-ċittadini anzjani huma fost il-gruppi tal-popolazzjoni l-iktar f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, huma primarjament persuni li jgħixu f’żoni rurali periferiċi jew f’żoni urbani żvantaġġjati li huma affettwati. Barra minn hekk, l-anzjani huma ta’ spiss dawk li jkomplu jgħixu f’komunitajiet b’popolazzjoni mnaqqsa jew saħansitra li qed tispiċċa;

31.

kif diġà ntqal fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar ‘Ir-reazzjoni tal-UE għall-isfida demografika’, jeħtieġ li jinħolqu servizzi pubbliċi aktar effettivi u effiċjenti u jiġu stabbiliti approċċi ġodda għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-benessri fiżiku, mentali u soċjali taċ-ċittadini kollha. Għandna naħtfu l-opportunitajiet offruti mit-tibdil demografiku, li jinkludu opportunitajiet ta’ impjieg assoċjati mas-servizzi għall-persuni anzjani li jagħmlu parti mill-‘ekonomija tal-fidda’ (servizzi fiżiċi, diġitali, u dawk marbutin ma’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa, eċċ.). L-aċċess għal dawn is-servizzi hu dritt fundamentali tagħhom;

32.

jirrimarka li l-Ewropej qed jgħixu ħajja itwal, u għalhekk l-ispejjeż tas-saħħa u l-kura soċjali ser jiżdiedu sostanzjalment għal madwar 9 % tal-PDG tal-UE fl-2050; f’dan is-sens l-ICT tista’ tkun alleat qawwi għaż-żamma ta’ kura ta’ saħħa u kura soċjali kosteffiċjenti u ta’ kwalità għolja, minħabba li tagħti s-setgħa lin-nies ta’ kull età biex jimmaniġġjaw aħjar is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, fi kwalunkwe post;

33.

ifakkar li l-investiment fl-ICT jipprovdi għodda ewlenija għar-reġjuni u l-bliet fl-isforzi tagħhom sabiex jiffaċċjaw l-isfida ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ. Investiment bħal dan jista’ jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja, jappoġġja l-inklużjoni soċjali, jgħinhom jibqgħu infurmati dwar żviluppi ġodda fil-livell Ewropew u nazzjonali, jippermetti li l-esperjenza u l-ħiliet akkumulati jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-soċjetà u jistimulaw il-kompetittività u t-tkabbir fil-livell lokali u reġjonali permezz ta’ prodotti u servizzi ġodda;

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-emendar tal-Anness

34.

fil-Punt 2a (Kapitolu I), wara l-frażi: ‘It-trattament ugwali għandu jiġi żgurat… l-użu ħażin jew l-abbuż ta’ relazzjonijiet tax-xogħol mhux permanenti’, żid, ‘anke billi tissaħħaħ il-konformità fir-rigward tal-istandards ta’ kuntratti ta’ impjieg mitlubin mill-kumpaniji biex ikunu jistgħu jingħataw aċċess għall-fondi tal-UE u b’hekk jiġu evitati r-riskji ta’ dumping soċjali’;

35.

Punt 2b (Kapitolu I) għandu jkun ifformulat kif ġej: ‘Il-flessibbiltà fil-kundizzjonijiet tal-impjieg tista’ taġevola d-dħul fis-suq tax-xogħol u żżomm l-abbiltà ta’ min iħaddem li jwieġeb malajr għaċ-ċaqliq fid-domanda; madankollu, għandha tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn kuntratti miftuħa.’;

36.

l-ewwel sentenza tal-punt 7c (Kapitolu II) għandha tinqara kif ġej: ‘Is-sensja ta’ ħaddiem, li jkun lesta b’suċċess il-perjodu ta’ prova, trid tkun iġġustifikata, preċeduta minn perjodu ta’ avviż raġonevoli definit fuq livell nazzjonali, u għandu jkun hemm kumpens adegwat marbut magħha, jekk is-sensja mhix ġustifikata, kif ukoll aċċess għal rikors rapidu u effikaċi għal sistema tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim imparzjali’;

37.

l-ewwel sentenza tal-punt 8a (Kapitolu II) għandha tinqara kif ġej: ‘L-impjieg għandu jkollu remunerazzjoni ġusta b’mod li jippermetti standard tal-għajxien deċenti. Salarji, u fejn applikabbli, il-pagi minimi għandhom jiġu ffissati permezz ta’ mekkaniżmu trasparenti u prevedibbli minn kull Stat Membru jew permezz tal-liġi jew tan-negozjar kollettiv, u dejjem b’rispett sħiħ tat-tradizzjonijiet u l-prattiki tiegħu. L-iffissar tal-pagi għandu jissalvagwardja l-aċċess għall-impjieg u l-motivazzjoni biex wieħed ifittex xogħol, il-pagi għandhom jevolvu f’konformità mal-iżviluppi ta’ produttività’;

38.

Il-punt 11 (a) (Kapitolu III) għandu jinqara: ‘Il-benefiċċji u s-servizzi ta’ ħarsien soċjali għandhom jiġu integrati kemm jista’ jkun, tal-anqas f’territorji ġirien u fejn l-awtoritajiet lokali jaqdu rwol ikbar, sabiex tissaħħaħ il-koerenza u l-effikaċja ta’ dawn il-miżuri u tkun appoġġata l-integrazzjoni fis-soċjetà u s-suq tax-xogħol’;

39.

l-ewwel sentenza tal-punt 12a (Kapitolu III) għandha tinqara kif ġej: ‘Kulħadd għandu jkollu aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa preventiva u kurattiva ta’ kwalità tajba kif ukoll kura tal-anzjani u/jew persuni dipendenti, u l-bżonn ta’ kura tas-saħħa jew il-kura tal-anzjani ma għandux iwassal għal faqar jew pressjoni finanzjarja.’;

40.

l-ewwel sentenza tal-punt 12c (Kapitolu III) għandha tinqara kif ġej: ‘Il-ħaddiema kollha, irrispettivament mit-tip ta’ kuntratt, għandhom ikunu żgurati liv ta’ mard bi ħlas (li jirrifletti d-drittijiet li jkunu kisbu taħt is-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali) matul perjodi ta’ mard; għandha titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ dawk li jaħdmu għal rashom fi skemi ta’ assigurazzjoni’. Benefiċċju fi flus f’każ ta’ mard ma jistax jiġi stabbilit mingħajr kunsiderazzjoni tar-regoli l-oħra tas-sigurtà soċjali ta’ Stat Membru. Inkella, dan iwassal għal talbiet għal sigurtà soċjali li mhumiex marbuta mal-kontribuzzjonijiet personali, li jmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà;

41.

l-ewwel sentenza tal-punt 13(a) (Kapitolu III) għandha tinqara:‘..pereżempju billi l-perjodi ta’ kura jiġu rikonoxxuti b’mod adegwat fejn il-ħaddiem xorta għandu dritt għal ħlas ta’ paga jew kumpens għal telf ta’ dħul, skont id-drittijiet dovuti tal-ħaddiema taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali. Skont l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, għandha titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema għal rashom fl-iskemi tal-pensjoni’;

42.

Il-punt 15a (Kapitolu III) għandu jinqara kif ġej: ‘Għandhom jiġu żgurati benefiċċji adegwati minimi, skont il-prattika nazzjonali, għal dawk mingħajr riżorsi suffiċjenti għal standard tal-għajxien deċenti Għall-persuni li huma fl-età tax-xogħol u tajbin għax-xogħol, din il-garanzija mill-Istat ta’ ammont minimu ta’ sussistenza għandha tkun marbuta ma’ rekwiżiti ta’ kooperazzjoni, bħal pereżempju l-parteċipazzjoni f’miżuri attivi ta’ appoġġ immirati għall-integrazzjoni (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol. Il-fatt li persuna tirċievi dawn il-benefiċċji ma għandux joħloq ostakli għall-impjieg.’;

43.

Il-punt 18(b) (Kapitolu III) għandu jinqara: ‘Għandhom jittieħdu miżuri fi stadju bikri u għandhom jiġu adottati approċċi preventivi sabiex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal, inklużi miżuri speċifiċi biex titħeġġeġ l-attendenza ta’ tfal minn ambjenti żvantaġġati. Is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom jiġu adattati għal dan il-għan, b’enfasi fuq il-protezzjoni tat-tfal u l-familji bi tfal żgħar.’;

44.

Il-punt 19(a) (Kapitolu III) għandu jinqara kif ġej: ‘Għandu jingħata aċċess għal abitazzjoni soċjali jew għall-għajnuna għall-abitazzjoni primarjament lil dawk l-aktar foqra jew nies soċjalment vulnerabbli inklużi persuni mingħajr dar kif ukoll persuni li jgħixu f’abitazzjoni ta’ ħsara għal saħħithom, mhux xierqa jew okkupata’. L-akkomodazzjoni soċjali ta’ standard inferjuri għandha tiġi abolita. Persuni vulnerabbli li ma jingħatawx akkomodazzjoni alternattiva għandhom ikunu protetti minn żgumbrament.” (1) Kif imsemmi f’opinjonijiet preċedenti, il-KtR jipproponi li għandu jitwessa’ l-ambitu tad-definizzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali sabiex jirrifletti l-fatt li l-Istati Membri jingħataw marġni ta’ diskrezzjoni fl-ippjanar, l-allokazzjoni, l-iffinanzjar u l-organizzazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali u sabiex ikun garantit id-dritt demokratiku għall-għażla, u tingħata prijorità lid-dritt għal akkomodazzjoni adegwata u affordabbli minħabba li s-swieq tad-djar attwali ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni. (2) Fir-rigward tal-iżgumbramenti, dawn ma għandhomx jiġu pprojbiti per se peress li dan ikun jippreġudika d-dritt għal proprjetà u l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-protezzjoni kontra l-iżgumbramenti għandha għalhekk tkun limitata għal persuni vulnerabbli u tkun komplementata mir-rekwiżit tal-provvediment ta’ akkomodazzjoni alternattiva. (3) M’għandux ikun hemm dritt legali għal għajnuna lil familji bi dħul baxx jew medju biex ikunu sidien ta’ darhom, bħalma hu wkoll il-każ fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, speċjalment għaliex is-siwi ekonomiku u soċjali ta’ dan id-dritt jiddependi miċ-ċirkostanzi globali, nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll mill-prijoritajiet ta’ politika li, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jeħtieġ li jiġu deċiżi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;

45.

Il-punt 20(a) (Kapitolu III) għandu jinqara kif ġej: “L-aċċess affordabbli għal servizzi essenzjali ta’ interess ekonomiku ġenerali, inklużi l-komunikazzjoni elettronika, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi finanzjarji, għandu jiġi żgurat għal kulħadd. Għandhom ikunu ffaċilitati miżuri ta’ appoġġ għall-aċċess għal dawk is-servizzi.” Il-kunċett ta’ “servizzi essenzjali” mhuwiex komponent tal-liġi Ewropea primarja jew sekondarja, kuntrarju għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ara wkoll l-Artikolu 36 tal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali). Barra minn hekk, l-aċċess għal dawn is-servizzi għandu jittejjeb għal kulħadd u mhux biss għall-persuni fil-bżonn.

Brussell, 11 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Opinjoni tal-KtR dwar “Id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja” (CdR 6863/2013).

(2)  Riżoluzzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-2016 tal-Kummissjoni Ewropea (COR-2015-5929).

(3)  Kapitolu IV – Solidarjetà.

(4)  https://www.oecd.org/els/soc/OECD2014-Social-Expenditure-Update-Nov2014-8pages.pdf.

(5)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fil-kawża C-115/14 (tas-17 ta’ Novembru 2015) sabet li l-leġislazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru li timponi fuq l-offerenti u s-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu li jħallsu paga minima lill-persunal li jkun qed jesegwixxi s-servizzi koperti minn kuntratt pubbliku, hija kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-UE.

(6)  CDR789-2013.

(7)  Il-modernizzazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali (Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132.


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/64


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

(2017/C 088/13)

Relatur:

Is-Sinjura Anne Quart (DE/PSE) Segretarju tal-Istat għall-Ewropa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Ministeru tal-Ġustizzja, l-Affarijiet Ewropej u l-Protezzjoni tal-Konsumatur tal-Land ta’ Brandenburg

Dokument ta’ referenza:

JOIN(2015) 50 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jemmen li l-promozzjoni tal-istabbiltà u tal-prosperità fil-viċinat tal-UE għandha tkun fost il-prijoritajiet ewlenin tal-affarijiet barranin u l-politika ta’ sigurtà tal-UE; jitlob li l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jitqies fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-UE. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jaqdi rwol sinifikanti għall-iżvilupp tal-fiduċja u l-kooperazzjoni internazzjonali fil-livell reġjonali u lokali;

2.

jinnota li l-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) tista’ taġixxi b’mod sostenibbli biss meta ġġib benefiċċji konkreti lill-poplu tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi tal-PEV; jitlob li dan l-aspett jingħata rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida;

3.

jinnota li l-PEV hija qabel kollox proġett tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-gvernijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien. Jenfasizza li l-implimentazzjoni b’suċċess tal-programmi u l-proġetti għandha impatt sostanzjali fil-livell reġjonali u lokali, kemm fl-Istati Membri tal-UE, kif ukoll fil-pajjiżi terzi involuti. Jitlob qabel kollox għal kooperazzjoni fil-livell lokali u reġjonali u għat-tisħiħ tal-interazzjoni bejn is-soċjetajiet ċivili tal-pajjiżi abbażi tal-PEV u għall-provvediment ta’ riżorsi adegwati għal dan. L-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu integrati f’kull fażi ta’ implimentazzjoni tal-PEV – mill-ippjanar sal-kontroll demokratiku – u għandhom ikunu involuti fil-ħidma tal-Kumitati ta’ Assoċjazzjoni u l-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni u għandhom jirċievu l-istatus ta’ osservatur permanenti;

4.

jitlob li jkun hemm proġetti iżjed konkreti għall-promozzjoni ta’ kuntatti interpersonali; jemmen li huwa kruċjali li jsiru disponibbli iżjed riżorsi għall-kooperazzjoni transkonfinali, sħubijiet bejn l-awtoritajiet lokali u skambji xjentifiċi, kulturali u taż-żgħażagħ; itenni t-talba tiegħu għall-involviment tal-imsieħba fil-programmi tal-Unjoni, pereżempju l-Erasmus; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-kwistjoni tal-faċilitazzjoni tal-viża u li ressqet proposti konkreti għall-Ukrajna u l-Georgia; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-ħidma fuq kwistjonijiet tal-viża u tal-mobilità ma’ dawk l-imsieħba tal-PEV li huma lesti jagħmlu dan, inklużi l-liberalizzazzjoni tal-viża u d-djalogi dwar il-faċilitazzjoni;

5.

itenni l-proposti li jinsabu fl-Opinjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar Politika Ewropea ġdida tal-Viċinat u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-SEAE jqisuhom fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

6.

josserva li l-kunflitti armati, l-użu tal-forza, il-ksur tas-sovranità territorjali, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipju tad-drittijiet indaqs tal-popli, it-terroriżmu, u d-destabbilizzazzjoni serja f’bosta pajjiżi u reġjuni fil-viċinat tal-UE wasslu għal rati għolja ta’ telf ta’ ħajja umana, korrimenti, persuni spostati internament, u migrazzjoni sfurzata u jimpedixxu l-iżvilupp ta’ sħubijiet dewwiema. Jenfasizza l-importanza li wieħed imur lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet u x-xewqat ġeopolitiċi, filwaqt li jiġu stabbiliti miri realistiċi abbażi ta’ valutazzjoni realistika u tiġi organizzata l-kooperazzjoni bejn dawk l-imsieħba li għandhom interess reali lejn il-kooperazzjoni, kif ukoll dawk li għandhom il-kapaċità li jilħqu l-miri sostenibbli; isostni li minkejja d-differenzjazzjoni meħtieġa, għandu jinżamm ukoll bilanċ bejn il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat tan-Nofsinhar;

7.

ifakkar li sħubija tista’ tkun sostenibbli biss jekk titfassal fuq il-bażi ta’ ugwaljanza u vantaġġ reċiproku u jilqa’ l-iffokar partikolari tal-Kummissjoni fuq din il-kwistjoni fir-rieżami tal-PEV; jitlob li l-kunċett tar-responsabbiltà reċiproka ugwali tiġi implimentata fil-prattika għas-sħubija tal-PEV;

8.

jenfasizza b’mod partikolari l-importanti li ma jiġux iddubitati l-osservanza konsistenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tal-liġi umanitarja internazzjonali. F’dan ir-rigward, jirrimarka kif il-kunflitti li qed jaħsdu ħafna mill-imsieħba tal-PEV joffru sfidi ġodda rigward il-protezzjoni tar-refuġjati, ir-rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali u l-ħtieġa li jiġu adottati approċċi ġodda li jiggarantixxu l-integrazzjoni ta’ għodod ġodda u iktar effettivi biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tal-istandards Ewropej u internazzjonali dwar il-protezzjoni tar-refuġjati. Jenfasizza, barra minn hekk, li n-negozjati li ġejjin dwar il-patti globali dwar il-migrazzjoni ma’ bosta pajjiżi msieħba tal-PEV għandhom jinvolvu l-awtoritajiet lokali u jiżguraw li l-politika tal-migrazzjoni u l-politika tal-viċinat ikunu integrati iżjed mill-qrib sabiex jiġu evitati kontradizzjonijiet u diskrepanzi;

L-istabbiltà tal-UE u l-viċinat tagħha

9.

jenfasizza li l-akbar sors tal-influwenza tal-Ewropa fuq l-istabbiltà u l-prosperità fil-viċinat tagħha huwa l-attrazzjoni tal-mudell soċjoekonomiku tal-UE, l-unità u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri tal-UE, l-iżvilupp sostenibbli, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet demokratiċi; jenfasizza li l-aktar kontribut importanti għall-istabbilizzazzjoni tal-viċinat hija l-istabbiltà tal-UE u l-konformità mal-valuri u l-prinċipji tagħha;

10.

jitlob li jiġi analizzat it-theddid għas-sigurtà fil-kumplessità tiegħu u li jiġi rikonoxxut fl-ipproċċessar tal-kawżi tal-instabbiltà; jenfasizza li l-kawżi soċjoekonomiċi tal-isfidi attwali rigward is-sigurtà u l-migrazzjoni għandhom jiġu indirizzati bħala prijorità; jilqa’ l-impenn tal-UE rigward il-ħidma konġunta mal-imsieħba tal-PEV fl-implimentazzjoni tal-miri għall-iżvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali għall-promozzjoni tad-drittijiet soċjali, peress li l-ekonomija sostenibbli u l-iżvilupp soċjali huma essenzjali għal viċinat stabbli; jenfasizza li l-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol huwa l-punt deċiżiv għall-ġejjieni tal-maġġoranza tal-pajjiżi tal-viċinat; jilqa’ l-fatt li għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-promozzjoni tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju; jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ f’diversi livelli – mil-livell nazzjonali sal-livell reġjonali u lokali – kif ukoll il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni reġjonali, sottoreġjonali u transkonfinali; jitlob li l-programmi dwar il-kooperazzjoni settorjali jitfasslu b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

11.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta għal Qafas ta’ Sħubija Ġdid ma’ pajjiżi terzi u għal Pjan ta’ Investiment Estern ġdid li għandu l-għan li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni billi jimmobilizza l-investiment, isaħħaħ l-għajnuna teknika u jappoġġja riformi ekonomiċi u strutturali sabiex jitjieb l-ambjent tan-negozju u dak usa’ tal-politika, u jappella biex l-awtoritajiet reġjonali u lokali Ewropej ikunu involuti mill-bidu nett ta’ dan il-proċess;

12.

jistenna li l-“Patti dwar il-Migrazzjoni” ġodda li l-UE qed tinnegozja mal-Ġordan u l-Libanu fil-qafas tal-Komunikazzjoni dwar “It-Twaqqif ta’ Qafas ta’ Sħubija Ġdid” tas-7 ta’ Ġunju 2016 jsibu bilanċ tajjeb bejn il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi ta’ dawn il-pajjiżi u l-aspettattivi tal-UE u l-Istati Membri tagħha filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tad-dispożizzjonijiet umanitarji stabbiliti mil-liġi internazzjonali;

13.

iġedded l-impenn tiegħu lill-poplu Tuneżin u jappella għal sħubija ġenwina profonda u komprensiva bejn l-UE u t-Tuneżija; jenfasizza li t-tkomplija tal-iżvilupp paċifiku u demokratiku tat-Tuneżija lejn stabbiltà ekonomika u sigurtà għandha tibgħat messaġġ pożittiv ħafna lill-pajjiżi kollha tal-PEV; jenfasizza l-ħtieġa għal żieda sostanzjali fl-għajnuna tal-UE lit-Tuneżija għall-appoġġ tal-konsolidazzjoni tat-tranżizzjoni demokratika u għat-tħeġġiġ tal-investiment u l-iżvilupp fis-setturi kollha tal-ekonomija u s-soċjetà, b’mod partikolari l-ħolqien tal-impjieg u ż-żamma ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità li huma aċċessibbli għal kulħadd; jinnota t-tnedija ta’ negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles (DCFTA) ambizzjuż bejn l-UE u t-Tuneżija u jappella lill-Kummissjoni biex tieħu approċċ olistiku li jiżgura li dan il-ftehim ikun ta’ benefiċċju reċiproku filwaqt li jitqiesu sew id-differenzi ekonomiċi sinifikanti bejn iż-żewġ partijiet;

14.

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kemm fl-UE kif fil-pajjiżi tal-PEV jingħataw appoġġ b’mod prijoritarju biex jipprovdu servizzi bażiċi adegwati lir-refuġjati minflok jesternalizzaw ir-refuġjati lejn pajjiżi terzi, kif ukoll, fuq medda twila ta’ żmien, kull sforz li jsir li jinvolvi lil dawn in-nies għall-kisba ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli għall-muniċipalitajiet u r-reġjuni ta’ oriġini; jiġbed l-attenzjoni li r-refuġjati, li jkunu ġew mill-pajjiżi tal-viċinat jistgħu, fil-ġejjieni, jirrappreżentaw pont bejn l-UE u l-ġirien tagħha;

15.

jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ strateġiji u l-provvediment ta’ strumenti adegwati fid-dawl tar-radikalizzazzjoni reliġjuża, in-nazzjonaliżmu, l-estremiżmu u t-terroriżmu biex jitrawwem id-djalogu interkulturali fi ħdan l-UE u mas-soċjetajiet tal-ġirien tagħha; u jenfasizza r-responsabbiltà u l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-qasam; neħtieġu dan id-djalogu bejn il-politiċi, iżda wkoll bejn is-soċjetà ċivili, u b’mod speċjali, bejn iċ-ċittadini;

16.

jirrimarka li relazzjonijiet tajba tal-viċinat mal-pajjiżi tal-Viċinat Ewropew u l-ġirien tagħhom huma essenzjali għall-istabbiltà fl-Ewropa. Jinnota li l-kooperazzjoni ekonomika u d-djalogu politiku bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa huma ta’ importanza partikolari; jenfasizza li n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi mar-Russja tiddependi mill-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk; ifakkar li fil-livell sottonazzjonali u bejn is-soċjetà ċivili u l-intrapriżi tkomplew il-kooperazzjoni u d-djalogu bejn il-partijiet interessati u li dan il-potenzjal jista’ jintuża aħjar sabiex jingħelbu d-differenzi;

Differenzjazzjoni u kooperazzjoni reġjonali

17.

jinnota li l-kooperazzjoni mal-UE ma għandhiex twassal għal kompetizzjoni bejn il-pajjiżi tal-viċinat għall-aqwa relazzjonijiet mal-UE, iżda għandha twassal għal kooperazzjoni reġjonali u territorjali, u jenfasizza l-indispensabbiltà tad-dimensjoni multilaterali tal-PEV. L-isfidi kumplessi rigward l-istabbilizzazzjoni tal-viċinat jistgħu jiġu indirizzati biss, meta l-imsieħba kollha ta’ reġjun jikkooperaw flimkien b’mod sistematiku; jinnota li l-UE teħtieġ timpenja ruħha iżjed biex tħeġġeġ l-approċċ multilaterali tal-politika tal-viċinat u biex tagħti rwol ċentrali lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-proċess;

18.

jiġbed l-attenzjoni għall-impenn u l-potenzjal tal-Kumitat tar-Reġjuni b’rabta mal-kooperazzjoni reġjonali, b’mod partikolari l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM), il-Konferenza tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP), kif ukoll it-Task Force tal-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni u lid-delegazzjonijiet tal-UE biex jagħmlu użu aħjar mill-kompetenza ta’ dawn it-tliet korpi;

19.

jirrimarka li l-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, bi stennija ta’ benefiċċji fit-tul għall-iżvilupp demokratiku u ekonomiku tal-pajjiżi tagħhom, iddeċidew li jkollhom relazzjoni partikolarment mill-qrib mal-UE u ffirmaw ftehimiet ta’ assoċjazzjoni; huwa mħasseb dwar l-ispejjeż soċjali tal-proċessi ta’ riforma, li jistgħu jipperikolaw l-aċċettazzjoni tal-proċess ta’ konverġenza mill-popolazzjoni, u jistieden lill-UE biex tikkoopera saħansitra iżjed mill-qrib mal-pajjiżi kkonċernati sabiex jinstabu modi kif jingħelbu dawn l-isfidi; jenfasizza l-importanza tar-riformi ta’ deċentralizzazzjoni f’dawn il-pajjiżi għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet u jħeġġeġ li tingħata prijorità lill-promozzjoni tal-proċessi ta’ demokratizzazzjoni fil-livell lokali u reġjonali;

20.

jitlob li jkun hemm strateġiji biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-pajjiżi jkollhom jiddeċiedu bejn kooperazzjoni mill-qrib mal-UE jew ma’ msieħba oħrajn; jilqa’ l-modi ġodda esplorati fl-aħħar ftehimiet bejn l-UE u l-Armenja li jippermettu kooperazzjoni mill-qrib mal-UE, mingħajr ma jkunu kompromessi obbligi internazzjonali oħrajn; jemmen li din l-esperjenza għandha tintuża ukoll għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet mal-Belarussja u l-Ażerbajġan;

21.

jitlob li jkun hemm strateġiji sottoreġjonali, li jirriflettu d-diversi sfidi u realtajiet tal-viċinat tan-Nofsinhar, jiġifieri strateġija għaż-żona Adrijatika-Jonika, strateġija għall-Mediterran tal-Punent u strateġija għall-Mediterran tal-Lvant;

22.

iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw strateġija konkreta għall-inklużjoni tal-pajjiżi tal-viċinat fil-pajjiżi tal-PEV, b’mod partikolari mal-Federazzjoni Russa, sabiex jitwettaq dan l-approċċ;

23.

jinnota li s-sħubijiet jibdew fir-reġjuni tal-fruntiera u jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol tagħha u tappoġġja l-kooperazzjoni transkonfinali dejjem tikber bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-viċinat u b’hekk tipprovdi eżempju għal pajjiżi oħra tal-PEV; jitlob li jiġi żviluppat pjan komprensiv fuq perjodu itwal ta’ żmien li jmur lil hinn mill-qafas finanzjarju attwali; f’dan ir-rigward jitlob għall-implimentazzjoni tal-użu tar-REKT bejn l-UE u r-reġjuni tal-viċinat, kif ukoll għal ftehim mill-iżjed fis dwar l-użu armonizzat tal-fondi tal-UE bejn Interreg Europe u l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat li għandu jitwaqqaf għall-iżvilupp tar-reġjuni kollha tal-UE li jinsabu mal-fruntiera tal-pajjiżi tal-PEV;

Responsabbiltà u enfasi fuq iċ-ċittadini

24.

jenfasizza li r-responsabbiltà lokali u reġjonali hija essenzjali għall-PEV li tkun suċċess u li l-politiki u l-miżuri tal-UE, kif ukoll il-finanzjament għandhom jiġu ddeterminati billi jitqiesu l-ħtiġijiet reġjonali. Għandu jiġi adottat approċċ komprensiv li permezz tiegħu jibbenefikaw is-setturi kollha tas-soċjetà u li jappoġġja l-iżvilupp reġjonali. Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pjani ta’ azzjoni bilaterali għandu jissaħħaħ, l-iżjed dawk mal-fruntieri, u dan jeħtieġ tisħiħ tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll il-forniment ta’ fondi adegwati li jistgħu jinkisbu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

25.

jirrimarka li l-għarfien dwar l-UE u l-ftehimiet tal-pajjiżi tal-PEV mal-UE fil-livell sottonazzjonali u fis-soċjetà ċivili huma inqas żviluppati; jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mad-delegazzjonijiet tal-UE sabiex iżżid b’mod sinifikanti l-viżibbiltà tal-programmi ta’ kooperazzjoni fil-livell lokali, sabiex tiżgura li l-atturi lokali u reġjonali jkunu infurmati u mħarrġa aħjar, b’mod partikolari permezz ta’ programmi ta’ taħriġ għall-għalliema u l-iskambju ta’ materjal pedagoġiku, u sabiex issaħħaħ l-iżvilupp tal-kapaċitajiet fil-livell sottonazzjonali għall-użu tal-programmi tal-PEV;

26.

iqis essenzjali t-tisħiħ tal-impenn taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni tan-nisa bħala fatturi ewlenin għall-iżvilupp tal-pajjiżi tal-viċinat;

27.

jitlob li jkun hemm aktar proġetti lokali konkreti b’riżultati tanġibbli u effetti pożittivi fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini;

Governanza tajba, stat tad-dritt, u rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċiviċi

28.

jenfasizza li governanza tajba, l-istat tad-dritt, id-demokrazija, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet demokratiċi huma fundamentali għall-istabbiltà; jinnota li s-soċjetajiet tal-viċinat tal-UE għandhom esperjenzi u kundizzjonijiet storiċi differenti, u li l-istandards demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem la jistgħu jiġu imposti minn barra u lanqas jiġu imposti minn fuq, imma jeħtieġ li jiżviluppaw mil-livell lokali ‘l fuq; jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twettiq tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fis-soċjetà; jenfasizza li dawn il-valuri bażiċi huma s-sisien tal-PEV, u ma jistgħu jiġu kompromessi; jenfasizza l-bżonn li fil-ftehimiet ta’ sħubija jiġu inklużi mekkaniżmi istituzzjonali iżjed effettivi li jistgħu jissorveljaw il-konformità min-naħa tal-imsieħba ma’ dawn il-prinċipji;

29.

jirrimarka li l-maġġoranza tal-pajjiżi tal-viċinat għandhom kapaċitajiet amministrattivi fil-livell sottonazzjonali li jridu jitjiebu; jafferma mill-ġdid ir-rieda tal-KtR u tal-membri tiegħu u tal-awtoritajiet involuti, kif ukoll tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom, biex jipparteċipaw fi programmi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet amministrattivi fil-pajjiżi tal-viċinat; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-kundizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji meħtieġa għal dan; jitlob li jkun hemm appoġġ imsaħħaħ tar-riformi ta’ deċentralizzazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat; jipproponi li jintlaħaq qbil dwar proġetti pilota settorjali ma’ pajjiżi tal-viċinat, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni tagħhom, sabiex jiġu pprovduti esperjenzi bil-proċessi ta’ deċentralizzazzjoni;

30.

jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proġetti għar-rappreżentanti lokali u reġjonali u l-amministrazzjonijiet lokali, li jistgħu jiġu organizzati fil-kuntest tal-iskambju tal-esperjenza tagħhom mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE; jitlob li jkun hemm appoġġ imsaħħaħ tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex ikun promoss l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fi ħdan il-pajjiżi tal-PEV; jirrakkomanda żvilupp sinifikanti tal-programmi ta’ ġemellaġġ tal-bliet u tal-programm għall-Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX), kif ukoll tal-programm ta’ ġemellaġġ “Twinning”; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi mhux biss appoġġ politiku, iżda wkoll appoġġ finanzjarju adegwat għall-attivitajiet immexxija mill-KtR u żviluppati permezz tal-ARLEM, il-CORLEAP u t-Task Force tal-Ukrajna;

31.

itenni t-talba tiegħu li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jaħtar “punt ta’ kuntatt” fi ħdan kull waħda mis-16-il delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-pajjiżi tal-PEV bħala miżura prattika;

Kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija

32.

iqis li l-kooperazzjoni mill-qrib dwar kwistjonijiet tal-enerġija hija parti sinifikanti mir-relazzjonijiet tal-UE mal-ġirien tagħha, meta wieħed iqis li ħafna minnhom huma fornituri sinifikanti tal-enerġija lill-Istati Membri tal-UE; jemmen li l-UE tista’ tnaqqas id-dipendenza tagħha minn fornituri u sorsi esterni billi ttejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija, filwaqt li timmassimizza l-użu tagħha ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u sorsi indiġeni oħra ta’ enerġija u tipprijoritizza l-fjuwils u t-teknoloġiji li huma ambjentalment sostenibbli. B’dan il-mod, se tikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-COP 21 kif miftiehma f’Pariġi; jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-ġirien tagħha dwar kwistjonijiet tal-enerġija għandha tinkludi l-ewwel u qabel kollox proġetti dwar l-infrastruttura tal-enerġija u dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

33.

ifakkar li l-Patt tas-Sindki dwar il-Klima u l-Enerġija jista’ jkun wieħed mill-pjattaformi għall-kooperazzjoni f’dan il-qasam, f’dak il-kuntest joffri l-għarfien espert u l-esperjenza tal-Ambaxxaturi tal-Patt tas-Sindki tal-KtR biex jimplimentaw l-għanijiet tal-klima u tal-enerġija fil-pajjiżi tal-PEV;

34.

jagħraf id-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar il-provvista tal-enerġija tagħhom; jitlob li jitqies b’mod konsistenti t-tħassib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u taċ-ċittadini u jirreferi għall-oppożizzjoni qawwija ta’ bosta muniċipalitajiet fl-UE kontra l-promozzjoni tal-gass naturali u taż-żejt mhux maħdum permezz tal-fratturazzjoni idrawlika u jitlob li l-kooperazzjoni dwar l-enerġija mal-pajjiżi tal-PEV jinkludi r-rispett tal-ogħla standards ambjentali tal-UE fir-rigward tal-gass u tat-tħaffir għaż-żejt u l-ipproċessar tiegħu;

35.

jitlob li l-interkonnettività tan-netwerks tal-enerġija mhux biss titjieb fi ħdan l-UE, iżda wkoll bejn l-UE u l-ġirien tagħha u b’mod reċiproku, mill-ġirien tagħhom;

36.

huwa mħasseb li l-prezzijiet tal-enerġija f’ċerti pajjiżi tal-PEV żdiedu b’mod qawwi, u jitlob li jkun hemm impenn mill-Kummissjoni biex tippromovi l-affordabbiltà tal-enerġija f’kunċetti konkreti dwar l-appoġġ tal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku fil-pajjiżi tal-PEV;

37.

jemmen bis-sħiħ li l-proġetti ġodda tal-enerġija għandhom jiffukaw fuq id-diversifikazzjoni tal-enerġija u m’għandhomx idgħajfu l-istatus tal-pajjiżi tal-PEV bħala pajjiżi ta’ tranżitu;

L-iżvilupp ta’ sinerġiji

38.

jirrakkomanda skambju aħjar tal-esperjenzi miksuba permezz tal-kooperazzjoni kemm mal-viċinat tal-Lvant kif ukoll mal-viċinat tan-Nofsinhar, u jilqa’ l-impenn tal-membri tal-ARLEM, il-CORLEAP u t-Task Force tal-Ukrajna f’dan ir-rigward;

39.

jitlob li jkun hemm koordinazzjoni iżjed mill-qrib bejn il-PEV u l-programmi mħejjija mill-UE dwar l-iffaċilitar tas-sitwazzjoni tar-refuġjati fil-pajjiżi tal-viċinat;

40.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Istrateġija Globali tal-Unjoni Ewropea għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tirrikonoxxi r-rwol tar-reġjuni bħala li jirrappreżentaw spazji kritiċi ta’ governanza f’dinja deċentrata u jimpenja ruħu li jippromovi u jappoġġja ordnijiet reġjonali ta’ kooperazzjoni madwar id-dinja; jappella lill-HR u lill-SEAE biex jikkunsidraw u jużaw l-esperjenza miksuba mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Riżorsi finanzjarji

41.

jenfasizza li l-finanzjament ipprovdut permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat mhux proporzjonat mal-ambizzjonijiet politiċi u l-isfidi fil-viċinat tal-UE, u jiddispjaċih li r-rieżami tal-PEV ma wassalx għal rakkomandazzjoni biex jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji;

42.

jinnota li attwalment l-UE qiegħda tiffaċċja aktar kriżijiet minn qatt qabel, b’mod partikolari l-kriżi tar-refuġjati, id-diżastri naturali u l-kunflitti armati, li poġġew fir-riskju valuri essenzjali. Dawn il-kriżijiet ma kinux għadhom previsti fiż-żmien tal-ikkompletar tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal reviżjoni tal-QFP fir-rigward ta’ żieda tal-limiti massimi taħt din l-intestatura 4 kif ukoll l-intestatura 3, sabiex b’hekk ir-riżorsi tal-PEV jiżdiedu b’mod sostanzjali, fost affarijiet oħra biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tal-migrazzjoni u tar-refuġjati u sabiex tiġi żgurata l-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-migranti, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma primarjament responsabbli għalihom. Il-QFP il-ġdid jipprovdi opportunità biex jiżdiedu r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni wkoll fid-dimensjoni esterna tagħha;

43.

jitlob li titnaqqas b’mod gradwali l-prattika li l-prijorità tar-riżorsi finanzjarji tal-PEV tiffoka fuq il-kooperazzjoni mal-livell nazzjonali u jitlob li jiġu stabbiliti perċentwali li jkunu adatti kemm jista’ jkun għall-kundizzjonijiet ta’ kull pajjiż għall-finanzjament tal-proġetti fil-livell sottonazzjonali. Jeħtieġ li r-riżorsi finanzjarji tal-UE jiġu adattati b’mod li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-partijiet interessati reġjonali u lokali, inkluż permezz tal-appoġġ lil proġetti żgħar u t-tfassil flessibbli tal-kofinanzjament. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibbiltà li tintroduċi mill-ġdid il-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali (LAF) li tintuża mill-pajjiżi ta’ adeżjoni u b’hekk jitwessa’ l-ambitu li fih tintuża għall-pajjiżi tal-PEV b’regoli aktar stretti tar-rimborż, li jitolbu proġetti iżjed konkreti u sostenibbli. Għandu jkun hemm monitoraġġ bir-reqqa tal-użu tar-riżorsi finanzjarji, anke mis-soċjetà ċivili.

Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/69


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-Avjazzjoni

(2017/C 088/14)

Relatur:

Ulrika Carlefall Landergren (SE/ALDE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Kungsbacka

Dokumenti ta’ referenza:

Komunikazzjoni dwar “Strateġija tal-Avjazzjoni għall-Ewropa”

COM(2015) 598 final;

Staff Working Document accompanying the Communication “An Aviation Strategy for Europe”

SWD(2015) 261 final (mhux disponibbli bil-Malti);

Proposta għal Regolament dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM(2015) 613 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza tas-settur tal-avjazzjoni għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ u l-mobilità fi ħdan u barra l-UE. Is-settur tal-avjazzjoni fih innifsu huwa attività ekonomika sostanzjali li toħloq bosta impjiegi;

2.

barra minn hekk, jixtieq jenfasizza s-sinifikat soċjali tas-settur tal-avjazzjoni u l-importanza kbira tiegħu għall-koeżjoni territorjali, mhux l-anqas minħabba l-aċċess li jista’ jagħti lir-reġjuni periferiċi u dawk skarsament popolati, fosthom dawk insulari u ultraperiferiċi, għal swieq komuni akbar u għal skambju kulturali. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa tal-fehma li settur Ewropew tal-avjazzjoni kompetittiv u sostenibbli huwa essenzjali għall-iżvilupp fil-livell lokali u reġjonali;

3.

fid-dawl tat-tibdil strutturali li seħħ dan l-aħħar fis-suq internazzjonali tal-avjazzjoni, l-istess bħall-Kummissjoni, josserva l-ħtieġa ta’ strateġija komuni fil-qasam tal-avjazzjoni, u jappoġġja l-għan tal-istrateġija, jiġifieri li tappoġġja l-mobilità taċ-ċittadini tal-UE, issaħħaħ il-kompetittività u tikseb is-sostenibbiltà ekoloġika kif ukoll ekonomika u soċjali fil-katina kollha tal-valur fis-settur tal-avjazzjoni fl-UE;

4.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol kruċjali x’jaqdu b’rabta mal-iżvilupp tal-ajruporti u tal-avjazzjoni, permezz tar-responsabbiltajiet tagħhom marbutin mal-kwalità ta’ ħajjet iċ-ċittadini, l-ambjent u l-ġestjoni tat-territorju. L-iżvilupp sostenibbli kontinwu tal-avjazzjoni fl-Ewropa, b’użu iktar effettiv u żieda fil-kapaċità tal-ajruporti, jitlob kooperazzjoni miftuħa, trasparenti u bbażata fuq il-fiduċja bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u r-rappreżentanti tas-settur tal-avjazzjoni u tal-ajruporti fil-qafas tal-ġestjoni tat-territorju. Dan huwa prerekwiżit biex tinkiseb l-aċċettazzjoni li hija meħtieġa għat-tisħiħ tal-kompetittività u jiġi żgurat li s-settur Ewropew tal-avjazzjoni jkun fuq quddiem nett;

5.

jiddispjaċih ħafna, f’dan il-kuntest, għall-fatt li ma ssir l-ebda referenza għal-livell lokali u reġjonali u l-awtoritajiet rispettivi meta tiġi deskritta l-ħtieġa għal sforz konġunt u kooperazzjoni; Bl-istess mod, m’hemm l-ebda referenza għall-perspettiva ta’ territorju u ta’ spazju u ma tingħata l-ebda attenzjoni lill-impatt ambjentali fil-livell lokali u reġjonali, li huma prerekwiżiti għall-iżvilupp fit-tul tas-settur tal-avjazzjoni. Ir-rappreżentanti tas-settur tal-avjazzjoni huma konxji ta’ dan, iżda dan mhuwiex rifless fl-istrateġija;

L-iżvilupp tas-suq tal-avjazzjoni

6.

huwa tal-fehma li l-liberalizzazzjoni tas-suq Ewropew tal-avjazzjoni f’dawn l-aħħar 20 sena kienet ta’ benefiċċju għar-reġjuni u għall-pubbliku, u jappoġġja l-miżuri proposti għall-iżvilupp tas-suq tal-avjazzjoni, inklużi n-negozjati dwar ftehim komprensiv dwar l-avjazzjoni fil-livell tal-UE ma’ għadd ta’ pajjiżi u reġjuni, kif ukoll negozjati dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni, miżuri li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkomplija tal-liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni ġusta fi ħdan is-settur tal-avjazzjoni. Il-ftehimiet komprensivi dwar l-avjazzjoni li qed jiġu nnegozjati għandhom jirrispettaw il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO;

7.

filwaqt li jinnota l-impatt tal-liberalizzazzjoni fuq is-settur tal-avjazzjoni tal-UE, ifakkar ukoll fl-isfidi ġodda ewlenin li jiffaċċja, jiġifieri l-ħtieġa li: jiġi promoss żvilupp territorjali bilanċjat, li jiġi żgurat li impjiegi eżistenti u dawk ġodda jikkonformaw mal-istandards Ewropej, u li jiġu applikati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

Nuqqas ta’ kapaċità fl-arja u fis-suq?

8.

jinnota li mil-lat tal-kapaċità fl-ajru, l-istampa li toħroġ mid-djalogu mal-operaturi tas-suq hija li m’hemmx verament nuqqas ta’ kapaċità fl-ajru u li l-medja tad-dewmien hija moderata ħafna. Iżda hemm potenzjal sinifikanti biex jittejbu l-effiċjenza u l-prestazzjoni ambjentali u jitnaqqsu l-ispejjeż permezz tal-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew u r-riżultati tal-proġett SESAR, anke permezz ta’ standards komuni li jistgħu jikkontribwixxu għall-ftuħ tas-suq tas-servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Sistema effettiva u integrata tajjeb ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru hija ta’ benefiċċju għar-reġjuni u l-interessi tagħhom, speċjalment fir-reġjuni periferiċi b’ajruporti żgħar. Il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru mill-bogħod hija eżempju ta’ teknoloġija li tista’ ttejjeb it-tħaddim effiċjenti ta’ ajruporti reġjonali żgħar;

9.

jappoġġja l-proposta biex jiġi żviluppat ippjanar strateġiku għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-ajruporti fil-livell tal-UE f’sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ ċertu numru ta’ ajruporti maġġuri, u billi ħafna ajruporti mhumiex użati biżżejjed. Peress li hemm kapaċità żejda b’mod ġenerali, huwa importanti li jiġi żgurat użu effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti, li jkollu impatt ovvju fuq l-ambjent. Jenfasizza li tali ppjanar fil-livell nazzjonali u reġjonali għandu jkollu dimensjoni territorjali. Waħda mill-kwistjonijiet ewlenin hija kif jista’ jsir l-aħjar użu tal-kapaċità tal-ajruporti. L-istrateġija tenfasizza d-differenzi mil-lat tal-konnettività bejn ir-reġjuni differenti u li mhux dejjem jistgħu jiġu spjegati minn differenzi mil-lat taċ-ċirkustanzi u d-domanda jew il-kundizzjonijiet tal-provvista. Dawn id-differenzi jwasslu għal żvantaġġi kompetittivi sostanzjali għal ċerti reġjuni u sfruttament iżjed dgħajjef u inugwali tal-potenzjal kumplessiv u jippreġudikaw ukoll il-koeżjoni territorjali. Il-punt tat-tluq għandu jkun livell raġonevoli ta’ konnettività reġjonali għar-reġjuni Ewropej kollha filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ ajruporti mhux profittabbli, kif ukoll id-distorsjoni tal-kompetizzjoni f’każijiet fejn jeżistu l-kundizzjonijiet għal suq li jiffunzjona;

10.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ser tkompli taħdem mal-osservatorju dwar l-ajruporti biex tissorvelja t-tendenzi fl-Ewropa, kemm fi ħdan kif ukoll barra l-UE, u tidentifika n-nuqqasijiet u l-miżuri adatti li għandhom jittieħdu. Analiżi koordinata u kostanti tal-konnettività tar-reġjuni rigward id-domanda prevista li tindika liema huma r-reġjuni li mhumiex konnessi b’mod tajjeb u tagħti wkoll informazzjoni dwar il-kapaċità tal-ajruporti għandha tkun bażi siewja għall-ippjanar tal-użu u l-iżvilupp tal-kapaċità tal-ajruporti. Permezz ta’ miżuri tal-ippjanar biex tittejjeb l-aċċessibilità u tiġi estiża ż-żona tal-ilħuq tal-ajruporti (catchment area), tista’ tiġi affettwata l-attrazzjoni tal-ajruporti li ma jkunux konnessi daqshekk tajjeb. Il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li huwa essenzjali li tali ppjanar jikkunsidra kemm it-traffiku tal-passiġġieri kif kollu tal-merkanzija u jissejjes fuq perspettiva intermodali, u jeħtieġ li jikkunsidra wkoll l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali;

11.

josserva li fl-istrateġija l-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew jadottaw mill-iżjed fis il-proposta għal reviżjoni tar-Regolament dwar is-Slots, li l-Kummissjoni ressqet fl-2011. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa tal-fehma li l-konnettività reġjonali għandha tingħata prijorità akbar milli dik prevista meta tressqet il-proposta għal reviżjoni tar-Regolament dwar is-Slots, u jemmen ukoll li li għandha tiġi abbozzata mill-ġdid sabiex tikkunsidra aħjar il-prijoritizzazzjoni tal-konnettività reġjonali;

Trasport ta’ merkanzija bl-ajru

12.

josserva li l-merkanzija hija parti importanti tas-settur tal-avjazzjoni, iżda l-istrateġija tal-avjazzjoni ma tqisx dan. It-trasport tal-merkanzija bl-ajru huwa parti essenzjali tal-attivitajiet tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika li jaffettwaw l-opportunitajiet ta’ żvilupp tar-reġjuni, b’mod partikolari dawk ultraperiferiċi, u huwa kwistjoni rilevanti f’termini ta’ ġestjoni reġjonali. Huwa importanti li t-trasport bl-ajru tal-merkanzija jiġi kkunsidrat fl-ippjanar b’perspettiva logistika intermodali. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa tal-fehma li strateġija koerenti dwar l-avjazzjoni fl-UE għandha tikkunsidra t-trasport tal-merkanzija bl-ajru fir-rigward tal-kapaċità tal-ajruporti, l-intermodalità u n-netwerk tal-loġistika, iżda wkoll il-problemi speċifiċi tat-tniġġis akustiku li jista’ jikkawża t-traffiku ta’ tard filgħaxija, billejl u filgħodu kmieni;

Konnettività

13.

josserva li l-kundizzjonijiet ta’ żvilupp ta’ reġjun kwalunkwe jiddependu bil-bosta mill-kwalità tal-konnettività internazzjonali tiegħu. Minn perspettiva reġjonali, konnettività tajba hija l-vantaġġ prinċipali li s-settur tal-avjazzjoni huwa mistenni jipprovdi. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk jemmen li huwa interess leġittimu li r-reġjuni jkunu jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ u l-iżvilupp tal-konnettività tagħhom permezz tal-iżvilupp tar-rotot. Fil-każ tal-ajruporti ultraperiferiċi, din il-konnettività bl-ajru hija neċessità minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom u minħabba l-fatt li ma jeżistux mezzi ta’ trasport alternattivi. Dan jista’ jkun inċentiv għall-istabbiliment ta’ destinazzjonijiet ġodda bl-ajru diretti u għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Hemm bżonn tat-trasparenza biex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni u telf tal-kredibbiltà;

14.

fl-istess ħin jixtieq jenfasizza li hija s-sistema integrata tat-trasport intermodali li tagħti lir-reġjuni l-konnettività tagħhom. It-trasport bl-ajru huwa kruċjali għall-konnessjonijiet ta’ distanza twila u l-konnettività bl-ajru kontinentali u interkontinentali, iżda l-livell ta’ koordinazzjoni tiegħu ma’ mezzi oħra tat-trasport fi ħdan sistema ta’ trasport koerenti huwa essenzjali għall-vjaġġi minn bieb sa bieb u l-benefiċċji soċjali. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-bżonnijiet ta’ dawk li jaħdmu fl-ajruporti jew fil-viċin li jkollhom aċċess għat-trasport pubbliku li jkun adattat għal dawk li jivvjaġġaw biex jaħdmu barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol;

It-tariffi tal-ajruporti bħala strumenti ta’ kontroll

15.

jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u d-djalogu bejn l-ajruporti u t-trasportaturi bl-ajru meta jiġu ffissati t-tariffi tal-ajruporti. Il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq li fl-istrateġija tal-avjazzjoni tal-UE jara wkoll stedina biex tintuża b’mod ikkoordinat l-għażla li t-tariffi tal-ajruporti jintrabtu mal-ħarsien ambjentali fir-rigward tat-tniġġis akustiku u l-kwalità tal-arja. L-użu mifrux u kkoordinat tat-tariffi tal-ajruporti relatati mal-ambjent għandu jkollu impatt influwenti sinifikanti u jista’ jkun inċentiv wieħed fost diversi li, flimkien mal-istrumenti ekonomiċi biex itaffu l-konsum tal-fjuwil u l-impatt fuq il-klima, jistgħu jwasslu għal tiġdid aktar mgħaġġel tal-flotta tal-inġenji tal-ajru, li huwa essenzjali għal finijiet klimatiċi u ambjentali. Il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq ukoll li l-istrateġija tikkunsidra b’mod ġenerali l-kwistjoni tal-inċentivi biex jitħaffef il-pass tat-tiġdid tal-flotta tal-ajruplani bil-għan li jitnaqqsu l-impatti ambjentali u klimatiċi;

Sostenn għar-reġjuni b’nuqqas ta’ konnessjonijiet

16.

jiddispjaċih għall-fatt li, fl-istrateġija, il-Kummissjoni ma identifikatx ir-rwol u l-importanza tal-ajruporti reġjonali għall-iżvilupp tal-avjazzjoni. L-approċċ bilanċjat li l-Kummissjoni biħsiebha tieħu abbażi tal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3) għandu jqis l-iżvilupp reġjonali u l-konnettività tar-reġjuni Ewropej kollha, b’mod partikolari fiż-żoni skarsament popolati, periferiċi u dawk ultraperiferiċi fejn ikun hemm riskju ċar li s-suq ma jissodisfax il-ħtiġijiet reġjonali. Il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq jenfasizza l-fatt li l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma ta’ importanza kruċjali minn perspettiva reġjonali. Fl-istess ħin, trid tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li kwalunkwe ajruport reġjonali jkun jista’ jiġi sostnut biex jilħaq bilanċ ekonomiku sostenibbli fuq perjodu twil ta’ żmien. Il-konnessjonijiet bl-ajru lejn iċ-ċentri ekonomiċi u amministrattivi nazzjonali u lejn l-ajruporti ċentrali għal trasport ‘il barra lejn il-kumplament tad-dinja huma deċiżivi għas-sopravvivenza fit-tul tar-reġjuni ultraperiferiċi, periferiċi u skarsament popolati u wkoll għar-reġjuni li bħalissa għandhom konnettività ħażina għal raġunijiet oħra. F’ħafna każijiet, sabiex jinħolqu kundizzjonijiet raġonevoli għall-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni, jinħtieġu investiment u għajnuna operattiva lill-ajruporti minbarra t-trasport abbażi ta’ akkwist pubbliku, kif ukoll garanzija ta’ slots (take-off u llandjar) fl-eqqel ħinijiet tat-traffiku kummerċjali fl-ajruporti ewlenin sabiex ikun possibbli t-trasferiment lejn destinazzjonijiet interkontinentali u fl-Ewropa. Dan huwa essenzjali għall-koeżjoni territorjali tal-Unjoni Ewropea, u l-Kumitat tar-Reġjuni huwa tal-fehma li dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fl-istrateġija tal-avjazzjoni. Il-Kumitat tar-Reġjuni jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni preċedenti tiegħu li l-isforzi tal-Kummissjoni għandhom jikkonċentraw fuq l-ajruporti maġġuri, u li l-interventi ta’ għajnuna mill-Istat għall-ajruporti żgħar b’medja ta’ traffiku ta’ inqas minn 300 000 passiġġier fis-sena għandhom jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għaliex dawn l-ajruporti ma jistax ikollhom effett sinifikanti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, peress li l-kapaċità strutturali ta’ dawn l-ajruporti ma tippermettilhomx li jkopru l-ispejjeż tal-kapital u tal-operat (1) u li l-għajnuna pubblika għandha l-għan li tiżviluppa infrastruttura sigura u ekonomikament vijabbli għat-traffiku tal-ajru f’reġjuni b’konnettività ħażina (2). Din id-dispożizzjoni għandha naturalment tkun akkumpanjata minn żieda sinifikanti fil-livell limitu għall-eżenzjoni tal-għajnuna għall-ajruporti li jipprovdu SIEĠ (attwalment stabbilit bħala 200 000 passiġġier fis-sena), u għandu jerġa’ jibda jiġi applikat il-limitu fis-seħħ qabel l-adozzjoni tal-hekk imsejjaħ “pakkett Almunia” dwar is-SIEĠ, jiġifieri miljun passiġġier fis-sena. Il-prerekwiżit għal azzjoni bħal din għandu, madankollu, ikun dak li livell raġonevoli ta’ konnettività ma jistax jinkiseb b’mezzi oħra;

17.

huwa tal-fehma li l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari l-Linji gwida tal-UE tal-2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat lill-Ajruporti u lill-Kumpaniji tal-Ajru, flimkien mar-regoli tal-UE li jirregolaw is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali huma kkumplikati u li dan iwassal għal inċertezzi dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jipprovdu għajnuna finanzjarja lill-ajruporti reġjonali. L-approċċ meħud mill-Kummissjoni f’dawn il-każijiet jidher li jieħu ħafna żmien, u għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat u jitħaffef il-pass tal-proċess tal-awtorizzazzjoni. L-inċertezza u d-dewmien fl-ipproċessar jirriskjaw li jagħmluha iżjed diffiċli li tingħata għajnuna urġenti sabiex jinżamm livell raġonevoli ta’ konnettività fir-reġjuni periferiċi, ultraperiferiċi u żgħar u jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ dawn ir-reġjuni;

18.

B’rabta mar-reviżjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) (3) fejn il-mira hi li tiġi eżentata l-għajnuna mill-Istat għal infrastruttura tal-ajruporti mir-rekwiżit tan-notifika, il-KtR b’mod espliċitu jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea għal għajnuna għall-investiment lill-ajruporti reġjonali fejn “Mhuwiex xieraq li jiġi stabbilit livell limitu ta’ notifika rigward l-ammont ta’ għajnuna, peress li l-impatt kompetittiv ta’ miżura ta’ għajnuna jiddependi prinċipalment mid-daqs tal-ajruport u ma jiddependix mid-daqs tal-investiment.” Il-KtR jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tiżgura allinjament mal-leġislazzjoni eżistenti tal-UE fid-“definizzjonijiet ta’ għajnuna għal ajruporti reġjonali”;

Riċerka u innovazzjoni

19.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-istrateġija tirrikonoxxi l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll tal-innovazzjoni sabiex tinżamm il-pożizzjoni fuq quddiem nett tal-Ewropa fis-settur tal-avjazzjoni u l-industrija ajrunawtika. Il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza r-rwol tar-reġjuni, mhux l-inqas fil-qafas tar-responsabbiltà tagħhom għall-ħidma ta’ żvilupp reġjonali bil-kooperazzjoni tas-settur pubbliku, is-settur privat u l-qasam akkademiku tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Ir-riċerka u l-iżvilupp li jikkontribwixxu biex jittaffa l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni huma ta’ interess partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet kosteffettivi u mingħajr l-użu ta’ fjuwils fossili fl-avjazzjoni huwa eżempju wieħed ta’ qasam importanti ta’ riċerka;

Vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (drones)

20.

jemmen li hemm potenzjal qawwi għall-użu tad-drones fil-livell lokali u reġjonali, b’mod partikolari fiż-żoni tal-Ewropa aktar skarsament popolati, u jappoġġja l-ambizzjoni li l-Ewropa tkun f’pożizzjoni minn ta’ quddiem fl-iżvilupp u l-applikazzjoni tat-teknoloġija tad-drones. Eżempju ta’ attività b’potenzjal kbir għall-iżvilupp huwa l-agrikoltura fejn l-applikazzjonijiet tat-teknoloġija tad-drones jistgħu jwasslu għal effiċjenza akbar fuq perjodu twil ta’ żmien. L-ambitu u l-firxa tas-servizzi bbażati fuq din it-teknoloġija huma mistennija jiżdiedu b’mod konsiderevoli għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini, iżda ż-żieda fl-użu tad-drones tfisser li għandhom jiġu kkunsidrati u indirizzati l-kwistjonijiet tas-sikurezza fl-ajru u fuq l-art, il-protezzjoni tal-privatezza, ir-responsabbilità, ir-regolazzjoni dwar l-użu tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju u l-aċċettazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, il-KtR wettaq valutazzjoni tal-impatt territorjali tad-drones. Jixtieq jara wkoll regolazzjoni armonizzata fundamentalment ibbażata fuq ir-riskju ta’ kull użu tad-drones fil-livell tal-UE, filwaqt li jitqies il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u jenfasizza l-ħtieġa għal djalogu bejn l-EASA, li għandha l-kompitu li tipproduċi tali regolazzjoni fundamentali, u l-atturi rilevanti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri. It-teknoloġija tad-drones ser tagħti lill-avjazzjoni tip differenti ta’ firxa lokali u reġjonali minn qabel, u d-dimensjoni ġeografika għandha tiġi rikonoxxuta fil-kuntest tal-leġislazzjoni u r-regolazzjoni. Ir-regolamentazzjoni ġenerali armonizzata dwar id-drones għandha, barra minn hekk, tinkludi regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-approvazzjoni tat-tip għal taħriġ u kwalifiki rigward tħaddim u manutenzjoni tad-drones, b’mod li jiġi ggarantit il-moviment ħieles ta’ dawn il-professjonisti kif ukoll il-libertà ta’ stabbiliment ta’ impriżi fi kwalunkwe territorju tal-Unjoni Ewropea;

Il-klima, l-ambjent u l-ippjanar soċjali intermodali għall-iżvilupp sostenibbli

21.

jinsab sorpriż li t-tibdil fil-klima, li hija waħda mill-akbar sfidi komuni assoluti għall-futur, ingħata trattament sommarju fl-istrateġija. F’dan ir-rigward, jinnota li għandhom jiġu indirizzati l-frammentazzjoni tal-ajru Ewropew u n-nuqqas ta’ azzjoni globali ta’ mitigazzjoni bħala fatturi ewlenin li jżommu lura t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju. Huwa tajjeb li ssir ħidma permezz tal-ICAO biex jinkiseb mekkaniżmu globali sabiex jittaffa l-impatt tas-settur tal-avjazzjoni fuq il-klima, iżda dan m’għandux iżommna milli fl-Ewropa jkollna livell ogħla ta’ ambizzjoni mil-limitu stabbilit mill-ICAO, abbażi tal-għan dwar iż-żamma u t-tisħiħ ta’ standards ambjentali għoljin fuq medda ta’ żmien, kif stabbilit fl-istrateġija. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-mitigazzjoni ta’ kwalunkwe problema ta’ aċċessibbiltà u kompetittività li tirriżulta għar-reġjuni skont l-Artikolu 349 tat-TFUE;

22.

jiddispjaċih li l-industrija tal-avjazzjoni (flimkien ma’ dik marittima) tħallew barra mill-ftehim dwar il-klima ta’ Pariġi tas-sena l-oħra. Filwaqt li jfakkar li t-titjiriet fi ħdan l-UE huma diġà soġġetti għall-iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet (ETS), jinkoraġġixxi l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ dan it-tip lil hinn mill-UE biex jiġu limitati l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju. Għal din ir-raġuni l-KtR iħeġġeġ bil-qawwi lill-ICAO biex tieħu pass ‘il quddiem dwar din il-kwistjoni matul id-39 Assemblea li jmiss;

23.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fir-rigward tal-impatt fuq il-klima, l-atturi kollha għandhom responsabbiltà komuni, u li huwa importanti li jkun hemm perspettiva olistika u mhux biss niffokaw fuq l-impatt tat-trasport bl-ajru fuq il-klima. It-trasport fuq l-art u l-attivitajiet tal-ajruporti jirrapreżentaw parti sostanzjali tat-total tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fil-livell lokali u reġjonali – sa 50 %. L-interazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-settur privat u l-ajruporti biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet intermodali tat-trasport intelliġenti favur il-klima hija eżempju ta’ inizjattiva li tista’ tagħmel kontribut sostanzjali biex jittaffa l-impatt fuq il-klima. Bosta ajruporti qed jaħdmu b’mod ambizzjuż fuq programmi li jikkontribwixxu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-ajruporti fl-Ewropa. Il-KtR huwa tal-fehma li l-istrateġija tal-avjazzjoni għandha tagħti kas ir-responsabbiltajiet u l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jikkontribwixxu b’mod attiv biex jonqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju relatati mal-avjazzjoni;

24.

huwa tal-fehma li t-tniġġis akustiku mill-ajruplani huwa l-isfida prinċipali li jeħtieġ li tiġi indirizzata sabiex l-avjazzjoni tal-UE tkompli tiżviluppa. Jemmen ukoll li huwa sorprendenti li kwistjoni daqstant kruċjali għall-avjazzjoni ġiet trattata b’mod daqshekk inadegwat. It-tniġġis akustiku marbut mal-avjazzjoni jikkawża problemi kbar għas-saħħa u huwa ta’ ħsara għall-benessri. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, minħabba r-responsabilità tagħhom għal saħħet iċ-ċittadini u s-sigurtà u l-benessri tagħhom, kif ukoll għall-ġestjoni tat-territorju, jaqdu rwol ċentrali fil-ġestjoni tat-tniġġis akustiku madwar l-ajruporti u l-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw minnu;

25.

jixtieq jara wkoll eżami aktar fil-fond tal-effetti l-oħra tal-avjazzjoni fuq l-ambjent, l-iżjed l-emissjonijiet fl-arja tal-NOx u tal-materja partikulata. L-istrateġija tirreferi għar-riżultati mistennija minn proġetti ta’ riċerka u żvilupp, bħall-Clean Sky u SESAR, u tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li rapport ambjentali annwali jippermetti lill-UE, lill-Istati Membri u lill-industrija biex jissorveljaw aħjar il-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport bl-ajru, u l-effettività tal-miżuri differenti. Il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon tali valutazzjoni sistematika, konsistenti u regolari tal-prestazzjoni ambjentali. Hija ta’ valur kbir għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li ssir disponibbli data f’livell ġeografiku iktar baxx;

26.

huwa tal-fehma li l-istrateġija tal-avjazzjoni għandha b’mod espliċitu tenfasizza r-rwol ċentrali li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ forom adatti ta’ kooperazzjoni bejn l-operaturi li jimmmaniġġjaw l-ajruporti u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għandhom jiġu identifikati l-prattiki tajbin bil-għan li jħeġġu u jappoġġjaw dan it-tip ta’ żvilupp;

27.

huwa tal-fehma li, fir-rigward tal-impatt ambjentali, hemm żewġ approċċi bażiċi li għandhom jikkomplementaw lil xulxin. L-ewwel wieħed huwa li l-emissjonijiet jiġu limitati fis-sors, u l-istrumenti u l-istandards internazzjonali għandhom influwenza importanti f’dan. It-tieni wieħed huwa li jiġu limitati l-emissjonijiet lokali u/jew l-impatt tagħhom permezz ta’ ġestjoni tat-territorju effettiva u miżuri oħrajn fil-livell lokali u reġjonali bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u r-rappreżentanti tal-ajruporti u s-settur tal-avjazzjoni. Madankollu, l-importanza tal-ippjanar fil-livell lokali u reġjonali u r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan ma jiġux ikkunsidrati fl-istrateġija, u dan huwa nuqqas gravi.

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Opinjoni tal-KtR dwar “Linji gwida tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat lill-Ajruporti u lill-Kumpaniji tal-Ajru”, 28 ta’ Novembru 2013, COTER-V-043 (ĠU C 114, 15.4.2014, p. 11).

(2)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta’ Angoulême, 23 ta’ Lulju 2014; http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-498_en.htm.

(3)  http://ec.europa.eu/competition/consultations/2016_gber_review/index_en.html.


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/74


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS)

(2017/C 088/15)

Relatur:

Hans-Jörg Duppré (DE/PPE), Kap tal-Awtorità Distrettwali ta’ Südwestpfalz

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti

COM(2015) 586 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-kriżi riċenti wriet li l-funzjonament tas-suq intern jista’ jkun mhedded u li hemm riskju li dejjem qiegħed jiżdied ta’ frammentazzjoni finanzjarja. Il-falliment ta’ bank li huwa relattivament kbir meta mqabbel mas-settur bankarju nazzjonali jew il-falliment parallel ta’ parti mis-settur bankarju nazzjonali jista’ jpoġġi lill-iSGD nazzjonali f’pożizzjoni vulnerabbli għal xokkijiet kbar lokali, anki bil-mekkaniżmi ta’ finanzjament addizzjonali previsti mid-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Din il-vulnerabilità tal-iSGD nazzjonali għal xokkijiet kbar lokali tista’ tikkontribwixxi għal rispons avvers bejn il-banek u s-sovrani nazzjonali tagħhom li jdgħajjef l-omoġeneità tal-ħarsien tad-depożiti u jikkontribwixxi għal nuqqas ta’ fiduċja fost id-depożitanti u jirriżulta f’instabbiltà tas-suq.

Il-kriżi reċenti wriet li l-funzjonament tas-suq intern jista’ jkun mhedded u li hemm riskju li dejjem qiegħed jiżdied ta’ frammentazzjoni finanzjarja. Il-falliment ta’ bank li huwa relattivament kbir meta mqabbel mas-settur bankarju nazzjonali jew il-falliment parallel ta’ parti mis-settur bankarju nazzjonali jista’ jpoġġi lill-iSGD nazzjonali f’pożizzjoni vulnerabbli għal xokkijiet kbar lokali, anki bil-mekkaniżmi ta’ finanzjament addizzjonali previsti mid-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , bil-kundizzjoni li l-iSGD nazzjonali stabbiliti b’din id-Direttiva jiġu stabbiliti b’mod sħiħ u finanzjarjament protetti biżżejjed . Din il-vulnerabilità tal-iSGD nazzjonali għal xokkijiet kbar lokali tista’ tikkontribwixxi għal rispons avvers bejn il-banek u s-sovrani nazzjonali tagħhom li jdgħajjef l-omoġeneità tal-ħarsien tad-depożiti u jikkontribwixxi għal nuqqas ta’ fiduċja fost id-depożitanti u jirriżulta f’instabbiltà tas-suq.

Raġuni

L-emenda għandha l-għan li tiċċara li l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti fil-livell nazzjonali li għandhom jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali mid-Direttiva 2014/49/UE se jkunu partikolarment vulnerabbli jekk ma jiġux implimentati bis-sħiħ u jekk il-fondi nazzjonali mhux se jkunu pprovduti b’riżorsi suffiċjenti.

Emenda 2

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għalkemm id-Direttiva 2014/49/UE ttejjeb b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-iskemi nazzjonali biex jiġu kkumpensati d-depożitanti, arranġamenti ta’ garanzija tad-depożiti iktar effiċjenti huma meħtieġa fil-livell tal-Unjoni Bankarja sabiex jiġu żgurati mezzi finanzjarji suffiċjenti li jirfdu l-fiduċja tad-depożitanti kollha u għaldaqstant titħares l-istabbiltà finanzjarja. L-EDIS iżżid ir-reżiljenza tal-Unjoni Bankarja kontra kriżijiet futuri billi taqsam ir-riskju fuq firxa iktar wiesa’ u toffri ħarsien ugwali għad-depożitanti assigurati, billi tappoġġja l-funzjonament xieraq tas-suq intern.

Għalkemm id-Direttiva 2014/49/UE ttejjeb b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-iskemi nazzjonali biex jiġu kkumpensati d-depożitanti, arranġamenti ta’ garanzija tad-depożiti iktar effiċjenti jistgħu jkunu meħtieġa fil-livell tal-Unjoni Bankarja sabiex jiġu żgurati mezzi finanzjarji suffiċjenti li jirfdu l-fiduċja tad-depożitanti kollha u għaldaqstant titħares l-istabbiltà finanzjarja. EDIS li tiffunzjona żżid ir-reżiljenza tal-Unjoni Bankarja kontra kriżijiet futuri billi taqsam ir-riskju fuq firxa iktar wiesa’ u toffri ħarsien ugwali għad-depożitanti assigurati, billi tappoġġja l-funzjonament xieraq tas-suq intern. Madankollu, dan jeħtieġ li l-Istati Membri kollha jkunu stabbilixxew l-istess kundizzjonijiet permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/49/UE, ikkonfermata minn evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea sal-31.12.2016, f’forma ta’ rapport. F’konformità mal-Linji gwida tar-Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni ser twettaq ukoll valutazzjoni tal-impatt fuq il-proposta sottomessa sal-istess data, li ser tinkludi fost l-oħrajn aspetti relatati mal-garanziji istituzzjonali.

Raġuni

L-Artikolu 19(5) tad-Direttiva 2014/49/UE jipprovdi li sal-2019, il-Kummissjoni Ewropea għandha tressaq rapport dwar il-funzjonament tal-SDGs nazzjonali fi skema Ewropea. Peress li l-Proposta attwali għal Regolament tressqet qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, u hija direttament ibbażata fuq l-SGA nazzjonali funzjonali, ir-rapport għandu jiġi ppreżentat iktar tard din is-sena sabiex ikun żgurat li d-diskussjonijiet ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni reali. L-istess japplika għall-valutazzjoni tal-impatt li għandha titwettaq.

Emenda 3

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Biex jiġu garantiti kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern kollu, dan ir-Regolament huwa konsistenti mad-Direttiva 2014/49/UE. Dan jikkumplimenta r-regoli u l-prinċipji ta’ dik id-Direttiva sabiex jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-EDIS u li l-finanzjament xieraq huwa disponibbli għal tal-aħħar. Għaldaqstant il-liġi materjali dwar il-garanzija tad-depożiti li għandha tiġi applikata fil-qafas tal-EDIS se tkun konsistenti ma’ dik applikabbli mill-iSGD nazzjonali jew mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri mhux parteċipanti, armonizzata permezz tad-Direttiva 2014/49/UE.

Biex jiġu garantiti kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern kollu, dan ir-Regolament huwa konsistenti mad-Direttiva 2014/49/UE. Dan jikkumplimenta r-regoli u l-prinċipji ta’ dik id-Direttiva sabiex jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-EDIS u li l-finanzjament xieraq huwa disponibbli għal tal-aħħar. Dan iqis, b’mod partikolari, l-interdipendenza bejn ekonomija stabbli u tħaddim tal-banek lokali u reġjonali, kif ukoll tal-banek promozzjonali. Dawn l-istituzzjonijiet primarjament jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-miżuri ta’ appoġġ fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Għaldaqstant il-liġi materjali dwar il-garanzija tad-depożiti li għandha tiġi applikata fil-qafas tal-EDIS se tkun konsistenti ma’ dik applikabbli mill-iSGD nazzjonali jew mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri mhux parteċipanti, armonizzata permezz tad-Direttiva 2014/49/UE.

Raġuni

L-għan ta’ din l-emenda huwa li jiġi żgurat li r-rwol tal-banek pubbliċi tkun ikkunsidrata fil-proposta.

Emenda 4

Artikolu 1(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

“Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-SRM, dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:

1.   Għall-finijiet tal-SRM, dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:

(a)

istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti;

(a)

istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti;

(b)

impriżi prinċipali, inklużi l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, meta jkunu soġġetti għal superviżjoni konsolidata mwettqa mill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(b)

impriżi prinċipali, inklużi l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, meta jkunu soġġetti għal superviżjoni konsolidata mwettqa mill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(c)

ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, meta jkunu koperti mis-superviżjoni konsolidata tal-impriża prinċipali mwettqa mill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(c)

ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, meta jkunu koperti mis-superviżjoni konsolidata tal-impriża prinċipali mwettqa mill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

2.   Għall-finijiet tal-EDIS dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:

2.   Għall-finijiet tal-EDIS dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:

(a)

skemi ta’ garanzija tad-depożiti parteċipanti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1a);

(a)

skemi ta’ garanzija tad-depożiti parteċipanti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1a);

(b)

istituzzjonijiet tal-kreditu affiljati ma’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti parteċipanti.

(b)

istituzzjonijiet tal-kreditu affiljati ma’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti parteċipanti.

 

3.     Għall-finijiet tal-EDIS, dan ir-Regolament m’għandux, madankollu, japplika għal banek promozzjonali skont l-Artikolu 3(1)(16)(ġdid).

Meta dan ir-Regolament joħloq drittijiet jew obbligi għal SGD parteċipanti amministrata minn awtorità maħtura kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, id-drittijiet jew l-obbligi jitqiesu bħala dawk tal-awtorità maħtura.”;

Meta dan ir-Regolament joħloq drittijiet jew obbligi għal SGD parteċipanti amministrata minn awtorità maħtura kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, id-drittijiet jew l-obbligi jitqiesu bħala dawk tal-awtorità maħtura.”;

Raġuni

Il-banek promozzjonali huma differenti ħafna mill-mudelli bankarji normali. Għalkemm huma rifinanzjati fis-suq kapitali, it-tħaddim tagħhom jippreżenta riskju zgħir ta’ insolvenza minħabba n-natura u d-daqs tal-kapital disponibbli. Għalhekk dawn għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti dwar l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti.

Emenda 5

Artikolu 1(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin (55), (56) u (57):

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin (16) (ġdid), (55), (56) u (57):

 

 

(16)

(ġdid) “bank promozzjonali” tfisser kwalunkwe impriża jew entità stabbilita minn Stat Membru, gvern ċentrali jew reġjonali, li jagħti self promozzjonali fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovi l-objettivi tal-politika pubblika ta’ dak il-gvern, sakemm dak il-gvern ikollu obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-impriża jew l-entità u jżomm l-vijabbiltà tagħha tul ħajjitha, jew li tal-anqas 90 % tal-fondi oriġinali tiegħu jew tas-self promozzjonali li jagħti jkun direttament jew indirettament garantit mill-gvern ċentrali jew reġjonali tal-Istat Membru;

 

“(55)

‘skemi ta’ garanzija tad-depożiti parteċipanti’ jew ‘SGD parteċipanti’ jfissru skemi ta’ garanzija tad-depożiti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE li huma introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti fi Stat Membru parteċipanti;

 

“(55)

‘skemi ta’ garanzija tad-depożiti parteċipanti’ jew ‘SGD parteċipanti’ jfissru skemi ta’ garanzija tad-depożiti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE li huma introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti fi Stat Membru parteċipanti;

 

(56)

‘event ta’ żborż’ tfisser l-okkorrenza ta’ depożiti mhux disponibbli kif definiti fil-punt 8 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE rigward istituzzjoni ta’ kreditu affiljata ma’ SGD parteċipanti;

 

(56)

‘event ta’ żborż’ tfisser l-okkorrenza ta’ depożiti mhux disponibbli kif definiti fil-punt 8 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE rigward istituzzjoni ta’ kreditu affiljata ma’ SGD parteċipanti;

 

(57)

‘mezzi finanzjarji disponibbli tad-DIF’ tfisser flus, depożiti u assi b’riskju baxx li jistgħu jiġu likwidati fi żmien li ma jaqbiżx dak imsemmi fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/49/UE.”;

 

(57)

‘mezzi finanzjarji disponibbli tad-DIF’ tfisser flus, depożiti u assi b’riskju baxx li jistgħu jiġu likwidati fi żmien li ma jaqbiżx dak imsemmi fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/49/UE.”;

Raġuni

Għall-uniformità aħjar tintuża d-definizzjoni fit-Taqsima 1, Artikolu 3(27) tar-Regolament (UE) 2015/63, peress li għandha l-elementi kollha essenzjali għaliex għandu jkun evitat li jkun hemm definizzjonijiet differenti fl-atti legali.

Emenda 6

Artikolu 74c(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 93 sabiex tispeċifika metodu bbażat fuq ir-riskju għal kalkolazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti li fihom jiġi stabbilit metodu bbażat fuq ir-riskju għal kalkolazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Għandha tadotta att delegat wieħed li jispeċifika l-metodu għall-kalkolazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu lill-iSGD parteċipanti u, għall-perjodu ta’ riassigurazzjoni biss, lid-DIF. F’dan l-att delegat il-kalkolazzjoni tkun abbażi tal-ammont ta’ depożiti koperti u l-grad ta’ riskju mġarrab minn kull istituzzjoni ta’ kreditu b’rabta mal-istituzzjonijiet tal-kreditu l-oħra kollha affiljati mal-istess SGD parteċipanti.

Għandha tipproponi dispożizzjoni li tispeċifika l-metodu għall-kalkolazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu lill-SGD parteċipanti u, għall-perjodu ta’ riassigurazzjoni biss, lid-DIF. F’dan l-att delegat il- kalkolazzjoni tkun abbażi tal-ammont ta’ depożiti koperti u l-grad ta’ riskju mġarrab minn kull istituzzjoni ta’ kreditu b’rabta mal-istituzzjonijiet tal-kreditu l-oħra kollha affiljati mal-istess SGD parteċipanti. Din ser tieħu wkoll kont ta’ skemi nazzjonali volontarji addizzjonali.

Għandha tadotta t-tieni att delegat li jispeċifika l-metodu għall-kalkolazzjoni tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu lid-DIF mill-perjodu ta’ koassigurazzjoni. F’dan it-tieni att delegat il- kalkolazzjoni tkun abbażi tal-ammont ta’ depożiti koperti u l-grad ta’ riskju mġarrab minn kull istituzzjoni ta’ kreditu b’rabta mal-istituzzjonijiet tal-kreditu l-oħra kollha msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2). Iż-żewġ atti delegati għandhom jinkludu formula ta’ kalkolazzjoni, indikaturi speċifiċi, klassijiet tar-riskju għall-membri, limiti għal piżijiet tar-riskju assenjati lil klassijiet tar-riskju speċifiċi, u elementi neċessarji oħra. Il-grad tar-riskju għandu jkun ivvalutat abbażi tal-kriterji li ġejjin:

Għandha tipproponi dispożizzjoni oħra li tispeċifika l-metodu għall-kalkolazzjoni tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu lid-DIF mill-perjodu ta’ koassigurazzjoni. Il- kalkolazzjoni tkun abbażi tal-ammont ta’ depożiti koperti u l-grad ta’ riskju mġarrab minn kull istituzzjoni ta’ kreditu b’rabta mal-istituzzjonijiet tal-kreditu l-oħra kollha msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2). Iż-żewġ atti delegati għandhom jinkludu formula ta’ kalkolazzjoni, indikaturi speċifiċi, klassijiet tar-riskju għall-membri, limiti għal piżijiet tar-riskju assenjati lil klassijiet tar-riskju speċifiċi, u elementi neċessarji oħra. Il-grad tar-riskju għandu jkun ivvalutat abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-livell ta’ kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf tal-istituzzjoni;

(a)

il-livell ta’ kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf tal-istituzzjoni;

(b)

il-ħila tal-istituzzjoni biex tissodisfa l-obbligi fuq perjodu qasir u twil;

(b)

il-ħila tal-istituzzjoni biex tissodisfa l-obbligi fuq perjodu qasir u twil;

(c)

l-istabbiltà u l-varjetà tas-sorsi ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet u l-assi likwidi ħafna mhux gravati;

(c)

l-eżistenza ta’ skema ta’ protezzjoni istituzzjonali funzjonanti f’konformità mal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u l-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (2014/49/UE);

(d)

il-kwalità tal-assi tal-istituzzjoni;

( d )

l-istabbiltà u l-varjetà tas-sorsi ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet u l-assi likwidi ħafna mhux gravati;

(e)

il-mudell kummerċjali u l-ġestjoni tal-istituzzjoni;

(e)

il-kwalità tal-assi tal-istituzzjoni;

(f)

il-grad ta’ kemm l-assi tal-istituzzjoni huma gravati.

(f)

il-mudell kummerċjali u l-ġestjoni tal-istituzzjoni;

 

(g)

il-grad ta’ kemm l-assi tal-istituzzjoni huma gravati.

Raġuni

L-emendi huma maħsuba biex l-ewwel nett jadattaw il-metodu ta’ kalkolu fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom skemi ta’ garanzija volontarja Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-inċentiv għaż-żamma (supplementari) tal-iskemi volontarji ma jkunx imxekkel minn obbligu doppju biex iħallsu. Għandu jkun ċar ukoll li l-metodu ta’ kalkolu m’għandux ikun magħżul mill-Kummissjoni Ewropea biss, iżda għandu jirriżulta minn proċedura leġislattiva ordinarja.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti preliminari

1.

jirrikonoxxi li l-kriżi ekonomika globali wasslet għal nuqqas ta’ fiduċja dejjem akbar mill-popolazzjoni fir-rigward ta’ partijiet kbar tas-settur finanzjarju. L-ispekulazzjoni b’riskju għoli minn ċerti banek kbar ikkontribwixxiet b’mod sinifikanti għal din il-kriżi, jew kienet waħda mill-bosta kawżi tal-falliment tas-sistema finanzjarja. Is-“salvataġġi” ta’ banek importanti sistemiċi kienu neċessarja minn perspettiva ta’ politika ekonomika, iżda wasslu għal kritika qawwija fost iċ-ċittadini minħabba li l-Istati Membri kienu qed jieħdu r-responsabbiltà għar-riskji meħuda primarjament minn istituzzjonijiet finanzjarji privati. Għaldaqstant huwa kruċjali li jkun żgurat li l-proposti inkwistjoni għal skema Ewropea ta’ garanzija tad-depożiti jsaħħu l-fiduċja taċ-ċittadini fis-settur bankarju Ewropew fl-Istati Membri kollha;

2.

jenfasizza li hemm rabta ċara bejn l-istabbiltà ekonomika tal-Istati Membri u l-istabbiltà tal-banek ibbażati fihom. Għal dik ir-raġuni, is-sistema ta’ unjoni bankarja Ewropea m’għandhiex tiġi evalwata b’mod iżolat, iżda għandha tmur id f’id mal-miżuri ta’ governanza ekonomika fil-livell tal-Istati Membri li jistabbilixxu u jiżguraw stabbiltà ekonomika. F’ċerti Stati Membri, pereżempju, il-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza jwasslu għal proċeduri eċċessivament twal, li jirriżultaw f’dewmien konsiderevoli biex jinkisbu titoli li jistgħu jkunu infurzati. Regoli bħal dawn joħolqu kunflitt mal-għanijiet tal-proposti tal-Kummissjoni, peress li jagħmlu diffiċli, jekk mhux ukoll impossibbli fil-prattika, ir-riżoluzzjoni tal-banek f’każ ta’ imputabilità;

3.

jilqa’, f’dan ir-rigward, l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-unjoni bankarja biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini. Il-kriżi bankarja u finanzjarja wriet dgħufiji fis-sistema bankarja li jeħtieġ li jitneħħew fil-fażi li jmiss. Id-Direttiva dwar l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti (DSGD) mill-2014 u d-Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (BRRD) ikkontribwew b’mod sinifikanti f’dan ir-rigward, iżda għadhom ma ġewx trasposti fl-Istati Membri kollha. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat ukoll li l-proposta tipprevedi li l-Istati Membri għandhom iżommu d-DGS nazzjonali li diġà twaqqfu flimkien mal-Fond Ewropew Komuni, tal-anqas sakemm tinkiseb assigurazzjoni sħiħa taħt l-EDIS;

4.

jirrikonoxxi li t-tranżizzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, mil-livell nazzjonali għal dak Ewropew, hija pass fundamentali, il-proċess – għalkemm riskjuż – jista’ jiggarantixxi s-sikurezza tad-depożiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, dan jippresupponi li l-Kummissjoni l-ewwel tħejji valutazzjoni tal-impatt, li d-Direttiva SGD hija implimentata fl-Istati Membri kollha u li r-riskji eżistenti huma minimizzati. Huwa biss b’dan il-mod li flimkien mal-protezzjoni tad-depożiti permezz tal-iskema ser tissaħħaħ ukoll l-istabbiltà finanzjarja billi titnaqqas ir-rabta bejn il-banek u d-dejn sovran.

5.

Huwa tal-fehma li l-Istati Membri kollha għandhom jimplimentaw id-DSGD qabel ma jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta’ Skema Ewropea għall-Garanzija tal-Assigurazzjoni. Dan huwa partikolarment rilevanti minħabba li għandhom jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta’ finanzjament ta’ skemi ta’ garanzija għad-depożiti u minħabba l-possibbiltà li jintużaw fondi (inklużi miżuri preventivi jew miżuri ta’ protezzjoni istituzzjonali) It-twaqqif ta’ skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti mingħajr ma l-ewwel jiġu armonizzati l-iskemi ta’ protezzjoni nazzjonali jkun ifisser li dawk l-Istati Membri li għadhom ma ttrasponewx id-DSGD ma jkollhomx inċentiv li jagħmlu dan. L-EDIS m’għandha, taħt l-ebda ċirkostanza, tagħmel il-fondi stabbli u effiċjenti responsabbli għal sistemi instabbli mingħajr ma jkollha xi tip ta’ influwenza fuq kif tiġġestixxi r-riskju ta’ dawn is-sistemi. F’dan ir-rigward għandu jiġi mfakkar li anki d-DSGD innifisha tipprevedi rapport dwar il-kooperazzjoni tal-iskemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti sal-2019 Rapport bħal dan ikun prerekwiżit għall-Iskema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-depożiti;

6.

ifakkar, f’dan il-kuntest, id-dikjarazzjonijiet li saru fl-Opinjoni tiegħu dwar is-segwitu għar-Rapport tal-Ħames Presidenti: Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa;

7.

jinnota li l-banek fl-Istati Membri jvarjaw ħafna fil-forma u fid-daqs, kif ukoll fil-metodi ta’ ħidma. Hemm ukoll varjetà ta’ mudelli għal strutturi ta’ sjieda, li mbagħad ifisser li jista’ jkun hemm differenzi sinifikanti f’termini ta’ orjentazzjoni strateġika, riskji meħuda u tħaddim tas-suq;

8.

huwa tal-fehma li d-diversifikazzjoni ta’ dawn il-mudelli jistgħu jikkostitwixxu vantaġġ fi żminijiet ta’ kriżi. Id-diversi speċifiċitajiet nazzjonali u reġjonali jeħtieġu regolarment strateġija mfassla b’mod speċifiku għas-sitwazzjoni. Sabiex mhux biss tinżamm iżda wkoll tiżdied il-kompetittività tal-UE u l-Istati Membri tagħha, is-sistemi eżistenti li jaħdmu sewwa u li diġà jiffunzjonaw għandhom jiġu integrati fi Skema Ewropea ta’ garanzija tad-depożiti;

9.

iqis ukoll li l-banek Ewropej jaqdu rwol sinifikanti għall-impriżi fl-Unjoni Ewropea u barra mill-UE u bħala bażi għall-ekonomija Ewropea jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern Ewropew. Fiduċja bażika taċ-ċittadini u tan-negozji fil-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji hija bażi essenzjali għall-investimenti pubbliċi u privati fl-Istati Membri;

Ir-rwol tal-banek pubbliċi fl-UE

10.

jagħraf li, minkejja l-effetti devastanti tal-kriżi fuq l-ekonomiji Ewropej u l-istituzzjonijiet f’diversi Stati Membri jeżistu għadd ta’ eżempji fejn il-protezzjoni tal-assi taċ-ċittadini, anki f’dan iż-żmien, kienet żgurata b’mod korrett;

11.

itenni li l-banek lokali u reġjonali pubbliċi, anke matul il-kriżi bankarja u/jew ekonomika, setgħu jkomplu jgawdu mill-fiduċja taċ-ċittadini permezz tal-għanijiet u l-għeruq lokali tagħhom;

12.

jikkonferma li l-banek lokali u reġjonali fil-prinċipju mhumiex għall-profitt iżda joperaw fl-interess ġenerali taċ-ċittadini. Bħall-banek promozzjonali fl-Istati Membri, il-banek lokali u reġjonali wkoll, l-ewwel u qabel kollox jaħdmu biex issaħħu ċ-ċittadini u l-intrapriżi lokali. F’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandhom rwol vitali fil-bini u l-manutenzjoni tal-infrastruttura bażika, kif ukoll għall-finanzjament tal-SMEs, il-mikrointrapriżi u negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu;

13.

jirrimarka li l-attivitajiet tal-banek pubbliċi huma ta’ riskju baxx u huma rregolati fil-livell nazzjonali u lokali, li a priori ma jippermetti ebda akkumulazzjoni ta’ operazzjonijiet riskjużi jew riskji oħra assoċjati mal-attivitajiet tal-banek kummerċjali. Il-banek pubbliċi ma kienu bl-ebda mod responsabbli għall-bidu tal-kriżi ekonomika. Għall-kuntrarju, dawn ħafna drabi pproteġew il-finanzjament tas-settur pubbliku filwaqt li l-bqija tas-suq finanzjarju kważi staġna għalkollox.

14.

jitlob għaldaqstant, li l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea m’għandhomx ikunu diskriminatorji fil-konfront tal-banek pubbliċi lokali u reġjonali. L-organizzazzjoni u l-funzjonament ta’ din il-forma ta’ attività bankarja m’għandhiex tkun żvantaġġjata vis-à-vis il-banek il-kbar li joperaw bejn il-fruntieri. L-istess japplika għal banek promozzjonali pubbliċi li għandhom għan u funzjonament differenti minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra. Dawn id-differenzi għandhom jiġu kkunsidrati meta jkunu ffissati r-rati tal-kontribuzzjonijiet;

15.

jinnota li sistemi nazzjonali ta’ protezzjoni aktar stretti bħal garazija għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’ħafna każijiet hija kompliment utli mis-sempliċi garanzija tad-depożiti. Sistema bħal din, li mhux biss tiggarantixxi l-assi reali għaċ-ċittadini, iżda l-istituzzjoni kollha, billi jiġu appoġġjati l-banek parteċipanti, għandha ssaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u l-ekonomija. Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ din is-sistema jonqos l-impatt tar-ristrutturar fuq is-swieq;

16.

speċifikament jirrimarka, f’dan ir-rigward, li l-proposta tal-Kummissjoni m’għandhiex twassal għal sitwazzjoni fejn il-kontribuzzjonijiet lejn fond Ewropew ta’ assigurazzjoni tad-depożiti jirrappreżentaw piż addizzjonali konsiderevoli fuq l-istituti li jappartjenu għal skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li jiffunzjonaw, fejn issir diskutibbli l-eżistenza ta’ dawn l-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali li diġà ġew ippruvati u ttestjati;

Għandhom jitqiesu aktar il-linji gwida dwar regolamentazzjoni aħjar

17.

ifakkar li l-Kummissjoni Ewropea, fid-19 ta’ Mejju 2015, ippreżentat linji gwida dwar sistema ġdida ta’ regolamentazzjoni aħjar; Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet huwa indikat li qabel il-pubblikazzjoni tal-proposta, il-partijiet interessati kkonċernati għandhom jinstemgħu, f’forma ta’ konsultazzjoni pubblika, dwar l-elementi possibbli tal-proposta. Din il-forma ta’ konsultazzjoni pubblika, li tikkontribwixxi sew biex tilleġitima kull att leġislattiv Ewropew, nazzjonali jew reġjonali ma twettqitx bil-proposta attwali;

18.

jikkritika l-fatt li l-ġustifikazzjoni ppreżentata ma tissodisfax il-kriterji meħtieġa skont l-Artikoli 2 u 5 tal-Protokoll dwar is-Sussidjarjetà (il-Protokoll 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea), u lanqas ma saret valutazzjoni tal-impatt qabel il-pubblikazzjoni tal-proposta. Il-valutazzjonijiet tal-impatt hija parti vitali għar-regolamentazzjoni aħjar. Mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-implikazzjonijiet ekonomiċi, iżda wkoll konsegwenzi soċjali u politiċi ta’ proposta leġislattiva, mhux biss hemm ir-riskju ta’ spejjeż partikolari iżda wkoll effetti mhux mixtieqa. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni tar-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib tat-trasparenza leġislattiva;

19.

jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni Ewropea biex tirranġa n-nuqqas ta’ din il-proċeduri u tipprovdu ġustifikazzjoni dwar is-sussidjarjetà qabel ma l-proposta tgħaddi għad-diskussjoni għand l-istituzzjonijiet l-oħra involuti fil-proċess leġislattiv. Wara l-valutazzjoni tal-għażliet kollha regolatorji u biss wara valutazzjoni sħiħa tal-implikazzjonijiet tal-proposta, jistgħu l-istituzzjonijiet jaslu għal riżultati prattiċi. Hemm dubji serji dwar jekk il-proposta tal-Kummissjoni taqbilx mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

20.

jinnota, f’dan ir-rigward, li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ma kkunsidratx is-sistema ta’ garanzija għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Jidher li se jkun hemm effetti konsiderevoli fuq l-Istati Membri li għandhom sistemi bħal dawn fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-2014 dwar ir-regolamentazzjoni l-ġdida tal-garanzija tad-depożiti. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea hija mistiedna tispjega kif sistemi bħal dawn se jiġu indirizzati permezz tal-proposti ġodda;

21.

jitlob li l-kwoti attwali għall-finijiet tal-evalwazzjoni, jiġu inklużi fil-proposta nnfisha u mhux permezz ta’ atti delegati adottati mill-Kummissjoni. Il-bażi ta’ valutazzjonigħandha effett ta’ lieva sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-istabbiltà tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti u għandha għalhekk tiġi deċiża bl-involviment tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew;

Bażi legali adatta għal skema Ewropea ta’ garanzija tad-depożiti

22.

huwa tal-fehma li l-bażi legali għal din il-proposta, m’għandiex tkun l-Artikolu 114 tat-TFUE l-klawżoli dwar il-kompetenzi mhux previsti mit-Trattati kif imsemmi fl-Artikolu 352 tat-TFUE. L-Artikolu 114 tat-TFUE jipprevedi miżuri ta’ approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi għall-istabbiliment tas-suq intern. Dan m’għandux jieħu l-forma ta’ kompetenza leġislattiva ġenerali għas-suq intern tal-Unjoni Ewropea, iżda għandu jservi biss biex jingħelbu n-nuqqasijiet fil-funzjonament tas-suq intern minħabba regoli nazzjonali diverġenti;

23.

iqis li l-proposta għal sistema Ewropea ta’ garanzija tad-depożiti għandha primarjament tiffoka fuq l-istabbiltà finanzjarja bħala bażi għal politiki ekonomiċi u monetarji tal-Unjoni Ewropea u għalhekk l-Artikolu 352 tat-TFUE għandu jintuża bħala bażi legali;

Politika finanzjarja Ewropea – prijorità għall-ħarsien tal-assijiet

24.

jitlob, qabel kollox, li jiġu eliminati r-riskji residwi mill-bilanċ tal-banek qabel ma tiddaħħal Skema Ewropea ta’ garanzija tad-depożiti. Il-proposti mressqa mill-Kummissjoni Ewropea f’dan il-qasam mhix speċifiċi biżżejjed. Madankollu, b’mod loġiku, skema armonizzata ta’ assigurazzjoni tad-depożiti tassumi miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni tar-riskju, li fi kwalunkwe każ, għandhom jitressqu qabel kwalunkwe diskussjoni ulterjuri tal-proposti tal-Kummissjoni;

25.

huwa tal-fehma li soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd mhix applikabbli minħabba l-istrutturi differenti fis-settur bankarju fl-Istati Membri. Is-sistemi li jaħdmu sew għandhom jinżammu u jiġu integrati f’sistema Ewropea. Il-proposta m’għandha taħt l-ebda ċirkostanza teħtieġ riorganizzazzjoni tas-sistemi kollha fl-Istati Membri, li kieku twassal għal spiża sinifikanti u, b’mod partikolari, inċertezza sinifikanti dwar il-funzjonalità u u s-sikurezza tal-kundizzjonijiet relativi;

26.

jitlob li jkun hemm politiki bankarji Ewropej, li tipproteġi b’mod sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-assi tagħhom. Tali sistema għandha primarjament terġa ġġib u/jew iżżomm il-fiduċja taċ-ċittadini fil-funzjonament tas-sistema u tas-swieq finanzjarji. Skema Ewropea ta’ garanzija tad-depożiti m’għandhiex twassal jew tappoġġja riskju għoli spekulattiva. Pjuttost, il-prijorità li tiġi promossa politika fiskali soda ta’ mudelli ta’ institutzzjonijiet ta’ kreditu raġonevoli minn perspettiva makroekonomika;

27.

huwa tal-fehma, barra minn hekk, li sistema Ewropea ta’ garanzija tad-depożiti m’għandiex toħloq trattament inġust għall-istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali li jaġixxu b’mod konservattiv. Il-banek involuti primarjament f’operazzjonijiet ta’ riskju għoli għandu jkollhom rekwiżiti ulterjuri permezz ta’ kontribuzzjoni ogħla għall-assigurazzjoni tad-depożiti, sabiex tinkiseb bidla fir-responsabbiltà għal istituzzjonijiet żgħar li joperaw primarjament fis-settur ta’ riskju baxx u huma attivi fil-finanzjament tal-ekonomija reali fil-livell lokali biss;

28.

jikkritika l-fatt li l-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni ma fihiex biżżejjed informazzjoni dettaljata rigward l-użu eżatt tal-iskema Ewropea ta’ garanzija tad-depożiti prevista. Mhuwiex ċar jekk, meta u sa liema punt il-fondi jistgħu jintużaw għal azzjoni preventiva jew miżuri alternattivi. Sempliċi ħarsien tad-depożiti tista’ fil-fatt tikkumpensal-assi tad-depożituri sal-limitu tar-responsabbilità għall-kumpens iżda ma tistax tevita r-responsabbilità nniffisha. Għandha tingħata l-ogħla prijorità, kemm mill-perspettiva ekonomika kif ukoll minn dik politika, biex in-nuqqas ta’ responsabbiltà ma sseħx.

Brussell, 12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/83


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ekonomija ċirkolari

(2017/C 088/16)

Relatur:

Is-Sinjura Winter (DE/PSE), Segretarja tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej u l-Kultura fil-Kanċellerija tal-Istat ta’ Thüringen

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari”

COM(2015) 614 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex, permezz ta’ mudell ċirkolari aktar robust li jippreserva l-valur tal-prodotti, materjali u r-riżorsi fiċ-ċiklu ta’ ħajja, tistabbilixxi ekonomija sostenibbli, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, b’teknoloġija avvanzata, li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u tuża anqas minnhom, u b’hekk jinħolqu vantaġġi kompetittivi u impjiegi fl-Ewropa;

2.

jenfasizza li sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet, il-miżuri għandhom jitfasslu bl-istess mod fl-Istati Membri kollha — skont l-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi u l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa (1) — sabiex iwasslu għal opportunitajiet ta’ impjieg fl-oqsma l-ġodda tas-swieq tax-xogħol li jinħolqu mill-ekonomija ċirkolari (kostruzzjoni ta’ bini ekoloġiku sostenibbli, ġestjoni tal-iskart, eċċ.) u l-ħaddiema jitħarrġu skont id-domanda. B’appoġġ u taħriġ xieraq, ħafna persuni qiegħda jistgħu jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol waqt li għall-oħrajn jistgħu jinfetħu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol.

3.

jenfasizza li bosta problemi li huma kkawżati mill-produzzjoni u l-konsum fl-UE għandhom impatt fuq partijiet oħrajn tad-dinja, b’mod partikolari fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u l-pajjiżi b’ekonomiji emerġenti, u li hemmhekk huma mistennija wkoll riperkussjonijiet pożittivi permezz tal-bidla fil-produzzjoni u l-konsum. Il-KtR jimpenja ruħu li jissodisfa r-responsabbiltajiet politiċi, ekonomiċi u soċjali tal-UE li jirriżultaw; għalhekk jirrakkomanda, anke fid-dawl tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2016, li ssir enfasi fuq miżuri li jiżguraw li fuq livell internazzjonali jiġu implimentati wkoll barra l-UE l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi;

4.

jenfasizza li biex tintlaħaq il-mira ambizzjuża ta’ ekonomija ċirkolari magħluqa, hemm bżonn tar-rieda fil-livelli politiċi kollha sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa għal dan il-għan. Dawn il-miżuri jinkludu d-disinn ekoloġiku tal-prodotti u s-servizzi, il-prevenzjoni tal-iskart, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u l-użu mill-ġdid tal-materjali u l-komponenti, kif ukoll it-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi, u l-ipproċessar ta’ sustanzi diffiċli sabiex jitħeġġu r-responsabbiltà, ir-riċiklabbiltà, l-adattabiltà għat-titjib tal-kwalità (upgradability) u d-durabbiltà. Barra minn hekk, hemm bżonn bidliet dejjiema fil-perċezzjoni pubblika dwar din it-tema u fl-imġiba tal-konsumatur kif ukoll li jinħoloq suq stabbli għall-prodotti u l-materjali bbażati fuq il-materja prima sekondarja;

5.

jappoġġja l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekonomija ċirkolari (2) fit-talba tagħhom għal implimentazzjoni ambizzjuża u f’waqtha tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri li t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari teħtieġ impenn u azzjoni fuq żmien twil, f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika tal-UE, u fil-livelli kollha tal-gvern fl-Istati Membri, inkluż l-involviment attiv tal-livelli kollha tal-gvern mal-atturi ekonomiċi u soċjali kollha involuti kif ukoll iċ-ċittadini;

6.

jirrimarka, f’dan ir-rigward, li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-iskart ta’ spiss jitwettqu bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 14 tat-TFUE u li l-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali, fost affarijiet oħra, jipprovdi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’marġni wiesgħa ta’ diskrezzjoni. Dan jippermetti l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-aħjar soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-iskart fil-livell reġjonali u lokali;

7.

jirrimarka li l-atturi u s-setturi għandhom jikkooperaw flimkien b’mod effettiv sabiex tinħoloq ekonomija ċirkolari fuq skala kbira. L-iżvilupp konġunt tal-prodotti, it-trasparenza permezz tal-IT u l-iskambju tal-informazzjoni, is-sistemi konġunti tal-ġbir ta’ data, l-istandards settorjali, u l-armonizzazzjoni tal-inċentivi u l-mekkaniżmi ta’ intermedjazzjoni jistgħu jitnedew permezz tat-twaqqif ta’ pjattaformi u clusters fis-setturi differenti, fejn l-intrapriżi u dawk li jfasslu l-politika jaħdmu flimkien;

8.

jemmen li l-istrateġija għal ekonomiija ċirkolari b’mod ġenerali bil-għan li jkun hemm bidla ġenwina fil-paradigma għandha tkun ibbażata fuq tħabrik biex jinkisbu l-aħjar soluzzjonijiet ekoloġiċi tul iċ-ċiklu tal-ħajja (“cradle-to-cradle”), jiġifieri dawk li huma indipendenti mill-firxa attwali ta’ regolamenti, strateġiji u strumenti legali individwali, u li l-adattament jew estensjoni tagħhom għandhom jgħinu biex jintlaħaq l-għan ġenerali;

9.

jinsab konvint li dan jista’ jseħħ biss jekk minbarra l-proposti fuq perjodu qasir imsemmijin fil-pjan ta’ azzjoni, jiġu stabbiliti wkoll miri speċifiċi u realistiċi għall-perjodu ta’ żmien medju u twil, biex iservu ta’ bażi robusta li tippermetti lill-partijiet kollha jħejju l-ippjanar essenzjali u jissodisfaw ir-rekwiżiti infrastrutturali;

10.

jirrakkomanda għalhekk, li minħabba t-tul tal-proċessi tal-iżvilupp tal-politiki u tal-implimentazzjoni, jitqies il-perjodu sal-2050 (3) u jiġu stabbiliti għanijiet u azzjonijiet intermedji għall-perjodu sal-2030;

11.

iqis li l-ewwel pass importanti għandu jkun it-twettiq ta’ valutazzjoni kritika, li tiddetermina fejn il-programmi ta’ finanzjament, l-għajnuna u l-miżuri regolatorji mhumiex effettivi jew saħansitra huma kontraproduttivi, u liema kwistjonijiet ta’ prijorità għandhom jiġu indirizzati f’liema perjodi ta’ żmien;

12.

iqis li, minħabba l-ambitu limitat tagħhom, il-programmi ta’ riċerka, il-miżuri ta’ finanzjament u l-istrumenti volontarji jistgħu jaqdu biss rwol ta’ appoġġ fl-indirizzar bis-sħiħ tal-isfidi għall-UE. Eżempju li juri l-effettività baxxa tagħhom hija l-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li ilha teżisti 20 sena, u ġiet implimentata minn bejn wieħed u ieħor 4 000 intrapriża u istituzzjoni mhux kummerċjali b’madwar 10 000 sit fl-UE kollha. B’kuntrast għal dan, madwar 30 miljun intrapriża ma għamlux użu minn dan l-istrument;

13.

jirrakkomanda dispożizzjonijiet leġislattivi ambizzjużi, li għandhom jiġu akkumpanjati b’miżuri ta’ appoġġ. Barra minn hekk għandhom jiġu segwiti approċċi innovattivi bħal pereżempju l-approċċ “Top-Runner” (4). Minn dan jibbenefikaw mhux biss ir-riżorsi naturali u l-ambjent, iżda b’mod partikolari l-konsumaturi li fit-tul igawdu minn spejjeż aktar baxxi, kif ukoll l-ekonomija li jkollha vantaġġ fuq l-ekonomiji f’kompetizzjoni magħha rigward l-innovazzjoni;

14.

jinnota li għadd ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali (LRAs) diġà introduċew diversi inizjattivi għall-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari. Dawn l-inizjattivi huma inizjattivi tajbin, li ħaddieħor jista’ jsegwi. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja pjattaformi eżistenti għall-iskambju tal-esperjenzi;

15.

jinnota b’dispjaċir li l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni ma għandhom l-ebda rwol fil-pjan ta’ azzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa dawn l-aspetti flimkien mal-Istati Membri, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u ma’ msieħba oħrajn, u tippromovi l-iżvilupp u l-iskambju tal-għarfien u ta’ proċeduri adatti, ippruvati u ttestjati rilevanti bil-ħsieb ta’ sensibilizzazzjoni; f’dan il-kuntest, jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien ta’ moduli speċifiċi ta’ speċjalizzazzjoni fil-korsijiet rilevanti li jwasslu għal lawrja u korsijiet adatti ta’ taħriġ b’kooperazzjoni mill-qrib bejn in-negozji, il-qasam tar-riċerka u s-settur tal-edukazzjoni;

Id-disinn tal-prodott u l-proċessi tal-produzzjoni

16.

jinnota li l-Kummissjoni tibbaża fuq l-strateġiji eżistenti u f’ħafna oqsma hemm nuqqas ta’ miżuri speċifiċi, bħalma huma pereżempju, il-kriterji uniformi għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji. Il-proposti leġislattivi mħabbra għal aktar responsabbiltà tal-prodott għandhom iroddu aktar dettalji dwar kif il-produtturi għandhom jinternalizzw l-ispiża totali tal-prodotti tul il-katina kollha tal-valur;

17.

jirrakkomanda li, sabiex jintlaħqu l-miri ġenerali u sabiex ikun hemm konsistenza fl-oqsma politiċi kollha, għandhom jiġu inklużi proċeduri fil-monitoraġġ tal-approvazzjonijiet ta’ sussidju, biex jiġi żgurat li fil-ġejjieni ma jingħata l-ebda finanzjament għal siti ta’ produzzjoni jew għal żvilupp ta’ prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-ekodisinn;

18.

jenfasizza li reviżjoni fundamentali tar-regolament dwar l-ekodisinn hija essenzjali (5) u għandu jiġi eżaminat l-iffissar ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn speċifiċi għas-settur u għall-prodott;

19.

jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni Ewropea biex mill-iktar fis possibbli tippreżenta Pjan ta’ Ħidma ambizzjuż dwar l-Ekodisinn li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE (Direttiva dwar l-Ekodisinn) li suppost kellha tkopri l-perjodu 2015-2017;

20.

jenfasizza li l-iskart u prodotti sekondarji mill-manifattura jistgħu jservu bħala materji primi sekondarji għal produzzjonijiet oħrajn kif ukoll li għad hemm potenzjal kbir għal simbjożi industrijali fid-dawl ta’ ekonomija ċirkolari ġenwina f’dan il-qasam; b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), li jiffurmaw parti mill-qafas ekonomiku ta’ bosta reġjuni. B’rabta ma’ dan, għandhom jitnaqqsu l-ostakli legali eżistenti għall-SMEs sa fejn huwa prattikabbli, u f’regoli ġodda dawn għandhom jinżammu f’livell minimu. Jeħtieġ, pereżempju, jiġu adottati l-miżuri li jinsabu fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji li jiddikjaraw li ċerti sustanzi huma prodotti sekondarji jew li ċertu skart m’għadux jitqies hekk;

21.

jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu regolamenti ekonomiċi vinkolanti dwar l-akkwist sostenibbli u l-kooperazzjoni matul il-katina tal-valur f’każ li l-impenji imposti minnhom stess ma jkunux qed jintlaħqu f’perjodi ta’ żmien raġonevoli u b’mod suffiċjenti. Huma għandhom jagħmlu dan b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali;

22.

jinnota li, minkejja l-użu baxx tal-EMAS li jissemma fil-punt 12, dan l-istrument għandu fil-prinċipju potenzjal kbir għall-identifikazzjoni u l-fehim dwar flussi materjali (ineffiċjenti u/jew li jagħmlu ħsara lill-ambjent) fil-proċessi (tal-produzzjoni), u għalhekk jilqa’ bi pjaċir il-fatt li, fil-pjan ta’ azzjoni, il-Kummissjoni qieset it-titjib ta’ dan l-istrument għall-benefiċċju tal-intrapriżi, b’mod partikolari għall-SMEs. Jinnota li, bħala sistema ta’ ġestjoni unika, l-EMAS hija wkoll mod eċċellenti għal verifika affidabbli ta’ dawn il-flussi ta’ materjali minħabba t-trasparenza u l-kontroll sistemiċi tagħha;

23.

għalhekk jirrakkomanda l-integrazzjoni tal-EMAS b’mod aktar ferm f’leġislazzjoni oħra u l-infurzar relatat minn kif sar sal-lum, bħala għodda volontarja għal verifika affidabbli ta’ dokumenti u data ta’ sostenn;

Konsum

24.

jenfasizza li fir-rigward tal-problema dwar iċ-ċikli dejjem iqsar tal-użu tal-prodotti, eż. tat-tagħmir elettroniku u l-ħwejjeġ, l-imġiba tal-konsumatur u x-xejriet soċjali huma aktar rilevanti mill-obsoloxxenza teknika mistennija jew reali;

25.

jenfasizza, f’dan l-isfond primarjament soċjali u etiku, li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, kif ukoll b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala l-livell politiku li huwa l-eqreb lejn iċ-ċittadini, għandhom jimplimentaw miżuri għall-edukazzjoni, l-edukazzjoni ulterjuri u l-kwalifiki sabiex itejbu b’mod sinifikanti s-sensibilizzazzjoni u l-fehim, kemm miċ-ċittadini, kif ukoll mill-ekonomija, tar-relazzjonijiet bejn il-konsum sostenibbli u mhux sostenibbli, it-tnaqqis tal-iskart u l-konservazzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent, ir-responsabbiltà tal-produttur u l-ħolqien u r-reklamar tal-prodotti. Jirrakkomanda li tali aspetti jiġu integrati aktar fi programmi edukattivi u f’kampanji ta’ informazzjoni;

26.

jirrakkomanda li l-firxa sħiħa ta’ impatti ambjentali tal-prodotti jiġu indikati b’mod ċar permezz ta’ tikkettar adatt, waqt li titqies l-esperjenza miksuba mis-sistemi eżistenti ta’ tikkettar. It-tikketta għandha tkun sempliċi, faċli biex tinftiehem u l-indikazzjonijiet fuq it-tikketta għandhom ikunu trasparenti u verifikabbli;

27.

jaħseb li l-approċċ tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEF) huwa adatt sew għal dan il-għan, iżda jinnota li għad hemm bżonn ta’ sforzi konsiderevoli għall-iżvilupp metodoloġiku tiegħu u anke li l-PEF tkun tista’ tindirizza b’mod effettiv l-għadd kbir ta’ tikketti u konsegwentament in-nuqqas ta’ trasparenza meta din tkun vinkolanti f’livell universali. Għal dan l-iskop, il-ġestjoni tagħha għandha tkun faċli għall-produtturi, mingħajr ma jkollhom jissagrifikaw il-valur informattiv u l-kontrollabbiltà tagħha, filwaqt li din għandha wkoll tqis il-kompetittività tagħhom u l-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ marka Ewropea li permezz tagħha tintlaħaq reputazzjoni ċara u pożittiva li twitti t-triq għall-ekonomija ċirkolari. Peress li hemm ħtieġa ta’ strateġija għall-marka u l-komunikazzjoni dwarha, jinħtieġ pjan għall-implimentazzjoni tagħha, pereżempju programmi għat-titjib u kampanji ta’ reklamar fil-livell Ewropew;

28.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, permezz ta’ riformi fiskali fuq perjodu ta’ żmien medju, jintaxxaw il-konsum tal-materji primi b’rata ogħla mill-materji primi, is-sustanzi u l-komponenti sekondarji li jistgħu jerġgħu jintużaw, sabiex b’hekk jiżdied b’mod sinifikanti l-inċentiv għall użu mill-ġdid ta’ materji primi, sustanzi u komponenti li diġà jiċċirkolaw fl-ekonomija minflok jintużaw materji primi ewlenin ġodda; Jista’ jkun hemm il-bżonn li d-Direttiva tal-UE dwar il-VAT tiġi riveduta sabiex ma timpedixxix divrenzjar fir-rati tal-VAT għal dan il-għan. Il-Kummissjoni u l Istati Membri, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaħdmu aktar biex irawmu l-użu ta’ materji primi, materjali u komponenti sekondarji, anke bl-użu ta’ strumenti ekonomiċi adegwati oħra;

29.

jirrikonoxxi li l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE) jista’ jkun xprun importanti għall-ekonomija ċirkolari minħabba s-sehem kbir tiegħu fil-prodott domestiku gross. Il-KtR jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jirrappreżentaw sehem kbir ħafna fil-volumi tal-akkwist madwar l-UE u għalhekk dawn għandhom rwol ewlieni fl-APE; Dan jagħti lill-ekonomija ekoloġika l-istimolu li teħtieġ biex tikber u jillibera wkoll potenzjal kbir għall-impjiegi, u b’hekk tittejjeb l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs u tal-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi (6);

30.

jinnota li għad ma hemmx implimentazzjoni fuq skala kbira tal-APE, li ilu promoss għal ħafna snin, u għalhekk jilqa’ bi pjaċir kull inizjattiva tal-Kummissjoni li twassal għal implimentazzjoni aktar effiċjenti ta’ din il-politika ta’ akkwist; jenfasizza l-fatt li fl-akkwist pubbliku huwa importanti li ma jitqiesx biss l-iktar prezz baxx, iżda tiġi kkunsidrata wkoll “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża”. Dan ifisser aktar enfasi fuq ix-xiri ta’ soluzzjonijiet li għandhom kost totali taċ-ċiklu tal-ħajja orħos, juru prestazzjoni teknoloġika qawwija u huma kumplessivament aktar sostenibbli; dan it-tip ta’ prattiki għandu jiġi inkluż fir-Regolamenti tal-Fondi Strutturali, peress li b’dan il-mod jista’ jittejjeb id-dħul fis-suq ta’ materja prima sekondarja;

31.

jinnota li, anke jekk l-Istati Membri tal-UE jkunu implimentaw ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (7), jeżistu opportunitajiet oħra għal akkwist sostenibbli, kompettitiv, li jiġġenera l-innovazzjoni, u trasparenti, bħal pereżempju regoli iktar intelliġenti u użu akbar ta’ proċeduri elettroniċi; huwa tal-fehma li n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, għandhom jingħataw għarfien aħjar dwar l-opportunitajiet ġodda li jippreżentaw ir regoli tal-UE riveduti dwar l-akkwist pubbliku;

32.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jfasslu linji gwida u proposti sabiex jippromovu l-użu tal-APE. Il-Manwal “Bying Green! A Handbook on green public procurement” maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea huwa bidu xieraq għal dan il-għan; jitlob, barra minn hekk, li tiġi stabbilita lista, li għandha tiġi aġġornata regolarment, għal dan il-manwal, li tinkludi materji primi sekondarji u materjal ieħor eliġibbli għall-APE, kif ukoll prodotti li jsiru b’dawn is-sustanzi u materjali;

33.

jitlob li, fid-dawl ta’ modifiki futuri tal-qafas legali tal-UE li daħal fis-seħħ fl-2016, l-APE jitqies b’mod obbligatorju fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, jekk dawn ikunu ogħla mil-livelli limiti għal sejħa għal offerti madwar l-UE, u għal proġetti li huma finanzjati mill-fondi pubbliċi. L-akkwist pubbliku ekoloġiku għandu jiġi implimentat f’kull każ fir-rigward ta’ programmi ta’ ffinanzjar tal-UE, sabiex dawn il-proġetti jkunu jistgħu jservu bħala mudell u impuls għall-applikazzjoni tal-APE;

34.

jirrakkomanda, għalhekk, ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku (2014/24/UE) biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-leġislazzjoni tal-UE, kif ukoll konsistenza mar-rakkomandazzjoni preċedenti, sabiex fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku tingħata prijorità għal prodotti u soluzzjonijiet sostenibbli, effiċjenti fir-riżorsi, u l-għoti ta’ ġustifikazzjoni jkun mandatorju fil-każ tar-rifjut tagħhom; jirrakkomanda wkoll li tiġi applikata forma ta’ monitoraġġ li tivvaluta u tqabbel l-kostijiet tal-proċeduri ta’ akkwist konvenzjonali, li huma purament orjentati lejn il-prezz, il-prestazzjoni u l-profitt, ma’ dawk tal-APE tul il-katina kollha tal-valur; jirrakkomanda, barra minn hekk, li jiġu żviluppati s-sistemi li jippubblikaw il-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti sabiex tiġi pprovduta informazzjoni komparabbli dwar il-proġetti differenti u l-kriterji tagħhom jekk meħtieġ;

Ir-rimi tal-iskart

35.

jappoġġja lill-Kummissjoni fir-rigward tal-intenzjoni tagħha biex taħdem aktar mill-qrib mal-Istati Membri għal implimentazzjoni aħjar tal-leġislazzjoni tal-UE, u jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti f’dan il-qasam. Il-KtR jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jinvolvu mill-qrib lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-miżuri tekniċi u fiskali neċessarji, kif ukoll fl-iskambju ta’ prattiki tajba;

36.

itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jippromovu l-introduzzjoni ta’ riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari fiż-żoni inqas żviluppati, kif ukoll biex jiġu implimentati aktar malajr strumenti ekonomiċi, bħal pereżempju l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, it-tariffi għar-rimi f’miżbla, u s-sistemi ta’ ħlas għall-produzzjoni tal-iskart (8);

37.

jenfasizza li minħabba d-differenzi li hemm bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri tal-UE f’dak li jirrigwarda r-rispett tal-miri ffissati mil-liġijiet Ewropej attwali dwar il-ġestjoni tal-iskart, huwa importanti ħafna li jitħeġġu l-kooperazzjoni u d-diffużjoni ta’ prattiki tajbin fil-qasam, b’mod li jiġu megħjuna l-Istati Membri u r-reġjuni inqas avvanzati biex jilħqu l-għanijiet finali; dan japplika b’mod partikolari, fil-każ tar-reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni u r-reġjuni insulari u ultraperiferiċi, li għandhom pressjoni kbira ta’ popolazzjoni, u b’distanzi kbar għall-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-iskart, peress li f’dawn ir-reġjuni huwa prattikament impossibbli li jintlaħaq l-għan tal-iskart żero;

38.

jenfasizza li hemm bżonn li l-konsumaturi jiġu involuti ħafna aktar fl-azzjonijiet kollha relatati mar-rimi tal-iskart. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli għall-ipproċessar tal-iskart solidu muniċipali għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti dwar il-proċedura tal-ipproċessar u l-monitoraġġ tar-riċiklaġġ tal-materjali kollha, sabiex il-konsumaturi jiġu involuti aktar fl-eliminazzjoni jew ir-riċiklaġġ xieraq ta’ dan il-materjal;

39.

jenfasizza li kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar ir-rimi tal-iskart huma fattur importanti għall-kompetittività tal-SMEs fis-suq uniku Ewropew;

40.

jilqa’ l-pjani tal-Kummissjoni biex tindirizza r-rwol tal-irkupru tal-enerġija mill-iskart fil-politika tal-enerġija u tal-klima. Il-KtR jenfasizza li, sabiex jiġi minimizzat l-ammont ta’ skart u jitqies iċ-ċiklu ta’ ħajja, dawn il-pjani għandhom ikunu bbażati fuq il-ġerarkija tal-iskart tal-UE, u li l-mudell tal-ekonomija ċirkolari bi kwoti għoljin ta’ użu mill-ġdid u ta’ riċiklaġġ ma għandux jiġi evitat favur il-produzzjoni tal-enerġija (9);

41.

jirrimarka wkoll li t-trattament fi stallazzjonijiet termali effiċjenti ħafna (minn skart għal enerġija) huwa utli għal skart li ma jistax jiġi evitat jew riċiklat, partikolarment fejn dan iwassal għal użu simultanju ta’ enerġija. Fl-istess ħin, id-daqs kbir iżżejjed tal-infrastrutturi għar-rimi jew l-inċinerazzjoni tal-iskart għandu jiġi evitat;

42.

jappoġġja bis-sħiħ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li żżid l-infurzar tar-Regolament rivedut dwar il-vjeġġi tal-iskart, u b’hekk jiġu indirizzati l-esportazzjoni illegali tal-iskart prodott fil-fażi ta’ wara l-konsumatur kif ukoll il-vjeġġi ta’ skart lejn impjanti ta’ trattament ta’ standard inferjuri fi ħdan jew barra l-UE. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinvolvi mill-qrib lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fl-attivitajiet tagħha kif ukoll tippromovi l-iżvilupp ta’ Skambju Elettroniku ta’ Data għall-vjeġġi tal-iskart u tiżviluppa gwida dwar ippjanar tal-ispezzjonijiet adatt, li r-rekwiżit għaliha kien introdott mill-aħħar reviżjoni tad-Direttiva;

Tisħiħ tas-suq tal-materji primi sekondarji

43.

huwa tal-fehma ġenerali li, fejn meħtieġ, l-istandards ta’ kwalità għandhom jiġu stabbiliti mill-industriji li jużaw il-materji primi, peress li l-manifatturi tal-prodotti biss jafu liema huma l-kwalitajiet li l-materji primi u s-sustanzi jrid ikollhom għall-produzzjoni tagħhom. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jenfasizza madankollu li mhijiex l-oriġini iżda l-kwalità ta’ prodott li għandha tkun il-fattur determinanti;

44.

iqis, madankollu, li l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà li tanalizza u telimina l-ostakli legali attwali li jimpedixxu jew ifixklu l-użu ta’ materji primi sekondarji, sakemm dan ma jipprekludix aspetti relatati mas-sikurezza (eż. sustanzi niġġiesa, mard tal-annimali, iġjene);

45.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tidentifika l-punti ta’ relazzjoni bejn il-leġislazzjoni tal-kimika, tal-prodotti u dik tal-iskart u jqis li dan għandu jsir kemm jista’ jkun malajr. Il-KtR jenfasizza, f’dan il-kuntest, li s-sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi u tossiċi permezz ta’ alternattivi sikuri li huma disponibbli jew li għad iridu jiġu żviluppati, kif ukoll it-traċċabbiltà ta’ kimiki perikolużi fil-katina tal-valur u fiċ-ċikli tal-materjali, huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-ekonomija ċirkolari;

Oqsma ta’ prijorità

46.

jilqa’ l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-plastik, jirreferi għall-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper dwar strateġija Ewropea għall-iskart tal-plastik fl-ambjent (10), u jenfasizza li, fir-rigward tal-użu tal-plastik f’ċerti setturi, għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex ir-riċiklaġġ tal-plastik jiġi faċilitat jew biex jitnaqqas l-użu tiegħu f’ċerti setturi. Il-plastik li fih sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa, m’għandux jerġa’ jintuża jew jiġi riċiklat jekk l-inkwinanti ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċess ta’ trattament u jitneħħew miċ-ċiklu tal-materjali. Plastik li fih sustanzi li jagħmlu l-ħsara għandu jitneħħa miċ-ċirkolazzjoni, pereżempju bl-inċinerazzjoni. Huwa importanti li l-Kummissjoni tikkunsidra dan l-aspett waqt it-tfassil tar-regoli u l-livelli mmirati. Barra minn hekk, għandha tfittex li tiżgura li l-produzzjoni primarja tkun ħielsa kemm jista’ jkun malajr minn sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem;

47.

josserva li bosta materjali kkombinati ġodda jista’ jkollhom effetti pożittivi fuq l-ambjent (pereżempju, l-insulazzjoni, l-iffrankar tal-piż, eċċ.), iżda min-naħa l-oħra jistgħu jippreżentaw sfidi ġodda matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom fir-rigward tal-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi;

48.

jikkritika l-fatt li t-temi importanti ta’ “rimi ta’ skart (littering)” u “tnixxija (leaching) tal-plastik” mhumiex indirizzati f’aktar dettall fil-pjan ta’ azzjoni u, għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti importanza akbar lil dawn il-kwistjonijiet fl-istrateġija dwar il-plastik fl-ekonomija ċirkolari, imħabbra għall-2017, u tistabbilixxi miri ċari biex jinstabu soluzzjonijiet;

49.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromovu inizjattivi mmexxija mis-suq li jagħtu spinta lill-użu ta’ materjali rriċiklati, billi joħolqu inċentivi fiskali u ekonomiċi għan-negozji sabiex jużaw mudelli ta’ negozju li jibbażaw fuq l-ekonomija ċirkolari, u għall-konsumaturi biex jixtru prodotti u servizzi li jappoġġjaw l-ekonomija ċirkolari;

50.

iqis li t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel mhuwiex biss ekonomiku u ekoloġiku, iżda wkoll aspett etiku importanti tal-ekonomija ċirkolari, u jirreferi għall-opinjonijiet tiegħu relatati mal-pakkett leġislattiv u l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tiegħu dwar l-iskart tal-ikel (11);

51.

huwa tal-fehma li l-miżuri dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel tul il-katina tal-valur ma humiex kwistjoni li tikkonċerna biss lill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-intrapriżi, iżda li l-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet tal-UE oħrajn jaqdu rwol deċiżiv minħabba r-rabta ta’ din it-tema ma’ oqsma politiċi oħrajn (eż. regolamenti tal-iġjene/protezzjoni tal-konsumatur, standards tal-kummerċ, sussidji agrikoli);

52.

iqis li hija essenzjali li ssir valutazzjoni komprensiva tal-industrija tal-kostruzzjoni minħabba l-iskala u l-kumplessità dejjem tikber tal-iskart ta’ dan is-settur. L-ekodisinn tal-prodotti ta’ kostruzzjoni, b’mod partikolari, għandu jqis iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, u għalhekk għandu jiġi applikat aktar għal din il-kategorija ta’ prodotti; minkejja li l-interess sabiex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fis-settur tal-kostruzzjoni fl-UE huwa indiskutibbli, l-approċċi nazzjonali pubbliċi u privati differenti jżidu l-kumplessità tal-ambjent tax-xogħol għall-partijiet interessati kollha. In-nuqqas ta’ għanijiet, indikaturi u data komuni kif ukoll in-nuqqas ta’ rikonoxximent reċiproku tal-approċċi differenti jistgħu rapidament jannullaw il-progress li jkun intlaħaq u jwasslu għal distorsjonijiet fis-suq intern fil-qasam tal-ippjanar, id-disinn, il-kostruzzjoni u l-manifattura;

53.

huwa tal-fehma li, fl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari għall-qasam tal-proprjetà immobbli u tal-kostruzzjoni, il-proġetti għandhom jitfasslu “skont l-istrati”, jintgħażlu materjali u komponenti speċifiċi, u sa minn kmieni fl-istadju tal-kostruzzjoni l-bini jkun iqis il-proċessi taż-żarmar u l-adattabilità. F’dan ir-rigward, għandu jiġu involut is-settur industrijali, u jkun hemm definizzjoni mill-ġdid tal-iskart bħala riżorsa prezzjuża, u l-bini għandu jsir “bank ta’ materjal” għall-ġenerazzjonijiet futuri. Għal dan il-għan, hemm bżonn li jinħolqu strutturi tal-materjal u komponenti li jkunu jistgħu jitwaqqgħu jew jiżżarmaw totalment jew parzjalment, b’tali mod li d-diversi komponenti jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw, il-materjal jista’ jiġi riċiklat u l-bini kollu jerġa’ jinbena xi mkien ieħor;

54.

jenfasizza r-rilevanza reġjonali tal-ekonomija ċirkolari tal-iskart mill-kostruzzjoni, peress li dan mhuwiex ekonomikament adattat għal trasport fuq distanzi twal minħabba l-massa u l-piż tiegħu u għalhekk jibqa’ ġeneralment fir-reġjun ta’ oriġini tiegħu;

55.

iqis l-industrija tal-kostruzzjoni bħala qasam importanti ta’ azzjoni tal-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika; l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom ikunu l-pijunieri biex jagħtu aċċess wiesa’ tas-suq għal proċessi u prodotti, bħal pereżempju aggregati sekondarji li ġejjin mill-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni ta’ toroq u infrastrutturi innovattivi u ekoloġiċi, kemm bħala sidien ta’ bini pubbliku, kif ukoll bħala dawk responsabbli għall-ħolqien u l-manutenzjoni tal-infrastruttura (12);

56.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol partikolarment importanti fl-awtorizzazzjoni tal-proċessi ta’ kostruzzjoni u ta’ demolizzjoni, u għandhom jingħataw appoġġ fir-rigward tal-integrazzjoni tal-ekonomija ċirkolari f’dan is-settur permezz ta’ linji gwida tal-UE;

57.

itenni li l-iżvilupp ta’ indikaturi għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-binjiet f’termini taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom huwa importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE, u huwa wkoll prerekwiżit għall-iżvilupp ta’ miri u standards ġenerali għall-ħarsien tal-ambjent fis-settur tal-kostruzzjoni. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti fl-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi (13);

58.

jinnota li t-temi dwar il-prodotti mediċinali u n-nanomaterjali bħala skart jew skart mormi fl-ambjent huma neqsin mill-pjan ta’ azzjoni u għandhom jiġu indirizzati fi żmien qasir bħala prijoritajiet addizzjonali permezz ta’ strateġiji adatti għal dan;

Innovazzjoni, investiment u miżuri orizzontali oħrajn

59.

jilqa’ bi pjaċir il-fatt li fil-pjan ta’ azzjoni l-Kummissjoni tieħu l-impenn li tappoġġja lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex isaħħu l-miżuri tal-ekonomija ċirkolari tagħhom permezz ta’ miżuri mmirati, u li tipprovdihom ukoll fondi permezz ta’ diversi strumenti ta’ finanzjament tal-UE bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, l-EFSI, LIFE, l-Orizzont 2020 jew COSME biex jiżviluppaw proġetti tal-ekonomija ċirkolari; jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu s-sinerġiji bejn il-Fondi u l-programmi differenti u li jiġi ssemplifikat l-użu tagħhom. Jappella għal approċċ imsejjes fuq punt uniku ta’ kuntatt;

60.

jinnota, f’dan il-kuntest, li dawn l-istrumenti finanzjarji ta’ spiss mhumiex imfassla għall-ħtiġijiet tar-reġjuni u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jitlob għalhekk li dawn jindirizzaw ukoll il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet finanzjarji u amministrattivi tagħhom; hemm bżonn li l-miżuri u l-istrumenti jitfasslu skont ir-realtajiet differenti tar-reġjuni tal-Ewropa, b’mod partikolari d-densità tal-popolazzjoni u t-tqassim tagħha fit-territorju;

61.

ifakkar li l-programmi operattivi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej diġà kienu ġew stabbiliti qabel il-pjan ta’ azzjoni u għalhekk il-miżuri ta’ investiment għall-ekonomija ċirkolari ma setgħux jiġu ppjanati b’tali mod li jippermettu wkoll proġetti iżgħar għat-tnaqqis tal-iskart; għall-iżvilupp ta’ netwerks għall-użu mill-ġdid, it-tiswija, u l-ekonomija kollaborattiva; għall-ittestjar ta’ proċessi ġodda dwar l-għażla u t-trattament tal-iskart; għall-bini tal-kapaċità għall-SMEs; u għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku;

62.

jistieden għalhekk lill-Kummissjoni Ewropea tieħu kunsiderazzjoni akbar ta’ dan fil-perjodu ta’ finanzjament li jmiss, u biex b’mod aktar ġenerali, fil-perjodu ta’ finanzjament li jmiss għall-fondi strutturali u ta’ investiment, tagħti lit-tema tal-ekonomija ċirkolari l-istess prijorità għolja kif ingħatat lit-tema tat-tibdil fil-klima;

63.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippromovi “it-teknoloġiji rivoluzzjonarji”, li jistgħu jibdlu b’mod drastiku jew jieħdu post segmenti tas-suq sħaħ, b’mod aktar effettiv bħala parti mill-ekonomija ċirkolari, biex jiġi garantit użu aħjar tal-għarfien;

Monitoraġġ u governanza

64.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi rapporti ta’ progress regolari dwar l-istat ta’ implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni lill-Kumitat tar-Reġjuni, tiddiskuti regolarment mal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress miksub u tistħarreġ il-possibbiltà ta’ talbiet għal opinjonijiet ta’ prospettiva lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex ikun jista’ jikkontribwixxi diġà sa mill-fażi ta’ preparazzjoni tal-politika;

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2014) 446 final, COM(2016) 381 final.

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ambjent tal-20 ta’ Ġunju 2016, (mhux disponibbli bil-Malti) http://www.consilium.europa.eu/en/meetings/env/2016/06/st10444_en16_pdf/

(3)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar “L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari” (2014/2208(INI)).

(4)  CdR 140/2011.

(5)  CoR-2014-04083, Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 2014/2208(INI).

(6)  COM(2014) 440 final, COM(2014) 446 final.

(7)  Id-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE.

(8)  CDR 4083/2014.

(9)  CDR 3751-2013.

(10)  CDR 3751-2013.

(11)  CdR 6646/2015.

(12)  Ara: Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “EU GPP Criteria for Office Building Design, Construction and Management” tal-20 ta’ Mejju 2016, SWD(2016) 180 final.

(13)  CDR 4084/2014.


21.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/91


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE dwar it-tisħin u t-tkessiħ

(2017/C 088/17)

Relatur:

Daiva Matonienė (LT/KRE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Šiauliai

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill- Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar- Reġjuni — Strateġija tal-UE dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ

COM(2016) 51 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li t-tisħin u t-tkessiħ jitqiesu bħala parti mis-sistema tal-enerġija komuni, u jinnota li din hija l-ewwel darba li s-settur tat-tisħin ġie enfasizzat bħala qasam importanti fis-settur tal-enerġija li jinsab f’qagħda tajba biex jagħti kontribut biex tiżdied l-indipendenza tal-enerġija, jiżgura s-sigurtà tal-enerġija, jinkiseb l-objettivi tal-bidla fil-klima u jonqos l-infiq tal-konsumatur;

2.

iqis li, biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, m’hemmx approċċ wieħed li jgħodd għal kulħadd, u jenfasizza l-ħtieġa għal firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet differenti, jiġifieri teknoloġiji u soluzzjonijiet differenti, applikati kemm fuq bażi individwali kif ukoll għall-industrija kollha biex jinkisbu riżultati effettivi;

3.

jinnota madankollu li l-istrateġija hija ġenerali ħafna, mhix ċara u ma tispeċifikax b’mod konkret kif u f’liema direzzjoni s-settur tat-tisħin u t-tkessiħ jeħtieġ jiġi żviluppat, x’miżuri prattiċi għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti, l-effetti ta’ dawn il-miżuri fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-intrapriżi u konsumaturi (l-unitajiet domestiċi), jew x’appoġġ finanzjarju u regoli ta’ inċentivi għandhom japplikaw fid-dawl tal-objettivi fir-rigward tal-provvista ta’ enerġija sostenibbli;

4.

jenfasizza li l-UE għadha dipendenti ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija. It-tisħin u t-tkessiħ attwalment jammontaw għal 50 % tal-konsum annwali tal-enerġija tal-UE. Dan jirrappreżenta 59 % tal-konsum kollu tal-gass u 13 % tal-konsum totali taż-żejt fl-Ewropa (1). Dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw potenzjal kbir għall-iffrankar tal-enerġija. Sabiex jintlaħaq dan il-potenzjal, huwa neċessarju li jittieħdu miżuri biex jiġi ristrutturat is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ u jiġi garantit tisħin u tkessiħ effiċjenti;

5.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li s-settur tat-tisħin u t-tkessiħ għandu jkun inkorporat fil-pjani ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima tal-Istati Membri, li huma parti ta’ governanza tal-Unjoni tal-Enerġija;

6.

jenfasizza li l-leġislazzjoni tal-UE — bħalma huma d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija u d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli — li tipprovdi għal miżuri speċifiċi fil-qasam tal-produzzjoni jew tal-konsum tal-enerġija, hija importanti għall-iżvilupp tas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ; jenfasizza, għalhekk, li reviżjonijiet futuri ta’ din il-leġislazzjoni jridu jqisu r-rwol ċentrali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan is-settur, u b’mod partikolari r-rakkomandazzjoni inkluża f’din l-opinjoni;

7.

jinnota li x-xejra dinjija ta’ nuqqas ta’ riżorsi ta’ enerġija li ma tiġġeddidx, il-bidla fil-klima globali u żieda fl-enfasi fuq il-kwalità ambjentali u s-saħħa tal-bniedem kollha isaħħu l-linji gwida għall-kunċetti ta’ kostruzzjoni moderna u l-punt fokali ewlieni tagħhom: l-iffrankar tal-enerġija u l-użu effiċjenti, u l-impatt fuq l-ambjent u saħħa tal-bniedem;

8.

jemmen li l-istrateġija se tippermetti lill-Istati Membri jevalwaw b’mod oġġettiv id-deċiżjonijiet politiċi u amministrattivi tagħhom meħuda s’issa fis-settur tat-tisħin distrettwali, kif ukoll tinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-settur permezz tal-modernizzazzjoni tas-sistemi tat-tisħin, ir-rinnovazzjoni tal-bini, il-qlib mill-gass naturali għal tipi ta’ fjuwil prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew fjuwils prodotti minn sorsi ta’ enerġija nadifa u l-faċilitazzjoni tal-konnessjoni ta’ utenti ġodda; dan jagħmel dan is-servizz inqas għali, inaqqas l-infiq tal-konsumatur u jiżgura arja iktar tajba għas-saħħa fil-bliet;

9.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea tirrevedi l-politiki tal-UE sabiex tiżviluppa settur sostenibbli u effiċjenti tat-tisħin u t-tkessiħ. Eżempju wieħed li juri n-nuqqas ta’ koerenza bejn elementi differenti tal-leġislazzjoni tal-UE, huwa r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 (2), li jissupplimenta l-EPBD. Ir-Regolament Delegat jippermetti li jitnaqqsu mill-effiċjenza tal-enerġija tal-bini l-enerġija termali u elettrika rinnovabbli, jekk prodotti fuq il-post, iżda mhux jekk ikunu ipprovduti permezz tal-produzzjoni ċentralizzata tal-enerġija. Hemm ir-riskju li din l-inkonsistenza ddgħajjef is-sistemi għat-tisħin distrettwali, it-tkessiħ distrettwali u s-CHP u hija kontroproduttiva għall-għan li tippromovi l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, minn skart għal tisħin u t-tnaqqis ta’ CO2; huwa tal-fehma li l-konċentrazzjoni primarja tal-effiċjenza tal-enerġija tal-bini għandha tkun fuq l-użu tal-enerġija/id-domanda tal-bini;

10.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħti pariri lill-Istati Membri, filwaqt li jitqies il-potenzjal tagħhom, biex jiżviluppaw b’mod sostenibbli s-settur tat-tisħin u t-tkessiħ bl-attwazzjoni ta’ teknoloġiji, u b’hekk jippromovu l-innovazzjoni u jneħħu l-ostakli legali u amministrattivi;

11.

jiddispjaċih li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ġie definit b’mod fqir b’din l-istrateġija u jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli għas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ. L-awtoritajiet lokali mhux biss huma involuti fl-iżvilupp u l-ġestjoni tal-infrastruttura, iżda wkoll huma fost l-ikbar utenti tal-enerġija;

12.

jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kemm jista’ jkun, iħabirku biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-enerġija sostenibbli. Ħafna bliet madwar l-UE diġà kellhom pjani ta’ azzjoni fil-qasam tal-klima u tal-enerġija sostenibbli għal bosta snin, li jinkorporaw il-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu u miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza enerġetika;

13.

jenfasizza li, bħala l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti lokali u reġjonali, il-Kumitat tar-Reġjuni jagħti importanza kbira lill-kwistjonijiet tal-enerġija f’ħidmietu u tfasslu rakkomandazzjonijiet f’diversi opinjonijiet fil-kuntest tal-proposti tal-Unjoni tal-Enerġija (3): dwar l-iżvilupp tas-settur tal-enerġija, riferimenti speċifiċi għar-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-miri tal-politika dwar l-enerġija sostenibbli, u suġġerimenti għal aktar kooperazzjoni attiva bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali tagħhom f’termini tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u r-rappreżentanza tal-interessi tal-konsumaturi;

14.

ifakkar li l-Kumitat tar-Reġjuni diġà, f’diversi okkażjonijiet, enfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tal-koġenerazzjoni. Tali teknoloġija, li tħallat il-produzzjoni tal-enerġija mis-sħana u l-elettriku tippermetti li jinħareġ kważi 90 % tal-kontenut tal-enerġija primarja mill-karburant. L-Unjoni Ewropea għandha toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-appoġġ għal dawn il-faċilitajiet effiċjenti ħafna biex ikunu jistgħu jkopru l-ispejjeż tal-operat tagħhom (4);

15.

huwa tal-fehma li huwa essenzjali li l-prezz tal-enerġija jibqa’ jista’ jintlaħaq minn but l-ifqar ċittadini tagħna, li spiss jonfqu biċċa kbira mid-dħul tagħhom fuq it-tisħin, it-tkessiħ, id-dawl u t-tagħmir differenti, u li l-programmi tal-effiċjenza enerġetika jibdew b’dawk li huma l-iktar fil-bżonn (5);

Sistemi ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali, provvista tal-enerġija tas-sħana individwali

16.

Iqis is-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali bħala mod eċċellenti li jgħaqqad id-diversi sorsi tal-enerġija ma’ produtturi (l-industrija) u konsumaturi tal-enerġija. It-tisħin distrettwali jista’ jkun wieħed mill-aktar modi ta’ forniment ta’ enerġija termali nadif, u jista’ jaqdi rwol ewlieni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 — kif ukoll jgħin biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija. Għalhekk, kull meta l-kondizzjonijiet jkunu favorevoli u l-benefiċċji ambjentali ġenerali ta’ sistemi bħal dawn jistgħu jintwerew, l-iżvilupp tagħhom għandhom jingħataw prijorità;

17.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li f’postijiet b’densità tal-popolazzjoni għolja, it-tkessiħ u t-tisħin distrettwali jistgħu ikunu mod eċċellenti ta’ tisħin u tkessiħ u li, f’każ bħal dan, il-miżuri kollha dwar l-effiċjenza tal-produzzjoni tal-enerġija għandhom ikunu orjentati lejn il-konsumaturi u li għandu jkollhom il-possibblità li jużaw it-tisħin u l-elettriku, prodotti minn sorsi ta’ enerġija newtrali f’termini ta’ CO2. Għandu jkun innotat li l-istrutturi tal-enerġija fl-Istati Membri huma differenti sew u li ma jeżistix mudell universali uniku adatt għall-pajjiżi kollha. Huwa importanti li l-inċentivi għal forom ġodda ta’ produzzjoni ta’ enerġija jkunu mibnija b’tali mod li ma jipperikolawx sistemi komuni f’oqsma xierqa għal sistemi komuni u viċi versa;

18.

jemmen li netwerks ta’ tisħin distrettwali għandhom potenzjal reali ta’ provvista effiċjenti tal-enerġija għad-djar u jappella li l-livelli nazzjonali u tal-UE jipprovdu appoġġ rigward il-ħtiġijiet potenzjali għall-espansjoni u t-titjib tan-netwerks eżistenti. Dan jikkonċerna wkoll in-netwerks lokali (separati min-netwerk ġenerali) għall-bijogass maħluqa biex jipprovdu karburant lill-utenti privati uniċi taż-żona;

19.

jinnota wkoll li hemm bosta partijiet fit-territorju tal-UE fejn it-tisħin individwali huwa l-aktar effiċjenti jew anke l-unika għażla ekonomikament jew teknikament fattibbli minħabba d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni; jenfasizza li f’dawn iż-żoni għandha tingħata aktar attenzjoni lejn l-inkoraġġiment tal-provvista ta’ bini b’tisħin u elettriku prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u jiġi promoss it-tibdil tal-bojlers il-qodma ma’ dawk ġodda, aktar effiċjenti, li jniġġsu anqas, anke biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-kwalità tal-arja meta wieħed iqis li f’ċerti pajjiżi Ewropej sa tliet kwarti tat-tniġġis tal-arja minn materja partikolata ġej mill-użu ta’ fjuwils solidi għat-tisħin tad-djar;

20.

jinnota li l-iżvilupp effiċjenti ta’ sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ jinvolvi l-konnessjoni ta’ sorsi tal-enerġija mal-industrija u mal-konsumaturi. Pereżempju, l-integrazzjoni tan-netwerks tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-elettriku tista’ tnaqqas l-ispejjeż globali tas-sistemi tal-enerġija u tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi. B’hekk, din twassal għall-ġenerazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi ġodda u innovattivi;

Inżidu l-effiċjenza enerġetika fil-bini

21.

jenfasizza li l-effiċjenza enerġetika hija definittivament l-aktar assoċjata mal-bini, peress li dan jirrappreżenta potenzjal enormi għall-iffrankar tal-enerġija. Fl-Unjoni Ewropea, 45 % tal-enerġija użata fis-settur tad-djar tmur għat-tisħin u t-tkessiħ (6). It-titjib tal-effiċjenza enerġetika f’dan il-qasam għandu għalhekk jibqa’ prijorità;

22.

jenfasizza li l-effiċjenza enerġetika fil-bini tirriżulta mill-applikazzjoni magħquda ta’ diversi miżuri u tirrappreżenta l-abbiltà li jinkiseb benefiċċju massimu minn kull unità tal-enerġija: l-użu razzjonali tal-enerġija, l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija u l-użu tar-riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll billi titħeġġeġ imġiba fil-qasam tal-iffrankar tal-enerġija mill-konsumaturi. Għandu jiġi osservat li l-għażla tal-materjali u t-teknoloġiji ta’ kostruzzjoni għandhom ikunu ggwidati minn approċċ olistiku u l-applikazzjoni ta’ prijoritajiet ta’ kostruzzjoni sostenibbli;

23.

jirrimarka li l-iffrankar tal-enerġija tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini jiddependi sa ċertu punt fuq id-deċiżjonijiet meħuda matul id-disinn ta’ bini ġdid jew it-tfassil ta’ pjan ta’ restawr ta’ bini eżistenti. Għalhekk il-Kumitat jissuġġerixxi li wieħed jiffoka fuq ġestjoni sostenibbli tal-proċess sa minn stadju bikri, bl-użu ta’ strumenti innovattivi bħall-Immudellar tal-Informazzjoni dwar il-Bini (BIM) (7);

24.

jissuġġerixxi li jiġu riveduti l-mudelli eżistenti ta’ rinnovazzjoni, li janalizzaw il-punti tajbin u l-punti dgħajfin u l-evalwazzjoni tal-esperjenzi tal-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ mudelli ta’ finanzjament li huma attraenti għall-konsumaturi. Huwa wkoll meħtieġ li jitneħħew l-ostakli legali u amministrattivi għar-rinnovazzjoni. Madwar 70 % taċ-ċittadini tal-UE jgħixu f’binjiet residenzjali privati. Is-sidien ħafna drabi ma jirnexxilhomx iwettqu rinnovazzjonijiet kosteffettivi minħabba li ma jkollhomx biżżejjed għarfien dwar il-benefiċċji tagħhom, ma jkunux ingħataw parir imparzjali dwar l-għażliet tekniċi u jkollhom jiffaċċjaw diversi interessi (eż. f’bini b’għadd ta’ appartamenti) u restrizzjonijiet finanzjarji. Għaldaqstant, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u dawk lokali u reġjonali jeħtieġ li jiffokaw fuq il-ħidma mal-pubbliku sabiex iqajmu kuxjenza dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u biex jippromovu l-iffrankar tal-enerġija;

25.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkunsidraw modi biex jinvolvu s-settur privat u l-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika billi joħolqu kundizzjonijiet favorevoli u jneħħu l-ostakli amministrattivi;

26.

jipproponi li jsir użu akbar ta’ teknoloġiji avvanzati fil-bini, li, mingħajr ma tiġi kompromessal-kumdità tal-konsumaturi, jgħinu biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija għat-tisħin, it-tkessiħ, il-ventilazzjoni, id-dawl, l-ilma sħun u bżonnijiet oħra għall-ispazju intern. Pereżempju, hemm teknoloġiji ta’ ritorn tas-sħana li jiġbdu s-sħana b’mod effiċjenti mill-arja ta’ skart ta’ bini u jittrasferixxu din is-sħana għall-provvista tal-arja — dan jista’ jiffranka ammont sostanzjali ta’ enerġija użat għat-tisħin tal-ispazju intern;

27.

jinnota li wieħed mill-approċċi tal-Kummissjoni, biex ittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija ta’ bini, tibbaża fuq sistemi intelliġenti li jipprovdu għodod ta’ kejl, kontroll u awtomazzjoni, u billi trid li l-konsumaturi jingħataw aktar possibbiltajiet biex ikunu jistgħu jinfluwenzaw il-ġestjoni mil-lat tad-domanda. Fil-prinċipju, dawn il-miżuri jiġu milqugħa. Madankollu, hemm xi tħassib fir-rigward tal-impatt ekonomiku u tal-privatezza tagħhom li għandhom ikomplu jiġu investigati u li minħabba dan il-kejl intelliġenti għandu jibqa’ volontarju;

28.

jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta’ djar passivi li għandhom konsum baxx ħafna tal-enerġija, kif ukoll jappoġġja u jinkoraġġixxi aktar l-użu prattiku tal-kunċett ta’ djar attivi li jużaw sorsi ta’ enerġija alternattivi;

29.

jenfasizza li huwa importanti ħafna li s-settur tal-kostruzzjoni jieħu approċċ responsabbli; jissuġġerixxi li jiġu stabbiliti standards rakkomandati aktar stretti għall-apparat u l-bini ġdid u jiġu imposti kriterji ta’ disinn u ta’ kostruzzjoni rakkomandati aktar stretti li jinkoraġġixxu lill-periti, il-proġettaturi u d-disinjaturi jiżviluppaw djar li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-bini intelliġenti;

30.

jirrimarka li sabiex jinkisbu l-għanijiet strateġiċi ta’ tkessiħ u ta’ tisħin tal-UE, huwa importanti li jiġi segwit approċċ integrat u titħeġġeġ ir-rinovazzjoni distrettwali: jiġifieri, apparti li l-bini jiġi rinnovat, jagħmel sens li ssir riġenerazzjoni ambjentali integrata tad-distrett kollu, tittejjeb l-infrastruttura, jiġu stabbiliti żoni favur l-ambjent, tinħoloq infrastruttura faċli għar-roti eċċ.;

L-industrija, il-koġenerazzjoni u s-sorsi rinnovabbli

31.

jirrimarka li hemm potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija fl-industrija bbażat fuq l-idea ta’ simbjożi industrijali li huwa element importanti tal-kunċett tal-mixja lejn ekonomija ċirkolari; jinnota li f’ħafna postijiet jiġu ġġenerati flussi żejda ta’ tisħin u tkessiħ li huma sempliċiment mormija fl-ambjent u jaqbel li l-użu tas-sħana u l-kesħa residwa fin-netwerks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jnaqqas il-konsum tal-enerġija primarja u jkun ta’ benefiċċju kemm għall-ekonomija kif ukoll għall-ambjent. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti f’dan ir-rigward, billi huma responsabbli għall-ippjanar tas-sistemi ta’ tisħin;

32.

jinnota li l-industrija għandha tiġi mħeġġa tagħmel aktar enfasi fuq l-użu aktar effiċjenti tat-teknoloġiji eżistenti sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija. L-industrija kienet responsabbli għal kwart mill-konsum totali finali tal-enerġija fl-UE fl-2012. 73 % ta’ dan jintuża għat-tisħin u t-tkessiħ (8);

33.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiffoka aktar fuq l-innovazzjoni fl-industrija u tappoġġja l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda b’emissjoni baxxa ta’ karbonju, inkluż il-qbid u l-ħażna ġeoloġika tal-karbonju (CCS), li jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jemmen li skema tal-ETS riveduta hija għodda importanti b’mod kruċjali f’dan ir-rigward;

34.

jaqbel li attwalment mhux qed jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-koġenerazzjoni tas-sħana u l-elettriku (CHP). Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni konkret li jiddettalja l-miżuri rakkomandati għall-promozzjoni tal-koġenerazzjoni;

35.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jikkonsultaw il-livell lokali u reġjonali dwar id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-iżvilupp tal-koġenerazzjoni. Barra minn hekk, l-ostakli regolatorji u amministrattivi li jxekklu l-iżvilupp tal-koġenerazzjoni għandhom jitneħħew wara li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet lokali, kif ukoll il-benefiċċji ekonomiċi għall-espansjoni tal-koġenerazzjoni li jinkludu titjib tal-kompetittività tal-industrija permezz tal-użu tas-sħana residwa tagħha;

36.

Jemmen li l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ jista’ jkun wieħed mill-modi biex ikun żgurat l-iżvilupp effiċjenti tas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ. Is-sistemi ta’ tisħin distrettwali jistgħu jagħmlu użu minn diversi riżorsi lokali u rinnovabbli, inkluż l-iskart tal-enerġija, l-iskart muniċipali, il-bijokarburanti, l-enerġija solari u ġeotermali, eċċ. Għalhekk, għandu jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ sistemi billi tkun permessal-integrazzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

Il-ħtieġa u l-possibilitajiet għal finanzjament tas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ

37.

jenfasizza li t-titjib tal-effiċjenza tas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ teħtieġ riżorsi finanzjarji sinifikanti, u, konsegwentement, li huwa ta’ importanza kbira li jiġi żviluppat approċċ komuni u jitfittex qbil aħjar bejn id-diversi sorsi ta’ finanzjament;

38.

jissuġġerixxi rieżami ta’ skemi eżistenti ta’ appoġġ finanzjarju f’livelli differenti li jistgħu jiġu użati biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali, l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta’ enerġija rinnovabbli; it-tieni nett, jitlob li jsiru sforzi biex jiġi promoss il-ħolqien ta’ skemi ta’ finanzjament attraenti sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati miżuri iktar effikaċi għas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ;

39.

jissuġġerixxi li jiġi promoss l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi biex jiffinanzjaw l-iżvilupp tas-setturi tat-tisħin u t-tkessiħ, jinkoraġġixxu l-investiment f’teknoloġiji nodfa u jiffaċilitaw l-involviment tas-settur privat. Huwa importanti li jkun hemm tħabrik għal sinerġija bejn metodi ġodda ta’ finanzjament u opportunitajiet u għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ inġinerija finanzjarja, bħal self b’interess baxx, garanziji, sussidji fuq l-imgħax, investimenti kapitali, titolizzazzjoni, eċċ.;

40.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ u l-finanzjament ta’ proġetti kbar jibbenefikaw mill-għażla li jgħaqqdu l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) (9) mal-istrumenti finanzjarji tal-FEIS. Għalhekk jitlob taħlita ta’ miżuri li għandhom jiġu applikati bl-aktar mod wiesa’ possibbli fl-Istati Membri tal-UE u jitlob biex il-proċess jitħaffef u jiġi simplifikati;

41.

jiġbed l-attenzjoni dwar il-bżonn li jitħeġġeġ l-użu tal-mudell ESCO għal proġetti tal-enerġija u li jitneħħew l-ostakli legali u amministrattivi li jipprevjenu l-użu tiegħu fit-tisħin u t-tkessiħ. Jinnota wkoll l-importanza li jitkomplew ir-riformi strutturali fl-Istati Membri tal-UE sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-investiment fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ u tiġi eliminata l-burokrazija;

42.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu appoġġjati biex isibu sorsi ta’ finanzjament addizzjonali u fl-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar ta’ effiċjenza enerġetika. Pereżempju, permezz tal-għajnuna tal-BEI, il-Litwanja ħolqot il-fond innovattiv JESSICA, attirat sorsi addizzjonali ta’ finanzjament u kisbet effett multiplikatur;

43.

jilqa’ l-appoġġ mill-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) (10), b’enfasi partikolari fuq l-għoti ta’ responsabbiltà tal-ewwel telf, b’investiment fi proġetti ta’ effiċjenza enerġetika fuq skala akbar u riskju ogħla. Jinnota wkoll li sal-lum l-FEIS kien partikolarment siewi għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Għalhekk, sabiex jinkoraġġixxi l-involviment akbar tal-FEIS f’dawk l-Istati Membri fejn l-attivitajiet tal-Fond sa issa għadu limitat, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu intensifikati l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni fil-livell lokali;

44.

jilqa’ l-portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment (PEPI) (11), pjattaforma bbażata fuq l-Internet li tgħaqqad lill-promoturi u l-investituri ta’ proġetti Ewropej. Jissuġġerixxi li l-pjattaforma tiġi supplementata b’deskrizzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji billi jitlaqqgħu flimkien eżempji ta’ prattika tajba fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ finanzjament għal proġetti tal-enerġija fl-Istati Membri tal-UE;

45.

huwa tal-fehma li jkun utli għall-UE li tħejji linji gwida dwar l-immaniġġjar effiċjenti u l-finanzjament tas-settur tal-enerġija u li tipprovdi eżempji ta’ mudelli possibbli ta’ ġestjoni effiċjenti, li jistgħu jkunu applikati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

46.

jinnota r-rwol importanti li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ:

l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltà diretta għas-settur: huma jimmaniġjaw il-forniment tas-servizzi, huma responsabbli għall-ippjanar tas-sistema, u jittrattaw kwistjonijiet ta’ finanzjament relatati mal-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tas-sistemi;

l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-linja li tgħaqqad l-atturi kollha fis-settur — konsumaturi, fornituri, produtturi, investituri u operaturi tas-sistema — u jikkontribwixxu fost l-oħrajn għat-titjib tal-kwalità tal-ambjent;

jittieħdu deċiżjonijiet ewlenin u l-inizjattivi prinċipali joħorġu fil-prattika. Il-livell lokali huwa l-post fejn it-teorija tiġi implimentata fil-prattika u r-rekwiżiti legali jiġu ttrasformati f’riżultati tanġibbli u viżibbli;

jinformaw u jikkonsultaw il-konsumaturi;

47.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, billi huma responsabbli mill-ippjanar muniċipali, jistgħu jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli u t-titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-livell lokali u reġjonali, pereżempju billi jiġu stabbiliti miri ambizzjużi u pjani ta’ azzjoni, semplifikazzjoni tal-proċeduri u r-regoli amministrattivi jew l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju;

48.

jinnota b’dispjaċir li l-istrateġija ma ssemmix l-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala partijiet interessati ewlenin tat-tisħin u t-tkessiħ, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tittratta l-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba fuq livell ugwali bħall-gvern ċentrali rigward l-implimentazzjoni ta’ aktar miżuri f’dan il-qasam;

49.

iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu kkonsultati fir-rigward tal-miżuri speċifiċi futuri minħabba r-rwol li jaqdu fl-ippjanar u l-bini tal-infrastruttura, billi jattiraw investituri u billi jinfurmaw u jikkonsultaw il-konsumaturi;

50.

jinnota li, f’bosta pajjiżi, it-tisħin u t-tkessiħ huma r-responsabbiltà ta’ muniċipalitajiet (jiġifieri servizzi tal-utilità), u għalhekk f’dan ir-rigward, il-livell lokali huwa essenzjali biex jinkoraġġixxi lill-partijiet interessati kollha fis-settur (id-djar, l-industrija) jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp tas-settur, billi jinħolqu l-kundizzjonijiet biex tingħata spinta lill-kompetizzjoni u jonqsu l-ispejjeż tat-tisħin;

L-importanza tal-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika

51.

jirrimarka li l-promozzjoni ta’ użu ġenerali ta’ teknoloġiji moderni u sistemi ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ effiċjenti u sostenibbli, li jippermettu l-użu effiċjenti tal-enerġija u tar-riżorsi ser tikkontribwixxi biex tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-arja ambjentali u l-benesseri individwali u soċjali;

52.

jinnota l-fatt li l r-rinnovazzjoni jew il-bdil tal-fjuwil jew miżuri oħra waħedhom mhumiex se jġibu riżultati sinifikanti; informazzjoni xierqa hija tal-akbar importanza. Is-sidien tal-bini spiss għandhom nuqqas ta’ għarfien dwar il-benefiċċji tar-rinnovazzjoni. It-tisħin u t-tkessiħ jirrappreżentaw bħala medja 6 % tal-ispejjeż tal-konsum tal-Ewropej. 11 % tal-popolazzjoni ma jistgħux isaħħnu d-djar tagħhom biżżejjed fix-xitwa (12). L-għażliet tal-konsumaturi huma limitati minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-konsum u l-ispejjeż reali tal-enerġija, u spiss minħabba nuqqas ta’ riżorsi biex jinvestu f’teknoloġiji ta’ effiċjenza għolja. Huwa diffiċli li wieħed iqabbel teknoloġiji u soluzzjonijiet f’termini ta’ spejjeż u benefiċċji, kwalità u affidabilità tul il-ħajja. Għalhekk jissuġġerixxi li l-gvern ċentrali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jikkooperaw biex jissensibilizzaw lill-pubbliku u jedukaw lill-konsumaturi dwar l-effiċjenza enerġetika u t-teknika tal-iffrankar tal-enerġija;

53.

jinnota li, b’kunsiderazzjoni tal-progress xjentifiku u l-iżvilupp teknoloġiku, is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ (bħal ħafna setturi oħrajn) huwa nieqes minn speċjalisti b’għarfien xieraq fil-qasam tal-kostruzzjoni tal-bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u t-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli. Sabiex tiġi indirizzata din il-problema, huwa importanti li l-partijiet interessati kollha fis-settur jikkooperaw dwar it-taħriġ ta’ professjonisti kwalifikati, it-twettiq ta’ konsultazzjonijiet, u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sensibilizzazzjoni u edukattivi;

54.

jilqa’ l-istabbiliment ta’ Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment (EIAH) (13), li jipprovdi lill-iżviluppaturi ta’ proġetti privati u pubbliċi b’appoġġ tekniku u pariri mfassla apposta. Madankollu, jinnota li l-provvista ta’ aktar servizzi konsultattivi fuq il-post, eqreb lejn l-intrapriżi li għandhom bżonnhom, tkun xierqa. Huwa importanti li jiżdied l-għarfien tal-partijiet interessati tal-pubbliku u dwar l-iffrankar tal-enerġija;

55.

jilqa’ l-Patt tas-Sindki, li hu bbażat fuq inizjattiva mill-Kummissjoni u li fih l-awtoritajiet lokali u reġjonali jimpenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, u b’hekk isir kontribut lejn l-implimentazzjoni ta’ politika dwar l-enerġija sostenibbli, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi inċentivi għall-parteċipazzjoni f’inizjattivi simili.

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/1_EN_ACT_part1_v14.pdf

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta’ Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18).

(3)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-pakkett tal-Unjoni tal-Enerġija

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Enerġija affordabbli għal kulħadd (ĠU C 174, 7.6.2014, p. 15). Ittra mingħand il-Presidenza Griega tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2013.

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-enerġija rinnovabbli: attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-enerġija” (ĠU C 62, 2.3.2013, p. 51).

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Effiċjenza Enerġetika (ĠU C 54, 23.2.2012, p. 49).

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija 2011–2020 tal-UE (Opinjoni ta’ Prospettiva) (ĠU C 42, 10.2.2011, p. 6).

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-enerġija: analiżi strateġika u prestazzjoni tal-bini (ĠU C 200, 25.8.2009, p. 41).

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU C 325, 19.12.2008, p. 12).

(4)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-enerġija rinnovabbli: attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-enerġija” .

(5)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija 2011–2020 tal-UE (Opinjoni ta’ Prospettiva).

(6)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(7)  https://en.wikipedia.org/wiki/Building_information_modeling

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(9)  https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/european-structural-and-investment-funds_mt

(10)  http://www.eib.org/efsi/index.htm

(11)  https://ec.europa.eu/eipp/desktop/mt/index.html

(12)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(13)  http://www.eib.org/eiah/index.htm