ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
15 ta' Marzu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 80/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8207 — Emerson Electric/Pentair valves and controls business) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 80/02

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 80/03

Sejħa għal Proposti EACEA/07/2017 taħt il-Programm Erasmus+ — Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma politika — Inklużjoni soċjali permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żagħżagħ

3

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 80/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8400 — Engie Group/SOPER/BPCE Group/LCS4 u LCS Centre) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7


 

Rettifika

2017/C 80/05

Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) ( ĠU C 460, 9.12.2016 )

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8207 — Emerson Electric/Pentair valves and controls business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 80/01)

Fis-7 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8207. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Marzu 2017

(2017/C 80/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0631

JPY

Yen Ġappuniż

122,13

DKK

Krona Daniża

7,4338

GBP

Lira Sterlina

0,87563

SEK

Krona Żvediża

9,4968

CHF

Frank Żvizzeru

1,0726

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1510

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

311,32

PLN

Zloty Pollakk

4,3221

RON

Leu Rumen

4,5435

TRY

Lira Turka

3,9776

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4073

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4338

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2598

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5389

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5039

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 222,47

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,9904

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3511

HRK

Kuna Kroata

7,4260

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 213,91

MYR

Ringgit Malażjan

4,7303

PHP

Peso Filippin

53,481

RUB

Rouble Russu

63,1241

THB

Baht Tajlandiż

37,554

BRL

Real Brażiljan

3,3591

MXN

Peso Messikan

20,8468

INR

Rupi Indjan

69,9170


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/3


SEJĦA GĦAL PROPOSTI EACEA/07/2017

taħt il-Programm Erasmus+

Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma politika

Inklużjoni soċjali permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żagħżagħ

(2017/C 80/03)

1.   Objettivi

Din is-sejħa għal proposti se tappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. Din is-sejħa fiha żewġ lottijiet, wieħed għall-edukazzjoni u t-taħriġ (Lott 1) u wieħed għaż-żgħażagħ (Lott 2).

Objettivi ġenerali

Il-proġetti sottomessi taħt din is-sejħa taħt iż-żewġ lottijiet jenħtieġ li jkollhom l-għan li:

1.

Ixerrdu u/jew iżidu prattiki tajbin dwar it-tagħlim inklużiv li b’mod partikolari jibda fil-livell lokali. Fil-kuntest ta’ din is-sejħa, iż-żieda tfisser ir-replikazzjoni ta’ prattika tajba fuq skala usa’/li tiġi ttrasferita għal kuntest differenti jew li tiġi implimentata f’livell ogħla/sistemiku;

jew

2.

Jiżviluppaw u jimplimentaw metodi u prattiki innovattivi għat-trawwim tal-edukazzjoni inklużiva u/jew ambjenti taż-żgħażagħ f’kuntesti speċifiċi.

Kull applikazzjoni trid tindirizza objettiv ġenerali wieħed u wieħed mill-objettivi speċifiċi, li huma elenkati separatament għal Lott 1 u għal Lott 2. Kemm l-objettivi ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi tas-sejħa huma eżawrjenti: proposti li ma jindirizzawhomx mhumiex se jitqiesu.

Lott 1 — Edukazzjoni u taħriġ

Din is-sejħa għandha l-għan li tfassal it-triq għal alleanza futura tal-iskejjel għall-inklużjoni billi toħloq/tiżviluppa komunitajiet ta’ tagħlim fost atturi differenti (istituzzjonijiet edukattivi u fornituri tat-tagħlim, awtoritajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u tas-soċjetà ċivili, negozji, eċċ.) fil-qasam tat-tagħlim inklużiv.

Għalkemm il-benefiċjarji fil-mira ewlenin ta’ komunitajiet ta’ tagħlim bħal dawn huma mistennija li jkunu skejjel, il-proġetti sottomessi taħt din is-sejħa huma mħeġġa sew li jinvolvu setturi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ oħrajn formali u mhux formali — minn edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV), edukazzjoni għolja u tagħlim tal-adulti — kif ukoll partijiet ikkonċernati f’livelli differenti (awtoritajiet, istituzzjonijiet, fornituri, għalliema u studenti, NGOs, komunitajiet lokali, negozji, familji, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, eċċ.) u ambjenti ta’ tagħlim informali.

Objettivi speċifiċi:

1.

It-titjib tal-akkwist ta’ kompetenzi soċjali u ċiviċi, it-trawwim tal-għarfien, il-fehim u s-sjieda ta’ valuri fundamentali, il-promozzjoni ta’ rispett reċiproku u ta’ djalogu interkulturali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tar-raġunijiet kollha;

2.

Il-promozzjoni ta’ edukazzjoni inklużiva u taħriġ inklużiv u t-trawwim tal-edukazzjoni ta’ studenti żvantaġġati, inkluż permezz tal-appoġġ tal-għalliema, l-edukaturi u l-mexxejja ta’ istituzzjonijiet edukattivi fl-indirizzar tad-diversità u r-rinfurzar tat-taħlit soċjoekonomiku fl-ambjent tat-tagħlim;

3.

It-titjib tal-ħsieb kritiku u tal-litteriżmu fil-midja fost l-istudenti, il-ġenituri u l-persunal fl-edukazzjoni;

4.

L-appoġġ tal-inklużjoni ta’ migranti li jkunu għadhom kif jaslu f’edukazzjoni ta’ kwalità tajba, inkuż billi jiġi vvalutat l-għarfien u jiġi vvalidat it-tagħlim ta' qabel.

Lott 2 — Żgħażagħ

Objettivi speċifiċi:

1.

Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika taż-żgħażagħ billi jiġi żviluppat ir-rwol tal-volontarjat għall-inklużjoni soċjali;

2.

Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti taż-żgħażagħ billi jiġu indirizzati dawk li jinsabu f’riskju ta’ emarġinazzjoni jew esklużjoni soċjali.

2.   Applikanti eliġibbli

L-applikanti eliġibbli huma organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ jew organizzazzjonijiet oħrajn fis-setturi soċjoekomoniċi li jwettqu attivitajiet transsettorjali (eż. ċentri ta’ rikonoxximent, kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet tal-kummerċ, soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet tal-isport u tal-kultura eċċ.) fl-oqsma koperti mid-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (Dikjarazzjoni ta’ Pariġi).

L-applikanti meqjusa eliġibbli li jwieġbu għal din is-sejħa jistgħu jkunu (lista mhux eżawrjenti):

istituzzjonijiet edukattivi u fornituri oħrajn tat-tagħlim;

awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali/reġjonali/lokali responsabbli mill-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;

organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ (NGOs);

istituzzjonijiet tar-riċerka;

organizzazzjonijiet tal-kummerċ u sħab soċjali;

ċentri ta’ gwida u ta’ rikonoxximent;

organizzazzjonijiet internazzjonali;

kumpaniji privati;

in-netwerks tal-organizzazzjonijiet elenkati hawn fuq huma eliġibbli wkoll diment li jkollhom personalità ġuridika.

L-applikazzjonijiet mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-pajjiżi tal-programm li ġejjin biss huma eliġibbli:

it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja;

il-pajjiżi kandidati tal-UE: l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija.

Ir-rekwiżit minimu tal-kompożizzjoni tas-sħubija għal din is-sejħa huwa ta’ 4 organizzazzjonijiet minn 4 pajjiżi tal-programm differenti.

Jekk ikun hemm netwerks involuti fil-proġett, il-konsorzju jrid jinkludi tal-inqas 2 organizzazzjonijiet li mhumiex membri tan-netwerk u globalment, il-konsorzju jenħtieġ li jirrappreżenta tal-inqas 4 pajjiżi eliġibbli.

3.   Riżultati, durata u skeda ta’ żmien tal-proġett

Riżultati mistennija:

Il-proġetti taħt Lott 1 — Edukazzjoni u taħriġ jenħtieġ li jwasslu għal riżultati bħal:

l-għarfien u prattiki tajbin (dwar tagħlim inklużiv, kompetenzi soċjali u ċiviċi, ħsieb kritiku u litteriżmu fil-midja kif ukoll l-integrazzjoni tal-migranti) ikunu mifruxa b’mod wiesa’ fil-komunitajiet ta’ tagħlim;

l-approċċi innovattivi jiġu żviluppati u ttestjati, ivvalutati u integrati fi prattika komuni jew (partijiet minn) sistemi;

il-mexxejja u l-edukaturi edukattivi fil-komunitajiet ta’ tagħlim isiru jafu, ikunu ppreparati u lesti li jipprattikaw approċċi edukattivi inklużivi (eż. metodi pedagoġiċi kollaborattivi, approċċi ta’ skola sħiħa, appoġġ individwalizzat għall-istudenti) b’involviment viżibbli tal-familji u tal-komunitajiet lokali;

jiġu żviluppati u jintużaw mekkaniżmi ta’ appoġġ u servizzi ta’ assistenza aktar effettivi biex jappoġġjaw l-istituzzjonijiet u l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-implimentazzjoni ta’ approċċi edukattivi inklużivi;

Il-proġetti taħt Lott 2 — Żgħażagħ jenħtieġ li jwasslu għal riżultati bħal:

kompetenzi soċjali, ċiviċi u interkulturali u ħiliet imtejba taż-żgħażagħ, inkluż ċittadinanza attiva, litteriżmu fil-midja u diġitali, ġudizzju kritiku u fehim interkulturali, parteċipazzjoni akbar taż-żgħażagħ fil-ħajja soċjali u ċivika;

sensibilizzazzjoni mtejba fost iż-żgħażagħ tad-drittjiet fundamentali tagħhom u sens ta’ appartenenza fis-soċjetà, tħaddin aktar b’saħħtu tal-valuri demokratiċi u involviment fi prattiki kontra r-razziżmu, djalogu interkulturali u interreliġjuż u fehim reċiproku;

ilħuq imtejjeb taż-żgħażagħ minn gruppi żvantaġġati (eż. żgħażagħ minn sitwazzjoni “NEET” jew żgħażagħ bi sfond ta’ migrant) billi jinbnew sinerġiji mal-komunità lokali u jsir l-aqwa użu min-netwerks eżistenti fil-livell lokali;

kapaċità mtejba ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u/jew netwerks taż-żgħażagħ biex dawn jaġixxu bħala forzi ta’ inklużjoni billi tingħata assistenza liż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom, jagħmlu xogħol ta’ volontarjat u jixprunaw bidla pożittiva fil-komunitajiet;

għarfien espert imtejjeb fl-għoti ta’ assistenza bażika jew għajnuna lil migranti u rifuġjati li jkunu għadhom kif jaslu bil-ħiliet li għandhom bżonn biex jintegraw f'soċjetà differenti jew li jistgħu jkunu utli għal riintegrazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini meta l-kunflitt ikun spiċċa, kif ukoll l-apprezzament tad-diversità kulturali fil-komunità;

integrazzjoni aħjar ta’ migranti u rifuġjati li jkunu għadhom kif jaslu u klima inklużiva mtejba fis-soċjetajiet ospitanti, b’mod partikolari permezz tal-ippjanar u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali jew soċjali fil-livell lokali bl-involviment tan-nies tal-lokal u tal-voluntiera fejn xieraq;

informazzjoni aħjar dwar il-midja soċjali, is-siti web, laqgħat pubbliċi biex jingħata appoġġ lill-isforzi tal-volontarjat tal-organizzazzjoni.

L-attivitajiet iridu jibdew jew fl-1 jew fil-31 ta’ Diċembru 2017 jew fil-15 ta’ Jannar 2018. Id-durata tal-proġett trid tkun ta’ bejn 24 u 36 xahar.

4.   Kriterji tal-għoti

L-applikazzjonijiet eliġibbli sejrin jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti.

Il-kriterji tal-għoti għall-finanzjament ta' applikazzjoni huma:

1.

Ir-rilevanza tal-proġett (30 %)

2.

Il-kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni (20 %)

3.

Il-kwalità tas-sħubija u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni (20 %)

4.

L-impatt, it-tixrid u s-sostenibbiltà (30 %).

Il-proposti biss li jkunu laħqu:

tal-inqas il-limitu minimu ta’ 60 % tar-riżultat totali (jiġifieri riżultat aggregat tal-4 kriterji tal-għoti) kif ukoll

tal-inqas il-limitu minimu ta’ 50 % ta’ kull kriterju

se jiġu kkunsidrati għal finanzjament tal-UE.

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 10 000 000, allokati kif ġej:

Lott 1— Edukazzjoni u Taħriġ EUR 8 000 000

Lott 2— Żgħażagħ EUR 2 000 000

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż 80 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-proġett.

L-għotja massima għal kull proġett se tkun ta’ EUR 500 000.

L-Aġenżija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli għal din is-sejħa.

6.   Proċedura ta’ sottomissjoni u skadenza

L-iskadenza tas-sottomissjoni hija: it-22 ta’ Mejju 2017 — 12.00 nofsinhar CET.

L-applikanti huma mitlubin jaqraw sew l-informazzjoni kollha dwar is-sejħa għal proposti EACEA/07/2017 u l-proċedura ta’ sottomissjoni u li jużaw id-dokumenti li jifformaw parti mill-pakkett ta’ applikazzjoni li jista’ jinstab fuq:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en

Il-pakkett ta’ applikazzjoni jrid jiġi sottomess online bl-użu tal-formola elettronika korretta, jimtela kif suppost u jkun fih l-annessi u d-dokumenti ta’ appoġġ rilevanti u applikabbli kollha.

7.   L-Informazzjoni kollha dwar is-sejħa

L-informazzjoni kollha dwar is-Sejħa EACEA/07/2017 hija disponibbli mis-sit web li ġej:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en

Kuntatt tal-email:

EACEA-Policy-Support@ec.europa.eu


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8400 — Engie Group/SOPER/BPCE Group/LCS4 u LCS Centre)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 80/04)

1.

Fit-3 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha La Compagnie du Vent (“LCV”, Franza), li hija kkontrollata b’mod konġunt minn Engie Groupe (“Engie”, Franza) u SOPER (“SOPER”, Franza), u l-Groupe Banque Populaire Caisse d’Epargne (“Groupe BPCE”, Franza), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ La Compagnie du Soleil Investissement 4 (LCS4, Franza) u La Compagnie du Soleil Centre (“LCS Centre”, Franza), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal LCV: Impriża Franċiża attiva fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ parks eoliċi u parks solari kif ukoll fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriċità fi Franza. LCV hija kkontrollata b’mod konġunt mill-Engie Groupe u SOPER. L-Engie Groupe huwa kumpanija tal-enerġija integrata attiva fil-katina tal-valur tal-enerġija kollha kemm hi mill-produzzjoni ta’ gass għall-bejgħ bl-imnut ta’ gass u mill-ġenerazzjoni tal-elettriċità għall-bejgħ bl-imnut tal-elettriċità. SOPER hija kumpanija azzjonarja proprjetà ta’ individwu, li għandha bħala għan waħdieni ż-żamma tal-ishma tagħha f’LCV;

—   għal BPCE: Bank Franċiż li permezz tas-sussidjarja tiegħu Natixis Management huwa attiv f’servizzi bankarji bl-ingrossa, servizzi bankarji tal-investiment u servizzi finanzjarji;

—   LCS4 u LCS Centre: Parks solari, li huma attivi fil-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriċità fi Franza. LCS u LCS4 Centre fil-preżent huma kkontrollati unikament minn LCV.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8400 — Engie Group/SOPER/BPCE Group/LCS4 u LCS Centre, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

15.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/8


Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 460 tad-9 ta’ Diċembru 2016 )

(2017/C 80/05)

 

Il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 460/02 għandha titqies bħala nulla u bla effett.