ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 79

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
14 ta' Marzu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 79/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8353 — CVC/Corialis) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 79/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/445, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/437 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

2

2017/C 79/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2017/437 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 79/04

Rata tal-kambju tal-euro

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 79/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8397 — Partners Group/Cerba Healthcare) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5


 

Rettifika

2017/C 79/06

Rettifika għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar manwal aġġornat b’rakkomandazzjonijiet għall-kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija u miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ vjolenza u inkwiet marbuta ma’ partiti tal-futbol b’dimensjoni internazzjonali, fejn ikun involut tal-anqas Stat Membru wieħed (Manwal tal-UE dwar il-Futbol) ( ĠU C 444, 29.11.2016 )

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8353 — CVC/Corialis)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 79/01)

Fis-17 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8353. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/445, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/437 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2017/C 79/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/445 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/437 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jenħtieġ li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, qabel l-1 ta' Ġunju 2017 flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 67, 14.3.2017, p. 88.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 67, 14.3.2017, p. 34.


14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2017/437 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2017/C 79/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ proċessar hija r-Regolament (UE) Nru 269/2014 (2), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/437 (3).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' proċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista' jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/437.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jiġu mwieġba f'konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(3)  ĠU L 67, 14.3.2017, p. 34.

(4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Marzu 2017

(2017/C 79/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0663

JPY

Yen Ġappuniż

122,35

DKK

Krona Daniża

7,4340

GBP

Lira Sterlina

0,87258

SEK

Krona Żvediża

9,5645

CHF

Frank Żvizzeru

1,0749

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1298

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

312,43

PLN

Zloty Pollakk

4,3376

RON

Leu Rumen

4,5560

TRY

Lira Turka

3,9952

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4078

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4350

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2804

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5385

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5073

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 222,96

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,0101

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3717

HRK

Kuna Kroata

7,4333

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 241,50

MYR

Ringgit Malażjan

4,7450

PHP

Peso Filippin

53,681

RUB

Rouble Russu

62,9550

THB

Baht Tajlandiż

37,672

BRL

Real Brażiljan

3,3609

MXN

Peso Messikan

20,9398

INR

Rupi Indjan

70,5475


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8397 — Partners Group/Cerba Healthcare)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 79/05)

1.

Fis-7 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Partners Group AG (“Partners Group”, l-Isvizzera) jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża Cerba Healthcare (“Cerba”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Partners Group: kumpanija ta' ġestjoni tal-investiment fi swieq privati.

—   għal Cerba: il-forniment ta’ servizzi tal-laboratorju fi swieq ta’ patoloġija klinika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8397 — Partners Group/Cerba Healthcare, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/6


Rettifika għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar manwal aġġornat b’rakkomandazzjonijiet għall-kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija u miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ vjolenza u inkwiet marbuta ma’ partiti tal-futbol b’dimensjoni internazzjonali, fejn ikun involut tal-anqas Stat Membru wieħed (“Manwal tal-UE dwar il-Futbol”)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 444 tad-29 ta’ Novembru 2016 )

(2017/C 79/06)

Fil-paġna 13, il-paragrafu “3.14a Ftehimiet Bilaterali ” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.14a    Ftehimiet Bilaterali

Hu rakkomandat bil-qawwa li, fi stadju bikri tat-tħejjijiet, il-pajjiżi parteċipanti fl-avveniment għandhom jadottaw ftehim bilaterali mal-awtoritajiet ospitanti li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni, l-iskjerament tad-delegazzjonijiet tal-pulizija viżitaturi u kwistjonijiet oħra ta’ kooperazzjoni bejn il-pulizija b’rabta mal-avveniment. Ftehimiet bilaterali bħal dan jistgħu jinkludu wkoll oqsma ta’ kooperazzjoni governattiva u ġudizzjarja. Ser jitħejja mudell għal ftehim bilaterali. Dan ser jinkludi l-lista ta’ kwistjonijiet li għandhom jitqiesu u jiġu miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Ma hux ser ikun ftehim mudell iżda pjuttost għajnuna għan-negozjati bilaterali.”

Fil-paġna 15, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Rakkomandazzjoni Rec (2015) 1 dwar is-Sikurezza, is-Sigurtà u s-Servizz f’Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi oħra, tal-Kumitat Permanenti tal-Kunsill tal-Ewropa, tagħti gwida dettaljata dwar dan.”