|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 77/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8386 — Advent/Bain Capital/Concardis) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 77/02 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 77/03 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8370 — Amundi Immobilier/Malakoff Médéric/TAS Kapstadtring 2) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 77/04 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8419 — SEGRO/PSPIB/SELP/Target assets) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8386 — Advent/Bain Capital/Concardis)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 77/01)
Fis-7 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8386. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-10 ta’ Marzu 2017
(2017/C 77/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0606 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,42 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4331 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87250 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5778 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0743 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,1405 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,021 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
312,27 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3259 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5490 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9801 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4095 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4322 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2367 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5348 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5041 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 226,28 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,0681 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3336 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4190 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 185,77 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7231 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,281 |
|
RUB |
Rouble Russu |
62,6964 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,556 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3694 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,9681 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,6725 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/3 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8370 — Amundi Immobilier/Malakoff Médéric/TAS Kapstadtring 2)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 77/03)
|
1. |
Fis-6 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Amundi Immobilier S.A. (“Amundi Immobilier”, Franza) u Malakoff Médéric Group (“Malakoff Médéric”, Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża TAS Kapstadtring 2 GmbH (“TAS Kapstadtring”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Amundi Immobilier: hija attiva fil-qasam tal-ġestjoni tal-assi tal-proprjetà immobbli u hija kkontrollata unikament minn Crédit Agricole S.A. — Malakoff Médéric: huwa attiv fl-industrija tal-protezzjoni soċjali supplimentari. — TAS Kapstadtring: hija l-proprjetarja esklussiva ta’ proprjetà, inkluża binja ta’ uffiċċji, li tinsab f’Hamburg, il-Ġermanja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8370 — Amundi Immobilier/Malakoff Médéric/TAS Kapstadtring 2, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/4 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8419 — SEGRO/PSPIB/SELP/Target assets)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 77/04)
|
1. |
Fis-6 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit) u l-Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz ta' SEGRO European Logistics Pernership Sàrl (“SELP”, il-Lussemburgu), il-kontroll konġunt ta' tliet assi loġistiċi li jipproduċu introjtu fl-Italja) (flimkien “Target assets”), permezz ta' xiri ta' assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ proprjetajiet għall-ħażna moderni, proprjetajiet tal-industrija ħafifa u ta' ċentri tad-data. — għal PSPIB: il-ġestjoni ta' portafoll dinji diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura u riżorsi naturali u dejn privat — għal Target assets: tliet assi ta’ mħażen tal-loġistika li jinsabu fl-Italja, li jikkonsistu f’Bologna DC9 u Bologna DC13, li t-tnejn li huma jinsabu f’Interporto ta’ Bolonja, u Piacenza DC4 li jinsab fi Piacenza, Milan. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8419 — SEGRO/PSPIB/SELP/Target assets f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.