|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 72/01 |
||
|
2017/C 72/02 |
Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 72/03 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 72/04 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8342 — Mitsubishi Chemical Group/PTT Public Company Group/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta’ Marzu 2017
(2017/C 72/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0576 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,61 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4340 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86710 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5218 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0730 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,9443 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,021 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,52 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3075 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5384 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,8894 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3920 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4191 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2120 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5153 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4920 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 215,71 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,7038 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2976 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4090 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 115,79 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7038 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,237 |
|
RUB |
Rouble Russu |
61,3560 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,111 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,2974 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,6124 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,4700 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/2 |
Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 72/02)
Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2017) 1332 |
L-1 ta’ Marzu 2017 |
1,2-dikloroetan Numru tal-KE 203-458-1 Numru tas-CAS 107-06-2 |
Laboratoires Expanscience, 10 Avenue de l’Arche, Regulatory affairs, 92419 Courbevoie, Franza |
REACH/17/6/0 |
L-użu ta’ 1,2-dikloroetan bħala solvent tal-ipproċessar u tal-estrazzjoni fil-manifattura ta’ ingredjenti farmaċewtiċi bijoattivi dderivati mill-pjanti |
It-22 ta’ Novembru 2029 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma ferm iktar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli f’dan is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/3 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
(2017/C 72/03)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Ġilda tal-kamoxxa |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1153/2012 tat-3 ta’ Diċembru 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ġilda tal-kamoxxa li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 334, 6.12.2012, p. 31) |
7.12.2017 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8342 — Mitsubishi Chemical Group/PTT Public Company Group/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 72/04)
|
1. |
Fit-28 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Mitsubishi Chemical Group (“MCC”, il-Ġappun) u PTT Public Company Group (“PTT”, it-Tajlandja) jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ PTTMCC Biochem Company Limited (il-joint venture, “JV”, it-Tajlandja) permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni jew kull mezz ieħor. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — MCC: kumpanija tal-kimiki dinjija. — PTT: kumpanija taż-żejt u tal-gass, proprjetà tal-Istat; — il-JV: il-manifattura u l-bejgħ ta’ plastiks speċjalizzati. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8342 — Mitsubishi Chemical Group/PTT Public Company Group/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.