|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 67/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8290 — Fairfax/AIG Target Portfolio) ( 1 ) |
|
|
2017/C 67/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8369 — KKR/Hitachi Koki) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 67/03 |
||
|
2017/C 67/04 |
||
|
2017/C 67/05 |
||
|
2017/C 67/06 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-faqqiegħ (Riberebro) (AT.39965) |
|
|
2017/C 67/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 67/08 |
||
|
2017/C 67/09 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 67/10 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 67/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8261 — Lanxess/Chemtura) ( 1 ) |
|
|
2017/C 67/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8395 — Bridgepoint/Zenith) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8290 — Fairfax/AIG Target Portfolio)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 67/01)
Fis-27 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8290. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8369 — KKR/Hitachi Koki)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 67/02)
Fil-21 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8369. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-2 ta’ Marzu 2017
(2017/C 67/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0514 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,24 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4336 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85560 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5195 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0651 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,8830 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,021 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,33 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2941 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5220 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,8972 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3840 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4069 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,1622 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4823 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4840 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 204,29 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,7799 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2399 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4193 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 045,13 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6777 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,997 |
|
RUB |
Rouble Russu |
61,6805 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,804 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,2687 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,9495 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,2000 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni li tirrigwarda l-Każ AT.39965(1) — Faqqiegħ
Relatur: Franza
(2017/C 67/04)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz tad-Deċiżjoni tikkostitwixxi fi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriża kkonċernata mill-abbozz tad-Deċiżjoni pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma kien li jirristrinġu l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u ż-ŻEE. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul taż-żmien tal-ksur. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji tad-deċiżjoni. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ April 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni li tirrigwarda l-Każ AT.39965(2) — Faqqiegħ
Relatur: Franza
(2017/C 67/05)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-Deċiżjoni. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multa. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni mat-tul taż-żmien għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemm l-ebda ċirkostanzi mitiganti/aggravanti applikabbli f’dan il-każ. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis ta’ multi fuq il-bażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba għall-Inabbiltà li Titħallas. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/4 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-faqqiegħ (Riberebro)
(AT.39965)
(2017/C 67/06)
Dan il-każ jikkonċerna ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE li jikkonsisti f’koordinazzjoni tal-prezz u allokazzjoni ta’ klijenti għal faqqiegħ fil-laned madwar iż-ŻEE bejn l-1 ta’ Settembru 2010 u t-28 ta’ Frar 2012. Il-Kummissjoni diġà kienet adottat, fil-25 ta Ġunju 2014, deċiżjoni indirizzata lejn tmien entitajiet legali (li jikkostitwixxu fi tliet impriżi) li għażlu l-proċedura ta’ tranżazzjoni għall-kartelli (2). L-abbozz tad-deċiżjoni attwali hija indirizzata lil Grupo Riberebro Integral S.L. u Riberebro Integral S.A.U. (flimkien “Riberebro”), li ma introduċewx proposti ta’ tranżazzjoni.
Fis-27 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet (“DO”) kontra Riberebro, li kienet kkomunikata lil Riberebro l-ġurnata ta’ wara. Fit-3 ta’ Ġunju 2015 Riberebro ngħataw CD-ROM li fiha kien hemm dokumenti bil-miktub tal-fajl ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni, u ngħataw limitu ta’ żmien ta’ sitt ġimgħat biex iwieġbu għad-DO.
Fit-tweġiba tagħhom għad-DO, Riberebro ddikjaraw li huma kkontestawx la d-deskrizzjoni tal-fatti u lanqas il-valutazzjoni legali magħmula mill-Kummissjoni fid-DO, imma għamlu proposti skont dwar il-livell xierqa tal-multa. Riberebro ma talbux seduta orali.
Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jiena eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom Riberebro kienu ngħataw l-opportunità li jsemmgħu l-veduti tagħhom. Nikkonkludi li hekk huwa l-każ.
Fid-dawl ta’ hawn fuq, u b’kont meħud li Riberebro ma għamlu ebda talba jew ilment lili, jien inqis li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali ta’ Riberebro kien irrispettat.
Brussell, l-4 ta’ April 2016.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4227 final tal-25 ta’ Ġunju 2014, Pubblikazzjoni tas-sommarju (ĠU C 453, 17.12.2014, p. 21), u r-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (ĠU C 453, 17.12.2014, p. 20).
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/5 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tas-6 ta’ April 2016
li tirrigwarda proċedimient skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39965 — Faqqiegħ)
(notifikat bid-dokument C(2016) 1933)
(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)
(2017/C 67/07)
Fis-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Din id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE). Dan il-ksur, li fih id-destinatarji Grupo Riberebro Integral S.L. u Riberebro Integral S.A.U. (minn hawn ‘il quddiem flimkien imsejħa “Riberebro”) ipparteċipaw flimkien ma’ impriżi oħra, kien jikkonsisti f’koordinazzjoni tal-prezzijiet u l-allokazzjoni tal-klijenti għal faqqiegħ mibjugħ fil-bottijiet u l-vażetti (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “faqqiegħ tal-bott”) u li dam mill-inqas mill-1 ta’ Settembru 2010 sat-28 ta’ Frar 2012. |
|
(2) |
L-imġiba antikompetittiva suġġett ta’ dawn il-proċedimenti tirrigwarda faqqiegħ tal-bott fil-laned u fil-vażetti. Il-kartell identifikat f’dawn il-proċedimenti kien ikopri l-bejgħ ta’ marki privati permezz ta’ proċeduri ta’ sejħa għall-offerti għal bejjiegħa bl-imnut u fil-katina ta’ servizz tal-ikel. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni ssegwi d-Deċiżjoni adottata skont il-proċedura ta’ riżolviment kontra l-impriżi l-oħra fil-kartell. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(4) |
Il-każ beda fl-aħħar tal-2011 fuq il-bażi ta’ applikazzjoni ta’ immunità skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (2). Il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fil-bini ta’ diversi produtturi tal-faqqiegħ fi Franza, in-Netherlands u Spanja, u wara bagħtitilhom diversi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
|
(5) |
Fil-21 ta’ Mejju 2012 Riberebro ressqet talba għal klemenza. |
|
(6) |
Fid-9 ta’ April 2013, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra Bonduelle, Lutèce, Prochamp u Riberebro, bl-għan li jidħlu f’diskussjonijiet dwar riżolviment (3). Il-Kummissjoni ħabbret ukoll l-intenzjoni tagħha li tagħti lil Riberebro tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni ta’ klemenza tagħha fil-medda ta’ 30-50 % prevista mill-Avviż ta’ Klemenza |
|
(7) |
Sussegwentement, il-partijiet kollha ħlief Riberobro ressqu t-talba formali ta’ riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (4). |
|
(8) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni ta’ Riżolviment indirizzata lill-partijiet li għażlu r-riżolviment fejn żammithom responsabbli għall-aġir rispettiv tagħhom f’dan il-każ (5). |
|
(9) |
Fis-27 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet skont ir-regoli proċedurali normali indirizzata lil Riberebro. Sussegwentement, il-Kummissjoni tat aċċess lil Riberebro għall-partijiet aċċessibbli tal-fajl tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Fis-17 ta’ Lulju 2015, Riberebro wieġbet għad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet fejn iddikkjarat li hija ma tikkontestax id-deskrizzjoni tal-fatti u l-valutazzjoni legali stabbilita fih u pprovdiet kummenti fir-rigward tal-kooperazzjoni tagħha skont l-Avviż ta’ Klemenza. Riberebro ma talbitx Seduta ta’ Smigħ Orali. |
|
(10) |
Fl-4 ta’ April 2016, il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli u fis-6 ta’ April 2016 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni kontra Riberebro. |
2.2. Sommarju tal-ksur
|
(11) |
L-għan ġenerali ta’ dan il-kartell kien li jistabbilizza l-ishma tas-suq għal faqqiegħ tal-bott u jwaqqaf it-tnaqqis tal-prezzijiet fiż-ŻEE b’fokus fuq pajjiżi fl-Ewropa tal-Punent. Il-kartell kien patt ta’ nonaggressjoni bi skema ta’ kumpens f’każ ta’ trasferiment tal-klijenti u l-applikazzjoni ta’ prezzijiet minimi li ġew miftiehma minn qabel. |
|
(12) |
Biex jintlaħaq dan l-għan, Riberebro ipparteċipat f’għadd kbir ta’ laqgħat multilaterali regolari mal-kompetituri u kultant kellha kuntatti addizzjonali fuq bażi bilaterali. F’dawn il-kuntatti, Riberebro skambjat informazzjoni kunfidenzjali mal-kompetituri tagħha fuq sejħiet għall-offerti, ipparteċipat fl-iffissar ta’ prezzijiet minimi, u qablet dwar il-miri ta’ volum u l-allokazzjonijiet għall-klijenti. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni tqis li Riberebro pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE, tal-inqas mill-1 ta’ Settembru 2010 sat-28 ta’ Frar 2012. |
|
(14) |
L-evidenza turi li Riberebro segwiet mal-kuntatti l-istess għan antikompetittiv u ekonomiku bħall-partijiet l-oħra fil-kartell, jiġifieri dak li jiġu stabbilizzati l-ishma tas-suq għal faqqiegħ tal-bott u li jitwaqqaf it-tnaqqis fil-prezzijiet. |
|
(15) |
L-ambitu ġeografiku tal-komportament kien mifrux madwar iż-ŻEE — b’enfasi fuq pajjiżi Ewropej tal-Punent. |
2.3. Destinatarji
|
(16) |
Grupo Riberebro Integral S.L. u Riberebro Integral S.A.U. jinżammu responsabbli in solidum u b’mod konġunt għall-parteċipazzjoni tal-impriża fil-ksur. Riberebro Integral S.A.U. kienet l-entità prinċipali għall-bejgħ ta’ faqqiegħ tal-bott fi ħdan l-impriża u hija sussidjarja posseduta kollha ta’ Grupo Riberebro Integral S.L., l-ogħla entità ġuridika tal-impriża, |
2.4. Rimedji
|
(17) |
Il-Kummissjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (6). |
2.4.1. L-ammont bażiku tal-multa
|
(18) |
Fil-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ ta’ faqqiegħ tal-bott ta’ Riberebro matul l-aħħar sena sħiħa tan-negozju fil-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur, jiġifieri l-2011. |
|
(19) |
L-ammont bażiku tal-multa huwa stabbilit għal 17 % tal-valur tal-bejgħ kif definit hawn fuq, biex jirrifletti n-natura, l-ambitu ġeografiku u l-fatt li l-ksur ġie implimentat bis-sħiħ. Dan l-ammont bażiku huwa mmultiplikat bit-tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur (mill-1 ta’ Settembru 2010 sat-28 ta’ Frar 2012). Ammont addizzjonali ta’ 17 % tal-valur tal-bejgħ huwa miżjud biex jiddiswadi l-impriża milli tidħol f’kartell. |
2.4.2. L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
|
(20) |
L-ammont tal-multa ma jaqbiżx 10 % tal-fatturat totali ta’ Riberebro fl-2015. |
2.4.3. L-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006: tnaqqis ta’ multi
|
(21) |
Il-Kummissjoni tagħti lil Riberebro tnaqqis mill-multa ta’ 50 % minħabba li kienet l-ewwel impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punti 24 u 25 tal-Avviż ta’ Klemenza u l-kooperazzjoni tagħha sostanzjalment saħħet il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tipprova l-każ. |
2.4.4. Kapaċità li tħallas il-multa (ITP)
|
(22) |
Abbażi ta’ punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-multi, il-Kummissjoni analizzat u ċaħdet l-istqarrija ta’ Riberebro li mhix kapaċi tħallas il-multa. |
3. KONKLUŻJONI
|
(23) |
Il-multa imposta skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fuq Grupo Riberebro Integral S.L. u Riberebro Integral S.A.U. in solidum u b’mod konġunt hija EUR 5 194 000. |
(2) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17).
(3) L-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004.
(4) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4227 final tal-25 ta’ Ġunju 2014 (ĠU C 453, 17.12.2014, p. 21).
(6) Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/8 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA 08/2017
Inizjattiva għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE: Proġetti għall-iskjerament ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE superjuri u subalterni biex jappoġġaw u jikkumplimentaw l-għajnuna umanitarja f’pajjiżi terzi, b’fokus fuq it-tisħiħ tal-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli u affettwati minn diżastri u ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi
(2017/C 67/08)
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja — Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala “l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (1) u l-leġiżlazzjoni relatata (2) tistabbilixxi qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti mill-voluntiera Ewropej biex jappoġġjaw u jikkumplimentaw għajnuna umanitarja f’pajjiżi terzi.
Din is-sejħa għall-proposti sejra tipprovdi finanzjament biex tappoġġja l-azzjonijiet immirati għall-iskjerament tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE sabiex jappoġġjaw u jikkumplimentaw għajnuna umanitarja f’pajjiżi terzi fi proġetti li jiffokaw fuq it-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri, l-istat ta’ tħejjija f’każ ta’ diżastri u l-kollegament bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp.
1. Għanijiet
L-għan tas-sejħa huwa li jiġu ffinanzjati proġetti li jinvolvu l-iskjerament tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Dawn il-proġetti għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni sabiex jipprovdu ħtiġijiet ibbażati fuq l-għajnuna umanitarja mmirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċità u r-reżiljenza tal-komunitajiet vulnerabbli u affettwati minn diżastri f’pajjiżi terzi billi jiffokaw fuq it-tħejjija għad-diżastri, it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri u t-tisħiħ tal-kollegament bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp (LRRD). Barra minn hekk, dawn il-proġetti jistgħu wkoll isaħħu l-kapaċitajiet tal-implimentazzjoni tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti li qegħdin jieħdu sehem jew li beħsiebhom jieħdu sehem fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, inkluż fl-għodod u l-metodi ta’ twissija bikrija għal diżastri.
B’din is-sejħa, il-Kummissjoni Ewropea tistenna li tikseb ir-riżultati li ġejjin:
|
— |
525 voluntiera superjuri/subalterni skjerati lejn komunitajiet f’pajjiżi terzi vulnerabbli u affettwati minn diżastri; |
|
— |
Għall-professjonisti subalterni: il-possibilità li jieħdu sehem f’kollokamenti ta’ apprendistat fl-UE qabel l-iskjerament; |
|
— |
Opportunitajiet għall-volontarjat onlajn sabiex jappoġġjaw u jikkumplimentaw l-attivitajiet tal-proġetti; |
|
— |
Proġetti ffinanzjati taħt din is-sejħa jipprovdu sinerġiji u kumplimentarjetà lil operazzjonijiet iffinanzjati mill-UE f’għajnuna umanitarja jew protezzjoni ċivili fil-pajjiżi/fir-reġjuni rispettivi. |
2. Korpi eliġibbli
Minn hawn ‘il quddiem, l-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-proġett sejra ssir referenza għalihom bħala l-“konsorzju”.
L-applikanti kollha involuti fl-applikazzjoni fi ħdan din is-sejħa, u li jaġixxu jew bħala organizzazzjonijiet emittenti jew ospitanti, għandhom jiġu ċċertifikati taħt l-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Dettalji dwar il-mekkaniżmu taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jinstabu fuq:
https://eacea.ec.europa.eu/eu-aid-volunteers/funding/certification-mechanism-for-sending-and-hosting-organisations_en
L-organizzazzjoni li tkun qed tapplika f’isem l-applikanti kollha (koordinatur) għandha tkun organizzazzjoni emittenti tal-UE ċertifikata taħt l-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
L-applikanti li jibqa’ huma jew organizzazzjonijiet emittenti ċertifikati jew ospitanti ċertifikati taħt l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
Il-proposti ta’ proġetti li jinvolvu organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti li jkunu applikaw għal ċertifikazzjoni qabel id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet (Taqsima 8) jiġu inklużi fil-fażi ta’ verifika tal-eliġibbiltà u fil-fażijiet tal-valutazzjoni. Madankollu l-għażla ta’ dawn il-proposti għal proġetti tkun soġġetta għall-eżitu tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni.
Sabiex timmassimizza l-probabbiltà li d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħek tittieħed fi żmien debitu, huwa rrakkomandat ħafna li tapplika għal ċertifikazzjoni fit-12 ta’ Mejju 2017 jew qabel.
Konsorzju tal-proġett għandu jinvolvi mill-inqas tnejn jew tliet organizzazzjonijiet emittenti ċertifikati minn żewġ pajjiżi differenti u żewġ organizzazzjonijiet ospitanti ċċertifikati.
Organizzazzjonijiet mhux iċċertifikati li huma speċjalizzati fi kwalunkwe qasam relevanti għall-għanijiet jew l-azzjonjiet tal-proġett jistgħu jiġu involuti bħala sħab fil-konsorzju sabiex jikkontribwixxu bil-kompetenza speċifika tagħhom (Artikolu 8(3) Regolament Delegat). Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji hekk definiti fir-Regolament, Artikolu 10(3) jew Artikolu 10(4).
3. Attivitajiet eliġibbli
L-attivitajiet sostnuti taħt din is-sejħa għandhom jinkludu:
L-iskjerament ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE superjuri u subalterni għall-proġetti tal-għajnuna umanitarja fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri, it-tħejjija u l-LRRD f’pajjiżi terzi bbażati fuq ħtigijiet identifikati. Dan jinkludi l-għażla, ir-reklutaġġ u l-preparazzjoni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u attivitajiet ta’ komunikazzjoni konformi mal-Pjan tal-Komunikazzjoni tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
Attivitajiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-azzjoni ewlenija jistgħu jinkludu:
|
— |
kollokamenti ta’ apprendistat għall-voluntiera subalterni f’organizzazzjonijiet emittenti tal-UE, |
|
— |
infurzar ta’ kapaċità ta’ komunitajiet vulnerabbli u affettwati mid-diżastri u organizzazzjonijiet lokali, |
|
— |
infurzar ta’ kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti, |
|
— |
assistenza teknika għall-organizzazzjonijiet emittenti, |
|
— |
atttivitajiet li jippromwovi l-involviment ta’ voluntiera onlajn kif ukoll voluntiera impjegati li jappoġġjaw l-azzjonijiet tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. |
Attivitajiet tal-proġetti jistgħu jinkludu:
|
— |
informazzjoni, komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, |
|
— |
periklu, analiżi tar-riskju u twissija bikrija, |
|
— |
ippjanar ta’ kontinġenza u stat ta’ tħejjija għar-rispons, |
|
— |
protezzjoni tal-għajxien, assi u xogħlijiet ta’ mitigazzjoni fuq skala żgħira. |
Attivitajiet fl-infurzar tal-kapaċità u l-assistenza teknika jistgħu jinkludu:
|
— |
attivitajiet għall-bini/għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, |
|
— |
żjarat ta’ studju/skop sabiex jirfinaw u jiffinalizzaw il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-azzjoni, |
|
— |
seminars u workshops, |
|
— |
“Monitoraġġ” fl-impjiegi, |
|
— |
arranġamenti ta’ ġemellaġġ u skambju tal-persunal, |
|
— |
skambju ta’ għarfien, tagħlim organizzattiv u prattika tajba, |
|
— |
żjarat ta’ studju, |
|
— |
attivitajiet għat-trawwim tal-bini ta’ sħubiji, |
|
— |
attivitajiet biex l-organizzazzjonijiet ikunu megħjuna jilħqu l-Istandards Umanitarji Ewlenin, |
|
— |
attivitajiet biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, |
|
— |
(għal assistenza teknika biss) Kowċing u mentoring tal-persunal imħallas u ta’ voluntiera tal-organizzazzjoni emittenti ewlenija, |
|
— |
(għal infurzar tal-kapaċità biss) korsijiet ta’ taħriġ għal dawk li jħarrġu/kowċis/mentors/multiplikaturi minn pajjiżi terzi, |
|
— |
(għal infurzar ta’ kapaċità biss) żjarat ta’ studju sa 3 xhur għall-persunal imħallas u l-voluntiera ewlenin minn pajjiżi terzi li għandhom jiġu bbażati f’organizzazzjonijiet applikanti/sħab tal-UE. |
Attivitajiet tal-infurzar tal-kapaċità għandhom isiru mill-voluntiera superjuri jew mill-voluntiera subalterni b’esperjenza sinifikanti fl-infurzar tal-kapaċità u sorveljati minn professjonist superjuri.
Attivitajiet ta’ volontarjat onlajn għandhom ikunu relatati mal-proġett u għandhom jiġu implimentati permezz tal-Pjattaforma ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE ġestita mill-Kummissjoni.
4. Kandidati voluntiera eliġibbli
Organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti sejrin jaderixxu għall-istandards u l-proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-voluntiera kandidati u mal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kif provdut mir-Regolament (UE) Nru 375/2014, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1398/2014 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1244/2014.
Il-persuni li ġejjin li għandhom età minima ta’ 18-il sena għandhom ikunu eliġibbli li japplikaw bħala voluntiera kandidati:
|
— |
ċittadini tal-Unjoni Ewropea; u |
|
— |
residenti ta’ pajjiżi terzi li huma residenti fit-tul fi Stat Membru. |
Il-voluntiera kandidati jistgħu jkunu:
|
— |
professjonisti subalterni, b’mod partikolari gradwati riċenti b’inqas minn ħames snin esperjenza professjonali u inqas minn ħames snin esperjenza f’azzjoni umanitarja; u |
|
— |
professjonisti għoljin b’ħames snin esperjenza professjonali f’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà jew ta’ espert. |
L-għażla tal-voluntiera kandidati ssir mill-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti f’konformità mar-Regolament tal-Implimentazzjoni (Kapitlu 2). Il-voluntiera kandidati magħżula għandhom jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ obbligatorju provdut fi ħdan l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (3). Dawk il-voluntiera kandidati li jgħaddu b’suċċess dan it-taħriġ u l-valutazzjoni għandhom ikunu eliġibbli għal skjerament bħala Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
Barra minn hekk, il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li jkunu kandidati għadhom jilħqu, li l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti jitolbuhom jagħmlu kollokament ta’ apprendistat għandhom ukoll ikunu għaddew b’suċċess dan it-taħriġ u din il-valutazzjoni.
Il-korsijiet ta’ taħriġ għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE magħżula taħt din is-sejħa ser isiru bejn April u Lulju 2018. Fl-ippjanar tal-attivitajiet, l-applikanti għal din is-sejħa għal proposti għandhom iqisu dawn id-dati meta jkunu qed jippjanaw il-fluss tal-ħidma u l-iskeda ta’ żmien tagħhom (jiġifieri, reklamar ta’ postijiet battala għal skjerament; tħejjija ta’ listi ta’ qabel l-għażla ta’ voluntiera kandidati għal skjerament potenzjali; taħriġ onlajn ta’ kandidati għal mill-inqas ġimagħtejn; taħriġ fuq il-post ta’ voluntiera kandidati fuq medda ta’ 10-12-il jum; il-bidu ta’ kollokamenti ta’ apprendistati/skjeramenti). L-organizzazzjonijiet għandhom għalhekk ikunu lesti biex jippubblikaw il-postijiet battala tagħhom mill-inqas 3 xhur qabel il-bidu tal-kors ta’ taħriġ.
5. Post u perjodu ta’ żmien tal-attività eliġibbli
Il-kollokamenti ta’ apprendistat qabel l-iskjerament (għall-voluntiera subalterni biss) għandhom isiru f’waħda mill-organizzazzjonijiet emittenti parteċipanti fil-proġett għal perjodu massimu ta’ 6 xhur, fejn possibbli f’pajjiż li mhuwiex il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.
Il-kollokamenti ta’ skjerament jistgħu jvarjaw bejn minimu ta’ xahar u massimu ta’ 18-il xahar.
Qabel is-sejħa, ġiet definita lista indikattiva ta’ pajjiżi terzi għall-2017 għal skjeramenti u bini tal-kapaċità f’pajjiżi terzi skont metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet simili għal dik għal azzjonijiet tal-għajnuna umanitarja iżda li teskludi oqsma b’kunflitt armat li jkun għadu għaddej. Din il-lista flimkien mad-dettalji tal-metodoloġija tista’ tinstab fuq il-link li ġejja: https://eacea.ec.europa.eu/eu-aid-volunteers/funding_en
Din il-lista tista’ tiġi modifikata minħabba avvenimenti li jistgħu jpoġġu f’periklu s-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera.
L-attivitajiet tal-proġett jistgħu jsiru lil hinn mill-pajjiżi sħab sakemm il-pajjiżi kkonċernati jkunu wkoll fuq il-lista ta’ pajjiżi msemmija hawn fuq.
Il-proġetti għandhom jibdew fl-1 ta’ Diċembru 2017 b’tul massimu ta’ 24 xahar.
L-applikazzjonijiet għal proġetti ppjanati li jdumu għal perjodi itwal minn dawk speċifikati f’din is-sejħa għall-proposti ma jiġux aċċettati.
Madankollu, jekk wara l-iffirmar tal-ftehim u l-bidu tal-proġett, għal raġunijiet kompletament iġġustifikati, isir impossibbli għall-benefiċjarju li jtemm il-proġett fil-perjodu ppjanat, tista’ tingħata estensjoni tal-perjodu ta’ eliġibbiltà.
Tista’ tingħata estensjoni massima ta’ tliet xhur addizzjonali, jekk it-talba ssir qabel l-iskadenza speċifikata fil-ftehim. It-tul massimu mbagħad għalhekk ikun ta’ 27 xahar.
6. Kriterji tal-għoti
L-applikazzjonijiet eliġibbli ser jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
— |
ir-rilevanza tal-proġett (massimu ta’ 30 punt), |
|
— |
il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-proġett (massimu ta’ 30 punt), |
|
— |
il-kwalità u r-rilevanza tas-sħubija u l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (massimu ta’ 20 punt), |
|
— |
l-impatt u d-disseminazzjoni (massimu ta’ 20 punt). |
Il-proġetti li jiksbu inqas minn total ta’ 60 punt ma jiġux ikkunsidrati għal finanzjament.
7. Baġit disponibbli
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa stmat għal EUR 12 600 000.
L-għotja massima għandha tkun ta’ EUR 1 400 000. Talbiet għal għotjiet taħt EUR 100 000 mhux ser jitqiesu għal finanzjament. L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) tistenna li tiffinanzja 12-il proposta.
L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
8. Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għal għoti għandhom jitħejjew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, billi tintuża l-formola elettronika (eForm) imfassla speċifikament għal dan il-għan. Il-formola elettronika hija ppreżentata fuq l-indirizz li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/documents/eforms_en
Il-formola ta’ applikazzjoni elettronika debitament mimlija għandha tiġi preżentata sa 12.00 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell) fis-6 ta’ Ġunju 2017.
9. Tagħrif addizzjonali
L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-linji gwida tal-applikazzjoni — Sejħa għall-proposti EACEA 08/2017, għandhom jiġu preżentati fuq il-formola elettronika provduta għal dan il-għan u għandu jkun fihom l-annessi rilevanti.
Id-dokumenti jistgħu jinstabu fuq l-indirizz li ġej:
https://eacea.ec.europa.eu/eu-aid-volunteers/funding_en
Fil-każ ta’ mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: EACEA-EUAID-VOLUNTEERS@ec.europa.eu
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2014 tal-20 ta’ Novembru 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew tal-Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 52) u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1398/2014 tal-24 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi standards u proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (ĠU L 373, 31.12.2014, p. 8).
(3) Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta s-sejħa għall-offerti tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE: programm ta’ taħriġ u taħriġ ta’ voluntiera kandidati, 2015/S 069-122685.
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/12 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI — EACEA 09/2017
Inizjattiva għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE: Assistenza Teknika għall-organizzazzjonijiet emittenti
Il-Bini ta' Kapaċità għall-għajnuna umanitarja tal-organizzazzjonijiet ospitanti
(2017/C 67/09)
Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja — “l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE” (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) jistabbilixxi qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti mill-voluntiera Ewropej biex jappoġġjaw u jikkumplimentaw l-għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.
F'dan il-qafas, is-sejħa għall-proposti preżenti ser tipprovdi finanzjament permezz ta' appoġġ għal azzjonijiet immirati biex isaħħu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti prospettivi bl-għan li jħejju ruħhom u jkunu jistgħu jwieġbu għal kriżijiet umanitarji. Barra minn hekk, din ser tipprovdi appoġġ għal azzjonijiet immirati biex isaħħu l-kapaċità teknika tal-organizzazzjonijiet emittenti prospettivi bl-għan li jipparteċipaw fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
1. Objettiv
L-objettiv ta' din is-sejħa huwa li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti li għandhom il-ħsieb li jipparteċipaw fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, kif ukoll li tiżgura l-konformità mal-istandards u l-proċeduri li jirrigwardaw il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE sabiex ikunu jistgħu japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni li hija meħtieġa għall-użu tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
B'din is-sejħa, il-Kummissjoni Ewropea tistenna li tikseb ir-riżultati li ġejjin:
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' madwar 110 organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti f'oqsma bħal:
|
— |
Il-ġestjoni, it-tħejjija u r-rispons f'każ ta' riskju ta' diżastru; |
|
— |
Il-kollegament bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp (LRRD); |
|
— |
It-tisħiħ tal-volontarjat lokali f'pajjiżi terzi; |
|
— |
Il-kapaċitajiet li jgħaddu minn ċertifikazzjoni, inkluża kapaċità amministrattiva; |
|
— |
Il-kapaċità li tipprovdi twissija bikrija lill-komunitajiet lokali. |
2. Kriterji eliġibbli
2.1. Korpi eliġibbli
L-organizzazzjoni li tapplika f'isem l-applikanti kollha (il-koordinatur) se tkun legalment responsabbli mill-Kummissjoni fir-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-Aġenzija.
Il-proposti kemm għall-attivitajiet ta' Assistenza teknika kif ukoll għal dawk ta' Bini tal-kapaċità għandhom jiġu sottomessi minn:
|
— |
organizzazzjonijiet mhux governattivi mingħajr skop ta' qligħ iffurmati b'konformità mal-liġi ta' Stat Membru u li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni; jew |
|
— |
korpi regolati bil-liġi pubblika ta' karattru ċivili, li huma regolati bil-liġi ta' Stat Membru; jew |
|
— |
il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar. |
L-applikazzjonijiet mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-pajjiżi li ġejjin biss huma eliġibbli:
|
— |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit. |
Kemm għall-attivitajiet ta' Assistenza Teknika kif ukoll għal dawk ta' Bini tal-Kapaċità, il-koordinatur f'kull proġett irid ikun ilu attiv fil-qasam tal-għajnuna umanitarja kif definit fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament (2) għal mill-inqas 3 snin;
L-applikanti jistgħu jissottomettu proġetti kemm għall-Assistenza Teknika kif ukoll għall-Bini tal-Kapaċità. F'dan il-każ, l-applikanti jenħtieġ li jindikaw fl-applikazzjoni tagħhom li huma qegħdin japplikaw għaż-żewġ azzjonijiet.
2.1.1. Għall-Assistenza Teknika
L-applikanti jenħtieġ li jappartjenu għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:
|
— |
organizzazzjonijiet mhux governattivi mingħajr skop ta' qligħ iffurmati b'konformità mal-liġi ta' Stat Membru u li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni; jew |
|
— |
korpi regolati bil-liġi pubblika ta' karattru ċivili, jew |
|
— |
il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar. |
Il-proġetti jitfasslu u jiġu implimentati minn konsorzji transnazzjonali li jinvolvu entitajiet minn mill-inqas tliet pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm u li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 10(3)(c) tar-Regolament;
Mill-inqas il-koordinatur jew applikant wieħed f'kull proġett kellu jkun attiv fil-qasam tal-ġestjoni tal-voluntiera għal mill-inqas 3 snin.
2.1.2. Għall-Bini tal-Kapaċità
L-applikanti għandhom jappartjenu għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:
|
— |
organizzazzjonijiet mhux governattivi mingħajr skop ta' qligħ li joperaw jew huma stabbiliti f'pajjiż terz skont il-liġijiet fis-seħħ f'dak il-pajjiż, jew |
|
— |
korpi rregolati bil-liġi pubblika ta' karattru ċivili, jew |
|
— |
aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali li ma jistgħux jaġixxu bħala l-koordinatur u jridu jkunu minn pajjiż terz. |
Il-proġetti jitfasslu u jiġu implimentati minn sħubiji transnazzjonali li jinvolvu entitajiet minn mill-inqas żewġ pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji msemmija fir-Regolament (l-Artikolu 10(3)(c)) u mill-inqas żewġ pajjiżi terzi fejn iseħħu attivitajiet u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja skont l-Artikolu (3)(d) u li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji msemmija taħt l-Artikolu 10(4)(c).
|
— |
F'kull proġett, il-koordinatur u mill-inqas applikant wieħed minn pajjiż li qiegħed jipparteċipa fil-programm kellhom ikunu ilhom attivi fil-qasam tal-għajnuna umanitarja kif definit fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament għal mill-inqas 3 snin. |
|
— |
F'kull proġett, mill-inqas applikant wieħed minn pajjiżi terzi fejn iseħħu attivitajiet u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja jkun attiv fil-qasam tal-għajnuna umanitarja kif definit fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament. |
|
— |
Mill-inqas il-koordinatur jew applikant wieħed minn pajjiż li jkun qiegħed jipparteċipa fil-programm f'kull proġett għandu jkun ilu attiv fil-qasam tal-ġestjoni tal-voluntiera għal mill-inqas 3 snin. |
3. Attivitajiet eliġibbli
L-attivitajiet eliġibbli jinkludu:
|
— |
Żjarat ta' studju/skop sabiex jirfinaw u jiffinalizzaw il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-azzjoni; |
|
— |
Attivitajiet għall-bini/għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet; |
|
— |
Seminars u sessjonijiet ta' ħidma; |
|
— |
“Shadowing” fl-impjiegi; |
|
— |
Arranġamenti ta' ġemellaġġ u skambju tal-persunal; |
|
— |
Skambju tal-għarfien, tat-tagħlim organizzattiv u tal-prattiki tajba; |
|
— |
Żjarat ta' studju; |
|
— |
Attivitajiet għat-trawwim tal-bini ta' sħubiji |
|
— |
Attivitajiet li jgħinu lill-organizzazzjonijiet jilħqu l-Istandards Umanitarji Ewlenin; |
|
— |
Attivitajiet għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali; |
|
— |
L-iżvilupp ta', u l-ġestjoni ta' opportunitajiet għal voluntiera onlajn. |
Attivitajiet addizzjonali eliġibbli għal kull subazzjoni:
|
— |
Assistenza Teknika
|
|
— |
Bini tal-Kapaċità
|
|
— |
Kapaċità teknika li tibni fuq operazzjonijiet umanitarji li jiffokaw fuq:
|
4. Kriterji tal-għoti
L-applikazzjonijiet eliġibbli ser jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
— |
Ir-rilevanza tal-proġett (massimu ta' 30 punt) |
|
— |
Il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-proġett (massimu ta' 30 punt) |
|
— |
Il-kwalità u r-rilevanza tas-sħubija u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni (massimu ta' 20 punt) |
|
— |
L-impatt u d-disseminazzjoni (massimu ta' 20 punt) |
Il-proġetti li jiksbu inqas minn total ta' 60 punt ma jiġux ikkunsidrati għal finanzjament.
Il-proġetti kollha, irrispettivament minn jekk ikoprux il-bini tal-kapaċità jew l-assistenza teknika, ser jiġu kklassifikati skont in-numru ta' punti li jilħqu.
5. Baġit disponibbli
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti huwa stmat għal EUR 7 607 000.
L-għotja massima ser tkun ta' EUR 700 000. Kull għotja ser tkun tammonta għal bejn EUR 100 000 u EUR 700 000.
L-Aġenzija qed tistenna li tiffinanzja 22 proposta.
L-Aġenżija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
6. Data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għall-għotjiet għandhom jimtlew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, billi tintuża l-formola elettronika (E-form) speċifikament imfassla għal dan il-għan. Il-formola elettronika hija ppreżentata fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/documents/eforms_en
Il-formola tal-applikazzjoni elettronika mimlija kif suppost għandha tiġi riċevuta sa 12:00 (nofsinhar, ħin ta' Brussell) fit-3 ta' Lulju 2017. Wara dan il-ħin, is-sistema tal-applikazzjoni onlajn tingħalaq.
L-applikanti jistgħu jissottomettu proġetti kemm għall-Assistenza Teknika kif ukoll għall-Bini tal-Kapaċità. F'dan il-każ, l-applikanti għandhom jindikaw fl-applikazzjoni tagħhom li huma qegħdin japplikaw għaż-żewġ azzjonijiet. L-applikazzjonijiet mibgħuta bil-posta, b'faks jew b'email ma jiġux aċċettati.
7. Informazzjoni addizzjonali
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-linji gwida tal-applikazzjoni – Sejħa għall-proposti EACEA 09/2017, jiġu sottomessi fuq il-formola elettronika pprovduta għal dan il-għan u jkun fihom l-annessi rilevanti.
Id-dokumenti msemmija jistgħu jinstabu fuq l-Internet fl-indirizz li ġej:
https://eacea.ec.europa.eu/eu-aid-volunteers/funding_en
Fil-każ ta' mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: EACEA-EUAID-VOLUNTEERS@ec.europa.eu
(1) ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1.
(2) “Għajnuna umanitarja” tfisser attivitajiet u operazzjonijiet f'pajjiżi terzi maħsuba biex jipprovdu assistenza ta' emerġenza bbażata fuq il-ħtiġijiet immirata lejn il-protezzjoni tal-ħajjiet, il-prevenzjoni u t-taffija tat-tbatija umana, u l-protezzjoni tad-dinjità umana meta affaċċjati minn kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew diżastri naturali. Din tinkludi operazzjonijiet ta' assistenza, sokkors u protezzjoni fi kriżijiet umanitarji jew il-konsegwenzi diretti tagħhom, miżuri ta' appoġġ biex jiġi żgurat l-aċċess għal nies fil-bżonn u sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss ħieles tal-assistenza, kif ukoll azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tat-tħejjija għad-diżastri u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kapaċità li wieħed ilaħħaq mal-kriżijiet u jirkupra minnhom.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/16 |
Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2017/C 67/10)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) iddeċidiet b’inizjattiva tagħha stess li tibda investigazzjoni ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”) u skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”).
Ir-rieżami interim parzjali huma limitat għall-għamla tal-miżuri.
1. Il-prodott taħt rieżami
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin jew pannelli u ċelloli tat-tip użat f’moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru) (“il-prodott taħt rieżaminat”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew li huma kkunsenjati minn hekk, sakemm ma jkunux fi tranżitu fis-sens tal-Artikolu V GATT.
It-tipi ta’ prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:
|
— |
ċarġers solari li jikkonsistu f’inqas minn sitt ċelloli, li huma portabbli u li jfornu l-elettriku għall-apparati jew li jiċċarġjaw il-batteriji, |
|
— |
prodotti fotovoltajċi b’film irqiq, |
|
— |
prodotti fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li huma integrati b’mod permanenti fi prodotti elettriċi, li fihom il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, u meta dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i fotovoltajka/ċi integrata/i tas-siliċju kristallin, |
|
— |
moduli jew pannelli b’vultaġġ ta’ output li ma jaqbiżx 50 V DC u output ta’ enerġija li ma jaqbiżx 50 W unikament għall-użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f’sistemi bl-istess karatteristiċi ta’ vultaġġ u enerġija. |
2. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 (3) u dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 (4), estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsenjati mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja u fit-Tajwan u kemm jekk le, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 (5) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184 (6), rispettivament.
Fit-2 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni aċċettat impenn fuq il-prezz minn grupp ta’ produtturi esportaturi kooperanti flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”) permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (7). Fl-4 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni kkonfermat l-aċċettazzjoni tal-impenn offrut permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE (8). It-termini tal-implimentazzjoni tal-impenn imsemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE ġew iċċarati ulterjorment fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/657/UE (9). Bir-Regolamenti suċċessivi, għadd ta’ produtturi esportaturi ġew irtirati mill-impenn.
3. Ir-raġunijiet għar-rieżami
Hemm evidenza prima facie li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom il-miżuri eżistenti ġew imposti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema.
L-evidenza hija relatata mal-iżvilupp teknoloġiku u l-kisbiet fl-effiċjenza min-naħa tal-industrija u mal-kwistjoni li tirrigwarda kif l-għamla attwali tal-miżuri, jiġifieri impenn fuq il-prezz ibbażat fuq prezz ta’ importazzjoni minimu (MIP — minimum import price) li huwa soġġett għal mekkaniżmu ta’ adattament perjodiku, tqis biżżejjed l-impatt ta’ dawn l-aspetti fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodott taħt rieżami fl-Unjoni. Minn barra dan, il-fatt li għadd kbir ta’ produtturi esportaturi ġew irtirati mill-impenn (jew volontarjament jew inkella minħabba ksur jew imprattikabbiltà) minn mindu daħal fis-seħħ, jagħti lok għall-kwistjoni dwar jekk l-impenn jistax jibqa’ jiġi kkunsidrat bħala għamla xierqa għall-miżuri.
L-esperjenza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-impenn permezz ta’ MIP li ġie stabbilit f’ċirkostanzi ekonomiċi li evolvew f’dawn l-aħħar tliet snin tindika li hemm bżonn li l-għamla tal-miżuri tiġi kkunsidrata mill-ġdid.
Għaldaqstant, jidher li huwa xieraq li ssir analiżi dwar jekk l-għamla tal-miżuri għadhiex l-aktar waħda xierqa. L-evidenza prima facie tissuġġerixxi li kemm il-miżuri antidumping kif ukoll dawk kumpensatorji jaf jirrifletti ċ-ċirkostanzi mibdula b’mod aktar xieraq billi jieħdu l-għamla ta’ dazju varjabbli, abbażi ta’ MIP għall-importazzjonijiet kollha tal-prodott taħt rieżami. Dan ifisser li l-importazzjonijiet kollha b’valur dikjarat fil-livell tal-MIP jew aktar minnu ma jibqgħux aktar soġġetti għal dazji. MIP varjabbli bħal dan ikun aġġustat regolarment biex jirrifletti żviluppi tekniċi ulterjuri u kisbiet fl-effiċjenza fis-settur solari.
4. Il-proċedura
Wara li infurmat lill-Istati Membri, il-Kummissjoni ddeterminat li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-ftuħ ta’ rieżami interim parzjali limitat għall-għamla tal-miżuri u b’hekk qiegħda tagħti bidu għal rieżami f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament antidumping bażiku u mal-Artikolu 19 tar-Regolament antisussidji bażiku. L-investigazzjoni se tanalizza jekk, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi mibdula, l-għamla tal-miżuri għadhiex jew le l-aktar waħda xierqa.
Il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ġie mistieden għal konsultazzjonijiet.
4.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2016 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”).
4.2 Il-kwestjonarji
Il-Kummissjoni, biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, tista’ tibgħat kwestjonarji lill-partijiet interessati li jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-preżenza tagħhom fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. It-tweġibiet għal dawn il-kwestjonarji jridu jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
4.3. Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
4.4. L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u sabiex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li huma soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti espliċitament (a) lill-Kummissjoni li tuża l-informazzjoni u d-data għall-finijiet ta’ dan il-proċediment għad-difiża tal-kummerċ u (b) li l-informazzjoni u/jew id-data jkunu provduti lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Kull sottomissjoni bil-miktub, kwestjonarju mimli u korrispondenza pprovduti mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Limited” (10). Kull talba għal trattament kunfidenzjali trid tiġi ġustifikata kif dovut.
Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Limited” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 29(2) tar-Regolament antisussidji bażiku, li jkunu mmarkati bil-kliem “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali tinftiehem raġonevolment. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz tal-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf
Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Posta elettronika: TRADE-SOLAR-INJURY@ec.europa.eu |
5. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet li fihom xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, pożittivi jew negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 28 tar-Regolament antisussidji bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment, u l-konklużjonijiet ikunu għalhekk ibbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 28 tar-Regolament antisussidji bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal din il-parti milli kieku din tkun ikkooperat.
Jekk ma tintbagħatx tweġiba bil-kompjuter, dan ma għandux jitqies bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif intalab kienet twassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew għal spejjeż żejda mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.
6. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jiġu eżerċitati kompletament.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika x’inhuma r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jagħti wkoll opportunitajiet għal smigħ li jinvolvi l-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/
7. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se titwettaq skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 22(1) tar-Regolament antisussidji bażiku. Il-Kummissjoni hija impenjata li ttemm l-investigazzjoni fi żmien sitt (6) xhur u mhux aktar tard minn disa’ (9) xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
8. L-ipproċessar ta’ data personali
Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (11).
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(3) ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 tal-11 ta’ Frar 2016 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184 tal-11 ta’ Frar 2016 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE tat-2 ta’ Awwissu 2013 li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE tal-4 ta’ Diċembru 2013 li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214).
(9) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/657/UE tal-10 ta’ Settembru 2014 li taċċetta proposta minn grupp ta’ produtturi esportaturi flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn imsemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE (ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6).
(10) Dokument “Limited” (Ristrett) huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21), l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55), l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8261 — Lanxess/Chemtura)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 67/11)
|
1. |
Fl-24 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Lanxess AG (il-Ġermanja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Chemtura Corporation kollha kemm hi (l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Lanxess: Lanxess hija grupp ta’ kimiċi ta’ speċjalità bbażata f’Cologne, il-Ġermanja. In-negozju ewlieni ta’ Lanxess huwa l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ plastik, lasktu, intermedji u kimiċi ta’ speċjalità, inklużi ritardanti tal-fjammi u addittivi lubrikanti, — għal Chemtura: Chemtura hija kumpanija dinjija tal-kimiċi ta’ speċjalità, bil-kwartieri ġenerali f’Philadelphia, Pennsylvania (l-Istati Uniti tal-Amerika), bl-uffiċċju prinċipali eżekuttiv l-ieħor tagħha f’Middlebury Connecticut (l-Istati Uniti tal-Amerika). |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8261 — Lanxess/Chemtura, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8395 — Bridgepoint/Zenith)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 67/12)
|
1. |
Fit-23 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bridgepoint Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Zenith Group Holdings Limited (“Zenith”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Bridgepoint: grupp ta’ ekwità privata li huwa proprjetà indipendenti u li jiffoka fuq investimenti f’negozji tas-suq medju Ewropej stabbiliti f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inkluż il-bejgħ bl-imnut u lill-konsumatur, is-servizzi tan-negozju, l-industrijali, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa u l-midja. Bridgepoint akkwistat Contract Vehicles Limited (“CVL”, ir-Renju Unit), fis-17 ta’ Frar 2017. CVL tipprovdi soluzzjonijiet ta’ kiri bil-kuntratt u ġestjoni tal-flotta tal-vetturi prinċipalment għall-vetturi tqal kummerċjali fir-Renju Unit. — għal Zenith: fornitur indipendenti ta’ vetturi b’kiri, esternalizzazzjoni u servizzi ta’ ġestjoni tal-flotta tal-vetturi, lil klijenti korporattivi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8395 — Bridgepoint/Zenith, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.