ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 66

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
2 ta' Marzu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 66/01

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta’ Marzu 2017 — Rata tal-kambju tal-euro

1

2017/C 66/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2

2017/C 66/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2017/C 66/04

Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni

4

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 66/05

Rapport Speċjali Nru 35/2016 — L-użu tal-appoġġ baġitarju biex tittejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fl-Afrika sub-Saħarjana

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 66/06

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

6

2017/C 66/07

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

16


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2017/C 66/08

Sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Mejju 2016 fil-Kawżi Magħquda E-15/15 u E-16/15, Franz-Josef Hagedorn vs Vienna-Life Lebensversicherung AG u Rainer Armbruster vs Swiss Life (Liechtenstein) AG (Direttiva 2002/83/KE — Artikolu 36 — Trasferiment ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja — Ammissibbiltà — It-terminu kuntratt ta’ assigurazzjoni — Bidla fil-kundizzjonijiet tal-politika)

29

2017/C 66/09

Sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża E-19/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat tal-Liechtenstein (Nuqqas minn Stat ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Skemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal stabbiliment u servizzi transfruntieri — Direttiva 2006/123/KE — l-Artikolu 31 taż-ŻEE — l-Artikolu 36 taż-ŻEE — Ġustifikazzjoni — Proporzjonalità)

30

2017/C 66/10

Sentenza tal-Qorti tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża E-24/15 — Walter Waller vs Liechtensteinische Invalidenversicherung (Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali — l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 — Effett vinkolanti ta’ sejbiet mediċi)

31

2017/C 66/11

Inġunzjoni tal-24 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża E-2/16 — Gerhard Spitzer vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Eċċezzjoni preliminari ta’ ammissibbiltà — Rifjut li tibda proċeduri ta’ ksur — Direttiva 2002/47/KE — Atti kontestabbli — Limitu ta’ żmien — Ammissibbiltà)

31

2017/C 66/12

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur, datata t-12 ta’ Mejju 2016 fil-kawża ta’ Fjarskipti hf. vs Póst- og fjarskiptastofnun (Kawża E-6/16)

32

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 66/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8381 — Motherson Sumi Systems/PKC Group) ( 1 )

33


 

Rettifika

2017/C 66/14

Rettifika għall-irtirar tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm ta’ Vjaġġaturi Reġistrati ( ĠU C 422, 17.11.2016 )

34


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/1


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta’ Marzu 2017

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Marzu 2017

(2017/C 66/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0533

JPY

Yen Ġappuniż

119,84

DKK

Krona Daniża

7,4333

GBP

Lira Sterlina

0,85550

SEK

Krona Żvediża

9,5268

CHF

Frank Żvizzeru

1,0647

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8618

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

307,95

PLN

Zloty Pollakk

4,2958

RON

Leu Rumen

4,5207

TRY

Lira Turka

3,8438

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3752

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4044

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,1773

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4793

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4842

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 204,93

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,7793

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2472

HRK

Kuna Kroata

7,4205

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 074,19

MYR

Ringgit Malażjan

4,6850

PHP

Peso Filippin

53,015

RUB

Rouble Russu

61,4190

THB

Baht Tajlandiż

36,871

BRL

Real Brażiljan

3,2768

MXN

Peso Messikan

21,1100

INR

Rupi Indjan

70,3960


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 66/02)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Latvja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Kurzeme

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-istemma araldika tar-reġjun ta’ Kurzeme. Fin-naħa ta’ fuq, l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “LATVIJA” u fin-naħa ta’ isfel l-iskrizzjoni “KURZEME”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2017”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Id-data approssimattiva tal-ħruġ : Settembru 2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 66/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Latvja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Latgale

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-istemma araldika tar-reġjun ta’ Latgale. Fin-naħa ta’ fuq, l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “LATVIJA” u fin-naħa ta’ isfel l-iskrizzjoni “LATGALE”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2017”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Id-data approssimattiva tal-ħruġ : Ottubru 2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/4


Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 66/04)

Il-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom l-istatus ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti tal-euro (1) bil-ħsieb li tinforma lill-partijiet kollha kkonċernati li jkollhom jużaw il-muniti f’xogħolhom kif ukoll biex tinforma lill-pubbliku b’mod ġenerali.

Image

Image

Image

Image

1 ċenteżmu tal-euro

2 ċenteżmi tal-euro

5 ċenteżmi tal-euro

10 ċenteżmi tal-euro

Image

Image

Image

Image

20 ċenteżmu tal-euro

50 ċenteżmu tal-euro

1 euro

2 euro

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika ta’ San Marino

Data tal-ħruġ : Marzu 2017

Deskrizzjoni tad-disinji :

2 euro = xbieha ta’ San Marinu, dettall minn pittura ta’ Giovan Battista Urbinelli, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;

1 euro = it-Tieni Torri, id-data 2017, il-marka taż-Zekka Taliana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;

50 ċenteżmu tal-euro = xbieha ta’ San Marinu, dettall minn pittura ta’ Emilio Retrosi, id-data 2017, il-marka taz-Żekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;

20 ċenteżmu tal-euro = il-Muntanja Titano bit-tliet Torrijiet, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;

10 ċenteżmi tal-euro = il-Knisja ta’ San Franġisk, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;

5 ċenteżmi tal-euro = il-Knisja ta’ San Kwirinu, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;

2 ċenteżmi tal-euro = il-Bieb tal-Belt, id-data 2017, il-marka taż-Zekka Taliana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;

1 ċenteżmu tal-euro = l-arma uffiċjali tar-Repubblika ta’ San Marino, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;

Iċ-ċirku ta’ barra tal-muniti juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-kitba fuq ix-xifer ta barra tal-munita taż-2 euro hija: 2 *, ripetuta sitt darbiet, darba bis-sew darba bil-maqlub.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, ĠU C 254, 20.10.2006, p. 6 u ĠU C 248, 23.10.2007, p. 8 għal referenza għall-muniti euro l-oħra.


Il-Qorti tal-Awdituri

2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/5


Rapport Speċjali Nru 35/2016

“L-użu tal-appoġġ baġitarju biex tittejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fl-Afrika sub-Saħarjana”

(2017/C 66/05)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 35/2016 “L-użu tal-appoġġ baġitarju biex tittejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fl-Afrika sub-Saħarjana” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/6


Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2017/C 66/06)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-IPPROSPETTAR U GĦALL-ESPLORAZZJONI TA’ DEPOŻITI TA’ GASS NATURALI U GĦALL-ESTRAZZJONI TA’ GASS NATURALI FIŻ-ŻONA TA’ “PIŁA”

TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja (Dziennik Ustaw (Il-Ġurnal tal-Liġijiet) 2016, il-partita 1131)

2.

Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-partita 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: L-ENTITÀ LI QED TIPPUBBLIKA S-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

Isem: Ministerstwo Środowiska [Ministeru tal-Ambjent]

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Varsavja, il-Polonja

Tel. +48 223692449, +48 223692447; Fax +48 223692460

Sit web: www.mos.gov.pl

TAQSIMA III: IS-SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1)   it-tip ta’ attivitajiet li għalihom ser tingħata l-konċessjoni:

Konċessjoni għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ gass naturali u għall-estrazzjoni ta’ gass naturali fiż-żona ta’ “Piła”, il-blokok ta’ konċessjoni 146 u 147.

2)   iż-żona li fiha għandhom isiru l-attivitajiet:

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma definiti permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati segwenti fis-sistema tal-koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

583 341,110

378 925,810

2

572 026,540

378 791,780

3

572 856,780

349 419,600

4

580 980,150

332 427,200

5

601 193,830

333 133,140

6

600 818,160

345 067,120

L-erja tal-wiċċ tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta b’din il-proċedura tal-offerti hija ta’ 942,19 km2.

Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab f’dawn id-distretti u l-muniċipalitajiet:

Il-Provinċja ta’ Zachodniopormorskie

Id-distrett ta’ Wałcz: il-muniċipalità ta’ Wałcz (3,92 % taż-żona);

Il-Provinċja ta’ Wielkopolskie

Id-distrett ta’ Złotów: il-muniċipalità ta’ Krajenka (2,00 %);

Id-distrett ta’ Piła: il-muniċipalitajiet ta’ Szydłowo (18,55 %), Piła (10,89 %), Kaczory (13,90 %), Wysoka (0,40 %), Miasteczko Krajeńskie (7,38 %), Białośliwie (3,50 %), Ujście (9,32 %);

Id-distrett ta’ Czarnków-Trzcianka: il-muniċipalitajiet ta’ Trzcianka (9,50 %), Czarnków (0,14 %);

Id-distrett ta’ Chodzież: il-belt ta’ Chodzież (0,25 %), il-muniċipalitajiet ta’ Chodzież (10,09 %), Margonin (1,37 %), Szamocin (8,69 %);

Id-distrett ta’ Wągrowiec: il-muniċipalità ta’ Gołańcz (0,09 %).

L-għan tax-xogħlijiet li ser isiru fil-formazzjonijiet Permjani huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni ta’ depożiti ta’ gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3)   il-limitu ta’ żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti:

L-offerti għandhom jiġu sottomessi lill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru tal-Ambjent mhux iktar tard minn 16:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-għadd ta’ offerti u l-ismijiet tal-offerenti ser jiġu ppreżentati waqt laqgħa pubblika tal-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti fi żmien 14-il jum mill-iskadenza tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-offerti.

4)   l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta, inklużi l-kriterji għall-valutazzjoni tal-offerta u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja tad-9 ta’ Ġunju 2011 huma sodisfatti:

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) u (2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, b’mod indipendenti, jew bħala operatur, fil-każ fejn diversi entitajiet ikunu qegħdin japplikaw b’mod konġunt għall-konċessjoni.

L-offerti li jaslu ser jiġu vvalutati mill-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet relatati ma’, rispettivament, l-ipprospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi ser isiru, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u tal-finanzjament estern;

25 %

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, l-ipprospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal tekniku, organizzazzjonali, loġistiku u ta’ riżorsi umani;

20 %

il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskedar tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji proposti;

10 %

l-esperjenza fl-ipprospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi jew fl-estrazzjoni ta’ idrokarburi, sabiex tkun żgurata operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

10 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 %

il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskedar tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi kampjuni ċilindriċi tat-tħaffir.

Jekk, wara l-valutazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jirċievu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għat-twaqqif ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji dovuti matul il-fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali biex jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5)   il-kamp ta’ applikazzjoni minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:

Data ta’ konċessjoni

isem taż-żona: Piła

post: fuq l-art; blokok ta’ konċessjoni 146 u 147

Tip ta’ depożitu

konvenzjonali u mhux konvenzjonali għall-gass naturali

Livelli strutturali

Ċenożojċi

Zechstein + Mesożojċi

Karboniferużi + Rotliegend

Sistemi tal-petroleum

I

konvenzjonali

II

mhux konvenzjonali

Blat tas-sors

I

Ġebel tat-tajn u tat-tafal Karboniferuż

II

Ġebel tat-tajn u tat-tafal Karboniferuż

Blat ġibjun

I

Ġebel ramli Rotliegend

II

Ġebel ramli Rotliegend

Blat tas-siġill

I

evaporati ta’ Zechstein

II

sedimenti ta’ ħamrija żejtnija + ilma kapillari

Ħxuna tas-saff ta’ materjal żejjed

I

4 500 –4 900 m

II

4 900 –5 100 m

Tip ta’ kompartiment ta’ separazzjoni

I

strutturali

II

stratigrafiku

Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG — gass naturali)

I

depożiti fil-parti l-inqas fonda tal-baċin (2 500 –3 500 m)

Grodzisk Wielkopolski (NG)— skoperti fl-1976; sfruttati 1978-2004; produzzjoni kumulattiva (27 sena): 1 966,65 miljun m3

Radlin (NG)— skoperti fl-1986; produzzjoni kumulattiva (24 sena): 7 843,55 miljun m3; produzzjoni fl-2015: 178,94 miljun m3; riżervi u r-riżorsi: 3 226,45 miljun m3; (industrijali: 1 442,23 miljun m3)

Paproć (NG)— skoperti fl-1985; produzzjoni kumulattiva (28 sena): 4 230,4 miljun m3; produzzjoni fl-2015: 182,45 miljun m3; riżervi u r-riżorsi: 3 438,80 miljun m3; (industrijali: 3 228,63 miljun m3)

Młodasko (NG)— skoperti fl-1985; produzzjoni kumulattiva (24 sena): 451,9 miljun m3; produzzjoni fl-2015: 27,28 miljun m3; riżervi u r-riżorsi: 44,10 miljun m3; (industrijali: 43,86 miljun m3)

II

l-ebda gass kumpatt skopert fir-Rotliegend

Stħarriġ sismiku komplut (detentur tad-dritt)

1977 Czarnków-Poznań-Strzelno 2D (Teżor tal-Istat)

1979 Piła-Bydgoszcz 2D (Teżor tal-Istat)

1982 Bydgoszcz 2D (Teżor tal-Istat)

1982-1984 Wałcz-Gołańcz 2D (Teżor tal-Istat)

Bjar referenzjarji u bjar eżistenti ta’ gwida (offset) (TVD)

bjar referenzjarji: Piła IG-1 (5 482 m)

bjar eżistenti ta’ gwida: Złotów 2 (4 845 m)

6)   id-data tal-bidu tal-attivitajiet:

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni għandhom jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-konċessjoni.

7)   il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-konċessjoni, b’mod partikolari rigward l-ammont, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-mod li bih ser tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(1) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja u, fejn ġustifikat, l-ammont, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-mod li bih ser tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(2) ta’ dak l-Att:

L-offerent rebbieħ huwa meħtieġ jipprovdi garanzija li tkopri nuqqas ta’ konformità jew konformità inadegwata mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-konċessjoni kif ukoll għall-finanzjament tal-għeluq tax-xogħlijiet minerarji jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew ma tibqax valida. Din il-garanzija għandha tingħata għall-perjodu mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni sa tmiem il-fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni. L-ammont tal-garanzija huwa ta’ PLN 100 000. Il-forma u d-data tal-ħlas tagħha huma rregolati mill-Artikolu 49x(4) u (5) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja.

8)   il-kamp ta’ applikazzjoni minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji:

Il-programm minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi propost għall-fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni jinkludi:

Tul ta’ żmien ta’ Stadju I: 12-il xahar

kamp ta’ applikazzjoni: interpretazzjoni u analiżi tad-data ġeoloġika arkivjali

Tul ta’ żmien ta’ Stadju II: 12-il xahar

kamp ta’ applikazzjoni: l-eżekuzzjoni ta’ stħarriġ siżmiku 2D (100 km)

Tul ta’ żmien ta’ Stadju III: 24 xahar

kamp ta’ applikazzjoni: tħaffir ta’ borehole waħda sa fond massimu ta’ 5 500 m bi tħaffir obbligatorju ta’ mases ċilindriċi ta’ intervalli prospettivi

Tul ta’ żmien ta’ Stadju IV: 12-il xahar

kamp ta’ applikazzjoni: analiżi tad-data miksuba

9)   il-perjodu li għalih ser tingħata l-konċessjoni:

Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 10 snin, inkluż:

fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni ta’ ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni,

fażi ta’ estrazzjoni, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni ta’ investiment.

10)   il-kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u sabiex jiġu żgurati s-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-ambjent u l-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ konċessjoni ma għandhiex tikser id-drittijiet tal-propjetarji tal-artijiet u ma tneħħix il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, u r-rekwiżiti dwar l-użu tal-art, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilma u l-iskart.

Il-prestazzjoni ta’ attivitajiet relatati mal-ipprospettar, mal-esplorazzjoni u mal-estrazzjoni ta’ idrokarburi għandha tqis il-limitazzjonijiet li jinħolqu mid-diversi miżuri ta’ konservazzjoni tan-natura, li mappa tagħhom tista’ tinstab fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Ħarsien tal-Ambjent (http://geoserwis.gdos.gov.pl).

11)   ftehim mudell dwar it-twaqqif ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji:

Il-ftehim mudell huwa mehmuż bħala anness ma’ dan id-dokument.

12)   informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għat-twaqqif ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji:

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji għaż-żona “Pila” matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin huwa ta’ PLN 200 234,22 (fi kliem: mitejn elf u mitejn u erbgħa u tletin zlotys u tnejn u għoxrin groszy) fis-sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji għall-finijiet tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni ta’ minerali hija indiċjata skont l-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu bejn il-konklużjoni tal-ftehim sas-sena qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja).

13)   informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li l-offerti għandhom jissodisfaw u d-dokumenti meħtieġa mill-offerenti:

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma’ deskrizzjoni li tiddefinixxi ż-żona li fiha għandha tingħata l-konċessjoni u li għaliha għandhom jiġu stabbiliti drittijiet użufruttwarji minerarji;

3)

il-perjodu li għalih ser tingħata l-konċessjoni, it-tul tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li sejrin isiru biex jinkiseb l-objettiv maħsub u t-teknoloġiji li sejrin jintużaw;

5)

skeda ta’ żmien, imqassma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali xogħlijiet;

6)

il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskeda taż-żmien tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi mases ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja;

7)

id-drittijiet miżmuma mill-offerent għall-proprjetà immobbli (iż-żona) li fiha sejrin isiru l-attivitajiet maħsuba, jew id-dritt li għall-istabbiliment tiegħu qed tapplika dik l-entità;

8)

lista ta’ żoni koperti minn skemi ta’ konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jittrattax proġetti li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod kif sejrin jiġu bbilanċjati l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet maħsuba;

10)

il-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli għall-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi jew fl-estrazzjoni ta’ idrokarburi, sabiex tiġi żgurata operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal tekniku, organizzazzjonali, loġistiku u ta’ riżorsi umani;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet relatati ma’, rispettivament, l-ipprospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, ser isiru, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u tal-finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji;

15)

l-ammont propost ta’ remunerazzjoni għat-twaqqif ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji, u dan ma għandux ikun inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż tat-tnedija tal-proċedura tal-offerti;

16)

il-forma proposta għall-għoti tal-garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 49x(4) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja;

17)

jekk offerta tiġi sottomessa b’mod konġunt minn diversi entitajiet, għandha barra minn hekk tispeċifika:

(a)

l-isem (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jkunu qegħdin jissottomettu l-offerta;

(b)

l-operatur;

(c)

l-ishma perċentwali tal-ispejjeż tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-avviż tat-tnedija ta’ dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:

1)

evidenza tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi deskritti fl-offerta, b’mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li jkun sar depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja;

4)

annessi grafiċi mħejjija skont ir-rekwiżiti dwar il-mapep minerarji, li jindikaw il-konfini amministrattivi tal-pajjiż;

5)

dikjarazzjonijiet bil-miktub li r-riżorsi tekniċi ser jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-entità li tkun qiegħda tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw riżorsi tekniċi ta’ entitajiet oħrajn meta tiġi implimentata l-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl dwar il-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva propja, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji awtentiċi ċċertifikati tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li jridu jiġu mehmuża ma’ offerti u li jkunu nħolqu mill-awtorità konċedenti.

6.

Dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti ser jintbagħtu lura lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

14)   l-informazzjoni dwar il-forma tal-preżentazzjoni ta’ depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

L-offerenti huma meħtieġa jiddepożitaw depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zlotys) qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti fil-kont tal-Ministeru tal-Ambjent — NBP O/O Varsavja Nru 93 1010 1010 0006 3513 9120 0000.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità konċedenti għall-fini tat-twettiq tal-proċedura tal-offerti u tal-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-partita 1171). Il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien mal-offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.

IV.2)   Spjegazzjonijiet addizzjonali

Fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità konċedenti biex tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità konċedenti għandha tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Il-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv ta’ dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti ġiet ikkumpilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakiet danych geologicznych (Pakkett tad-Data Ġeoloġika), li hija disponibbli fuq is-sit web tal-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku tal-Ministeru tal-Ambjent(www.bip.mos.gov.pl) u minn

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Środowiska [Ministeru tal-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warsaw

POLSKA/POLAND

Tel. +48 223692449

Fax +48 223692460


ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi drittijiet użufruttwarji minerarji għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta' depożiti ta' gass naturali u għall-estrazzjoni ta' gass naturali fiż-żona ta' “Piła”

konkluż f'Varsavja fi … 2016 bejn:

it-Teżor tal-Istat, rappreżentat mill-Ministeru għall-Ambjent, li jaġixxi għalih u f'ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, is-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Ambjent u l-Ġeologu Prinċipali tal-Polonja, bis-saħħa tal-prokura Nru 15 tal-15 ta' Novembru 2016, minn hawn ‘il quddiem it-“Teżor tal-Istat”

kif ukoll

XXX, bl-uffiċċju reġistrat fi: … (indirizz sħiħ) …

minn hawn 'il quddiem id-“Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji”,

jipprovdi kif ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklussiv tas-sottostrat tal-qoxra tad-Dinja li jkopri ż-żona fil-muniċipalitajiet ta' Szydłowo, Kaczory, Miasteczko Krajeńskie, Białośliwie, Czarnków, Chodzież, il-bliet u l-muniċipalitajiet ta' Krajenka, Wysoka, Trzcianka, Ujście, Margonin, Szamocin, Gołańcz u l-ibliet ta' Piła u Chodzież fil-Provinċja ta' Wielkopolskie, u fil-muniċipalità ta' Wałcz fil-Provinċja ta' Zachodniopomorskie, li l-konfini tagħhom huma definiti permezz ta' linji li jgħaqqdu l-punti (1 sa 6) bil-koordinati li ġejjin fis-sistema tal-koordinati PL-1992:

Nru

Koordinati

X

Y

1

583 341,110

378 925,810

2

572 026,540

378 791,780

3

572 856,780

349 419,600

4

580 980,150

332 427,200

5

601 193,830

333 133,140

6

600 818,160

345 067,120

b'dan jagħti drittijiet użufruttwarji minerarji lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn naħa ta' fuq mill-iktar konfini baxx tal-karatteristiċi tas-superfiċje tal-art u minn taħt mill-art ta' formazzjonijiet Permjani, sakemm id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikseb konċessjoni għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u ta' gass naturali u għall-estrazzjoni ta' żejt u ta' gass naturali fiż-żona ta' “Pila” fi żmien sena mid-data tal-ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet użufruttwarji minerarji.

2.

Jekk il-kundizzjoni li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix sodisfatta, l-obbligi skont il-ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista':

1.

f'formazzjonijiet Permjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-ipprospettar u mal-esplorazzjoni ta' depożiti ta' gass naturali u l-estrazzjoni ta' gass naturali; u

2.

fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe xogħol u attività li huma meħtieġa sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Permjani.

4.

L-erja tal-wiċċ tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta' 942,19 km2.

Taqsima 2

1.

Il-ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet użufruttwarji minerarji għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-drittijiet użufruttwarji minerarji għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta' 10 snin, li jinkludi ħames snin għall-fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni u ħames snin għall-fażi ta' estrazzjoni, soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 9.

3.

Id-drittijiet użufruttwarji minerarji għandhom jiskadu fid-data li fiha tiġi tterminata l-konċessjoni.

Taqsima 3

1.

Id-drittijiet użufruttwarji minerarji jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji juża ż-żona speċifikata fit-Taqsima 1 fuq bażi esklussiva għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta' depożiti ta' gass naturali u għall-estrazzjoni ta' gass naturali fiż-żona “Pila”, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f'dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, (Dziennik Ustaw (Il-Ġurnal tal-Liġijiet) 2016, il-partita 1131), minn hawn ‘il quddiem l-“Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja”, u d-deċiżjonijiet maħruġa abbażi tiegħu. Matul il-fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista' jiżviluppa l-minerali li jiġu esplorati biss sal-punt safejn huwa neċessarju biex titħejja d-dokumentazzjoni ġeoloġika u tal-investiment.

2.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jimpenja ruħu li jinnotifika bil-miktub lit-Teżor tal-Istat b'kull tibdil li jwassal għal tibdil fl-isem jew fil-forma organizzazzjonali, tibdil fin-numri ta' reġistrazzjoni u ta' identifikazzjoni jew żidiet jew tnaqqis fil-kapital azzjonarju, bit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, il-preżentata ta' petizzjoni ta' falliment, id-dikjarazzjoni ta' falliment, it-tnedija ta' proċedimenti ta' arranġament jew it-tnedija ta' proċedimenti ta' likwidazzjoni. It-Teżor tal-Istat jista' jitlob li f'dawk il-każijiet jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet meħtieġa. In-notifika għandha sseħħ fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 4

Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet terzi, b'mod partikulari s-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jissodisfa r-rekwiżiti previsti mil-liġi, b'mod partikolari dawk relatati mal-ipprospettar u mal-esplorazzjoni ta' minerali u l-protezzjoni u l-użu ta' riżorsi ambjentali.

Taqsima 5

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) drittijiet użufruttwarji minerarji bil-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-ftehim, b'mod li ma jinkisrux id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji.

Taqsima 6

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet użufruttwarji minerarji fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) matul il-fażi ta' ħames snin ta' prospettar u ta' esplorazzjoni għal kull sena ta' użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):

(a)

PLN … (ammont) 4 għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

(b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

(c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

(d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għar-raba' sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

(e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

– soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta' użufrutt minerarju taqa' bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta' Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa hija soġġetta għall-indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jittieħed kont ta' dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tkun indiċjata skont l-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbiliti għall-perjodu bejn il-konklużjoni ta' dan il-ftehim sas-sena qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja).

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taqa' fl-istess sena kalendarja li fiha jiġi konkluż il-ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-ftehim jkun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena qabel dik li fiha taqa' d-data tal-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jitlef id-drittijiet użufruttwarji minerarji stabbiliti skont il-ftehim qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawk id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet użufruttwarji minerarji jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 9(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), b'kont meħud tal-indiċjar għas-sena ta' qabel it-terminazzjoni tal-ftehim. It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet użufruttwarji minerarji. It-telf tad-drittijiet użufruttwarji minerarji ma għandux jeżenta lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji mill-obbligi ambjentali marbuta mas-suġġett tad-drittijiet użufruttwarji minerarji, b'mod partikolari l-obbligi marbuta mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet użufruttwarji minerarji fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-Fergħa ta' Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, għat-twaqqif tad-drittijiet użufruttwarji minerarji b'rabta ma' konċessjoni għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta' depożiti ta' gass naturali u għall-estrazzjoni ta' gass naturali fiż-żona ta' “Pila”.

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha l-fondi jiġu kkreditati fil-kont tat-Teżor tal-Istat.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b'mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta' dan il-ftehim jiġu soġġetti għal tassazzjoni, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika bil-miktub lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji dwar tibdil fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jibgħat kopji tal-evidenza tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 lit-Teżor tal-Istat fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas tat-tariffa għat-twaqqif tad-drittijiet użufruttwarji minerarji.

Taqsima 7

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikseb deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta' dik id-deċiżjoni, jiffirmaw anness ma' dan il-ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-ftehim matul il-fażi ta' estrazzjoni.

Taqsima 8

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista' jeżerċita d-drittijiet użufruttwarji minerarji stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.

Taqsima 9

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikser l-obbligi stabbiliti fil-ftehim, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, it-Teżor tal-Istat jista' jittermina l-ftehim b'effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jkollu d-dritt li jasserixxi xi pretensjoni fuq il-proprjetà. Madankollu, il-ftehim ma għandux jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta' 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), soġġett għall-indiċjar għas-sena ta' qabel is-sena li fiha jkun ġie tterminat il-kuntratt.

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jdewwem il-ħlas tat-tariffa b'aktar minn sebat ijiem mill-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 6(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji biex iħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, u fin-nuqqas ta' dan il-ftehim jiġi tterminat b'effett immedjat.

4.

It-Teżor tal-Istat jista' jittermina l-ftehim fl-intier tiegħu jew parzjalment billi jagħti avviż ta' 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar kalendarju, jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma jinformax lit-Teżor tal-Istat dwar iċ-ċirkostanzi msemmija fit-Taqsima 3(2) fi żmien 30 jum minn meta dawn iseħħu.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jkun marbut bil-ftehim sad-data li fiha l-konċessjoni tiġi tterminata u ma jistax jittermina l-ftehim.

6.

Il-ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, taħt piena ta' nullità.

7.

Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet użufruttwarji minerarji, imsemmija fit-Taqsima 6(1), ma għandhiex tiġi rimborżata.

8.

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jfittex kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali fuq termini ġenerali jekk l-ammont tal-ħsara mġarrba mit-Teżor tal-Istat jaqbeż il-penali kuntrattwali.

Taqsima 10

F'każ ta' force majeure, il-partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jaqblu dwar mod ta' azzjoni. “Force majeure” għandha tinftiehem bħala avveniment mhux mistenni li jaffettwa direttament lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji, li jimpedixxi t-twettiq tal-attivitajiet marbuta mal-ftehim u li ma jistax jitbassar jew jiġi evitat.

Taqsima 11

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista' japplika għall-estensjoni tal-ftehim, fl-intier tiegħu jew parzjalment, bil-miktub, taħt piena ta' nullità.

Taqsima 12

Jekk il-ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma għandux ikun intitolat li jressaq xi pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet użufruttwarji minerarji.

Taqsima 13

Kull tilwim li jirriżulta minn dan il-ftehim għandu jiġi riżolt mill-qorti ordinarja li jkollha ġurisdizzjoni fuq is-sede tat-Teżor tal-Istat.

Taqsima 14

Fi kwistjonijiet li mhumiex regolati mill-ftehim, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja u tal-Kodiċi Ċivili, b'mod partikolari dawk relatati mal-lokazzjoni.

Taqsima 15

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 16

Il-ftehim għandu jiġi emendat bil-miktub, taħt piena ta' nullità.

Taqsima 17

Il-ftehim sar fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji u żewġ kopji għall-Ministru tal-Ambjent).

It-Teżor tal-Istat

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji


2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/16


Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2017/C 66/07)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR U GĦALL-ESPLORAZZJONI TA’ DEPOŻITI TA’ ŻEJT U TA’ GASS NATURALI U GĦALL-ESTRAZZJONI TA’ ŻEJT U TA’ GASS NATURALI FIŻ-ŻONA TA’ “LESZNO”

TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja (Dziennik Ustaw (Il-Ġurnal tal-Liġijiet) 2016, il-partita 1131)

2.

Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-partita 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262).

TAQSIMA II: L-ENTITÀ LI QED TIPPUBBLIKA S-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

Isem: Ministerstwo Środowiska [Ministeru tal-Ambjent]

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warsaw, Poland

Tel. +48 223692449, +48 223692447; Fax +48 223692460

Sit web: www.mos.gov.pl

TAQSIMA III: IS-SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1.   it-tip ta’ attivitajiet li għalihom ser tingħata l-konċessjoni:

Konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali u l-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali fiż-żona ta’ “Leszno”, il-blokok ta’ konċessjoni 226, 245 u 246.

2.   iż-żona li fiha għandhom isiru l-attivitajiet:

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma definiti permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati segwenti fis-sistema tal-koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

466 689,560

337 158,511

2

466 644,385

337 595,470

3

467 081,589

338 410,259

4

466 285,501

338 174,746

5

466 127,497

337 330,790

6

465 569,170

337 388,835

7

465 510,407

338 244,912

8

464 695,800

338 580,800

9

464 592,681

338 901,650

10

465 144,249

340 978,731

11

464 295,400

342 400,978

12

464 475,266

342 578,282

13

465 608,937

342 132,347

14

461 815,480

351 708,880

15

460 228,570

355 230,040

16

460 036,440

362 017,350

17

458 190,400

361 718,220

18

436 498,396

361 368,446

19

436 501,630

361 242,930

20

436 769,020

355 921,345

21

436 798,340

355 337,820

22

441 243,476

318 392,537

23

459 794,179

322 788,021

24

456 667,226

328 120,689

25

468 260,858

335 437,605

26

467 589,228

337 133,127

27

467 407,893

336 934,213

L-erja tal-wiċċ tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta b’din il-proċedura tal-offerti hija ta’ 966,43 km2.

Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab f’dawn id-distretti u l-muniċipalitajiet:

Il-Provinċja ta’ Wielkopolskie

 

Id-distrett ta’ Wolsztyn: il-muniċipalità ta’ Przemęt (< 0,00 % taż-żona);

 

Id-distrett ta’ Kościan: il-muniċipalitajiet ta’ Śmigiel (9,10 %), ta’ Kościan (2,57 %), ta’ Krzywiń (11,56 %);

 

Id-distrett ta’ Leszno: il-muniċipalitajiet ta’ Włoszakowice (4,04 %), ta’ Lipno (10,73 %), ta’ Święciechowa (10,78 %), ta’ Osieczna (13,30 %), ta’ Rydzyna (6,45 %), ta’ Krzemieniewo (11,70 %);

 

Id-distrett ta’ Leszno: il-muniċipalità ta’ Leszno (3,29 %);

 

Id-distrett ta’ Gostyń: il-muniċipalitajiet ta’ Gostyń (7,94 %), ta’ Poniec (6,16 %), ta’ Krobia (1,58 %);

Il-Provinċja ta’ Lubuskie

 

Id-distrett ta’ Wschowa: il-muniċipalità ta’ Wschowa (0,78 %);

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Permjani u Karboniferużi huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3.   il-limitu ta’ żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti:

L-offerti għandhom jiġu sottomessi lill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru tal-Ambjent mhux iktar tard minn 16:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-għadd ta’ offerti u l-ismijiet tal-offerenti ser jiġu ppreżentati waqt laqgħa pubblika tal-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti fi żmien 14-il jum mill-iskadenza tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-offerti.

4.   l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta, inklużi l-kriterji għall-valutazzjoni tal-offerta u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja tad-9 ta’ Ġunju 2011 huma sodisfatti:

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) u (2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, b’mod indipendenti, jew bħala operatur, fil-każ fejn diversi entitajiet ikunu qegħdin japplikaw b’mod konġunt għall-konċessjoni.

L-offerti li jaslu ser jiġu vvalutati mill-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet relatati ma’, rispettivament, l-ipprospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi ser isiru, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u tal-finanzjament estern;

25 %

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, l-ipprospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal tekniku, organizzazzjonali, loġistiku u ta’ riżorsi umani;

20 %

il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskedar tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji proposti;

10 %

l-esperjenza fl-ipprospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi jew fl-estrazzjoni ta’ idrokarburi, sabiex tkun żgurata operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

10 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 %

il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskedar tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi kampjuni ċilindriċi tat-tħaffir.

Jekk, wara l-valutazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jirċievu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għat-twaqqif ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji dovuti matul il-fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali biex jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5.   il-kamp ta’ applikazzjoni minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:

Data ta’ konċessjoni

isem taż-żona: Leszno

post: fuq l-art; blokok ta’ konċessjoni 226, 245 u 246

Tip ta’ depożitu

depożiti konvenzjonali ta’ żejt u ta’ gass naturali

Livelli strutturali

Ċenożojċi

Zechstein + Mesożojċi

Karboniferużi + Rotliegend

Sistemi tal-petroleum

konvenzjonali

Blat tas-sors

serje ta’ ġebel tat-tajn u tat-tafal Karboniferużi ta’ fuq u ta’ isfel, ġebel karbonat Dolomit Prinċipali

Blat ġibjun

l-aktar ġebel ramli Rotliegend, wara dan ġebel Karboniferuż imkisser, Ġebel tal-Franka Zechstein u ġebel karbonat Dolomit Prinċipali

Blat tas-siġill

Evaporiti ta’ Zechstein

Ħxuna tas-saff ta’ materjal żejjed

1 500 -1 800 m għad-Dolomit Prinċipali

1 800 -2 400 m għall-Ġebla tal-Franka Rotliegend u Zechstein

2 100 -2 600 m għall-ġebel Karboniferuż

Tip ta’ kompartiment ta’ separazzjoni

strutturali

Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG - gass naturali)

Brońsko (NG)– skoperti fl-2001; produzzjoni kumulattiva (14-il sena): 7 920,35 miljun m3; produzzjoni fl-2015: 781,0 miljun m3; riżervi u r-riżorsi: 15 797,79 miljun m3; (industrijali: 15 178,85 miljun m3)

Kościan S (NG)– skoperti fl-1995; produzzjoni kumulattiva (14-il sena): 6 577,74 miljun m3; produzzjoni fl-2015: 370,87 miljun m3; riżervi u r-riżorsi: 3 781,94 miljun m3; (industrijali: 2 204,94 miljun m3)

Ruchocice (NG)– skoperti fl-2003; produzzjoni kumulattiva (6 snin): 348,28 miljun m3; produzzjoni fl-2015: 40,99 miljun m3; riżervi u r-riżorsi: 484,72 miljun m3; (industrijali: 453,02 miljun m3)

Wielichowo (NG)– skoperti fl-2002; produzzjoni kumulattiva (6 snin): 536,38 miljun m3; produzzjoni fl-2015: 91,64 miljun m3; riżervi u r-riżorsi: 863,62 miljun m3; (industrijali: 852,86 miljun m3)

Tarchały (NG)– skoperti fl-1970; produzzjoni kumulattiva (42 sena): 1 855,06 miljun m3; produzzjoni fl-2015: 17,18 miljun m3; riżervi u r-riżorsi: 1 537,75 miljun m3; (industrijali: 429,94 miljun m3)

Ujazd (NG)– skoperti fl-1978; produzzjoni kumulattiva (38 sena): 1 316,36 miljun m3; produzzjoni fl-2015: 0,51 miljun m3; riżervi u r-riżorsi: 103,64 miljun m3; (industrijali: 5,96 miljun m3)

Grodzisk Wielkopolski (NG)– skoperti fl-1976; sfruttati 1978-2004; produzzjoni kumulattiva (27 sena): 1 966,65 miljun m3

Żakowo (NG)– skoperti fl-1965; mhux sfruttati; riżervi u riżorsi: 2 150 miljun m3

Kąkolewo (NG)– skoperti fl-1970; mhux sfruttati; riżervi u riżorsi: 240 miljun m3 (industrijali: xejn)

Stħarriġ sismiku komplut (detentur tad-dritt)

1975-1977 Kościan-Gostyń 2D (Teżor tal-Istat)

1975-1976 Kościan-Śrem 2D (Teżor tal-Istat)

1975 Profil Reġjonali 2D (Teżor tal-Istat)

1975 Wschowa-Gostyń-Milicz 2D (Teżor tal-Istat)

1976 Pre-Sudeten Monocline 2D (Teżor tal-Istat)

1976-1979 Nowa Sól-Góra-Milicz 2D (Teżor tal-Istat)

1980 Góra-Rawicz 2D (Teżor tal-Istat)

1986-1988 Leszno-Rawicz 2D (Teżor tal-Istat)

1988 Pogorzela-Krotoszyn 2D (Teżor tal-Istat)

1988 Śrem-Gostyń 2D (Teżor tal-Istat)

1989 Leszno-Rawicz 2D (PGNiG)

1989-1990 Nowy Tomyśl-Wolsztyn-Leszno 2D (PGNiG)

1989 Śrem-Gostyń 2D (PGNiG)

1990-1992 Sława-Leszno 2D (PGNiG)

1992 Kościan-Śrem 2D (PGNiG)

1996 Zbarzewo 3D (PGNiG)

1997-1999 Kościan-Krobia 2D (PGNiG)

1998 Kościan-Krzywin 3D (PGNiG)

1998-1999 Jaraczewo-Pogorzela 2D (PGNiG)

2013 Tworzanice 3D (FX Energy)

2012 Kościan-Żakowo-Frankowo 2D/3D (FX Energy)

Bjar referenzjarji u bjar eżistenti ta’ gwida (offset) (TVD)

bjar referenzjarji: Jezierzyce 1 (2 668 m), Święciechowa 1 (2 776,8 m), Święciechowa 2 (2 200 m), Żakowo 6 (2 216 m), Górka Duchowna 1 (2 443 m, FX Energy)

bjar eżistenti ta’ gwida: Dąbcze 2 (2 203,7 m), Śmiłowo 1 (2 130 m), Siciny 2 (3 520 m), Siciny IG-1 (3 000 m), Gościejewice 1 (2 048 m), Wycisłowo IG-1 (3 160 m), Brońsko boreholes 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 11 (2 206 -2 609 m)

6.   id-data tal-bidu tal-attivitajiet:

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni għandhom jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-konċessjoni.

7.   il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-konċessjoni, b’mod partikolari rigward l-ammont, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-mod li bih ser tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(1) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja u, fejn ġustifikat, l-ammont, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-mod li bih ser tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(2) ta’ dak l-Att:

L-offerent rebbieħ huwa meħtieġ jipprovdi garanzija li tkopri nuqqas ta’ konformità jew konformità inadegwata mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-konċessjoni kif ukoll għall-finanzjament tal-għeluq tax-xogħlijiet minerarji jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew ma tibqax valida. Din il-garanzija għandha tingħata għall-perjodu mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni sa tmiem il-fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni. L-ammont tal-garanzija huwa ta’ PLN 100 000. Il-forma u d-data tal-ħlas tagħha huma rregolati mill-Artikolu 49x(4) u (5) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja.

8.   il-kamp ta’ applikazzjoni minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji:

Il-programm minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi propost għall-fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni jinkludi:

Tul ta’ żmien ta’ Stadju I: 12-il xahar

kamp ta’ applikazzjoni: interpretazzjoni u analiżi tad-data ġeoloġika arkivjali

Tul ta’ żmien ta’ Stadju II: 12-il xahar

kamp ta’ applikazzjoni: eżekuzzjoni ta’ stħarriġ sismiku 3D

Tul ta’ żmien ta’ Stadju III: 24 xahar

kamp ta’ applikazzjoni: tħaffir ta’ borehole waħda sa fond massimu ta’ 3 000 m bi tħaffir obbligatorju ta’ mases ċilindriċi ta’ intervalli prospettivi

Tul ta’ żmien ta’ Stadju IV: 12-il xahar

kamp ta’ applikazzjoni: analiżi tad-data miksuba

9.   il-perjodu li għalih ser tingħata l-konċessjoni:

Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 10 snin, inkluż:

fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni ta’ ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni,

fażi ta’ estrazzjoni, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni ta’ investiment.

10.   il-kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u sabiex jiġu żgurati s-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-ambjent u l-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ konċessjoni ma għandhiex tikser id-drittijiet tal-propjetarji tal-artijiet u ma tneħħix il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, u r-rekwiżiti dwar l-użu tal-art, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilma u l-iskart.

Matul il-valutazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni u l-pakkett tad-data ġeoloġika, il-muniċipalità ta’ Krobia qajmet oġġezzjoni dwar is-sit tax-xogħlijiet ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni għall-konċessjoni ppjanata fil-konfini tagħha.

Il-prestazzjoni ta’ attivitajiet relatati mal-ipprospettar, mal-esplorazzjoni u mal-estrazzjoni ta’ idrokarburi għandha tqis il-limitazzjonijiet li jinħolqu mid-diversi miżuri ta’ konservazzjoni tan-natura, li mappa tagħhom tista’ tinstab fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Ħarsien tal-Ambjent (http://geoserwis.gdos.gov.pl).

11.   ftehim mudell dwar it-twaqqif ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji:

Il-ftehim mudell huwa mehmuż bħala anness ma’ dan id-dokument.

12.   informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għat-twaqqif ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji:

L-ammont minimu tat-tariffa għat-twaqqif ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji għaż-żona ‘Leszno’ matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin huwa ta’ PLN 205 385,70 (fi kliem: mitejn u ħamest elef tliet mija u ħamsa u tmenin zloty u sebgħin groszy) fis-sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji għall-finijiet tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni ta’ minerali hija indiċjata skont l-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu bejn il-konklużjoni tal-ftehim sas-sena qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja).

13.   informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li l-offerti għandhom jissodisfaw u d-dokumenti meħtieġa mill-offerenti:

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma’ deskrizzjoni li tiddefinixxi ż-żona li fiha għandha tingħata l-konċessjoni u li għaliha għandhom jiġu stabbiliti drittijiet użufruttwarji minerarji;

3)

il-perjodu li għalih ser tingħata l-konċessjoni, it-tul tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li sejrin isiru biex jinkiseb l-objettiv maħsub u t-teknoloġiji li sejrin jintużaw;

5)

skeda ta’ żmien, imqassma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali xogħlijiet;

6)

il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskeda taż-żmien tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi mases ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja;

7)

id-drittijiet miżmuma mill-offerent għall-proprjetà immobbli (iż-żona) li fiha sejrin isiru l-attivitajiet maħsuba, jew id-dritt li għall-istabbiliment tiegħu qed tapplika dik l-entità;

8)

lista ta’ żoni koperti minn skemi ta’ konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jittrattax proġetti li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod kif sejrin jiġu bbilanċjati l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet maħsuba;

10)

il-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli għall-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi jew fl-estrazzjoni ta’ idrokarburi, sabiex tiġi żgurata operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal tekniku, organizzazzjonali, loġistiku u ta’ riżorsi umani;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet relatati ma’, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, ser isiru, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u tal-finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji;

15)

l-ammont propost ta’ remunerazzjoni għat-twaqqif ta’ drittijiet użufruttwarji minerarji, u dan ma għandux ikun inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż tat-tnedija tal-proċedura tal-offerti;

16)

il-forma proposta għall-għoti tal-garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 49x(4) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja;

17)

jekk offerta tiġi sottomessa b’mod konġunt minn diversi entitajiet, għandha barra minn hekk tispeċifika:

a)

l-isem (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jkunu qegħdin jissottomettu l-offerta;

b)

l-operatur;

c)

l-ishma perċentwali tal-ispejjeż tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-avviż tat-tnedija ta’ dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:

1)

evidenza tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi deskritti fl-offerta, b’mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li jkun sar depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja;

4)

annessi grafiċi mħejjija skont ir-rekwiżiti dwar il-mapep minerarji, li jindikaw il-konfini amministrattivi tal-pajjiż;

5)

dikjarazzjonijiet bil-miktub li r-riżorsi tekniċi ser jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-entità li tkun qiegħda tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw riżorsi tekniċi ta’ entitajiet oħrajn meta tiġi implimentata l-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl dwar il-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva propja, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji awtentiċi ċċertifikati tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li jridu jiġu mehmuża ma’ offerti u li jkunu nħolqu mill-awtorità konċedenti.

6.

Dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti ser jintbagħtu lura lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

14.   l-informazzjoni dwar il-forma tal-preżentazzjoni ta’ depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

L-offerenti huma meħtieġa jiddepożitaw depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti fil-kont tal-Ministeru tal-Ambjent – NBP O/O Varsavja Nru 93 1010 1010 0006 3513 9120 0000.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità konċedenti għall-fini tat-twettiq tal-proċedura tal-offerti u tal-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-partita 1171) Il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien mal-offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.

IV.2)   Spjegazzjonijiet addizzjonali

Fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità konċedenti biex tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità konċedenti għandha tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Il-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv ta’ dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti ġiet ikkumpilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakiet danych geologicznych (Pakkett tad-Data Ġeoloġika), li hija disponibbli fuq is-sit web tal-Bullettin ta’ Tagħrif Pubbliku tal-Ministeru tal-Ambjent (www.bip.mos.gov.pl) u minn fuq

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Środowiska [Ministeru tal-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Varsavja

PLOSKA/POLAND

Tel. +48 223692449

Fax +48 223692460


ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi drittijiet użufruttwarji minerarji għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali u għall-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali fiż-żona ta’ “Leszno”

konkluż f’Varsavja fi … 2016 bejn:

it-Teżor tal-Istat, rappreżentat mill-Ministeru tal-Ambjent, li jaġixxi għalih u f’ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, is-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Ambjent u l-Ġeologu Prinċipali tal-Polonja, bis-saħħa tal-prokura Nru 15 tal-15 ta’ Novembru 2016, minn hawn ‘il quddiem it-“Teżor tal-Istat”

kif ukoll

XXX, bl-uffiċċju reġistrat fi: … (indirizz sħiħ) …

minn hawn ‘il quddiem id-“Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji”,

jipprovdi kif ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklussiv tas-sottostrat tal-qoxra tad-Dinja li jkopri ż-żona fil-muniċipalitajiet ta’ Przemęt, Kościan, Włoszakowice, Lipno, Święciechowa, Krzemieniewo, fil-bliet u fil-muniċipalitajiet ta’ Śmigiel, Krzywiń, Osieczna, Rydzyna, Gostyń, Poniec, Krobia u fil-belt ta’ Leszno fil-Provinċja ta’ Wielkopolskie, u fil-belt u fil-muniċipalità ta’ Wschowa fil-Provinċja ta’ Lubuskie, li l-konfini tagħhom huma definiti permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-punti (1 sa 27) bil-koordinati li ġejjin fis-sistema tal-koordinati PL-1992:

Nru

Koordinati

X

Y

1

466 689,560

337 158,511

2

466 644,385

337 595,470

3

467 081,589

338 410,259

4

466 285,501

338 174,746

5

466 127,497

337 330,790

6

465 569,170

337 388,835

7

465 510,407

338 244,912

8

464 695,800

338 580,800

9

464 592,681

338 901,650

10

465 144,249

340 978,731

11

464 295,400

342 400,978

12

464 475,266

342 578,282

13

465 608,937

342 132,347

14

461 815,480

351 708,880

15

460 228,570

355 230,040

16

460 036,440

362 017,350

17

458 190,400

361 718,220

18

436 498,396

361 368,446

19

436 501,630

361 242,930

20

436 769,020

355 921,345

21

436 798,340

355 337,820

22

441 243,476

318 392,537

23

459 794,179

322 788,021

24

456 667,226

328 120,689

25

468 260,858

335 437,605

26

467 589,228

337 133,127

27

467 407,893

336 934,213

b’dan jagħti drittijiet użufruttwarji minerarji lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata min-naħa ta’ fuq mill-iktar konfini baxx tal-karatteristiċi tas-superfiċje tal-art u minn taħt mill-art ta’ formazzjonijiet Karboniferużi, sakemm id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikseb konċessjoni għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali u għall-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali fiż-żona “Leszno” fi żmien sena mid-data tal-ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet użufruttwarji minerarji.

2.

Jekk il-kundizzjoni li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix sodisfatta, l-obbligi skont il-ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’:

1.

f’formazzjonijiet Permjani u Karboniferużi, iwettaq attivitajiet relatati mal-ipprospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali u mal-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali; u

2.

fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe xogħol u attività li huma meħtieġa sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Permjani u Karboniferużi.

4.

L-erja tal-wiċċ tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 966,43 km2.

Taqsima 2

1.

Il-ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet użufruttwarji minerarji għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-drittijiet użufruttwarji minerarji għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 10 snin, li jinkludi ħames snin għall-fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni u ħames snin għall-fażi ta’ estrazzjoni, soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 9.

3.

Id-drittijiet użufruttwarji minerarji għandhom jiskadu fid-data li fiha tiġi tterminata l-konċessjoni.

Taqsima 3

1.

Id-drittijiet użufruttwarji minerarji jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji juża ż-żona speċifikata fit-Taqsima 1 fuq bażi esklussiva għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali u għall-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali fiż-żona “Leszno”, kif ukoll għat-twettiq tal-operazzjonijiet u tal-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att tad-9 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja, (Dziennik Ustaw (Il-Ġurnal tal-Liġijiet) 2016, il-partita 1131), minn hawn ‘il quddiem l-“Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja”, u d-deċiżjonijiet maħruġa abbażi tiegħu. Matul il-fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ jiżviluppa l-minerali li jiġu esplorati biss sal-punt safejn huwa neċessarju biex titħejja d-dokumentazzjoni ġeoloġika u tal-investiment.

2.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jimpenja ruħu li jinnotifika bil-miktub lit-Teżor tal-Istat b’kull tibdil li jwassal għal tibdil fl-isem jew fil-forma organizzazzjonali, tibdil fin-numri ta’ reġistrazzjoni u ta’ identifikazzjoni jew żidiet jew tnaqqis fil-kapital azzjonarju, bit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, il-preżentata ta’ petizzjoni ta’ falliment, id-dikjarazzjoni ta’ falliment, it-tnedija ta’ proċedimenti ta’ arranġament jew it-tnedija ta’ proċedimenti ta’ likwidazzjoni. It-Teżor tal-Istat jista’ jitlob li f’dawk il-każijiet jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet meħtieġa. In-notifika għandha sseħħ fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 4

Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikulari s-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jissodisfa r-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-ipprospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u l-protezzjoni u l-użu ta’ riżorsi ambjentali.

Taqsima 5

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) drittijiet użufruttwarji minerarji bil-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-ftehim, b’mod li ma jinkisrux id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji.

Taqsima 6

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet użufruttwarji minerarji fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) matul il-fażi ta’ ħames snin ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni għal kull sena ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):

(a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

(b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

(c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

(d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

(e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda mid-data li fiha l-ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

– soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taqa’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa hija soġġetta għall-indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jittieħed kont ta’ dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tkun indiċjata skont l-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbiliti għall-perjodu bejn il-konklużjoni ta’ dan il-ftehim sas-sena qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja).

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taqa’ fl-istess sena kalendarja li fiha jiġi konkluż il-ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-ftehim jkun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena qabel dik li fiha taqa’ d-data tal-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jitlef id-drittijiet użufruttwarji minerarji stabbiliti skont il-ftehim qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawk id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet użufruttwarji minerarji jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 9(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), b’kont meħud tal-indiċjar għas-sena ta’ qabel it-terminazzjoni tal-ftehim. It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet użufruttwarji minerarji. It-telf tad-drittijiet użufruttwarji minerarji ma għandux jeżenta lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji mill-obbligi ambjentali marbuta mas-suġġett tad-drittijiet użufruttwarji minerarji, b’mod partikolari l-obbligi marbuta mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet użufruttwarji minerarji fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-Fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, għat-twaqqif tad-drittijiet użufruttwarji minerarji b’rabta ma’ konċessjoni għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali u għall-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali fiż-żona “Leszno”.

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha l-fondi jiġu kkreditati fil-kont tat-Teżor tal-Istat.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b’mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ dan il-ftehim jiġu soġġetti għal tassazzjoni, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika bil-miktub lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji dwar tibdil fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jibgħat kopji tal-evidenza tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 lit-Teżor tal-Istat fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas tat-tariffa għat-twaqqif tad-drittijiet użufruttwarji minerarji.

Taqsima 7

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw anness ma’ dan il-ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-ftehim matul il-fażi ta’ estrazzjoni.

Taqsima 8

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ jeżerċita d-drittijiet użufruttwarji minerarji stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.

Taqsima 9

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jikser l-obbligi stabbiliti fil-ftehim, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, it-Teżor tal-Istat jista’ jittermina l-ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jkollu d-dritt li jasserixxi xi pretensjoni fuq il-proprjetà. Madankollu, il-ftehim ma għandux jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), soġġett għall-indiċjar għas-sena ta’ qabel is-sena li fiha jkun ġie tterminat il-kuntratt.

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jdewwem il-ħlas tat-tariffa b’aktar minn sebat ijiem mill-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 6(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji biex iħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, u fin-nuqqas ta’ dan il-ftehim jiġi tterminat b’effett immedjat.

4.

It-Teżor tal-Istat jista’ jittermina l-ftehim fl-intier tiegħu jew parzjalment billi jagħti avviż ta’ 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar kalendarju, jekk id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma jinformax lit-Teżor tal-Istat dwar iċ-ċirkostanzi msemmija fit-Taqsima 3(2) fi żmien 30 jum minn meta dawn iseħħu.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jkun marbut bil-ftehim sad-data li fiha l-konċessjoni tiġi tterminata u ma jistax jittermina l-ftehim.

6.

Il-ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, taħt piena ta’ nullità.

7.

Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet użufruttwarji minerarji, imsemmija fit-Taqsima 6(1), ma għandhiex tiġi rimborżata.

8.

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jfittex kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali fuq termini ġenerali jekk l-ammont tal-ħsara mġarrba mit-Teżor tal-Istat jaqbeż il-penali kuntrattwali.

Taqsima 10

F’każ ta’ force majeure, il-partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jaqblu dwar mod ta’ azzjoni. “Force majeure” għandha tinftiehem bħala avveniment mhux mistenni li jaffettwa direttament lid-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji, li jimpedixxi t-twettiq tal-attivitajiet marbuta mal-ftehim u li ma jistax jitbassar jew jiġi evitat.

Taqsima 11

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji jista’ japplika għall-estensjoni tal-ftehim, fl-intier tiegħu jew parzjalment, bil-miktub, taħt piena ta’ nullità.

Taqsima 12

Jekk il-ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji ma għandux ikun intitolat li jressaq xi pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet użufruttwarji minerarji.

Taqsima 13

Kull tilwim li jirriżulta minn dan il-ftehim għandu jiġi riżolt mill-qorti ordinarja li jkollha ġurisdizzjoni fuq is-sede tat-Teżor tal-Istat.

Taqsima 14

Fi kwistjonijiet li mhumiex regolati mill-ftehim, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja u tal-Kodiċi Ċivili, b’mod partikolari dawk relatati mal-lokazzjoni.

Taqsima 15

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji għandu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 16

Il-ftehim għandu jiġi emendat bil-miktub, taħt piena ta’ nullità.

Taqsima 17

Il-ftehim sar fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji u żewġ kopji għall-Ministru tal-Ambjent).

It-Teżor tal-Istat

Id-Detentur tad-Drittijiet Użufruttwarji Minerarji


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/29


SENTENZA TAL-QORTI

tal-10 ta’ Mejju 2016

fil-Kawżi Magħquda E-15/15 u E-16/15,

Franz-Josef Hagedorn vs Vienna-Life Lebensversicherung AG u Rainer Armbruster vs Swiss Life (Liechtenstein) AG

(Direttiva 2002/83/KE — Artikolu 36 — Trasferiment ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja — Ammissibbiltà — It-terminu “kuntratt ta’ assigurazzjoni” — Bidla fil-kundizzjonijiet tal-politika)

(2017/C 66/08)

Fil-Kawżi Maqgħuda E-15/15 u E-16/15, Franz-Josef Hagedorn vs Vienna-Life Lebensversicherung AG u Rainer Armbruster vs Swiss Life (il-Liechtenstein) AG — JITOLBU lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Suprema tal-Prinċipat tal-Liechtenstein (Fürstlicher Oberster Gerichtshof) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Novembru 2002, li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat sentenza fl-10 ta’ Mejju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

1.

L-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2002/83/KE ma tindirizzax tranżazzjonijiet legali bħal dawk li fihom il-politika eżistenti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ unitajiet ta’ investiment hija trasferita permezz ta’ ftehim ta’ xiri minn persuna għall-oħra fejn ir-riskju assikurat, jiġifieri l-persuna assigurata, taħt l-iskema ta’ politika ta’ assigurazzjoni tibqa’ l-istess. Trasferiment ta’ politika ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ unitajiet ta’ investiment bi tranżazzjoni legali ma jikkostitwix bidla fil-kondizzjonijiet ta’ politika sakemm it-termini tal-linji ta’ politika ta’ assigurazzjoni ġew emendati wkoll, u b’hekk tibdel il-bilanċ tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-fatti tal-każijiet u biex tiddetermina jekk it-trasferimenti rilevanti wasslux għal bidla fil-kundizzjonijiet tal-politika għal politiki ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ unitajiet miksuba mir-rikorrenti.

2.

Jekk “emendi għal-liġi” fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva saret, il-qorti tar-rinviju għandha tikkunsidra jekk l-informazzjoni elenkata fl-Anness III(B)(b)(2) ġiet ipprovduta mid-detentur ta’ polza użati b’mod ċar, preċiż u b’mod sħiħ, bil-miktub, u f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru taż-ŻEE ta’ impenn.

3.

M’hemm l-ebda sinifikat għal obbligu ta’ informazzjoni tal-intrapriża tal-assigurazzjoni jekk id-detentur tal-politika preċedenti kienet impriża u d-detentur il-ġdid tal-polza huwa konsumatur, sakemm din id-differenza ma wasslitx għal tibdil tat-termini tal-kuntratt tal-assigurazzjoni.

4.

L-informazzjoni elenkata fl-Anness III(A) tad-Direttiva sempliċement tirreferi għal “informazzjoni dwar l-intrapriża tal-assigurazzjoni” u “informazzjoni dwar l-impenn”. Għaldaqstant, jekk dan hux il-każ jew le, id-detentur tal-polza oriġinali żvela informazzjoni dwaru sabiex ir-riskju tiegħu stess jew profil tal-investitur jista’ jiġi vvalutat ma huwa tal-ebda rilevanza għall-obbligu ta’ informazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni skont id-Direttiva.

5.

Id-Direttivi għandhom jiġu implimentati fid-dritt nazzjonali tal-Istati taż-ŻEE b’forza vinkolanti inkontestabbli u bl-ispeċifiċità, bil-preċiżjoni u biċ-ċarezza meħtieġa biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċertezza legali. Barra minn hekk, il-qrati nazzjonali għandhom l-obbligu li jinterpretaw id-dritt nazzjonali f’konformità mal-liġi taż-ŻEE. Skont l-Artikolu 34 SCA, il-Qorti għandha ġurisdizzjoni biex tagħti opinjonijiet konsultattivi dwar l-interpretazzjoni tal-Ftehim ŻEE fuq talba ta’ qrati nazzjonali. Wara li l-qorti tkun tat is-sentenza tagħha, hija l-qorti tar-rinviju li tinterpreta d-dritt nazzjonali fid-dawl tal-fatturi ikkjarifikati mill-Qorti. F’każijiet fejn interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali ma hijiex biżżejjed biex jintlaħħaq ir-riżultat imfittex mir-regola rilevanti taż-ŻEE, dik il-kwistjoni tista’ titressaq quddiem il-Qorti skont il-proċedura preskritta mill-Artikolu 31 SCA.


2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/30


SENTENZA TAL-QORTI

tal-10 ta’ Mejju 2016

fil-Kawża E-19/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat tal-Liechtenstein

(Nuqqas minn Stat ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Skemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal stabbiliment u servizzi transfruntieri — Direttiva 2006/123/KE — l-Artikolu 31 taż-ŻEE — l-Artikolu 36 taż-ŻEE — Ġustifikazzjoni — Proporzjonalità)

(2017/C 66/09)

Fil-Kawża E-19/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat ta’ Liechtenstein — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi jkun hemm iż-żamma fis-seħħ ta’ regoli nazzjonali dwar skemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal intrapriżi li jkunu ħerqana li jistabbilixxu lilhom infushom jew li jipprovdu servizzi transfruntiera f’Liechtenstein, il-Prinċipat tal-Liechtenstein ikun kiser l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikoli 9, 10, 13 u 16 tal-Att imsemmi f’punt 1 tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u, sal-punt li l-istabbiliment u l-provvista ta’ servizzi transfruntiera jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-att, l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikoli 31 u 36 tal-Ftehim ŻEE, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fl-10 ta’ Mejju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Prinċipat ta’ Liechtenstein kiser l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikoli 9, 10, 13 u 16 tal-Att imsemmi f’punt 1 tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern), kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu:

(a)

billi żżomm fis-seħħ l-Artikolu 7 tal-Att tal-Kummerċ tal-Liechtenstein li jistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal intrapriżi li għandhom l-intenzjoni li jistabbilixxu ruħhom f’Liechtenstein;

(b)

billi żżomm fis-seħħ l-Artikolu 8(1) tal-Att tal-Kummerċ ta’ Liechtenstein, sa fejn din timponi kundizzjonijiet li mhumiex ċari u mhux ambigwi għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal impriżi li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom f’Liechtenstein, jiġifieri l-kundizzjonijiet biex ikun hemm il-persunal meħtieġ u li jkollha kompetenza adegwata tal-lingwa Ġermaniża;

(c)

billi tonqos milli tiżgura li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni minn qabel, stabbiliti skont l-Att dwar il-Kummerċ tal-Liechtenstein m’għandhomx jiddupplikaw il-ħtiġijiet u l-kontrolli li huma ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fir-rigward tal-għan tagħhom li għalihom minn jipprovdi s-servizzi huwa diġà suġġett fi Stat ieħor taż-ŻEE;

(d)

billi naqset milli tiżgura li l-proċedura u l-formalitajiet dwar awtorizzazzjoni minn qabel taħt l-Att dwar il-Kummerċ ta’ Liechtenstein huma stipulati b’mod ċar; u,

(e)

billi żżomm fis-seħħ l-Artikolu 21 tal-Att tal-Kummerċ tal-Liechtenstein li teħtieġ li l-impriżi jinnotifikaw minn qabel il-ħsieb tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntieri fil-Liechtenstein.

2.

Tiddikjara li, sa fejn is-servizzi koperti mill-“Att dwar il-Kummerċ tal-Liechtenstein jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att imsemmi f’punt 1 tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern), kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, il-Prinċipat tal-Liechtenstein ikun kiser l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikoli 31 u 36 tal-Ftehim ŻEE:

(a)

billi żżomm fis-seħħ l-Artikolu 7 tal-Att tal-Kummerċ tal-Liechtenstein; u,

(b)

billi żżomm fis-seħħ l-Artikolu 21 tal-Att tal-Kummerċ tal-Liechtenstein.

3.

Tordna lill-Prinċipat tal-Liechtenstein biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/31


SENTENZA TAL-QORTI

tat-2 ta’ Ġunju 2016

fil-Kawża E-24/15

Walter Waller vs Liechtensteinische Invalidenversicherung

(Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali — l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 — Effett vinkolanti ta’ sejbiet mediċi)

(2017/C 66/10)

Fil-Kawża E-24/15, Walter Waller vs Liechtensteinische Invalidenversicherung — talba lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tal-Appell tal-Prinċipat (Fürstliches Obergericht) dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 87(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fit-2 ta’ Ġunju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

1.

L-Artikolu 87(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jipprojbixxi l-istituzzjoni debitriċi milli tikkontesta s-sejbiet mediċi tal-istituzzjoni tal-post ta’ żjara jew ta’ residenza matul il-proċedura amministrattiva.

2.

L-effett vinkolanti msemmi fl-Artikolu 87(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 japplika fil-proċedimenti tal-qorti li jsegwu proċediment amministrattiv quddiem l-istituzzjoni debitriċi f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża attwali.


2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/31


INĠUNZJONI

tal-24 ta’ Mejju 2016

fil-Kawża E-2/16

Gerhard Spitzer vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Eċċezzjoni preliminari ta’ ammissibbiltà — Rifjut li tibda proċeduri ta’ ksur — Direttiva 2002/47/KE — Atti kontestabbli — Limitu ta’ żmien — Ammissibbiltà)

(2017/C 66/11)

Fil-Kawża E-2/16, Gerhard Spitzer vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — APPLIKAZZJONI taħt l-Artikolu 36(2) tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 425/15/COL tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali fil-Liechtenstein, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, ħarġet ordni fl-24 ta’ Mejju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

1.

L-applikazzjoni ġiet miċħuda bħala inamissibbli.

2.

Ir-rikorrent għandu jeħel l-ispejjeż tal-proċedimenti.


2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/32


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur, datata t-12 ta’ Mejju 2016 fil-kawża ta’ Fjarskipti hf. vs Póst- og fjarskiptastofnun

(Kawża E-6/16)

(2017/C 66/12)

Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Mejju 2016, saret talba lill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavik) li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fit-18 ta’ Mejju 2016, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta’ Fjarskipti hf. vs Póst- og fjarskiptastofnun dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

Jistal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas), jiġi interpretat b’tali mod li t-terminu “netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” ikopri t-trażmissjoni ta’ sinjali li huma miktuba bħala messaġġ SMS dwar tmiem tal-utenti apparat konness permezz ta’ brawżer tal-web għall-“Il-paġni tiegħi” fuq il-web server ta’ telekomunikazzjonijiet elettroniċi tal-impriżi tad-dominju fuq l-Internet, permezz tal-Internet pubbliku u għall-PHP skript softwer fuq l-istess impriża tat-telekomunikazzjonijiet tad-dominju fuq l-Internet, li tirċievi s-sinjali, tipproċessahom u twassal minnhom minn impriża tat-telekomunikazzjonijiet tad-dominju fuq l-Internet għal SMS server (SMSC) f’sistema ta’ komunikazzjoni tagħha, li mbagħad tibgħathom permezz tan-netwerk tat-telefown lin-numru tat-telefown tar-riċevitur?

2.

Jekk it-tweġiba għal Mistoqsija 1 hija fl-affermattiv, għandu punt (c) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” ifisser servizz li jikkonsisti fit-twassil ta’ sinjali li jseħħu fuq netwerk ta’ komunikazzjoni kif deskritt fil-Mistoqsija 1 meta (i) tariffa tinġabar għal servizz bħal dan, u (ii) meta ma jkun hemm l-ebda tariffa x’tinġabar għal servizz bħal dan?

3.

Jekk it-tweġiba għal-Mistoqsija 2 hija fl-affermattiv, għandu punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni” jkopri servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi deskritti fil-Mistoqsija 2, li huwa pprovdut fuq netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika kif deskritt fil-Mistoqsija 1, irrispettivament minn jekk dak is-servizz ikun (i) disponibbli għall-pubbliku, jew (ii) disponibbli biss lill-abbonati kollha ta’ impriża tat-telekomunikazzjoni?


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8381 — Motherson Sumi Systems/PKC Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 66/13)

1.

Fil-21 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Motherson Sumi Systems Limited (“MSSL”, l-Indja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ PKC Group OYJ (“PKC”, il-Finlandja) permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-19 ta’ Jannar 2017.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal MSSL: manifattura ta’ wire harnesses tal-karozzi, mirja għall-karozzi tal-passiġġieri, u komponenti u moduli tal-plastik bħall-cockpits, bumpers u trims tal-intern. MSSL għandha wkoll preżenza li qed tikber f’firxa wiesgħa ta’ partijiet u sistemi oħra tal-polimeri, l-elastomer u l-metall;

—   għal PKC: id-disinn, il-manifattura u l-integrazzjoni ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni elettriċi skont speċifikazzjonijiet u komponenti tal-arkitettura relatati, elettronika użata fil-karozzi, wires u cables. Barra minn hekk, PKC tiddisinja u timmanifattura cabinets tal-elettriku, fornituri tal-enerġija u sistemi ta’ distribuzzjoni elettriċi għal manufatturi ta’ vetturi ferrovjarji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8381 — Motherson Sumi Systems/PKC Group, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Rettifika

2.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/34


Rettifika għall-irtirar tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm ta’ Vjaġġaturi Reġistrati

( il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 422 tas-17 ta' Novembru 2016 )

(2017/C 66/14)

F’paġna 2, it-tieni tabella, it-titolu għandu jaqra kif ġej:

minflok:

Politika dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà”,

aqra:

Migrazzjoni, Affarijiet Interni u Ċittadinanza”.