|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 65/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8318 — Samsung Electronics/Harman International Industries) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2017/C 65/02 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 65/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 65/04 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8273 — Standard/Braas Monier) ( 1 ) |
|
|
2017/C 65/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Kas M.8383 — AMC/Nordic Cinema Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8318 — Samsung Electronics/Harman International Industries)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 65/01)
Fit-23 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8318. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
1.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/2 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ċertu Artikoli tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi
(2017/C 65/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:
|
1. |
WAQT LI JFAKKAR:
|
|
2. |
WAQT LI JIRRIKONOXXI li d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EPO tal-25 ta’ Marzu 2015 dwar Tadam II u Brokkli II huma f’konflitt mad-dispożizzjonijiet ta’ ċerti Stati Membri, u li hija meħtieġa ċarezza dwar din il-kwistjoni. |
|
3. |
JILQA’ l-Avviż tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2016“dwar ċertu artikoli tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi” (4), mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri possibbli tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-Avviż iżid iċ-ċarezza f’dan il-qasam fi ħdan l-UE u jikkontribwixxi biex jerġa’ jkun hemm bilanċ xieraq bejn id-drittijiet relatati mal-privattivi u d-drittijiet fuq varjetajiet tal-pjanti. |
|
4. |
IFAKKAR li l-intenzjoni tal-leġislatur tal-UE meta adotta d-Direttiva 98/44/KE kienet li jeskludi mill-jedd għall-privattiva prodotti miksuba permezz ta’ proċessi essenzjalment bijoloġiċi. |
|
5. |
JIEĦU NOTA tal-kwistjonijiet l-oħra indirizzati fl-Avviż, jiġifieri liċenzji inkroċjati obbligatorji u l-aċċess għal u d-depożitu ta’ materjal bijoloġiku. |
|
6. |
JAPPELLA lill-Kummissjoni biex:
|
|
7. |
IĦEĠĠEĠ lill-Istati Membri, fil-kapaċità tagħhom bħala membri tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi, biex jippromwovu allinjament tal-prattika tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi ma’ dawn il-konklużjonijiet. |
(1) ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.
(2) http://www.europarl.europa.eu
(3) http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/18604/attachments/1/translations/
(4) ĠU C 411, 8.11.2016, p. 3.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-28 ta’ Frar 2017
(2017/C 65/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0597 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
118,83 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4332 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85305 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5675 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0648 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,8693 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,021 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,25 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3148 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5202 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,8391 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3807 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3984 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2252 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4707 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4831 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 194,24 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,7910 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2780 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4365 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 132,16 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7051 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,258 |
|
RUB |
Rouble Russu |
61,7550 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,952 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,2810 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,0800 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,6290 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/5 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8273 — Standard/Braas Monier)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 65/04)
|
1. |
Fl-20 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Standard Industries Inc. (“Standard”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta' Braas Monier Building Group SA (“Braas Monier”, il-Lussemburgu) permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Standard: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tas-soqfa kummerċjali u residenzjali u ċerti prodotti oħra ta’ kostruzzjoni madwar id-dinja. Fl-Ewropa Standard hija l-aktar attiva permezz tas-sussidjarja tagħha, Icopal Holding A/S li hija primarjament iffukata fuq il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tas-soqfa ċatti. — għal Braas Monier: il-manifattura u l-provvista ta’ prodotti tas-soqfa mżerżqa, madum tas-soqfa u komponenti tas-soqfa f’29 pajjiż madwar id-dinja, l-aktar fl-Ewropa, l-Asja u l-Afrika t’Isfel. Braas Monier timmanifattura wkoll ċmieni u s-sistemi tal-enerġija. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8273 — Standard/Braas Monier, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
1.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Kas M.8383 — AMC/Nordic Cinema Group)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 65/05)
|
1. |
Fit-22 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AMC Entertainment Holdings, Inc. (“AMC”, l-Istati Uniti tal-Amerka), proprjetà ta' Dalian Wanda Group (iċ-Ċina) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Nordic Cinema Group Holding AB kollha kemm hi (“NCG”, l-Iżvezja) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal AMC: il-forniment ta’ servizzi ta’ wirjiet taċ-ċinema fl-Istati Uniti tal-Amerika u partijiet tal-Ewropa; Dalian Wanda Group huwa involut fi tliet attivitajiet prinċipali ta’ negozju — proprjetajiet kummerċjali, kultura u finanzi u jipprovdi wkoll servizzi ta’ wirjiet taċ-ċinema fl-Awstralja u fiċ-Ċina, u l-produzzjoni tal-films u servizzi ta’ distribuzzjoni fiċ-Ċina, — għal NCG: tħaddim ta’ swali taċ-ċinema fl-Iżvezja, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja u l-forniment ta’ distribuzzjoni ta’ films taċ-ċinema u riklamar fuq l-iskrin taċ-ċinema. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8383 — AMC/Nordic Cinema Group, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.