ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
25 ta' Frar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 62/01

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-investiment fiż-żgħażagħ tal-Ewropa b’attenzjoni partikolari għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

1

2017/C 62/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Inklużjoni fid-Diversità biex tinkiseb Edukazzjoni ta’ Kwalità Għolja għal Kulħadd

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 62/03

Rata tal-kambju tal-euro

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 62/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8335 — AXA/Caisse des dépôts et consignations/Cible) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2017/C 62/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8359 — Amundi/Crédit Agricole/Pioneer Investments) ( 1 )

10

2017/C 62/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8330 — Maersk Line/HSDG) ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 62/07

Avviż għall-attenzjoni ta' Bassam Ahmad Al-Hasri, Iyad Nazmi Salih Khalil, Ghalib Adbullah Al-Zaidi and Nayif Salih Salim Al-Qaysi, li l-ismijiet tagħhom ġew miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/326

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

25.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/1


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-investiment fiż-żgħażagħ tal-Ewropa b’attenzjoni partikolari għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

(2017/C 62/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WAQT LI JFAKKAR:

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-laqgħa tal-15 ta’ Diċembru 2016 li jappellaw biex titmexxa ‘l quddiem il-ħidma fuq l-inizjattivi reċenti tal-Kummissjoni ddedikati għaż-żgħażagħ, inkluż dawk dwar il-mobbiltà, l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; (1)

id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2017 li tipprijoritizza l-indirizzar tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment permezz tat-tisħiħ tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-ħolqien ta’ Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; (2)

JISSOTTOLINJA:

l-importanza li tittieħed azzjoni biex tiġi modernizzata u mtejba l-kwalità tas-sistemi edukattivi fl-UE, mill-edukazzjoni bikrija fit-tfulija sal-edukazzjoni għolja, sabiex tiġi pprovduta edukazzjoni ta’ kwalità għolja lil kulħadd, speċjalment fid-dawl tal-aħħar riżultati tal-OECD PISA 2015, li juru b’mod ċar il-ħtieġa li tiġi mtejba l-effiċjenza tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u b’mod partikolari l-eżiti tat-tagħlim ta’ studenti bi sfond ta’ migrazzjoni jew soċjoekonomiku żvantaġġat;

il-ħtieġa li jiġġeddu l-isforzi biex jippromwovu u jħarsu l-valuri tal-UE kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, b’mod partikolari l-valuri tagħha ta’ rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, sabiex ikomplu jrawmu fiż-żgħażagħ is-sens ta’ identità Ewropea u jtejbu l-immaġni pożittiva u l-fiduċja (3) tagħhom fil-proġett tal-UE, partikolarment fid-dawl tal-firxa inkwetanti ta’ sentimenti populisti u s-sens ta’ stakkament fost ċerti żgħażagħ mill-proġett Ewropew komuni;

li l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ tibqa’ prijorità ewlenija għal ħafna Stati Membri, u jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni għal finanzjament addizzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, l-introduzzjoni li għaddejja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u miżuri li jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, li jinkludu appoġġ għal apprendistati ta’ kwalità, tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol kif ukoll il-mobbiltà tal-apprendisti;

l-importanza li jiġu estiżi aktar l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex b’mod attiv jinvolvu ruħhom fil-volontarjat u inizjattivi soċjali kemm f’pajjiżhom stess kif ukoll barra, bħala mod biex jiżviluppaw ħiliet personali u kompetenzi li jippermettulhom ikollhom transizzjoni aktar faċli għall-ħajja adulta u d-dinja tax-xogħol. Barra minn hekk, opportunitajiet akbar biex jieħdu rwol attiv fuq livell komunitarju jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iżvilupp ta’ dawk il-ħiliet u l-kompetenzi soċjali u ċiviċi meħtieġa għal parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fit-tisħiħ u l-bini ta’ soċjetajiet aktar inklużivi u demokratiċi;

NOTI:

il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2016 dwar “Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa”, dwar “It-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni” u dwar “Korp Ewropew ta’ Solidarjetà”; (4)

l-inizjattiva “Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa” li tkopri tliet oqsma ewlenin ta’ dimensjoni transsettorjali u ta’ importanza kritika għaż-żgħażagħ: opportunitajiet aħjar permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, solidarjetà, parteċipazzjoni, mobbiltà tat-tagħlim u tax-xogħol, u

b’mod partikolari, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-intenzjoni tagħha li tuża fl-ewwel fażi ta’ programmi ta’ finanzjament eżistenti (5), ir-riżorsi u l-istandards tal-kwalità, kif stabbilit fost l-oħrajn għas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE), u l-programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li jippermettu liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà;

IĦEĠĠEĠ LILL-KUMMISSJONI BIEX:

tippreżenta matul l-ewwel semestru tal-2017

proposta leġislattiva adatta u bbażata fuq l-evidenza bir-rispett dovut għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà għall-operazzjoni tat-tieni fażi eventwali ta’ Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, li tkopri kemm il-komponenti tal-volontarjat kif ukoll okkupazzjonali tagħha, li tiżgura l-kosteffettività u, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati rilevanti u ż-żgħażagħ,

qafas ċar, inkluż kif il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandu jiġi ffinanzjat, implimentat u evalwat,

sabiex ikun żgurat li l-Korp ta’ Solidarjetà Ewropew mhux biss ikun kapaċi jilħaq l-objettiv tiegħu f’termini tal-involviment u l-parteċipazzjoni attivi taż-żgħażagħ iżda wkoll jiżgura apprendistati u proġetti ta’ kwalità b’dimensjoni qawwija ta’ tagħlim li jippermettu riżultati pożittivi għall-iżvilupp personali, soċjali u professjonali futur taż-żgħażagħ, filwaqt li jevita effetti mhux mixtieqa fuq is-suq tax-xogħol.


(1)  EUCO 34/16.

(2)  Dok. 15375/16.

(3)  EUROBAROMETER 85/16

(4)  Dokumenti 15418/16, 15420/16 u 15421/16.

(5)  Il-proċess rigward l-approvazzjoni ta’ fondi għall-programm Erasmus+ għall-2017 jinsab għaddej.


25.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/3


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Inklużjoni fid-Diversità biex tinkiseb Edukazzjoni ta’ Kwalità Għolja għal Kulħadd

(2017/C 62/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

FILWAQT LI JFAKKRU fil-kuntest politiku ta’ din il-kwistjoni kif deskritt fl-Anness u b’mod partikolari fl-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) Nru 4 tan-NU (1), fir-Rapport Konġunt dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) (2), u fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (3);

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni (4);

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI:

L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq valuri komuni u prinċipji ġenerali tad-dritt, stipulati fl-Artikoli 1 sa 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jimmarka pass ġdid lejn il-ħolqien ta’ għaqda dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli tal-Ewropa;

Il-politika tal-edukazzjoni għandha rwol ewlieni x’taqdi fit-trawwim tal-inklużjoni u r-rispett lejn id-diversità fl-Unjoni Ewropea (UE);

L-edukazzjoni inklużiva tindirizza u tirreaġixxi għal bżonnijiet differenti tal-istudenti kollha f’ambjent tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali bl-objettiv li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta’ kulħadd fl-edukazzjoni ta’ kwalità għolja;

Id-diversità tas-soċjetajiet Ewropej iġġib magħha kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jirrikjedu enfasi akbar fuq il-promozzjoni tal-inklużjoni u l-valuri komuni sabiex tiġi ffaċilitata l-koeżistenza ta’ identitajiet kulturali differenti f’Ewropa paċifika u demokratika;

Id-diversità fl-Ewropa ser tkompli tiżdied fil-futur u jeħtieġ verament li niġġieldu kontra kull forma ta’ intolleranza u esklużjoni soċjali li jaffettwaw kemm liċ-ċittadini Ewropej kif ukoll lill-migranti, b’mod partikolari dawk li jkunu għadhom kif waslu;

L-importanza li tiġi inkoraġġita l-unità fid-diversità fil-politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, anke fil-perspettiva tas-60 anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma tal-1957, hija element ewlieni għat-tiswir ta’ soċjetà inklużiva;

JISSOTTOLINJAW

il-ħtieġa li l-edukazzjoni u t-taħriġ irawmu l-inklużjoni fid-diversità biex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd, filwaqt li l-istudenti kollha jiġu mgħammra b’kompetenzi soċjali, ċiviċi u interkulturali biex jissaħħu, jiġu rriaffermati u jitrawmu l-valuri demokratiċi tal-UE, id-drittijiet fundamentali, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva;

li l-iżgurar ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja li tkun inklużiva għandu jitqies f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja li jkopri l-aspetti kollha tal-edukazzjoni. Din għandha tkun disponibbli u aċċessibbli għall-istudenti kollha ta’ kull età, inkluż dawk li qed jiffaċċaw sfidi, bħal persuni bi bżonnijiet speċjali jew li għandhom diżabbiltà, dawk li ġejjin minn ambjent soċjoekonomiku żvantaġġat, minn ambjent ta’ migrazzjoni jew minn żoni ġeografikament żvantaġġati jew żoni ta’ gwerra, irrispettivament mis-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

JIRRIKONOXXU LI

kif stipulat fl-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) Nru 4 tan-NU dwar l-iżgurar ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja li tkun inklużiva u ġusta u l-promozzjoni tal-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja għandhom jiżguraw li l-istudenti kollha jiksbu l-kompetenzi (għarfien, ħiliet u attitudni) meħtieġa biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli, inkluż, fost affarijiet oħra, permezz tal-edukazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-istili ta’ ħajja, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-promozzjoni ta’ kultura ta’ paċi u nonvjolenza, iċ-ċittadinanza globali u apprezzament tad-diversità kulturali u tal-kontribut tal-kultura lejn l-iżvilupp sostenibbli;

edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja għal kulħadd ibbażati fuq l-inklużività, l-ugwaljanza, l-ekwità, il-kompetenzi u l-valuri adatti jikkontribwixxu wkoll biex jitrawmu l-impjegabbiltà, l-intraprenditorija, il-ħsieb innovattiv, il-ħiliet u l-kompetenzi diġitali u l-iżvilupp olistiku ta’ student għaċ-ċittadinanza attiva;

l-ugwaljanza u l-ekwità mhumiex l-istess u li s-sistemi tal-edukazzjoni jridu jitbiegħdu mill-mentalità tradizzjonali ta’ universalità. Opportunitajiet indaqs għal kulħadd huma kruċjali, iżda mhux biżżejjed: jeħtieġ li tinkiseb l-“ekwità” fl-għanijiet, il-kontenut, il-metodi ta’ tagħlim u l-forom ta’ tgħallim previsti mis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd;

JENFASIZZAW LI

is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jakkomodaw id-diversi bżonnijiet, abbiltajiet u kapaċitajiet tal-istudenti kollha u joffru opportunitajiet ta’ tgħallim lil kulħadd f’ambjent tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali;

jeħtieġ li jingħata aktar appoġġ lill-għalliema, lill-edukaturi u persunal ieħor ta’ tagħlim biex joperaw b’suċċess fis-sistemi tat-taħriġ li jippermettu perkorsi ta’ tgħallim u li jindirizzaw il-bżonnijiet, l-abbiltajiet u l-kapaċitajiet differenti tal-istudenti. Fejn ikun adatt, jeħtieġ li dawn il-perkorsi ta’ tgħallim ikunu mfassla apposta, minn isfel għal fuq u kollaborattivi;

l-edukazzjoni u t-taħriġ ma jistgħux jitqiesu b’mod iżolat mill-aspetti soċjali, politiċi, storiċi, ambjentali u ekonomiċi. Ir-rwol ewlieni tal-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandu jkun ikkomplementat u appoġġat b’mod kooperattiv minn sferi oħra ta’ politika sabiex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd;

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX SKONT IĊ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI

1.

jikkunsidraw l-approċċ edukattiv ġenerali filwaqt li jinkoraġġixxu l-involviment kemm mal-komunità edukattiva ġenerali (5) kif ukoll ma’ firxa usa’ ta’ partijiet ikkonċernati (6) flimkien mal-komunità inġenerali biex jiġu ttrattati kwistjonijiet li dwarhom l-iskejjel ma għandhomx u ma jistax ikollhom l-għarfien espert rilevanti. Dan ser jgħin biex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità li tkun inklużiva u ġusta għal kulħadd;

2.

jippromwovu kultura edukattiva u etos demokratiċi u inklużivi li jagħtu valur lid-diversità, jinkoraġġixxu l-litteriżmu tal-media u tal-informazzjoni għal valutazzjoni kritika u riflessiva tal-informazzjoni u jagħmlu sensibilizzazzjoni dwar il-manipulazzjoni u l-propaganda, jagħtu lok għad-djalogu u d-diskussjoni dwar kwistjonijiet kontroversjali, u jipprovdu ambjent li jistimola u jrawwem filwaqt li jippermetti lill-istudenti kollha jisfruttaw il-potenzjal kollu tagħhom;

3.

jippromwovu l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ miżuri li jippermettu l-identifikazzjoni bikrija u l-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali, il-bullying, it-tluq bikri mill-iskola u s-sinjali bikrin ta’ radikalizzazzjoni, li jista’ jwassal għall-estremiżmu vjolenti;

4.

jinkoraġġixxu l-għoti ta’ opportunitajiet lill-istudenti kollha biex jinvolvu ruħhom f’perkorsi flessibbli, inkluż l-iżvilupp ta’ ħiliet u kwalifiki vokazzjonali, it-taħlita ta’ programmi formali, taħriġ fuq il-post tax-xogħol, tagħlim diġitali u mill-bogħod, validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, abbażi ta’ sħubiji sodi bejn l-istituzzjonijiet vokazzjonali, in-negozji, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

5.

jinkoraġġixxu edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal li jkunu ta’ kwalità għolja bħala miżura bikrija importanti, inkluż miżuri ta’ appoġġ għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni, fejn adatt, il-Prinċipji prinċipali ta’ Qafas ta’ Kwalità għall-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal (7). L-evidenza turi li edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal li jkunu ta’ kwalità għolja jispikkaw bħala miżura ta’ politika li tista’ tnaqqas l-inugwaljanzi fil-perkors kollu tat-tagħlim tul il-ħajja ta’ persuna;

6.

jinkoraġġixxu approċċi li jappoġġaw lill-istudenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż billi jinġabru l-opinjonijiet tal-istudent dwar l-esperjenzi ta’ tgħallim tiegħu, flimkien ma’ dispożizzjonijiet dwar l-inklużività u l-ekwità li jippruvaw jikkumpensaw għall-punti ta’ tluq differenti, jiġifieri dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-ugwaljanza tal-opportunità, biex tiġi żgurata l-inklużjoni fid-diversità u l-progress fil-kisba tal-ekwità;

7.

jinkoraġġixxu s-sensibilizzazzjoni għall-edukazzjoni diġitali fil-programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ biex jiżdiedu l-kwalità, l-ekwità u l-inklużjoni, konxji li implimentazzjoni li tirnexxi tirrikjedi approċċ imħallat li jinkludi kontenut, infrastruttura (8), appoġġ (9) u kultura (10) adegwati;

8.

fejn meħtieġ, jiżviluppaw rotot edukattivi differenti li jwasslu għaċ-ċertifikazzjoni u jippromwovu perkorsi flessibbli tat-tgħallim. Dan ser jappoġġa t-tipi kollha ta’ studenti bil-possibbiltà li jiksbu kwalifiki rikonoxxuti biex isibu impjieg siewi u jiżviluppaw f’livell personali;

9.

jappoġġaw lill-għalliema, lill-edukaturi u persunal ieħor ta’ tagħlim u jrawmu l-motivazzjoni u kompetenzi tagħhom, inkluż pereżempju l-intelliġenza emozzjonali u l-ħiliet soċjali, biex jittrattaw id-diversità permezz ta’ programmi ta’ edukazzjoni inizjali tal-għalliem u l-iżvilupp professjonali kontinwu, inkluż l-edukazzjoni diġitali, għodod prattiċi, appoġġ u gwida kontinwi, filwaqt li jinkoraġġixxu wkoll forza ta’ għalliema aktar diversa;

10.

jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni u approċċi innovattivi bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-komunitajiet lokali, l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali, il-ġenituri, il-familja inġenerali, l-atturi fil-qasam taż-żgħażagħ, il-voluntiera, is-sħab soċjali, l-impjegaturi u s-soċjetà ċivili biex tiżdied l-inklużjoni, jissaħħu s-sens ta’ appartenenza u l-identità pożittiva, u b’hekk jingħata kontribut għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li jwassal għall-estremiżmu vjolenti (11) u barra minn hekk jiġi żgurat li l-kontenut edukattiv, il-pedagoġiji u l-għodod ikun aġġornati u rilevanti għall-kuntest lokali;

11.

jinkoraġġixxu kooperazzjoni aktar mill-qrib u approċċi innovattivi bejn l-edukazzjoni u oqsma rilevanti oħra, bħall-kultura, iż-żgħażagħ, l-isport, l-impjieg, il-benessri, is-sigurtà u kanali oħra ta’ ħidma fuq l-inklużjoni soċjali; u, fejn meħtieġ, jiżviluppaw appoġġ reċiproku bejn il-politika soċjali, kulturali, taż-żgħażagħ, ekonomika u tal-edukazzjoni biex tiġi żgurata l-inklużjoni fid-diversità (12);

12.

jinkoraġġixxu diversi forom ta’ evalwazzjoni u valutazzjoni biex jiġi żgurat li jiġu koperti forom differenti ta’ tgħallim;

13.

jikkunsidraw l-użu ta’ kurrikula u approċċi pedagoġiċi li jirriflettu d-diversitajiet soċjali, kulturali u diversitajiet oħra tal-istudenti;

14.

jappoġġaw istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-isforzi tagħhom biex jiżdiedu l-parteċipazzjoni u t-tlestija minn gruppi li huma sottorappreżentati, u jippromwovu l-involviment mill-persunal u l-istudenti f’attivitajiet tal-ħajja pubblika;

15.

irawmu l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-edukazzjoni, inkluż benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali li jkunu għadhom kemm jaslu, inkluż permezz tat-tagħlim tal-lingwa;

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI

1.

tkompli tippromwovi l-iskambju ta’ prattiki tajba u approċċi innovattivi dwar kif tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għolja li tkun inklużiva u ġusta għal kulħadd, pereżempju permezz tal-Gruppi ta’ Ħidma dwar l-ET2020, b’mod partikolari l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni u l-iżvilupp ta’ kompendju online ta’ prattiki tajba;

2.

tippromwovi investimenti adegwati u effiċjenti sabiex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għolja li tkun inklużiva u ġusta għal kulħadd, pereżempju permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

3.

tappoġġa l-konsulenza bejn il-pari fil-qasam tal-“inklużjoni fid-diversità” fl-edukazzjoni billi tlaqqa’ lill-pari minn amministrazzjonijiet nazzjonali, sabiex tingħata konsulenza esterna lil pajjiż li jitlob appoġġ kif ukoll ikun jista’ jsir skambju ta’ esperjenzi u għarfien fost il-pari. Jista’ jiġi esplorat jekk il-konsulenza bejn il-pari tistax tkompli tissaħħaħ, inkluż bi żjajjar ta’ studju għal terminu qasir bejn l-amministrazzjonijiet tal-edukazzjoni.

4.

tapprofondixxi t-tagħlim reċiproku dwar l-inklużjoni fid-diversità, b’mod partikolari permezz tal-programmi Erasmus+ ta’ żvilupp professjonali permezz tal-mobbiltà għall-għalliema kif ukoll tkompli tiżviluppa eTwinning, School Education Gateway u Toolkit Ewropew għall-Iskejjel;

5.

tikkonsolida l-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali fil-promozzjoni tar-rispett reċiproku, in-nondiskriminazzjoni, il-libertajiet fundamentali u s-solidarjetà fl-UE kollha;

6.

tikkonsolida l-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva biex jingħataw informazzjoni u gwida abbażi tal-evidenza dwar l-implimentazzjoni tal-edukazzjoni inklużiva;

7.

torganizza attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, bħal konferenza dwar l-Inklużjoni fid-diversità biex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd, billi jittieħdu inkonsiderazzjoni attivitajiet simili oħra pprovduti minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

8.

tieħu inkonsiderazzjoni dawn il-konklużjonijiet meta tħejji u timplimenta azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità.


(1)  Unesco (2015), ‘Education 2030: Framework for Action - Towards inclusive and equitable quality education and lifelong learning for all’, p. 2.

(2)  Ir-Rapport Konġunt ta’ Novembru 2015 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ ET2020 (14440/1/15 REV 1).

(3)  Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, Pariġi, 17 ta’ Marzu 2015.

(4)  Dok. 15418/16

(5)  Il-mexxejja tal-iskola, il-persunal tat-tagħlim u mhux tat-tagħlim, l-istudenti, il-ġenituri u l-familji.

(6)  Tali servizzi soċjali, servizzi għaż-żgħażagħ, ħaddiema ta’ kollegament għall-qasam tal-kura tas-saħħa, psikologi, infermieri, terapisti tad-diskors u tal-lingwa, speċjalisti fl-għoti ta’ gwida, awtoritajiet lokali, NGOs, negozji, unions, voluntiera.

(7)  Proposal for Key principles of a Quality Framework for Early Childhood Education and Care, Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ewropea, Ottubru 2014.

(8)  Tagħmir (broadband, 4G, appoġġ għal teknoloġija sussidjata u għal BYOD), infrastruttura tas-software speċjalment portali u repożitorji tar-riżorsi, u netwerks.

(9)  Inċentivi u taħriġ sistematiċi li permezz tagħhom l-għalliema jkunu jistgħu jesperimentaw b’pedagoġiji diġitali inkluż dawk dwar pedagoġiji ta’ tgħallim fi grupp, it-tirqim u d-distribuzzjoni tal-aħjar prattiki kemm fil-livell tal-għalliema kif ukoll fil-livell tal-politika nazzjonali.

(10)  Jeħtieġ li l-viżjoni, il-politika u l-istrateġiji edukattivi jimxu mill-promozzjoni tat-teknoloġija għall-promozzjoni ta’ kultura miftuħa u konnessa appoġġata mit-teknoloġija.

(11)  Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti dok. 14276/16, p. 6.

(12)  Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, Pariġi, 17 ta’ Marzu 2015, p. 5.


ANNESS

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET2020”) (12 ta’ Mejju 2009).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni ta’ tfal bi sfond ta’ migrazzjoni (26 ta’ Novembru 2009).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli (18 u 19 ta’ Novembru 2010).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ (11 ta’ Mejju 2010).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kapaċità għall-impjieg tal-persuni ggradwati mill-edukazzjoni u t-taħriġ (10 u 11 ta’ Mejju 2012).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni għolja (16 ta’ Mejju 2013).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tmexxija effettiva fl-edukazzjoni (25 u 26 ta’ Novembru 2013).

Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, Pariġi, 17 ta’ Marzu 2015.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni primarja fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali (18 u 19 ta’ Mejju 2015).

Unesco (2015), ‘Education 2030: Framework for Action - Towards inclusive and equitable quality education and lifelong learning for all’.

Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (23 u 24 ta’ Novembru 2015).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola (23-24 ta’ Novembru 2015).

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-inklużività soċjoekonomiċi fl-UE permezz tal-edukazzjoni: il-kontribut tal-edukazzjoni u t-taħriġ għas-Semestru Ewropew 2016 (24 ta’ Frar 2016).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (30 u 31 ta’ Mejju 2016).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (7 ta’ Ġunju 2016).

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti (21 u 22 ta’ Novembru 2016).

Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2016 (Novembru 2016).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni (Diċembru 2016).


Il-Kummissjoni Ewropea

25.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Frar 2017

(2017/C 62/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0609

JPY

Yen Ġappuniż

119,04

DKK

Krona Daniża

7,4344

GBP

Lira Sterlina

0,84503

SEK

Krona Żvediża

9,5188

CHF

Frank Żvizzeru

1,0649

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8365

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

308,59

PLN

Zloty Pollakk

4,3107

RON

Leu Rumen

4,5170

TRY

Lira Turka

3,7991

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3816

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3907

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2341

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4711

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4892

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 198,21

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,7016

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2873

HRK

Kuna Kroata

7,4275

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 128,33

MYR

Ringgit Malażjan

4,7109

PHP

Peso Filippin

53,255

RUB

Rouble Russu

61,6435

THB

Baht Tajlandiż

37,006

BRL

Real Brażiljan

3,2770

MXN

Peso Messikan

20,8929

INR

Rupi Indjan

70,6645


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8335 — AXA/Caisse des dépôts et consignations/Cible)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 62/04)

1.

Fis-17 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha AXA S.A. (“AXA”, Franza) u Caisse des dépôts et consignations (“CDC”, Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ binja ta’ uffiċini li tinsab fi Franza (“il-Mira”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   AXA: grupp ta’ assigurazzjonijiet dinjija attiv fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra ta’ assigurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-investimenti.

—   CDC: stabbiliment pubbliku li jwettaq attivitajiet ta’ interess ġenerali li jikkonsistu b’mod partikulari fil-ġestjoni ta’ fondi privati li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jixtiequ jipprovdu protezzjoni partikolari, u attivitajiet miftuħin għall-kompetizzjoni fis-setturi tal-ambjent, tal-proprjetà immobbli, tal-investiment u tal-kapital ta’ investiment kif ukoll servizzi.

—   Cible: binja ta’ uffiċċji li tinsab fi Franza fid-distrett tan-negozju msejjaħ La Défense.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibaħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummetni jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz ta’ email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8335 — AXA/Caisse des dépôts et consignations/Cible, f’dan l-indirizz:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


25.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8359 — Amundi/Crédit Agricole/Pioneer Investments)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 62/05)

1.

Fl-20 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ koċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Amundi SA (Amundi), sussidjarja ta’ Crédit Agricole SA (Franza) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv ta’ Pioneer Global Asset Management SpA (“Pioneer”), in-negozju tal-ġestjoni tal-assi ta’ UniCredit SpA (l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Amundi: ġestjoni tal-assi madwar id-dinja,

—   Pioneer: ġestjoni tal-assi, partikularment fl-Ewropa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b'faks (+32 22964301), b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8359 — Amundi/Crédit Agricole/Pioneer Investments, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


25.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8330 — Maersk Line/HSDG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 62/06)

1.

Fl-20 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Maersk Line A/S (“Maersk”, id-Danimarka), sussidjarja kollha kemm hi ta’ A.P. Møller — Mærsk A/S (il-“Grupp Maersk”) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-Hamburg Südamerikanische Dampfschifffahrts-Gesellschaft KG (“HSDG”, il-Ġermanja), sussidjarja kollha kemm hi ta’ Dr. August Oetker KG, permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Maersk: attiva madwar id-dinja fil-provvista ta’ servizzi ta’ tbaħħir ta’ kontejners li topera 611 bastiment tal-kontejners, li 324 minnhom huma mikrija. Il-Maersk Line tikkummerċjalizza s-servizzi tagħha permezz tal-marki Maersk Line, Safmarine, SeaLand (Intra-Americas), MCC Transport (Intra-Asia) u SeaGo Line (Intra-Europe). Il-Grupp Maersk jipprovdi wkoll (i) servizzi ta’ terminal tal-kontejners permezz tas-sussidjarja tiegħu APM Terminals (“APMT”) (ii) servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija, permezz tas-sussidjarja tiegħu Damco Distribution Services, (iii) trasportazzjoni interna, permezz ta’ APMT, (iv) il-manifattura ta’ kontejners permezz tas-sussidjarja tiegħu Maersk Container Industry, u (v) servizzi ta’ rmonk fil-portijiet permezz tas-sussidjarja tiegħu Svitzer,

—   għal HSDG: Attiva madwar id-dinja fil-forniment ta’ servizzi ta’ tbaħħir tal-kontejners. HSDG topera 130 bastiment tal-kontejners, li 82 minnhom huma mikrija. HSDG tikkumerċjalizza s-servizzi tagħha permezz tal-marka globali tagħha Hamburg Süd u l-marki tagħha CCNI (iċ-Ċili) u Aliança (il-Brażil).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8330 — Maersk Line/HSDG, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

25.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/12


Avviż għall-attenzjoni ta' Bassam Ahmad Al-Hasri, Iyad Nazmi Salih Khalil, Ghalib Adbullah Al-Zaidi and Nayif Salih Salim Al-Qaysi, li l-ismijiet tagħhom ġew miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/326

(2017/C 62/07)

1.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

ISIL (Da'esh) u Al Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' ISIL (Da'esh) u Al Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta’ kull waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi jew huma kkontrollati minnhom, jew b’xi mod iservu ta’ appoġġ għalihom.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” ISIL (Da'esh) u Al Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnha jew derivat tagħha;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat lil xi ħadd minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-22 ta’ Frar 2017 approva ż-żieda tal-entrati ta’ Bassam Ahmad Al-Hasri, Iyad Nazmi Salih Khalil, Ghalib Adbullah Al-Zaidi and Nayif Salih Salim Al-Qaysi fil-lista tas-Sanzjonijiet tal-Kumitat kontra l-ISIL (Da’ esh) u Al-Qaida.

Bassam Ahmad Al-Hasri, Iyad Nazmi Salih Khalil, Ghalib Adbullah Al-Zaidi and Nayif Salih Salim Al-Qaysi jistgħu f'kull mument jippreżentaw talba lill-Ombudsman tan-NU, flimkien ma' kull dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations - Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel: +1 2129632671

Feks: +1 2129631300/3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni mur fuq https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting

3.

Minbarra d-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/326 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al Qaida (3). L-emenda, magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, iżżid l-ismijiet ta' Bassam Ahmad Al-Hasri, Iyad Nazmi Salih Khalil, Ghalib Adbullah Al-Zaidi and Nayif Salih Salim Al-Qaysi fil-lista tal-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari lil kull individwu jew entità kkonċernata, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprevedi proċess ta’ rieżami meta jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/326 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

European Comission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200,

B-1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/326 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/Membri rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 255, 21.09.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 49, 25.2.2017, p. 30.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.