|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2017/C 60/01 |
||
|
2017/C 60/02 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 60/03 |
||
|
2017/C 60/04 |
||
|
2017/C 60/05 |
||
|
2017/C 60/06 |
||
|
2017/C 60/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 60/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8270 — EDF/CDC/RTE) ( 1 ) |
|
|
2017/C 60/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8396 — Bain Capital Investors/Fintyre) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Frar 2017
li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
(2017/C 60/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Bulgaru,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura Emilia VALCHOVSKA, sar vakanti siġġu ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru għall-Bulgarija fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern. |
|
(3) |
Jinħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:
|
IL-BULGARIJA |
Is-Sinjura Maria TODOROVA |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BARTOLO
(2) ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.
(3) ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.
|
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Frar 2017
li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
(2017/C 60/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-persuna nnominata ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni rigward ir-Rappreżentanti ta’ Min Iħaddem,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura Satu AGREN, sar vakanti siġġu ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Organizzazzjonijiet ta’ Min Iħaddem għall-Finlandja. |
|
(3) |
Jinħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM:
|
IL-FINLANDJA |
Is-Sinjura Mirja HANNULA |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BARTOLO
(2) ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.
(3) ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta’ Frar 2017
(2017/C 60/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0573 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
119,30 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4335 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84628 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4975 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0663 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,8070 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,021 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,21 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3080 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5200 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,7757 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3691 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3868 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2037 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4637 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4926 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 200,29 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,6180 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2693 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4320 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 091,10 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7039 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,048 |
|
RUB |
Rouble Russu |
61,1931 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,990 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,2412 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,0150 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,5465 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/5 |
Avviż ta’ informazzjoni dwar it-terminazzjoni tad-démarches ma’ pajjiżi terzi nnotifikati fis-26 ta’ Novembru 2013 dwar il-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
(2017/C 60/04)
Il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) temmet id-démarches ma’ Curaçao fil-ġlieda kontra s-sajd IUU mibdija fis-26 ta’ Novembru 2013 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/C 346/03 (1) dwar in-notifika lil Curaçao li l-Kummissjoni tqis il-possibbiltà li Curaçao jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (2) li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ir-Regolament IUU).
1. Qafas legali
Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, l-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx. Din in-notifika hija ta’ natura preliminari. In-notifika tal-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx hija bbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament IUU.
Il-Kummissjoni għandha twettaq id-démarches kollha stipulati fl-Artikolu 32 fir-rigward ta’ dawk il-pajjiżi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tinkludi fin-notifika informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsejsu identifikazzjoni bħal din, l-opportunità ta’ dawk il-pajjiżi biex jirrispondu u jipprovdu evidenza li tikkontradixxi l-identifikazzjoni jew, fejn xieraq, pjan ta’ azzjoni għat-titjib u l-miżuri meħuda biex tiġi rrettifikata s-sitwazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tagħti żmien xieraq lill-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex jirrispondu għan-notifika u żmien xieraq biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.
2. Proċedura
Fis-26 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea nnotifikat lil Curaçao bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).
Il-Kummissjoni saħqet li sabiex jevita li jiġi identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax, Curaçao kien mistieden jikkoopera mal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ proposta ta’ pjan ta’ azzjoni biex jiġu rrettifikati n-nuqqasijiet identifikati.
Il-Kummissjoni fetħet proċess ta’ djalogu ma’ Curaçao. Dan il-pajjiż ippreżenta kummenti orali u bil-miktub li tqiesu u ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni. L-ewwel perjodu ta’ sitt xhur ta’ djalogu ġie estiż għal sitt xhur oħra fis-17 ta’ Lulju 2014 u fil-25 ta’ Marzu 2015. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa.
Curaçao introduċa l-miżuri meħtieġa għall-waqfien tal-attivitajiet tas-sajd IUU msemmija u l-prevenzjoni ta’ kull attività futura bħal din, u rrettifika kull att jew ommissjoni li wasslu għan-notifika tal-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.
3. Konklużjoni
Għaldaqstant, fiċ-ċirkostanzi partikolari u wara li ġew eżaminati l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-démarches fil-konfront ta’ Curaçao skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dmirijiet imposti fuqhom skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, u l-azzjonijiet tagħhom biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU, huma b’dan itterminati. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti ġew uffiċjalment informati mill-Kummissjoni.
It-terminazzjoni tad-démarches msemmija hawn fuq ma tipprekludix lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill milli jieħdu passi sussegwenti fil-futur, f’każ li l-elementi fattwali juru li l-pajjiż jonqos milli jaqdi d-dmirijiet imposti fuqu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, u milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.
(1) ĠU C 346, 27.11.2013, p. 26.
(2) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
|
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/6 |
Avviż ta’ informazzjoni dwar it-terminazzjoni tad-démarches ma’ pajjiżi terzi nnotifikati fit-12 ta’ Diċembru 2014 dwar il-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
(2017/C 60/05)
Il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) temmet id-démarches mal-Gżejjer Solomon fil-ġlieda kontra s-sajd IUU mibdija fit-12 ta’ Diċembru 2014 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/C/447/09 (1) dwar in-notifika lill-Gżejjer Solomon li l-Kummissjoni tqis il-possibbiltà li l-Gżejjer Solomon jiġu identifikati bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (2) li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ir-Regolament IUU).
1. Qafas legali
Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnotifika lill-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx. Din in-notifika hija ta’ natura preliminari. In-notifika tal-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx hija bbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament IUU.
Il-Kummissjoni jeħtieġ li tieħu d-démarches kollha stipulati fl-Artikolu 32 fir-rigward ta’ dawk il-pajjiżi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni jeħtieġ li tinkludi fin-notifika informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsejsu identifikazzjoni bħal din, l-opportunità ta’ dawk il-pajjiżi biex jirrispondu u jipprovdu evidenza li tikkontradixxi l-identifikazzjoni jew, fejn xieraq, pjan ta’ azzjoni għat-titjib u l-miżuri meħuda biex tiġi rrettifikata s-sitwazzjoni.
Il-Kummissjoni jeħtieġ li tagħti żmien adegwat lill-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex jirrispondu għan-notifika u żmien xieraq biex jirranġaw is-sitwazzjoni.
2. Proċedura
Fit-12 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni Ewropea nnotifikat lill-Gżejjer Solomon bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).
Il-Kummissjoni saħqet li sabiex jevitaw li jiġu identifikati bħala pajjiż li ma jikkooperax, il-Gżejjer Solomon kienu mistiedna jikkooperaw mal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ proposta ta’ pjan ta’ azzjoni biex jiġu rrettifikati n-nuqqasijiet identifikati.
Il-Kummissjoni fetħet proċess ta’ djalogu mal-Gżejjer Solomon. Dan il-pajjiż ippreżenta kummenti orali u bil-miktub li tqiesu u ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa.
Il-Gżejjer Solomon introduċew il-miżuri meħtieġa għall-waqfien tal-attivitajiet tas-sajd IUU msemmija u l-prevenzjoni ta’ kull attività futura bħal din, u rrettifikaw kull att jew ommissjoni li wasslu għan-notifika tal-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.
3. Konklużjoni
Għaldaqstant, fiċ-ċirkostanzi partikolari u wara li ġew eżaminati l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-démarches fil-konfront tal-Gżejjer Solomon skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dmirijiet imposti fuqhom skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, u l-azzjonijiet tagħhom biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU, huma b’dan itterminati. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti ġew uffiċjalment informati mill-Kummissjoni.
It-terminazzjoni tad-démarches msemmija hawn fuq ma tipprekludix lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill milli jieħdu passi sussegwenti fil-futur, f’każ li l-elementi fattwali juru li l-pajjiż jonqos milli jaqdi d-dmirijiet imposti fuqu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, u milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.
(1) ĠU C 447, 13.12.2014, p. 6.
(2) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
|
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Frar 2017
dwar l-għoti ta’ liċenzji individwali lill-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza biex jużaw it-trademark tan-Netwerk Ewropew ta’ Referenza
(2017/C 60/06)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2001 (PV1536) li tikkonferixxi s-setgħa fuq id-Diretturi Ġenerali u fuq il-Kapijiet tas-Servizzi li jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi rreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet jew mill-programmi li jkunu responsabbli minnhom, dwar l-għotja ta’ liċenzji marbuta ma’ din, dwar l-akkwist, it-trasferiment jew iċ-ċediment jew l-abbandun tad-drittijiet, u tagħti s-setgħa tal-eżekuzzjoni amministrattiva marbuta ma’ dan lid-Diretturi Ġenerali,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistipula li l-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp tan-Netwerks ta’ Referenza Ewropej (ERNs) bejn fornituri tal-kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna tal-Istati Membri. |
|
(2) |
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummssjoni 2014/287/UE (2) jistipula li l-Kummissjoni tawtorizza l-użu ta’ identifikatur grafiku uniku (“il-logo”) għan-Netwerks u għall-membri tagħhom. |
|
(3) |
Il-logo tan-“Netwerk Ewropew ta’ Referenza” kien reġistrat bħala trademark figurattiva (nru tar-reġistrazzjoni 012252128) fit-territorju tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni. |
|
(4) |
L-Unjoni Ewropea hija s-sid leġittimu tat-trademark u disposta tagħti liċenzja biex din tintuża lill-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza. |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza approvati mill-Bord tal-ERN tal-Istati Membri għandu jkollhom dritt mhux esklussiv, mingħajr drittijiet tal-awtur u kundizzjonali biex jużaw it-trademark tan-“Netwerk Ewropew ta’ Referenza” (nru tar-reġistrazzjoni 012252128) għal inizjattivi relatati mal-attivitajiet tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/24/UE.
Artikolu 2
Il-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza approvati mill-Bord tal-ERN tal-Istati Membri huma awtorizzati li jissottoliċenzjaw lill-membri tan-Netwerks rispettivi tagħhom, id-dritt li jużaw it-trademark għal inizjattivi relatati mal-attivitajiet ta’ Netwerks tagħhom.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ netwerks bħal dawn (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 79).
|
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/8 |
KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI
Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72
(2017/C 60/07)
Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72
Perjodu ta' referenza: Jannar 2017
Perjodu ta' applikazzjoni: April, Mejju, Ġunju 2017
|
01-2017 |
EUR |
BGN |
CZK |
DKK |
HRK |
HUF |
PLN |
|
1 EUR = |
1 |
1,95580 |
27,0213 |
7,43547 |
7,52995 |
308,987 |
4,36710 |
|
1 BGN = |
0,511300 |
1 |
13,8160 |
3,80175 |
3,85006 |
157,985 |
2,23290 |
|
1 CZK = |
0,0370078 |
0,0723799 |
1 |
0,275170 |
0,278667 |
11,4349 |
0,161617 |
|
1 DKK = |
0,134491 |
0,263037 |
3,63411 |
1 |
1,01271 |
41,5558 |
0,587334 |
|
1 HRK = |
0,132803 |
0,259736 |
3,58851 |
0,987453 |
1 |
41,0344 |
0,579965 |
|
1 HUF = |
0,00323638 |
0,00632972 |
0,0874514 |
0,024064 |
0,0243698 |
1 |
0,0141336 |
|
1 PLN = |
0,228985 |
0,447848 |
6,18747 |
1,70261 |
1,72424 |
70,7532 |
1 |
|
1 RON = |
0,222133 |
0,434448 |
6,00232 |
1,65166 |
1,67265 |
68,6361 |
0,970078 |
|
1 SEK = |
0,105141 |
0,205635 |
2,84105 |
0,781774 |
0,791708 |
32,4872 |
0,459163 |
|
1 GBP = |
1,16143 |
2,27153 |
31,3835 |
8,63581 |
8,7455 |
358,868 |
5,07211 |
|
1 NOK = |
0,111124 |
0,217336 |
3,00272 |
0,826259 |
0,836758 |
34,3359 |
0,485290 |
|
1 ISK = |
0,00819852 |
0,0160347 |
0,221535 |
0,0609599 |
0,0617345 |
2,53324 |
0,035804 |
|
1 CHF = |
0,933402 |
1,82555 |
25,2217 |
6,94028 |
7,02847 |
288,409 |
4,07626 |
|
01-2017 |
RON |
SEK |
GBP |
NOK |
ISK |
CHF |
|
1 EUR = |
4,50181 |
9,51102 |
0,861004 |
8,99895 |
121,973 |
1,07135 |
|
1 BGN = |
2,30177 |
4,86298 |
0,440231 |
4,60116 |
62,3649 |
0,547781 |
|
1 CZK = |
0,166602 |
0,351982 |
0,031864 |
0,333032 |
4,51396 |
0,0396483 |
|
1 DKK = |
0,605451 |
1,27914 |
0,115797 |
1,21027 |
16,4042 |
0,144086 |
|
1 HRK = |
0,597854 |
1,26309 |
0,1143439 |
1,19509 |
16,1984 |
0,142279 |
|
1 HUF = |
0,0145696 |
0,0307813 |
0,00278654 |
0,0291241 |
0,394752 |
0,00346730 |
|
1 PLN = |
1,030845 |
2,17788 |
0,197157 |
2,06062 |
27,9300 |
0,245323 |
|
1 RON = |
1 |
2,11271 |
0,191257 |
1,99896 |
27,0943 |
0,237982 |
|
1 SEK = |
0,473326 |
1 |
0,0905270 |
0,94616 |
12,8244 |
0,112643 |
|
1 GBP = |
5,22856 |
11,0464 |
1 |
10,4517 |
141,664 |
1,24430 |
|
1 NOK = |
0,500259 |
1,056903 |
0,0956782 |
1 |
13,5542 |
0,119053 |
|
1 ISK = |
0,036908 |
0,077976 |
0,00705896 |
0,0737781 |
1 |
0,00878349 |
|
1 CHF = |
4,20200 |
8,87760 |
0,803663 |
8,39964 |
113,850 |
1 |
Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
|
referenza: Jannar-17 |
1 EUR fil-munita nazzjonali |
Unità 1 tal-munita nazzjonali f'EUR |
|
BGN |
1,95580 |
0,511300 |
|
CZK |
27,0213 |
0,0370078 |
|
DKK |
7,43547 |
0,134491 |
|
HRK |
7,52995 |
0,132803 |
|
HUF |
308,987 |
0,00323638 |
|
PLN |
4,36710 |
0,228985 |
|
RON |
4,50181 |
0,222133 |
|
SEK |
9,51102 |
0,105141 |
|
GBP |
0,861004 |
1,16143 |
|
NOK |
8,99895 |
0,111124 |
|
ISK |
121,973 |
0,00819852 |
|
CHF |
1,07135 |
0,933402 |
Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
|
1. |
Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
2. |
Il-perjodu ta' referenza jkun:
Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru. |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8270 — EDF/CDC/RTE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 60/08)
|
1. |
Fis-17 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-Caisse des dépôts et consignations (“CDC”, Franza), takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tar-Réseau de transport d'électricité (“RTE”, Franza), bħalissa taħt il-kontroll esklużiv ta’ Electricité de France (“EDF”, Franza), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tagħha dwar dan il-punt, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8270 — EDF/CDC/RTE, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8396 — Bain Capital Investors/Fintyre)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 60/09)
|
1. |
Fis-17 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bain Capital Investors, L.L.C. (“Bain Capital”, ir-Renju Unit) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża Fintyre S.p.A. kollha kemm hi (“Fintyre”, l-Italja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Bain Capital: ditta tal-investiment tal-ekwità privata, — għal Fintyre: il-provvista bl-ingrossa u bl-imnut ta’ tajers ta’ sostituzzjoni u servizzi anċillari fl-Italja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8396 — Bain Capital Investors/Fintyre, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.