ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 48

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
15 ta' Frar 2017

Avviż Nru

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 48/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2017/C 48/02

Adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mir-Repubblika tal-Finlandja ta’ pjan nazzjonali tranżitorju modifikat imsemmi fl-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

2

2017/C 48/03

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2

2017/C 48/04

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

3

2017/C 48/05

4

2017/C 48/06

5

2017/C 48/07

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

6

2017/C 48/08

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

7

2017/C 48/09

8

2017/C 48/10

9

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 48/11

Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

10

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 48/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8375 — H.I.G. Capital/Infinigate) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/1

Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Frar 2017

(2017/C 48/01)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0623

JPY

Yen Ġappuniż

120,43

DKK

Krona Daniża

7,4359

GBP

Lira Sterlina

0,85098

SEK

Krona Żvediża

9,4653

CHF

Frank Żvizzeru

1,0659

ISK

Krona Iżlandiża

NOK

Krona Norveġiża

8,8790

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

308,13

PLN

Zloty Pollakk

4,3012

RON

Leu Rumen

4,5051

TRY

Lira Turka

3,8780

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3813

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3842

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2422

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4780

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5044

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 207,63

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,9140

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2902

HRK

Kuna Kroata

7,4537

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 138,08

MYR

Ringgit Malażjan

4,7263

PHP

Peso Filippin

52,952

RUB

Rouble Russu

60,9409

THB

Baht Tajlandiż

37,154

BRL

Real Brażiljan

3,2881

MXN

Peso Messikan

21,4981

INR

Rupi Indjan

70,9755

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/2

Adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mir-Repubblika tal-Finlandja ta’ pjan nazzjonali tranżitorju modifikat imsemmi fl-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

(2017/C 48/02)

Fit-30 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3942 dwar in-notifika mir-Repubblika tal-Finlandja ta’ pjan nazzjonali tranżitorju modifikat imsemmi fl-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (1).

Dan id-dokument huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet li ġej: https://circabc.europa.eu/w/browse/36205e98-8e7a-47d7-808d-931bc5baf6ee

(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/2

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 48/03)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

F’paġna 106, in-nota ta’ spjega sottointestaturi NM ‘2309 10 11 sa 2309 10 90 Ikel għal klieb jew għal qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut’ tinbidel b’dan li ġej:

“Dawn is-sottointestaturi jinkludu oġġetti li jomogħduhom il-klieb, preżentati f’għamliet differenti (pereżempju għoqiedi, stikek, eċċ.) u jikkonsistu f’ġilda biż-żieda ta’ sustanzi oħra (bħal-lamtu, iz-zokkor jew il-laħam niexef). Madanakollu, prodotti magħmula minn 100 % ġilda li ma għaddew minn l-ebda tħejjija addizjonali għall-fini tal-għalf huma esklużi (intestatura 4205).”

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/3

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 48/04)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 649

It-8 ta’ Frar 2017

Trikloroetilene

Numru tal-KE: 201-167-4;

Numru tas-CAS: 79-01-6

Grupa Azoty S.A., ul. Kwiatkowskiego 8, 33-101 Tarnów, il-Polonja.

REACH/17/2/0

L-użu industrijali tat-trikloroetilene bħala proċess kimiku fil-purifikazzjoni tal-kaprolattam

Il-21 ta’ April 2028

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà ekonomika u teknika tagħha.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/4

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 48/05)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 651

It-8 ta’ Frar 2017

Trikloroetilen

Numru tal-KE 201-167-4

Numru tas-CAS 79-01-6

Chimcomplex S.A. Borzesti, 3 Industriilor Street, 601124, Onesti, Bacau, ir-Rumanija

REACH/16/9/0

L-użu industrijali tat-trikloroetilen bħala solvent tal-prodotti sgrassanti f’sistemi magħluqa

Il-21 ta’ Frar 2019

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma ferm iktar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli f’dan is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/5

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 48/06)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 658

It-8 ta’ Frar 2017

Trikloroetilen

Numru tal-KE 201-167-4

Numru tas-CAS 79-01-6

Richard Geiss GmbH, Lueßhof 100, 89362 Offingen, Bayern, il-Ġermanja

REACH/2017/1/0

L-użu tat-trikloroetilen fil-formulazzjoni

Il-21 ta’ April 2028

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma ferm iktar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha.

REACH/2017/1/1

L-użu tat-trikloroetilen fl-imballaġġ

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli f’dan is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/6

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 48/07)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2017) 660

It-8 ta’ Frar 2017

Trikloroetilene

Nru tal-KE 201-167-4

Nru tal-CAS 79-01-6

Spolana a.s., Ul. Práce 657, 277 11 Neratovice, Czech Republic

REACH/17/3/0

Użu bħala solvent ta’ estrazzjoni fil-produzzjoni tal-kaprolattam

fil-21 ta’ April 2020

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà ekonomika u teknika tagħha.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/7

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 48/08)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 661

It-8 ta’ Frar 2017

Dikromat tas-sodju

Numru tal-KE: 234-190-3,

Numru tas-CAS: 7789-12-0 10588-01-9

Boliden Mineral AB, Rönnskärsverken, 932 81, Skelleftehamn, l-Iżvezja

REACH/17/4/0

Id-dikromat tas-sodju jintuża għas-separazzjoni tar-ram/taċ-ċomb f’konċentraturi li jittrattaw il-minerali kumplessi tas-sulfur

Il-21 ta’ Settembru 2024

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma ferm iktar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà ekonomika tagħha.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli f’dan is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/8

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 48/09)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 663

It-8 ta’ Frar 2017

Triossidu tal-kromju

Numru tal-KE: 215-607-8,

Numru tas-CAS: 1333-82-0

Grohe AG, Industriepark Edelburg, 58675 Hemer, il-Ġermanja

REACH/17/5/0

Jintuża għall-elettroplejtjar ta’ tipi differenti ta’ sottostrati bl-għan li tinħoloq superfiċe b’durabbiltà kbira fit-tul b’dehra tgħajjat (tleqq) jew matta (l-elettroplejtjar funzjonali b’laqta dekorattiva)

Il-21 ta’ Settembru 2029

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma ferm iktar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha.

REACH/17/5/1

Jintuża għall-istadju ta’ qabel il-pretrattament (l-inċiżjoni) fil-proċess tal-elettroplejtjar

Il-21 ta’ Settembru 2027

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli f’dan is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/9

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 48/10)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 665

It-8 ta’ Frar 2017

Kromat tas-sodju

Numru tal-KE: 231-889-5,

Numru tas-CAS: 7775-11-3

Dometic GmbH,

In der Steinwiese 16, 57074 Siegen, il-Ġermanja

REACH/17/7/0

Il-kromat tas-sodju jintuża bħala aġent kontra l-korrożjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-azzar tal-karbonju fi friġġijiet tal-assorbiment sa 0,75 % skont il-piż (Cr(VI)+) fis-soluzzjoni tat-tkessiħ. Dan ikopri l-użu fi “prodotti tal-bojlers b’temperatura baxxa” (staneg żgħar).

Il-31 ta’ Diċembru 2019

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma ferm iktar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha.

Dometic Hűtőgépgyártó és Kereskedelmi Zrt., Necső telep 1, 5100 Jászberény, l-Ungerija

REACH/17/7/1

Dometic GmbH,

In der Steinwiese 16, 57074 Siegen, il-Ġermanja

REACH/17/7/2

Il-kromat tas-sodju jintuża bħala aġent kontra l-korrożjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-azzar tal-karbonju fi friġġijiet tal-assorbiment sa 0,75 % skont il-piż (Cr(VI)+) fis-soluzzjoni tat-tkessiħ. Dan ikopri l-użu f’“prodotti tal-bojlers b’temperatura għolja” (il-friġġijiet tal-vetturi rikreattivi u t-tagħmir kiesaħ mediku).

Il-21 ta’ Settembru 2029

Dometic Hűtőgépgyártó és Kereskedelmi Zrt., Necső telep 1, 5100 Jászberény, l-Ungerija

REACH/17/7/3

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli f’dan is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/10

Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2017/C 48/11)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Id-data ta’ skadenza (3)

Radjaturi tal-aluminju

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1039/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 1).

10.11.2017

(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8375 — H.I.G. Capital/Infinigate)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 48/12)

1.

Fis-7 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha H.I.G. Capital L.L.C. (“HIG Capital”) (l-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża Infinigate Holding AG kollha kemm hi (“Infinigate”) (l-Iżvizzera) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal H.I.G. Capital: assi u investiment ta’ ekwità privata;

—   għal Infinigate: il-kumpanija azzjonarja ta' Infinigate Group li hija attiva bħala distributur bl-ingrossa ta’ prodotti tas-sigurtà tal-IT inklużi firewalls, VPN gateways, sistemi ta' kxif u prevenzjoni ta’ intrużjonijiet, sistemi ta’ kriptaġġ, protezzjoni kontra l-virus, soluzzjonijiet tas-sigurtà tal-e-mails u tal-kontenut.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8375 — H.I.G. Capital/Infinigate, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.