ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 43

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
10 ta' Frar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 43/01

Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 43/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 43/03

Proċeduri ta’ stralċ — Deċiżjoni biex jinbdew proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Enterprise Insurance Company plc (Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 43/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7936 — Petrol/Geoplin) ( 1 )

4

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 43/05

Avviż lill-impriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2018 u lill-impriżi li fl-2018 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi

5


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 43/1


Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 43/01)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fil-11 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta bejn General Electric Company u LM Wind Power Holding A/S. Fit-2 ta’ Frar 2017, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 43/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Frar 2017

(2017/C 43/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0692

JPY

Yen Ġappuniż

120,04

DKK

Krona Daniża

7,4347

GBP

Lira Sterlina

0,85090

SEK

Krona Żvediża

9,4835

CHF

Frank Żvizzeru

1,0672

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8860

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

308,75

PLN

Zloty Pollakk

4,3096

RON

Leu Rumen

4,4945

TRY

Lira Turka

3,9486

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3965

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4016

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2952

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4803

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5125

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 223,18

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,3380

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3413

HRK

Kuna Kroata

7,4695

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 172,25

MYR

Ringgit Malażjan

4,7462

PHP

Peso Filippin

53,369

RUB

Rouble Russu

62,8730

THB

Baht Tajlandiż

37,433

BRL

Real Brażiljan

3,3329

MXN

Peso Messikan

21,8579

INR

Rupi Indjan

71,3600


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

10.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 43/3


Proċeduri ta’ stralċ

Deċiżjoni biex jinbdew proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Enterprise Insurance Company plc

(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2017/C 43/03)

Impriża tal-assigurazzjoni

Enterprise Insurance Company plc

Indirizz tal-uffiċċju reġistrat:

6 A Queensway

GIBRALTAR

Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni

Fis-26 ta’ Ottubru 2016, il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà ordnat li s-Sur Frederick David John White ta’ Grant Thornton (Gibraltar) Limited jinħatar bħala Likwidatur ta’ Enterprise Insurance Company plc.

Dħul fis-seħħ: 26 ta’ Ottubru 2016

Awtoritajiet kompetenti

Il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà

Chancery Jurisdiction

277 Main Street

GIBRALTAR

Awtorità superviżorja

Financial Services Commission

Suite 3, Ground Floor

Atlantic Suites

Europort Avenue

PO Box 940

GIBRALTAR

Likwidatur maħtur

Is-Sur Frederick David John White

Grant Thornton (Gibraltar) Limited

6 A Queensway

GIBRALTAR

Tel +350 20050150

Liġi applikabbli

Il-Liġi ta’ Ġibiltà

L-Att ta’ Insolvenza 2011

Ir-Regoli ta’ Insolvenza 2014


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 43/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7936 — Petrol/Geoplin)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 43/04)

1.

Fit-3 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Petrol d.d., Ljubljana (“Petrol”, is-Slovenja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Geoplin d.o.o. Ljubljana (“Geoplin”, is-Slovenja) permezz ta’ akkwist ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Petrol hija attiva fis-settur tal-enerġija. In-negozju tal-kumpanija huwa l-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa ta’ prodotti petrolifiċi, il-bejgħ ta’ prodotti kummerċjali u tal-gass naturali. Hija tipprovdi kemm elettriċità u kemm gass naturali lill-konsumaturi finali;

Geoplin hija attiva fis-settur tal-enerġija b’enfasi fuq il-gass naturali. Il-kumpanija twettaq l-attivitajiet relatati mal-provvista, il-kummerċ u servizzi relatati fis-suq tal-gass naturali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jinbagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.7936 — Petrol/Geoplin, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

10.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 43/5


Avviż lill-impriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2018 u lill-impriżi li fl-2018 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi

(2017/C 43/05)

1.

Dan l-Avviż huwa indirizzat lill-impriżi li huma kkonċernati mir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) (ir-Regolament) u li fl-2018 biħsiebhom:

(a)

jimportaw jew jesportaw lejn jew mill-Unjoni Ewropea s-sustanzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament, jew

(b)

jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi.

2.

Huma kkonċernati l-gruppi ta’ sustanzi li ġejjin:

Grupp I

:

CFC 11, 12, 113, 114 jew 115

Grupp II

:

CFCs oħrajn kompletament aloġenati

Grupp III

:

alon 1211, 1301 jew 2402

Grupp IV

:

tetraklorur tal-karbonju

Grupp V

:

1,1,1 trikloroetan

Grupp VI

:

bromur tal-metil

Grupp VII

:

idrobromofluworokarburi

Grupp VIII

:

idroklorofluworokarburi

Grupp IX

:

bromoklorometan

3.

Kull importazzjoni jew esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati (2) teħtieġ liċenzja maħruġa mill-Kummissjoni, għajr f’każijiet ta’ proċedura ta’ tranżitu, ta’ ħażna temporanja, ta’ ħażna doganali jew ta’ proċedura ta’ żona libera kif imsemmi fir- Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (3), li ma ddumx iktar minn 45 jum. Kull produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.

4.

Barra minn hekk, l-attivitajiet li ġejjin huma soġġetti għal limiti kwantitattivi:

(a)

Il-produzzjoni u l-importazzjoni għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi,

(b)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi kritiċi (aloni),

(c)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għall-użu bħala materja prima,

(d)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi bħala aġenti tal-ipproċessar.

Il-Kummissjoni talloka kwoti għal a), b), c) u d). Il-kwoti huma stabbiliti fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet tal-kwoti u:

skont l-Artikolu 10(6) tar-Regolament u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (4) għall-każ (a) ta’ hawn fuq

skont l-Artikolu 16 tar-Regolament għall-każijiet (b), (c) u (d) ta’ hawn fuq.

Għall-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 4

5.

Kull impriża li fl-2018 tixtieq timporta jew tipproduċi sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi, jew li tixtieq timporta sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għall-użu bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-ipproċessar għandha ssegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 6 sa 9.

6.

L-impriża, li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS (https://webgate.ec.europa.eu/ods2) għandha tagħmel dan qabel l-10 ta’ Mejju 2017.

7.

L-impriża għandha tlesti u tippreżenta l-formola ta’ applikazzjoni għall-kwota li hija disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Il-formola ta’ applikazzjoni għall-kwota se tkun disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS mill-10 ta’ Mejju 2017.

8.

Il-formoli ta’ applikazzjoni għall-kwota mimlija kif suppost u mingħajr żbalji li jaslu sad-9 ta’ Ġunju 2017 biss jitqiesu validi mill-Kummissjoni.

L-impriżi huma mħeġġa jissottomettu l-formoli tagħhom ta’ applikazzjoni għall-kwota kemm jista’ jkun malajr u jħallu biżżejjed żmien qabel id-data tal-iskadenza sabiex ikunu jistgħu jsiru l-korrezzjonijiet u s-sottomissjonijiet mill-ġdid li jista’ jkun hemm bżonn qabel id-data tal-iskadenza.

9.

Is-sottomissjoni ta’ formola ta’ applikazzjoni għall-kwota weħidha ma tagħti l-ebda dritt ta’ importazzjoni jew ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi, jew ta’ importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għall-użu bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-ipproċessar. Qabel ma sseħħ importazzjoni jew produzzjoni ta’ dan it-tip fl-2018, l-impriżi għandhom japplikaw għal-liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja, li hija disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Għall-importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 u għall-esportazzjoni

10.

Kull impriża li fl-2018 tkun tixtieq tesporta s-sustanzi kkontrollati jew timporta s-sustanzi kkontrollati għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 għandha ssegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 11 u 12.

11.

L-impriża, li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS, għandha tagħmel dan mill-iktar fis possibbli.

12.

Qabel ma ssir importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jew qabel ma sseħħ esportazzjoni fl-2018, l-impriżi għandhom japplikaw għal-liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  Għandu jiġi nnotat li huma permessi biss l-importazzjoni jew l-esportazzjoni eżentati mill-projbizzjoni ġenerali dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni skont l-Artikoli 15 u 17.

(3)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4.