|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 42/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8344 — Sumitomo Corporation/Fyffes plc) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 42/02 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
2017/C 42/03 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux objezzjonijiet |
|
|
2017/C 42/04 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet |
|
|
2017/C 42/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 42/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8349 — KKR/The GfK Verein/GfK) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 42/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8223 — Micro Focus/HPE Software Business) ( 1 ) |
|
|
2017/C 42/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8305 — Rockwell Collins/B/E Aerospace) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 42/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8368 — KKCG/Foxconn Technology/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8344 — Sumitomo Corporation/Fyffes plc)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 42/01)
Fit-3 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8344. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Frar 2017
(2017/C 42/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0665 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
119,39 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4342 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85315 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4523 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0637 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,8835 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,021 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,32 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3118 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4890 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9709 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3960 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4020 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2745 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4600 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5112 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 220,64 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,3162 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3295 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4573 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 211,11 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7342 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,233 |
|
RUB |
Rouble Russu |
63,1825 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,359 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3330 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,9102 |
|
INR |
Rupi Indjan |
71,6095 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/3 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux objezzjonijiet
(2017/C 42/03)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna tal-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
il-11 ta’ Novembru 2016 |
||||
|
Każ Nru |
: |
79784 |
||||
|
Deċiżjoni Nru |
: |
201/16/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
: |
In-Norveġja |
||||
|
Titolu |
: |
Tiġdid b’sitt xhur tas-sistema fiskali speċjali għat-trasport bil-baħar |
||||
|
Bażi ġuridika |
: |
Ir-riżoluzzjoni Parlamentari dwar id-dħul u t-taxxi fuq il-ġid nett, l-Att tat-Taxxa (LOV-1999-03-26-14) taqsimiet 8-10 sa 8-20, u r-Regolament għall-Att dwar it-Taxxa (FOR-1999-11-19-1158) taqsimiet 8-11, 8-13, 8-15, 8-16 u 8-20. |
||||
|
Tip ta’ miżura |
: |
Skema |
||||
|
Objettiv |
: |
It-trasport marittimu |
||||
|
Forma ta’ għajnuna |
: |
Taxxa favorevoli |
||||
|
Baġit |
: |
NOK 100 miljun |
||||
|
Tul ta’ żmien |
: |
1.1.2017 – 30.6.2017 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
: |
It-trasport marittimu |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna |
: |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
|
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/4 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2017/C 42/04)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna tal-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
il-21 ta’ Novembru 2016 |
|
Każ Nru |
: |
79767 |
|
Deċiżjoni Nru |
: |
208/16/COL |
|
Stat tal-EFTA |
: |
In-Norveġja |
|
Titolu |
: |
Skema ta’ għajnuna għal trasport marittimu fuq distanzi qosra |
|
Bażi ġuridika |
: |
Il-Parlament Norveġiż jiddeċiedi fuq l-ambitu tal-iskema ta’ għajnuna fid-deċiżjonijiet annwali tiegħu dwar il-baġit tal-istat. |
|
Tip ta’ miżura |
: |
Skema |
|
Objettiv |
: |
Protezzjoni ambjentali |
|
Forma ta’ għajnuna |
: |
Għotjiet diretti |
|
Baġit |
: |
NOK 60 miljun fis-sena |
|
Intensità |
: |
Sa 30 % tal-ispejjeż operazzjonali |
|
Durata |
: |
Mill-ewwel tliet xhur tal-2017 sal-ewwel tliet xhur tal-2022 (5 snin) |
|
Setturi ekonomiċi |
: |
Trasport |
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
: |
Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet/L-Amministrazzjoni tal-Kosta Norveġiża |
|
Informazzjoni oħra |
: |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
|
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/5 |
Avviż ta’ ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment rigward l-assijiet ta’ Gable Insurance AG, Numru ta’ reġistrazzjoni FL-0002.161.375-6
(2017/C 42/05)
Fuq talba ta’ PricewaterhouseCoopers AG Zürich, ir-Rappreżentant Speċjali ta’ Gable Insurance AG, Vaduz, infetħu proċedimenti ta’ falliment rigward l-assijiet ta’
|
Gable Insurance AG |
|
Bergstrasse 10 |
|
9490 Vaduz |
|
LIECHTENSTEIN |
|
FL-0002.161.375-6 |
permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat (Fürstliche Landgericht) tas-17 ta’ Novembru 2016.
Il-qorti bil-ġurisdizzjoni f’dawn il-proċedimenti ta’ falliment hija l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat (Fürstliche Landgericht, Abteilung 05, Spaniagasse 1, 9490 Vaduz/Liechtenstein). In-numru ta’ referenza għal dawn il-proċedimenti ta’ falliment huwa 05 K0.2016.672.
L-amministratur tal-falliment skont l-Artikolu 4 KO (Konkursordnung, il-Kodiċi tal-Insolvenza) huwa Batliner Wanger Batliner Rechtsanwälte AG, Am Schrägen Weg 2, 9490 Vaduz. Il-komunikazzjonijiet kollha mal-amministratur tal-falliment iridu jkunu permezz tal-indirizz elettroniku gable@bwb.li
Kull persuna, li d-drittijiet tagħha ġew affettwati mill-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, tista’ tikkontesta dawn il-proċedimenti, iżda l-appell kontra d-deċiżjoni għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ fallimenti ma għandu jkollu ebda effett sospensiv (Artikolu 10 KO (Konkursordnung, il-Kodiċi tal-Insolvenza)). Id-dritt applikabbli huwa dak tal-Liechtenstein.
ANNESS
AVVIŻ TA’ FTUĦ TA’ PROĊEDIMENTI TA’ FALLIMENT
Fuq talba ta’ PricewaterhouseCoopers AG, Zürich, ir-Rappreżentant Speċjali ta’ Gable Insurance AG, Vaduz, infetħu proċedimenti ta’ falliment rigward l-assi ta’
|
Gable Insurance AG |
|
Bergstrasse 10 |
|
9490 Vaduz |
|
LIECHTENSTEIN |
|
FL-0002.161.375-6 |
permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat (Fürstliche Landgericht) tas-17 ta’ Novembru 2016.
|
1) |
L-effetti legali tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jibdew jgħoddu mid-19 ta’ Novembru 2016, jiġifieri jum wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Prinċipat tal-Liechtenstein (fit-18 ta’ Novembru 2016), fl-Istati kontraenti kollha taż-ŻEE u fl-Iżvizzera. Il-proċedimenti ta’ falliment jestendu għall-assi kollha miżmuma fl-Istati kontraenti tal-EEA u fl-Iżvizzera ta’ Gable Insurance AG, Vaduz, Numru ta’ Reġistrazzjoni FL-0002.161.375-6. |
|
2) |
Batliner Wanger Batliner Rechtsanwälte AG, Am Schrägen Weg 2, 9490 Vaduz, huwa maħtur bħala l-amministratur tal-falliment. Il-komunikazzjoni kollha mal-amministratur tal-falliment għandha ssir permezz tal-indirizz tal-email gable@bwb.li li nħoloq. |
|
3) |
Il-kredituri kollha ta’ Gable Insurance AG qed jintalbu jirreġistraw it-talbiet tagħhom waqt li jikkwotaw il-bażi ġuridika u l-kategorija (il-kategoriji tad-dejn 1–4) ta’ kull talba, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2017 mal-amministratur tal-falliment, inkluż l-ammont eżatt ta’ kull talba u kull interess applikabbli, kif ukoll jipprovdu l-provi biex jistabbilixxu t-talbiet tagħhom. Il-kredituri li jirreġistraw it-talbiet tagħhom aktar tard minn din id-data għandhom iġarrbu kull spiża żejda li tokkorri u ma għandhom ikunu jistgħu jikkontestaw ebda talba li tkun diġà ġiet stabbilita. |
|
4) |
Is-smigħ tal-eżami ġenerali huwa skedat għall-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017, fid-9.00 am, fl-awla tal-qorti 6, fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat (Spaniagasse 1, 9490 Vaduz). Il-kredituri kollha huma mitluba jġibu magħhom għal din is-seduta l-provi li jistabbilixxu t-talbiet tagħhom jekk dawn il-provi għadhom ma ġewx inklużi fir-reġistrazzjoni tat-talbiet tagħhom. |
|
5) |
Il-kredituri kollha li ma għandhomx indirizz Liechtenstein huma mitluba jipprovdu lill-qorti, fi żmien tmien gimgħat, bl-isem ta’ rappreżentat għad-dokumenti notifikati (jiġifieri kull persuna fiżika jew ġuridika, jew sħubija, b’indirizz fil-Liechtenstein li għandha s-setgħa li tirċieviu d-dokumenti f’isimha). Jenħtieġ li jiġi nnotat li jekk rappreżentant ma jiġix imsemmi fiż-żmien preskritt, kull dokument għas-servizz ma jiġix notifikat, minflok jiġi trażmess lill-qorti (Artkoli 9, 12 u 25 ZustG (Zustellgesetz, Att dwar in-Notifiki Ġudizzjarji)). |
|
6) |
Kull avviż ulterjuri rigward il-proċedimenti ta’ falliment għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat (www.gerichte.li). Il-qorti tordna l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-proċedimenti ta’ falliment fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tipprovdi lis-Segretarjat tal-EFTA fi Brussell bl-informazzjoni kollha meħtieġa. |
|
7) |
L-Awtorità tas-Suq Finanzjarju ta’ Liechtenstein għandha tiġi informata dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment u l-effetti tiegħu skont l-Artikolu 154 VersAG (Versicherungsaufsichtsgesetz, l-Att dwar is-Superviżjoni tal-Assigurazzjoni) mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat u għandha tintalab tinforma immedjatament lill-korpi superviżorji tal-Istati kontraenti l-oħra taż-ŻEE dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment u l-effetti tiegħu. |
|
8) |
Il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment għandu jiġi rreġistrat fid-dokumenti katastali tad-debituri, kif ukoll fir-reġistru pubbliku tal-Liechtenstein, ir-reġistru ta’ sekwestru u fir-reġistri kollha tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, sabiex id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment tkun pubblika. L-ordnijiet rigward l-ittri, il-kontijiet ta’ depożitu, l-assijiet ta’ flus kontanti, eċċ. tad-debitur jistgħu jiġu infurzati biss bil-kunsens tal-amministratur tal-falliment. |
|
9) |
Id-dritt applikabbli huwa d-dritt ta’ Liechtenstein. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat
Vaduz, 17.11.2016
Mag. iur. Martina SCHÖPF-HERBERSTEIN
Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8349 — KKR/The GfK Verein/GfK)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 42/06)
|
1. |
Fit-2 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u GfK-Nürnberg Gesellschaft für Konsum-, Markt-und Absatzforschung e.V (“The GfK Verein”, il-Ġermanja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ta' GfK SE kollha kemm hi (“GfK”, il-Ġermanja) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fil-21 ta' Diċembru 2016. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8349 — KKR/The GfK Verein/GfK, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8223 — Micro Focus/HPE Software Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 42/07)
|
1. |
Fl-1 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Micro Focus tar-Renju Unit takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju tas-software ta' Hewlett Packard Enterprise Company (“HPE”, l-Istati Uniti tal-Amerka). It-tranżazzjoni proposta ultimament se tiġi effettwata permezz tal-amalgamazzjoni ta' sussidjarja ta’ Micro Focus ma’ u f'sussidjarja li għadha kif ġiet kostitwita ta' HPE, li se żżomm in-negozju tas-software ta’ HPE. Barra minn hekk, Micro Focus (permezz tas-sussidjarja tagħha SUSE LLC “SUSE”) u HPE daħlu fi ftehim skont liema, HPE se tittrasferixxi lil Mikro Focus ċerti assi relatati ma’ “Helion OpenStack” u “l-prodotti Stackato” ta' HPE. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Micro Focus: soluzzjonijiet ta' żvilupp u mainframe ta' COBOL (lingwa ta’ programmar), soluzzjonijiet għall-aċċess tal-identità u s-sigurtà, għodda ta' ġestjoni ta' żvilupp u operazzjonijiet tal-IT, soluzzjonijiet ta’ konnettività ospitanti, soluzzjonijiet ta’ kollaborazzjoni u networking u SUSE, sistema operattiva ta’ sors miftuħ. — għan-negozju ta’ software ta' HPE: l-iżvilupp ta’ prodotti ta' software ta’ intrapriża, inklużi software għal ġestjoni ta’ software kummerċjali, ġestjoni ta' applikazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, ittestjar tal-applikazzjoni mobbli, l-analitika tal-big data, ġestjoni servizzi u ta’ portafolli, awtomazzjoni u orkestrazzjoni, u sigurtà tal-intrapriżi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8223 — Micro Focus/HPE Software Business, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8305 — Rockwell Collins/B/E Aerospace)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 42/08)
|
1. |
Fit-2 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Rockwell Collins (l-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża B/E Aerospace kollha kemm hi (l-Istati Uniti tal-Amerka) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir- referenza M.8305 — Rockwell Collins/B/E Aerospace, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8368 — KKCG/Foxconn Technology/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 42/09)
|
1. |
Fl-31 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi KKCG Group (l-Isvizzera), finalment ikkontrollat minn Valea Foundation (il-Liechtenstein), u Foxconn Teknoloġija CZ s.r.o. (ir-Repubblika Ċeka, Foxconn Technology), ultimament ikkontrollata minn Hon Hai Precision Industry Co., Ltd (it-Tajwan, Hon Hai), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ The NewCo (ir-Repubblika Ċeka) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture (JV). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — KKCG Group: investimenti strateġiċi f’diversi oqsma, b’mod partikolari fiż-żejt u l-gass, il-logħob u d-divertiment, it-turiżmu u l-industrija tal-makkinarju l-aktar fl-Ewropa. — Foxconn Technology: parti minn Hon Hai, attiva fid-dinja kollha fid-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, l-assemblaġġ u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-kumpaniji tal-kompjuter, il-komunikazzjonijiet u l-elettronika għall-konsumatur. — The NewCo: investiment ta’ ekwità privata f’kumpaniji tat-teknoloġija primarjament fiż-ŻEE. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8368 — KKCG/Foxconn Technology/JV fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.