ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 41

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
8 ta' Frar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 41/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8339 — Macquarie/Prédica/Pisto) ( 1 )

1

2017/C 41/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8321 — Centerbridge/Alpha Bank/Kaican) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 41/03

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 41/04

Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Connecting Europe Facility/CEF) — Is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020: Is-sejħa kombinata Blending(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)164 tal-20 ta’ Jannar 2017)

3

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 41/05

Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri antidumping

4

2017/C 41/06

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 41/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8318 — Samsung Electronics/Harman International Industries) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

16

2017/C 41/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8380 — CPPIB/Apax/GL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 41/09

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

18

2017/C 41/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

22


 

Rettifika

2017/C 41/11

Rettifika għal-lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 (il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa) ( ĠU C 484, 24.12.2016 )

26


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8339 — Macquarie/Prédica/Pisto)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 41/01)

Fl-24 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8339. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8321 — Centerbridge/Alpha Bank/Kaican)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 41/02)

Fis-27 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8321. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Frar 2017

(2017/C 41/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0675

JPY

Yen Ġappuniż

119,94

DKK

Krona Daniża

7,4353

GBP

Lira Sterlina

0,86330

SEK

Krona Żvediża

9,4810

CHF

Frank Żvizzeru

1,0658

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8838

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

309,71

PLN

Zloty Pollakk

4,3035

RON

Leu Rumen

4,4899

TRY

Lira Turka

3,9785

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4014

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4072

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2823

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4631

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5142

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 224,51

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,3443

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3487

HRK

Kuna Kroata

7,4480

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 228,17

MYR

Ringgit Malażjan

4,7354

PHP

Peso Filippin

53,108

RUB

Rouble Russu

63,4442

THB

Baht Tajlandiż

37,416

BRL

Real Brażiljan

3,3378

MXN

Peso Messikan

22,0334

INR

Rupi Indjan

71,9730


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/3


Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Connecting Europe Facility/CEF) — Is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020: Is-sejħa kombinata “Blending”

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)164 tal-20 ta’ Jannar 2017)

(2017/C 41/04)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi sejħa għal proposti (CEF-Transport-Blending-2017 (Il-pakkett ġenerali) biex jingħataw għotjiet skont il-prijoritajiet u l-objettivi ddefiniti fil-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-CEF) — Is-settur tat-trasport:

Is-sejħa tikkonċerna proposti għal proġetti ta’ interess komuni li jgħaqqdu l-għotjiet tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa mal-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, jew mill-Bank tal-Investiment Ewropew, jew mill-Banek Promozzjonali Nazzjonali, jew investituri mis-settur privat, sabiex jiġi mmassimizzat l-ingranaġġ tal-involviment u l-kapital tas-settur privat fit-twettiq ta’ proġetti, filwaqt li jitħares il-prinċipju tal-għotja mhux kumulattiva. Il-baġit indikattiv tas-sejħa huwa ta’ EUR 1 biljun.

Hemm żewġ skadenzi għall-preżentazzjoni tal-proposti: l-14 ta’ Lulju 2017 (17:00:00 ħin ta’ Brussell), u t-30 ta’ Novembru 2017 (17:00:00 ħin ta’ Brussell).

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-transport/apply-funding/2017-cef-transport-calls-proposals


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/4


Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri antidumping

(2017/C 41/05)

B’referenza għall-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1), li warajh ma ġiet imressqa l-ebda talba għal rieżami sostanzjata kif dovut, il-Kummissjoni tavża li l-miżura antidumping imsemmija hawn taħt se tiskadi.

Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2).

Il-Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Id-data ta’ skadenza (3)

Ħbula tal-azzar u kejbils

L-Ukrajna

Il-Moldova

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukrajna kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1).

10.2.2017


(1)  ĠU C 180, 19.5.2016, p. 2.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/5


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2017/C 41/06)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba saret fis-7 ta’ Novembru 2016 mill-Kumitat ta’ Kuntatt tal-U.E. Wire Rope Industries (EWRIS) (‘l-applikant’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal- produzzjoni totali tal-Unjoni tal-ħbula u kejbils tal-azzar.

2.   Il-prodott li qed jiġi rieżaminat

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ħbula u kejbils tal-azzar inklużi l-ħbula kolja, esklużi l-ħbula u kejbils magħmula minn azzar li ma jsaddadx, b’dimensjoni trasversali massima ta’ aktar minn 3 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 and ex 7312 10 98 (TARIC codes 7312108112, 7312108113, 7312108119, 7312108312, 7312108313, 7312108319, 7312108512, 7312108513, 7312108519, 7312108912, 7312108913, 7312108919, 7312109812, 7312109813 u 7312109819).

3.   Il-miżuri eżistenti

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv ta’ kontra d-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 (3); kif ġie emendat l-aħħar permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/90 (4), u estiż għall-importazzjonijiet mibgħutin mill-Marokk, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Marokk u sew jekk le, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1886/2004 (5) u estiż għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u kemm jekk le, permezz tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 (6).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal biex ikun hemm kontinwazzjoni ta’ dumping kif ukoll rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà li d-dumping jitkompla

Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) titqies bħala pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq, l-applikant stabbilixxa valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina abbażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri t-Turkija. L-allegazzjoni li x’aktarx jibqa’ jsir id-dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà li d-dannu jokkorri mill-ġdid

L-applikant jallega li probabbilment id-dannu jokkorri mill-ġdid. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata ta’ faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Finalment, l-applikant jallega li t-tneħħija tad-dannu seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kull rikorrenza ta’ importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

5.1.    Il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (‘il-perjodu kkunsidrat’).

5.2.    Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping

Il-produtturi esportaturi (7) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Il-proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat

Kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, sabiex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu raġonevolment jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).

5.2.2.   Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

Għażla ta’ pajjiż terz b’ekonomija tas-suq

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-taqsima li titratta l-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat mingħajr ekonomija tas-suq, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat il-valur normali se jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq.

Fl-investigazzjoni ta’ qabel, it-Turkija ntużat bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tal-pajjiż ikkonċernat. Għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tipprevedi li terġa’ tuża t-Turkija. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, produtturi oħrajn tal-Unjoni b’ekonomija tas-suq jistgħu jkunu lokalizzati inter alia fit-Tajlandja, il-Vjetnam u l-Malasja. Il-Kummissjoni, bl-għan li fl-aħħar nett tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li dwarhom hemm indikazzjonijiet li teżisti l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar l-għażla tal-pajjiż analogu fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.2.3.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (8)  (9)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet/wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika dwar l-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistednin jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   L-investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.7 iktar ‘l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufin se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika dwar l-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.4.    Il-Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fl-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.5.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.6.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.7.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (10).

Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma rikjesti li jagħtu sommarju mhux kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizzi tal-posta elettronika

:

TRADE-R655-SRC-DUMPING@ec.europa.eu

TRADE-R655-SRC-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Jekk ma tintbagħatx tweġiba bil-kompjuter, dan ma għandux jitqies bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitluba kienet tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew fi spejjeż żejda mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandhom jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll il-possibbiltà li jsir smigħ li jinvolvi lill-partijiet bil-għan li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu, u l-interess tal-Unjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Il-possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami fil-kuntest tal-iskadenza qed jitnieda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Id-dejta personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (11).


(1)  ĠU C 180, 19.5.2016, p. 2.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/90 tas-26 ta’ Jannar 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, inter alia, fl-Ukrajna wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 19, 27.1.2016, p. 22).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1886/2004 tal-25 ta’ Ottubru 2004 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar konsenjati mill-Marokk, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Marokk kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn esportatur wieħed mill-Marokk (ĠU L 328, 30.10.2004, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 1).

(7)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott rieżaminat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott rieżaminat.

(8)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produttur esportatur. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza, direttament jew indirettament; (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(9)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(10)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(11)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8318 — Samsung Electronics/Harman International Industries)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 41/07)

1.

Fil-31 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Samsung Electronics Co., Ltd (“Samsung”, il-Korea t’Isfel) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll permezz tax-xiri tal-assi ta’ Harman International Industries, Incorporated kollha kemm hi (“Harman”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Samsung hija kumpanija dinjija tal-elettronika li tħaddem tliet diviżjonijiet tan-negozju (i) apparat elettroniku għall-konsumatur, (ii) tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet mobbli u (iii) soluzzjonijiet għall-apparati;

Harman tiddisinja u tibni prodotti u soluzzjonijiet konnessi għal manifatturi tal-vetturi, għall-konsumaturi u l-intrapriżi madwar id-dinja bin-negozju tagħha maqsum f’erba’ diviżjonijiet (i) konnessi tal-karozzi, (ii) awdjo ta’ stil ta’ ħajja professjonali, (iii) soluzzjonijiet professjonali u (iv) servizzi konnessi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8318 — Samsung Electronics/Harman International Industries, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8380 — CPPIB/Apax/GL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 41/08)

1.

Fl-1 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Kanada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada) jakkwista l-kontroll konġunt permezz ta’ xiri ta’ ishma ta’ GlobalLogic Holdings Limited (“GlobalLogic”, Jersey), li bħalissa kkontrollata unikament minn Apax Partners LLP (“Apax”, ir-Renju Unit), fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CPPIB: ġestjoni professjonali tal-investimenti li tinvesti l-assi tal-Kanada Pension Plan;

—   għal Apax: servizzi konsultattivi ta’ investiment lil fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’firxa ta’ setturi industrijali;

—   għal GlobalLogic: servizzi ta’ żvilupp ta’ software u servizzi relatati ta’ konsulenza għal varjetà ta’ setturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8380 — CPPIB/Apax/GL, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/18


Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 41/09)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

“KRANJSKA KLOBASA”

Nru tal-UE: PGI-SI-0764-AM01 — 6.7.2016

DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

GIZ Kranjska klobasa — grupp b’interess ekonomiku “Kranjska klobasa”

Indirizz:

Dimičeva ulica 9

1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 15659240

Email:

giz.mi@siol.net

L-applikant huwa GIZ Kranjska klobasa (il-grupp b’interess ekonomiku “Kranjska klobasa”), konsorzju ta’ produttuti ta’ “Kranjska klobasa” li applika għar-reġistrazzjoni ta’ “Kranjska klobasa” u għaldaqstant għandu interess leġittimu li jippreżenta talba għall-emenda.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Is-Slovenja

3.   Intestaturi fl-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Marki

Oħrajn [iridu jiġu speċifikati]

4.   Tip/i ta’ emenda/i

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata li għandha tiġi kkwalifikata bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata li għandha tiġi kkwalifikata bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata li għandha tiġi kkwalifikata bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma ġiex ippubblikat dokument uniku (jew ekwivalenti) għaliha.

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ TSG irreġistrata li trid titqies bħala emenda minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emendi

Skont it-tieni punt tal-kapitolu 3.6 Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar, “Kranjska klobasa” għandu jkollu l-logo ta’ “Kranjska klobasa”, il-logo tal-produttur u s-simbolu korrispondenti ta’ kwalità nazzjonali u tal-UE. Dan il-punt jgħid ukoll li ċ-ċertifikat għall-produzzjoni “Kranjska klobasa” irid iwaħħal il-logo ta’ “Kranjska klobasa” fuq il-prodotti, irrispettivament jekk humiex membri jew le ta’ GIZ Kranjska klobasa.

Aħna nipproponu li jitħassru r-rekwiżiti li fuq il-prodott jitwaħħlu s-simbolu ta’ kwalità nazzjonali u l-logo “Kranjska klobasa”, li japplikaw għall-produtturi kollha ta’ “Kranjska klobasa”, irrispettivament mis-sħubija tagħhom f’GIZ Kranjska klobasa.

It-tħassir tar-rekwiżiti li fuq il-prodott jitwaħħal is-simbolu ta’ kwalità nazzjonali ġie propost minħabba li anke fil-leġiżlazzjoni nazzjonali m’hemmx obbligu bħal dan stabbilit. L-unika simbolu li għandu jintuża mill-produtturi fuq it-tikkettar ta’ “Kranjska klobasa” huwa dak tal-Unjoni; is-simbolu ta’ kwalità nazzjonali mhuwiex obbligatorju.

Il-logo ta’ “Kranjska klobasa” jirreferi għal-logo li għandu is-slogan “Kranjska klobasa — zašpiljeno dobra od 1896”, fejn is-sjieda hija ta’ GIZ Kranjska klobasa. Is-sħubija f’GIZ Kranjska klobasa mhijiex obbligatorja; għaldaqstant, dawk li mhumiex membri m’għandhomx ikunu meħtieġa jużaw il-logo tagħha. Il-produtturi li mhumiex membri ta’ GIZ Kranjska klobasa jridu jużaw l-isem protett, il-logo tagħhom stess u s-simbolu tal-Unjoni meta jittikettaw il-“Kranjska klobasa” tagħhom. Jekk jixtiequ jużaw il-logo ta’ GIZ imsemmi hawn fuq ukoll, dawn jistgħu jiksbuh minn GIZ Kranjska klobasa.

6.   Speċifikazzjoni aġġornata tal-prodott (għad-DOP u għall-IĠP biss)

DOKUMENT UNIKU

“KRANJSKA KLOBASA”

Nru tal-UE: PGI-SI-0764-AM01 — 6.7.2016

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem/ismijiet

“Kranjska klobasa”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2 Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ).

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Kranjska klobasa” huwa tip ta’ zalzett seminiexef pasturizzat prodott mil-laħam tal-majjal tal-kategoriji I u II ikkapuljat f’biċċiet kbar (l-għonq, l-ispalla, il-koxxa), u mix-xaħam tal-majjal (tad-dahar). Il-laħam taz-zalzett “Kranjska klobasa” jiġi mmellaħ b’melħ tan-nitrit, imħawwar bit-tewm u l-bżar u mimli f’rita ta’ msaren tal-majjal li t-truf tagħha jingħalqu permezz ta’ seffud biex jinħoloq par zalzett. Iz-zalzett jiġi affukimat fis-sħana u ppasturizzat.

Wara li jissaħħan malajr f’ilma jagħli, iz-zalzett jittiekel sħun għaliex huwa b’hekk li jikseb il-karatteristiċi organolettiċi u l-valur gastronomiku għoli tiegħu. Minn barra z-zalzett huwa ta’ lewn aħmar kannella u jerħi riħa pjaċevoli ta’ duħħan, il-laħam imqatta’ huwa ta’ lewn aħmar fir-roża, b’xaħam mhux maħlul abjad li jagħti f’lewn il-krema, il-konsistenza tiegħu hija soda, tqarmeċ u mmerqa, u l-aroma tiegħu hija intensa u tipika ta’ laħam tal-majjal affumikat, immellaħ u mħawwar.

L-għamla kimika taz-zalzett mhux imsaħħan hija din li ġejja:

:

kwantità totali ta’ proteini

:

minimu ta’ 17 %

:

kontenut ta’ xaħam

:

massimu ta’ 29 %

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima hija laħam tal-majjal u xaħam.

3.4.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni ta’ “Kranjska klobasa” (l-għażla u l-ikkapuljar tal-laħam u tax-xaħam, it-tħejjija tal-mili, it-taħlita tal-mili, il-mili tar-riti, it-tnixxif taz-zalzett, it-trattament termali b’affumikar fis-sħana, il-kontroll tal-proċess tal-produzzjoni u tat-tikkettar) għandha ssir fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Kull “Kranjska klobasa” għandu jkollu tikketta b’mod uniformi:

kull biċċa (par) għandu jkollha strixxa uniformi li teħel waħedha,

kull prodott ippakkjat irid ikollu tikketta.

It-tikkettar uniformi ta’ “Kranjska klobasa” jinkludi:

l-isem protett,

il-logo tal-produttur,

is-simbolu korrispondenti tal-Unjoni.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni ta’ “Kranjska klobasa” tkopri ż-żona fi ħdan is-Slovenja, li tinstab bejn l-Alpi u l-Baħar Adrijatiku, u li fil-Punent hija delimitata mill-fruntiera tal-Italja, fit-Tramuntana mill-fruntiera tal-Awstrija, u fin-Nofsinhar mill-fruntiera tal-Kroazja, u fil-Lvant tgħaddi lejn il-Baċir Pannonjan u tibqa’ sejra sal-fruntiera mal-Ungerija.

Qabel, taħt l-Imperu Qaddis Ruman Ġermaniż u, iżjed tard, taħt l-Imperu Awstro-Ungeriż, ir-reġjun ta’ Kranjska kien l-uniku reġjun kompletament Sloven. Minħabba f’hekk, xi drabi t-terminu “Kranjec” (abitant f’Carniola) kien jintuża bħala sinonimu ta’ “Sloven” u għadu jintuża fil-lingwa tal-lum biex jirreferi għal parti mill-abitanti tas-Slovenja. Fis-Slovenja, l-aġġettiv “kranjski, kranjska” (ta’ Karnjola) għadu jintuża anki llum f’numru kbir ta’ espressjonijiet u denominazzjonijiet oħrajn.

Il-kelma “Kranjska” ġejja mill-kelma Slovena “krajina”, li kienet tfisser reġjun (l-ewwel xhieda bil-miktub tmur lura għas-sena 973 u kienet tintuża fit-taħdit popolari bħala “Creina”, jew aħjar “Carniola”). Il-forma Slovena “Kranjska” (bil-Ġermaniz “Krain” u “Krainburg”) saret dominanti wara s-Seklu 13. Mill-1002, ir-reġjun ta’ Kranjska kien margravat (provinċja konfinali) bil-margravi tiegħu stess. B’mod amministrattiv, Kranjska kien parti mill-Imperu Qaddis Ruman Ġermaniż. Fis-Seklu 14il-parti l-kbira tat-territorju attwali tas-Slovenja waqgħet taħt id-dominju tal-Habsburgs. It-territorju Sloven ġie maqsum f’dawn ir-reġjuni: Kranjska (Carniola), Trst (Trieste), Istra (Istria), Goriška (Gorizia), Koroška (Carinthia) fi Štajerska (Styria). Bil-waqgħa tal-Imperu Awstro-Ungeriż fl-1918, Kranjska ma baqax jeżisti bħala entità separata. Is-Slovenja hija Stat relattivament ġdid li l-indipendenza tiegħu tmur lura biss għall-1991, wara s-seċessjoni tar-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja. Għaldaqstant ir-Repubblika attwali tas-Slovenja hija l-eredi territorjali tar-reġjun antik ta’ Kranjska li issa sar parti integrali minnha.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Id-definizzjoni taż-żona ġeografika hija marbuta direttament mal-istorja ta’ “Kranjska klobasa”.

Il-kundizzjonijiet naturali għall-produzzjoni tal-ikel, kif ukoll il-klima, kellhom influwenza determinanti fuq l-iżvilupp tal-kultura kulinari tipika f’kuntest fejn l-agrikoltura ta’ sussistenza hija l-mudell dominanti. F’art imħattba ħafna, b’muntanji, widien, baċiri u pjanuri, l-abitanti rnexxielhom jippreservaw uċuh ikkultivati għall-produzzjoni tal-għalf iddestinati għall-ikel tal-ħnieżer. It-trobbija tal-ħnieżer hija relatata direttament mal-produzzjoni tal-majjal u prodotti tal-majjal. L-ewwel xhieda b’rabta mal-produzzjoni tal-prodotti tal-majjal u tal-prodotti tal-majjal tmur lura f’epoka antika ħafna, kif muri fl-affreski tal-Medjuevu u r-rappreżentazzjonijiet li jidhru f’dokumenti arkivjati (b’mod partikolari messaġġ tas-seklu 17 miktub bil-lingwa Slovena mill-gwardjan tal-kastell ta’ Vrbovec lil sidu). Madankollu, din ix-xhieda kollha tirreferi għall-majjal, għall-prodotti tal-majjal u għaz-zalzett. B’mod partikolari kien hemm tip ta’ zalzett seminiexef fost il-prodotti tipiċi li, minħabba l-kompetenzi u l-għarfien proprju tal-abitanti tar-reġjun fejn inħoloq u minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ identifikazzjoni (it-togħma), kiseb il-fama tiegħu fil-bidu tas-seklu 19, fl-epoka Awstro-Ungeriża, bl-isem ta’ “Kranjska klobasa”.

Ir-reputazzjoni ta’ “Kranjska klobasa” tmur lura għall-Imperu multinazzjonali Awstro-Ungeriż. “Kranjska klobasa” huwa wieħed mill-aktar prodotti tal-laħam Sloveni awtentiċi u magħruf internazzjonalment, kif muri mil-numru ta’ tfittxijiet fuq l-Internet, fejn “Kranjska klobasa” huwa msemmi bħala prodott awtentiku Sloven fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. “Kranjska klobasa” huwa wkoll preżenti fil-letteratura speċjalizzata l-aktar reċenti (ara Meat products handbook, Gerhard Feiner, CRC Press, 2006, http://en.wikipedia.org/wiki/Kransky), li fih huwa ppreżentat bħala zalzett tipiku mhux iffermentat li ġej mis-Slovenja.

Il-karatteristiċi ta’ “Kranjska klobasa” huma r-riżultat tal-kompetenzi u tal-għarfien tal-abitanti f’dik li bħalissa hija s-Slovenja, li fl-epoka Awstro-Ungeriża kienet ir-reġjun imperjali ta’ Kranjska. Il-kwalità ta’ “Kranjska klobasa” kienet tinsab ukoll fl-użu ta’ qatgħat ta’ laħam prim u fl-użu konsistenti ta’ melħ tal-baħar, li fi Kransjka l-antika kien kompetitur permanenti, saħansitra strateġiku, tal-melħ tal-ġebla (J, Bogataj, The Food and Cooking of Slovenia, Annes Publishing, Londra, 2008).

L-aktar tagħrif antik marbut mal-produzzjoni ta’ “Kranjska klobasa” (b’din id-denominazzjoni) jinsab f’żewġ kotba tar-riċetti: Süddeutsche Küche ta’ Katharina Prato (1896) u s-sitt edizzjoni ta’ Slovenska kuharica ta’ Felicita Kalinšek (1912). Anki jekk fil-ktieb ta’ Katharina Prato fil-verità ma hemmx riċetti għall-produzzjoni ta’ “Kranjska klobasa”, hemm referenza bil-miktub għal din il-varjetà ta’ zalzett li aktarx hija waħda mill-aktar referenzi antiki (1896). Felicita Kalinšek, fil-ktieb tagħha Slovenska kuharica (1912), tat spjegazzjoni ta’ kif għandu jsir “Kranjska klobasa”.

Fis-Slovenja teżisti bosta xhieda fir-rigward ta’ “Kranjska klobasa” li b’mod partikolari ġejja mit-tradizzjoni orali u li tirreferi għall-postijiet ta’ produzzjoni u għar-reputazzjoni tiegħu fost il-varjetajiet reġjonali l-oħrajn kollha taz-zalzett. Huma ħafna wkoll il-leġġendi popolari dwar minn fejn ġej eżattament “Kranjska klobasa” u għall-post fejn ġie prodott l-ewwel darba. Ħafna drabi jissemma l-villaġġ ta’ Trzin, li jinsab bejn Lubljana u Kamni, fejn jidher li, numru kbir ta’ biċċiera f’dan il-villaġġ kienu joffru s-servizzi tagħhom sa mis-Seklu 19 billi jfornu s-suq biz-zalzett ta’ “Kranjska klobasa” li kien jinsab anki fi Vjenna. Skont xi tradizzjonijiet orali, dan iz-zalzett ħa ismu mill-belt ta’ Kranj, filwaqt li oħrajn jisħqu li kien jiġi prodott fl-ibliet il-kbar kollha u fl-imsieraħ kollha tar-reġjun ta’ Kranjska f’dik l-epoka. Barra minn hekk jingħad li l-Imperatur Franz Joseph, huwa u sejjer lejn Trieste fil-karozzin minn Vjenna, waqaf fil-villaġġ ta’ Naklo pri Kranju fit-tverna famuża Marinšek li tinsab fit-triq nazzjonali. Billi xtaq jiekol xi ħaġa, staqsa lil-lukandier x’kellu x’joffrilu. “Ma għandna xejn ħlief sempliċi zalzett li għamilnih aħna” wieġeb il-lukandier. L-Emperatur ordna z-zalzett u x’ħin daqu qal b’entużjażmu: “Dan mhuwiex sempliċi zalzett. Dan huwa z-zalzett ta’ Kranjska!”

Il-karatteristika kulinarja tar-reġjuni tas-Slovenja hija li “Kranjska klobasa” jiġi prodott u mibjugħ kullimkien. Dan juri li huwa parti mill-patrimonju tat-territorju Sloven kollu. Il-fama ta’ “Kranjska klobasa” hija riflessa bl-istess mod fl-ispeċjalità tipika Slovena li tikkonsisti minn “Kranjska klobasa” flimkien ma’ sauerkraut.

Il-fama ta’ “Kranjska klobasa” xterdet barra mill-pajjiż, kif jidher mit-traduzzjonijiet ta’ ismu fid-diversi lingwi tal-imperu antik Awstro-Ungeriż (J. de Moor & N. de Rooj/ed./, European Cookery, Tradition & Innovation, Utrecht 2004).

Mill-2003 fis-Slovenja beda jsir festival ta’ “Kranjska klobasa” bħal kompetizzjoni tal-aqwa “Kranjska klobasa”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/podrocja/Kmetijstvo/zascita_kmetijskih_pridelkov_zivil/KK_spec_F.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/22


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 41/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“AIL VIOLET DE CADOURS”

Nru tal-UE: PDO-FR-02103 — 7.1.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Ail violet de Cadours”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-“Ail violet de Cadours” (it-tewm vjola ta’ Cadours) huwa tewm li jinbiegħ niexef, u l-kontenut ta’ materja niexfa tiegħu huwa mill-inqas ta’ 30 %. Dan jiġi prodott mill-varjetajiet Germidour u Valdour, distinti mill-popolazzjoni lokali tat-tewm vjola.

Fuq il-qoxra bajda ta’ barra tiegħu huwa għandu strixxi vjola “lewn l-inbid”.

L-“Ail violet de Cadours” huwa kkaratterizzat minn daqs ta’ 45 mm jew akbar u l-basla tiegħu għandha forma regolari u tonda. L-irjus tat-tewm huma ppreżentati sħaħ, imnaddfin sew. Huma jkollhom mill-inqas qoxra waħda sħiħa, mhux imċarrta. L-għeruq jinqatgħu mar-ras tal-basla, it-tul tagħhom huwa ta’ 2,5 mm jew inqas. Il-basla tinħass iebsa, kemm min-naħa tas-sinniet kif ukoll min-naħa tal-għeruq. Għall-irjus tat-tewm li jinbiegħ bil-bont maqtugħ, it-tul taz-zokk li jibqa’ huwa bejn l-10 u t-30 mm inklużi.

Il-qoxra tas-sinniet għandha kulur kannella jagħti fl-isfar bi strixxi vjola. Meta tinqata’, il-qalba tas-sinna għandha kulur avorju li jagħti f’lewn il-krema.

Meta jkun nej huwa għandu riħa tipika ta’ tewm persistenti u riħa qawwija pikkanti. Meta jissajjar, l-“Ail violet de Cadours” għandu riħa tipika ta’ tewm. Meta jittiekel, huwa għandu togħma ħafifa pikkanti u aroma li tippersisti. Il-konsistenza tiegħu hija morbida u t-togħma tiegħu hija xi ftit ħelwa.

Biex tinkiseb preżentazzjoni uniformi, il-kulur, il-forma u d-daqs tal-irjus tat-tewm huma omoġeni. B’mod partikolari, id-daqs tal-akbar basla ma għandux jaqbeż l-20 mm tad-daqs tal-basla l-aktar żgħira.

Il-preżentazzjonijiet għall-bejgħ tal-“Ail violet de Cadours” huma definiti b’dan il-mod:

l-għanqud tewm li fih mill-inqas disat irjus tewm mhux bil-bont maqtugħ. Il-piż tiegħu huwa ta’ 500 g, 1 kg jew 2 kg skont in-numru ta’ rjus ta’ tewm miġburin flimkien u d-daqs tagħhom,

il-qatta rjus ta’ tewm mhux bil-bont maqtugħ, b’piż minimu ta’ 8 kg,

il-bukkett iffurmat bi rjus ta’ tewm mhux bil-bont maqtugħ. Il-piż tiegħu huwa ta’ 500 g, 1 kg jew 2 kg,

il-basket ta’ 5 kg, maħżun bl-idejn, magħmul minn irjus ta’ tewn b’bont maqtugħ,

il-platt li fih irjus ta’ tewm bil-bont maqtugħ ta’ daqs bejn is-60 u s-70 mm, jew ta’ aktar minn 70 mm ippakkjat bl-idejn,

il-bixkilla, li fiha rjus ta’ tewm bil-bont maqtugħ ta’ 60 sa 80 mm ippakkjat bl-idejn,

ix-xibka li fiha l-irjus ta’ tewm bil-bont maqtugħ, b’piż massimu ta’ 1 kg,

il-kannestru li fih l-irjus ta’ tewm bil-bont maqtugħ, b’piż massimu ta’ 1 kg.

Il-bejgħ isir fl-imballaġġ oriġinali. Huma biss il-platti u l-bxiekel li jippermettu l-bejgħ tat-tewm f’unitajiet.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni tat-tewm iseħħu fiż-żona ġeografika indikata.

3.5.   Regolamenti speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih tagħmel referenza d-denominazzjoni

L-ippakkjar tal-“Ail violet de Cadours” irid isir fiż-żona ġeografika sabiex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-prodott.

Fil-fatt, sabiex tiġi konservata l-kundizzjoni tajba u għall-inqas il-qoxra ta’ barra intatta tal-irjus tat-tewm, l-“Ail violet de Cadours” jiġi konservat f’kundizzjonijiet definiti u jintmess mill-inqas possibbli.

Barra minn hekk, l-ippakkjar jinvolvi l-għarfien lokali tal-ħaddiema li jikkontribwixxi wkoll għall-karatteristiċi tal-“Ail violet de Cadours” permezz ta’:

għażla bir-reqqa tal-irjus tat-tewm li tippermetti li wieħed jikseb preżentazzjonijiet omoġeni fil-kulur, id-daqs u l-forma,

tqegħid bl-idejn tal-irjus tat-tewm sabiex ikun jista’ jsir ippakkjar li jillimita d-daqqiet bejn l-irjus meta jitqiegħdu fis-suq: l-issikkar tal-faxx immaljat, tal-għenieqed u tal-bukketti biex jinkiseb mazz iebes, l-eqreb għeluq għall-irjus tat-tewm fil-boroż, fix-xbieki u fil-kannestri, it-tqegħid tal-irjus tat-tewm qrib xulxin fil-platti u l-bxiekel.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni reġistrata

Barra mill-informazzjoni obbligatorja prevista mir-Regolament, it-tikkettar jinkludi:

isem il-pakkettatur,

is-sena tal-qtugħ,

is-sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ traċċabilità speċifika għall-“Ail violet de Cadours”.

Barra minn hekk, fl-imballaġġ li jippermetti l-bejgħ tat-tewm f’unitajiet, kull ras hija identifikata bħala “Ail violet de Cadours” permezz ta’ stiker.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinsab fejn jiltaqgħu d-dipartimenti tal-Haute-Garonne, ta’ Gers u ta’ Tarn-et-Garonne.

Id-dipartiment ta’ Haute-Garonne: Bellegarde-Sainte-Marie, Belleserre, Bragayrac, Brignemont, Cabanac-Séguenville, Cadours, Le Castéra, Caubiac, Cox, Drudas, Empeaux, Garac, Le Grès, Lagraulet-Saint-Nicolas, Laréole, Lasserre, Menville, Mérenvielle, Pelleport, Pradère-les-Bourguets, Puysségur, Saint-Thomas, Sainte-Livrade, Thil, Vignaux.

Id-dipartiment ta’ Tarn-et-Garonne: Auterive, Beaumont-de-Lomagne, Beaupuy, Bouillac, Le Causé, Escazeaux, Faudoas, Gariès, Goas, Marignac, Maubec, Sérignac.

Id-dipartiment ta’ Gers: Ansan, Ardizas, Aubiet, Augnax, Auradé, Aurimont, Avensac, Bajonnette, Beaupuy, Bédéchan, Bézéril, Blanquefort, Castillon-Savès, Catonvielle, Cazaux-Savès, Clermont-Savès, Cologne, Encausse, Endoufielle, Escorneboeuf, Estramiac, Frégouville, Gimont, Giscaro, Homps, L’Isle-Arné, L’Isle-Jourdain, Juilles, Labastide-Savès, Labrihe, Lahas, Lias, Mansempuy, Maravat, Marestaing, Maurens, Mauvezin, Monbrun, Monferran-Savès, Monfort, Montiron, Noilhan, Pessoulens, Pompiac, Puycasquier, Razengues, Roquelaure-Saint-Aubin, Saint-André, Saint-Antonin, Saint-Brès, Saint-Caprais, Saint-Cricq, Saint-Georges, Saint-Germier, Saint-Orens, Saint-Sauvy, Sainte-Anne, Sainte-Gemme, Sainte-Marie, Sarrant, Ségoufielle, Sérempuy, Seysses-Savès, Sirac, Solomiac, Thoux, Tirent-Pontejac, Touget, Tourrenquets.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fatturi naturali:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Ail violet de Cadours”, li tinsab fir-reġjun tal-Midi-Pyrénées, bejn Haute-Garonne, Gers u Tarn-et-Garonne, għandha klima partikolari, bl-influwenza oċeanika fix-xitwa u fir-rebbiegħa u mediterranja fis-sajf u fuq kollox fil-ħarifa. Ix-xitwa hija relattivament qasira u mhux kiefra. Ir-rebbiegħa hija kkaratterizzata minn temperaturi dejjem jogħlew u ħafna xita, bl-akbar ammont ta’ xita jinżel fix-xahar ta’ Mejju. Is-sajf huwa sħun u xott. Il-ħarifa relattivament mhijiex kiefra u ftit tagħmel xita. Iż-żona hija soġġetta għar-riħ ta’ Autan, riħ li ġej mix-Xlokk, sħun u niexef, li jinħass l-aktar fis-sajf u fil-ħarifa.

Il-baċin ta’ produzzjoni joffri pajsaġġ mimli widien u b’għoljiet moderati. Il-ħamrija, żviluppata fuq blat oligo-mijoċene hija mħallta mal-ġir b’kontenut ta’ tafal għoli (minimu ta’ 30 %) li jiżgura riżerva tajba tal-ilma. Din il-ħamrija għandha wkoll skulatura naturali eċċellenti minħabba li hija mżerżqa u minħabba l-istruttura tagħha.

Fatturi umani:

It-tewm, li ġej mil-Lvant, probabbilment kien introdott fir-reġjun mill-kolonizzazzjoni Rumana fl-ewwel sekli.

Il-kummerċ tat-tewm kiber b’mod stabbli sakemm twaqqaf suq li jarma kull ġimgħa speċifiku għat-tewm vjola. Dan is-suq isir dejjem f’Cadours kull nhar ta’ Erbgħa, min-nofs Lulju sa nofs Diċembru.

L-għarfien tal-operaturi tat-“Tewm vjola ta’ Cadours” huwa evidenti miż-żriegħ sat-tħejjija tiegħu.

Il-varjetajiet Germidour u Valdour ġew separati mill-popolazzjoni lokali tat-tewm vjola u ġew irreġistrati fil-katalgu uffiċjali tal-varjetajiet fl-1991 u fl-2006 rispettivament. Dawn il-varjetajiet huma kkaratterizzati b’mod partikolari minn perjodu qasir ta’ inattività assoċjat ma’ tinbit bikri, in-nuqqas ta’ bont riġidu, basla ta’ daqs kbir, li fuq il-qxur tagħha għandha strixxi vjola fuq sfond abjad.

It-tħawwil isir fil-ħarifa minn nofs Ottubru sa nofs Diċembru f’għelieqi li ma jkunux inżergħu b’tewm fit-tliet snin ta’ qabel u lanqas qamħirrun jew sorgu fis-sena ta’ qabel. L-ammonti ta’ nitroġenu, fosforu u potassju jiġu deċiżi skont il-ħtiġijiet tal-kultivazzjoni u tad-disponibbiltà ta’ dawn l-elementi fil-ħamrija.

Malli jikber, it-tewm jinqata’.

Il-monitoraġġ tat-tnixxif jiżgura telf ta’ ilma ta’ mill-inqas 20 % tal-massa tal-prodott maħsud.

L-irziezet taż-żona ġeografika huma ta’ daqs żgħir jew medju. Dawn huma rziezet ta’ biedja mħallta fejn il-produzzjoni taċ-ċereali hija predominanti u fejn il-produzzjoni tat-tewm hija komplement b’valur miżjud għoli. Id-disponibbiltà ta’ ħaddiema fi ħdan l-istess familja ppermettiet l-iżvilupp tal-kultivazzjoni tat-tewm.

Ħafna mill-istadji għadhom isiru bl-idejn sabiex jinkiseb tewm imnaddaf sew u ppreżentat tajjeb: it-tqaxxir li jikkonsisti fit-tneħħija tal-qxur ta’ barra mħassrin filwaqt li tinżamm mill-inqas qoxra nadifa u intatta, il-qtugħ tal-għeruq, it-tfassil tal-preżentazzjoni biex jiġi kkummerċjalizzat l-“Ail violet de Cadours”. L-għarfien tal-ħaddiema joħroġ b’mod partikolari matul dawn l-istadji u jkun akkumpanjat minn għarbiel preċiż, bl-idejn, tal-irjus tat-tewm skont id-daqs, il-forma u l-kulur tagħhom sabiex it-tewm jiġi ppreżentat b’mod uniformi.

Speċifiċità tal-prodott

L-“Ail violet de Cadours” huwa tewm niexef. Dan huwa kkaratterizzat prinċipalment mill-kulur vjola tal-istrixxi fuq il-qoxra ta’ barra tiegħu. Dawn l-irjus ta’ tewm għandhom daqs ta’ 45 millimetru jew akbar, b’forma regolari, mhux xpakkati, jiġifieri s-sinniet ma jidhrux (mill-inqas waħda mill-qxur ta’ barra ma tkunx imċarrta). Il-qalba tal-għeruq tinqata’ mar-ras.

L-“Ail violet de Cadours” għandu karatteristiċi ta’ dehra, riħa u togħma speċifiċi, li jiddistingwuh b’mod ċar mit-tewm vjola niexef tal-varjetà Germidour ikkultivat barra miż-żona ġeografika. Fil-fatt, l-“Ail violet de Cadours” jispikka minħabba l-karatteristiċi tad-dehra tiegħu: id-daqs kbir tar-ras tat-tewm, il-kulur aktar vjola tar-ras, forma aktar regolari tar-ras tat-tewm; u mill-karatteristiċi tar-riħa tiegħu: ir-riħa tipika tat-tewm aktar qawwija u riħa pikkanti aktar persistenti. Barra mit-togħma tat-tewm imsajjar, l-“Ail violet de Cadours” jiddistingwi ruħu minn persistenza aromatika u togħma pikkanti aktar qawwija.

Dawn l-irjus ta’ tewm jinħassu iebsin, kemm min-naħa tas-sinniet kif ukoll min-naħa tal-għeruq. Jidher f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa mill-ħsad sal-bejgħ tiegħu.

L-“Ail violet de Cadours” jinbigħ fi preżentazzjonijiet omoġeni fid-daqs, il-forma u l-kulur.

Meta l-“Ail violet de Cadours” jinbiegħ bil-faxx, il-preżentazzjoni tkun pjuttost riġida minħabba l-issikkar tal-weraq ma’ xulxin. Meta l-“Ail violet de Cadours” jinbiegħ bil-bont maqtugħ, l-irjus tat-tewm jiġu ssikkati fl-imballaġġ tagħhom.

Rabta kawżali

Fiż-żona ta’ produzzjoni tiegħu, l-“Ail violet de Cadours” sab il-benefiċċji kollha għall-iżvilupp tiegħu.

L-ewwel nett, l-“Ail violet de Cadours” huwa kkaratterizzat mill-kulur tiegħu. Dan ġej mill-użu ta’ varjetajiet li ġejjin mill-popolazzjonijiet lokali li fihom strixxi vjola fuq il-qxur ta’ barra, flimkien ma’ tħawwil f’għelieqi li fihom ħafna tafal, u fejn l-akbar ammont ta’ xita jkun fix-xahar ta’ Mejju.

Fil-fatt, minn naħa l-produzzjoni tal-“Ail violet de Cadours” f’ħamrija b’ħafna tafal, li għandha riżerva tajba tal-ilma, tgħin biex il-forma tal-irjus tat-tewm tkun waħda regolari. Peress li l-fertilizzazzjoni mqassma tajjeb tippermetti li jiġi evitat il-qsim tal-irjus tat-tewm, l-“Ail violet de Cadours” jikber b’mill-inqas qoxra waħda ta’ barra mhux imċarrta.

Min-naħa l-oħra, huwa matul l-istadju fiżjoloġiku fundamentali ta’ meta jiġi ffurmat il-prodott, magħruf bħala l-istadju li fih tifforma l-basla, li l-pjanta teħtieġ l-aktar ilma. Din hija fażi ta’ żvilupp rapidu li għandha impatt dirett fuq id-daqs, il-konformazzjoni tal-basla u l-mod kif joħroġ il-kulur vjola. L-ogħla ammont ta’ xita fix-xahar ta’ Mejju, filwaqt li jkopri l-ħtiġijiet tal-ilma u tal-minerali tal-pjanta matul din il-fażi kruċjali, iwassal biex jinkisbu rjus ta’ tewm bil-karatteristiċi tal-“Ail violet de Cadours”: rjus ta’ daqs ta’ 45 millimetru jew aktar, b’forma tonda u regolari u ta’ kulur vjola.

L-ebusija tal-irjus tal-“Ail violet de Cadours” hija marbuta mat-tħejjija tiegħu li ssir b’mod li jiġu evitati d-daqqiet bejn l-irjus tat-tewm u mal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni qasira tiegħu li tintemm qabel jibda jnebbet.

Il-kundizzjoni ta’ saħħa tajba tal-“Ail violet de Cadours” hija r-riżultat ta’ diversi fatturi:

il-limitazzjoni tat-tixrid ta’ mard fungali jew batteriku fil-ħamrija permezz tan-newba tal-uċuħ tar-raba’ u ż-żrigħ f’għelieqi li jiskulaw tajjeb,

il-limitazzjoni tal-iżvilupp ta’ dan il-mard waqt it-tkabbir permezz tas-sorveljanza tad-dati ta’ tħawwil u fertilizzazzjoni ppjanata,

il-ħsad malli jikber imbagħad it-tnixxif u r-riħ ta’ Autan li jiffavorixxu l-preservazzjoni tat-tewm.

L-użu ta’ varjetajiet li ma jkollhomx bont riġidu jippermetti li t-tewm “Ail violet de Cadours” jiġi ppreżentat bil-faxx: immaljat, f’għenieqed u f’bukketti.

Fl-aħħar nett, l-“Ail violet de Cadours” jiddistingwi ruħu bl-attenzjoni li jingħata meta jitqaxxar bl-idejn b’mod li l-qoxra tiegħu tinżamm sħiħa u b’mod li l-għeruq ikun jista’ jinqata’ minn mar-ras tat-tewm. L-istadji kollha li jsiru bl-idejn jippermettu li jinkisbu preżentazzjonijiet viżibbilment omoġenei fid-daqs, fil-forma u fil-kulur. L-għarfien tradizzjonali tal-ħaddiema biex jitħejja l-prodott jenfasizza u jżomm il-kwalità tal-“Ail violet de Cadours”.

B’hekk, il-fatturi kollha li jiddeskrivu ż-żona ta’ produzzjoni, fatturi naturali u umani, jikkontribwixxu għall-ispeċifiċitajiet tal-“Ail violet de Cadours”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCAilVioletCadoursV2016.doc


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

8.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/26


Rettifika għal-lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 (il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 484 tal-24 ta’ Diċembru 2016 )

(2017/C 41/11)

Fil-paġna 34, fl-10 inċiż:

minflok:

“—

fil-Finlandja

Tulli”,

aqra:

“—

fil-Finlandja

Verohallinto”.