|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 35/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8307 — EP Investment/EP Investment II/EPH) ( 1 ) |
|
|
2017/C 35/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8316 — Advent/Brammer) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 35/03 |
||
|
2017/C 35/04 |
Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 35/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8357 — Asahi/AB InBev CEE Divestment Business) ( 1 ) |
|
|
2017/C 35/06 |
Notifka minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8196 — INEOS/Arkema Assets) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 35/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8307 — EP Investment/EP Investment II/EPH)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 35/01)
Fit-23 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8307. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8316 — Advent/Brammer)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 35/02)
Fl-20 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8316. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-2 ta’ Frar 2017
(2017/C 35/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0808 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,40 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4378 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86068 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4183 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0690 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,8575 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,022 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,85 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3071 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5328 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,0387 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4060 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4050 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,3863 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4763 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5232 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 234,22 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,4742 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4377 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4495 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 431,38 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7815 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,705 |
|
RUB |
Rouble Russu |
64,3505 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,893 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3659 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,2623 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,6640 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/3 |
Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 35/04)
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma b’dan emendati kif ġej:
Fil-paġna 368 jiddaħħal dan it-test:
|
“8802 11 00 |
Ta’ piż mingħajr tagħbija li ma jaqbiżx l-2 000 kg Dan is-subtitolu jkopri l-ħelikopters multirotor (l-hekk imsejħa “drons”) ta’ qisien differenti li jaħdmu b’mod awtonomu (id-destinazzjoni tkun ipprogrammata minn qabel) jew jiġu ggwidati mill-utent mill-bogħod. Iżda jekk dawn ikunu xorta ta’ ġugarell jew ta’ mudell li jintuża għall-passatemp, jiġu kklassifikati taħt it-titolu 9503. Ara n-noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda għal dak it-titolu.” |
Fil-paġna 381:
|
9503 00 |
Triċikletti, skuters, karozzi tal-pedali u ġugarelli bir-roti simili; karozzelli tal-pupi; pupi; ġugarelli oħra; mudelli f’qies imċekken (“skala”) u mudelli ta’ rikreazzjoni simili, jaħdmu jew le; logħob ta’ taħbil il-moħħ ta’ kull tip it-test: “2. dgħajjes li jintefħu biex it-tfal jilagħbu fihom.” huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8357 — Asahi/AB InBev CEE Divestment Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 35/05)
|
1. |
Fis-26 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Asahi Group Holdings Ltd (“Asahi Group”, il-Ġappun) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi tan-negozju li jinkludi ċerti ditti u assi li bħalissa huma proprjetà ta’ Anheuser-Busch InBev NV/SA (“AB InBev”, il-Belġju) fir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja (in-Negozju ta’ “AB InBev CEE”). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għall-Asahi Group: xorb alkoħoliku, xorb mhux alkoħoliku u prodotti tal-ikel, il-qalba tal-attività tiegħu hija l-birra, — għan-Negozju AB InBev CEE: ċerti marki tal-birra u assi li attwalment jappartjenu għal AB InBev fir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8357 — Asahi/In-Negozju tad-Divestiment ta’ AB InBev CEE, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/5 |
Notifka minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8196 — INEOS/Arkema Assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 35/06)
|
1. |
Fis-26 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha INEOS Chemical Holdings Lussemburgu SA, ikkontrollata minn INEOS Group AG (“INEOS”, l-Iżvizzera), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku permezz ta’ xiri ta’ ishma u xiri ta’ assi ta’ Oxochimie SA u ċerti assi oħra, li bħalissa huma proprjetà ta’ Arkema (li flimkien jissejħu “Arkema Assets”, Franza). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — INEOS: il-manifattura ta’ petrokimiċi, kimiċi speċjalizzati u prodotti taż-żejt, inklużi oxo-alcohols (bħall-Butyraldehydes, Butanol u 2-Ethylhexanol) u s-solventi derivati tagħhom, (bħall-Butyl Acetate u l-Butyl Glikol Ethers), attiva mad-dinja kollha; — Arkema Assets: il-produzzjoni u l-forniment ta’ oxo-alcohols fiż-ŻEE. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8196 — INEOS/Arkema Assets, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/6 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 35/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA' DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA JEW TA' INDIKAZZJONI ĠEORAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“CONNEMARA HILL LAMB”/“UAIN SLÉIBHE CHONAMARA”
Nru tal-UE: IE-PGI-0105-01291 — 12.12.2014
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Isem: |
Connemara Hill Lamb |
|
Indirizz: |
Connemara Hill Lamb Ltd, Corr na Mona, Co Galway, l-Irlanda |
|
Tel. |
+353 949548798 |
|
Posta elettronika: |
connemarahilllamb@eircom.net |
Interess leġittimu:
L-applikant huwa l-applikant oriġinali. Connemara Hill Lamb huma grupp ta' produtturi u proċessuri tal-prodott inkwistjoni.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Irlanda
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda(i)
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu tal-produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☐ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn [Aġġornament tal-Informazzjoni ta' Kuntatt] |
4. Tip ta' emenda(i)
|
— |
☒ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
|
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda(i)
Deskrizzjoni
Il-prodott li għandu jiġi protett huwa l-“Connemara Hill Lamb”, li huwa ħaruf imnissel, imwieled u mrobbi fir-reġjun ġeografiku definit. Il-ħrief għandhom piż tal-ġisem u għadam ħfief, u karkassa li għandha kopertura rqiqa ta' xaħam, ta' lewn aħmar fir-roża u b'konsistenza sħiħa u soda.
għal raġunijiet ta' ċarezza “kopertura rqiqa” hija estiża għal “kopertura rqiqa ta' xaħam” minħabba li t-terminu “kopertura” jista' ma jinftihemx mal-ewwel minn dawk li mhumiex speċjalisti.
Prova tal-Oriġini
Ir-referenzi għall-konsum ta' “Connemara Hill Lamb” imorru lura għall-bidu tas-seklu dsatax, meta r-razza “Blackface” ġiet introdotta mill-Iskozja. Waqt is-snin 1850/1870, immedjatament wara l-karestija, kwantitajiet sinifikanti ta' nagħaġ tar-razza “Blackface” ġew importati mill-Iskozja biex jirgħu fl-artijiet tal-għoljiet. Il-Congested Districts Board imwaqqaf fl-1891 ġab aktar importazzjonijiet sabiex titjieb ir-razza. Minn dak iż-żmien 'il hawn ir-razza evolviet f'sottorazza speċifika u adattat għall-ħajja fil-kundizzjonijiet ħarxa ta' Connemara. Ir-razza “black face” hija partikolarment adattata għat-terren taż-żona minħabba l-kapaċità ta' rigħi tagħha li hija aħjar minn dik ta' razez oħra. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà sħiħa mill-azjenda agrikola sal-qatla l-ħrief kollha titwaħħlilhom tikketta speċjali ma' widnejhom u tikketta mdendla mal-karkassa.
L-emendi jipprovdu aktar dettall dwar id-dehra tal-ħrief “black face” jew “brecked” (minn breac li tfisser bit-tikek bil-Gaeliku, il-lingwa Irlandiża).
Metodu ta' produzzjoni
Il-laħam ġej mill-ħrief tar-razza “Blackface” li huma mnissla, imwielda u mrobbija fiż-żona ġeografika definita. Ġeneralment il-ħrief jitwieldu fir-rebbiegħa, minn April 'il quddiem (aktar tard minn ħrief Irlandiżi oħra), u jitreddgħu min-nagħaġ matul ħajjithom kollha. Il-ħrief jitħallew ħielsa jirgħu fil-ħabitat bl-għoljiet u ġeneralment jinqatlu minn 14-il ġimgħa 'l quddiem. Xi ħrief jinqatlu minn 10 ġimgħat 'il quddiem.
L-emendi fil-metodu tal-produzzjoni jikkoreġu żball fl-ispeċifikazzjoni oriġinali, li bi żball indikat li l-ħrief ġeneralment jinqatlu fl-14-il ġimgħa minflok ma għamlitha ċara li ġeneralment din kienet l-età minima li fiha sseħħ il-qatla bl-età massima għall-qtil tkun limitata għal mhux aktar minn 32 ġimgħa. Il-perjodu naturali tat-treddigħ huwa sa 16-il ġimgħa u minħabba li l-ħrief huma ħielsa sabiex jirgħu fil-ħabitat bl-għoljiet, il-qatla tista' sseħħ f'età akbar.
Rabta
Ġeneralment il-ħrief jitwieldu fir-rebbiegħa, minn April 'il quddiem (aktar tard minn ħrief Irlandiżi oħra), u jitreddgħu min-nagħaġ għall-perjodu naturali ta' treddigħ ta' 16-il ġimgħa jew matul ħajjithom kollha. Il-ħrief jitħallew ħielsa jirgħu fil-ħabitat bl-għoljiet u ġeneralment jinqatlu mill-14-il ġimgħa 'l quddiem bi żmien massimu tal-qatla ta' 32 ġimgħa. Xi ħrief jinqatlu minn 10 ġimgħat 'il quddiem. It-terren imħarbat ifisser li l-ħrief huma aktar aġili minn dawk taż-żoni l-baxxi u għaldaqstant il-kompożizzjoni tal-karkassa hija iżgħar, b'piż ta' bejn 9 kg u 20 kg meta mqabbla mal-25 kg tal-ħrief taż-żoni l-baxxi.
L-applikazzjoni sħiħa ppreżentata lill-Kummissjoni bħala parti mid-dossier “Connemara Hill Lamb” u li ġiet ippubblikata fil-bażi tad-dejta DOOR kellha firxa tal-piż ta' 9-18-il kg. Madankollu bi żball ġiet inkluża ċifra waħda ta' 10 kg minflok firxa tal-piż fis-sommarju oriġinali ppubblikat. Il-limitu massimu ta' 18-il kg qed jiżdied għal 20 kg sabiex titqies iż-żieda fid-daqs tal-ħrief fuq għaxar snin minħabba t-tnaqqis tal-merħliet, primarjament minħabba raġunijiet ambjentali u l-kontroll tal-felċi li tejjeb il-flora fiż-żona.
Fil-perjodu ta' bejn l-2005 u l-2014 il-Kontea ta' Galway rat tnaqqis ta' 112 000 fil-popolazzjoni tan-nagħaġ minn 509 074 għal 397 989 (iċ-ċensiment annwali tan-nagħaġ tad-Dipartiment). L-għażla tal-missier annimal ippermettiet ukoll il-produzzjoni ta' ħaruf ta' tip aħjar u itqal. (Il-bdiewa jistgħu jagħżlu l-missier annimal eż. Galway/Mayo Blackface/Brecked, Texel, Suffolk, Beltex, Charlois, eċċ.)
Oħrajn: (Aġġornament tal-Informazzjoni ta' Kuntatt)
(Dipartiment Responsabbli fl-Istat Membru)
|
Isem |
: |
Department of Agriculture, Food and the Marine |
|
Indirizz |
: |
Agriculture House, Kildare Street, Dublin 2, l-Irlanda. |
|
Telefon |
: |
+353 16072371 |
|
Faks |
: |
+353 16072038 |
|
Posta elettronika |
: |
geographicalIndications@agriculture.gov.ie |
It-titlu tad-Dipartiment inbidel fl-2011 sabiex jinkludi l-ambjent Marittimu
Oħrajn: (Deskrizzjoni Konċiża taż-Żona Ġeografika)
(Żona Ġeografika)
Iż-żona ġeografika hija dik li tinsab fil-Punent ta' Corrib Basin inkluż il-gżejjer ta' Inishmaan, Inisheer u Inishmore u tirrappreżenta żona fil-Punent tal-Irlanda magħrufa internazzjonalment bħala Connemara. Il-pajsaġġ ta' din iż-żona huwa kkaraterizzat minn muntanji, artijiet mistagħdra u lagi. Il-ħrief jitrabbew fuq it-terren muntanjuż fejn jirgħu fuq ħaxix tal-muntanji, ħaxix tax-xagħri u ħwawar.
L-emendi jagħtu stampa aktar ċara rigward il-limiti taż-żona ġeografika u jinkludu Gżejjer li ma kinux speċifikament imsemmija fl-applikazzjoni oriġinali imma jinsabu fil-firxa ġeografika, jiġiferi fil-Punent taż-żona tal-pajjiż.
Oħrajn: (Aġġornament tal-Informazzjoni ta' Kuntatt)
(Korp ta' Spezzjoni)
|
Isem |
: |
Department of Agriculture, Food and the Marine |
|
Indirizz |
: |
Agriculture House, Kildare Street, Dublin 2, l-Irlanda. |
|
Telefon |
: |
+353 16072371 |
|
Faks |
: |
+353 16072038 |
|
Posta elettronika |
: |
geographicalIndications@agriculture.gov.ie |
DOKUMENT UNIKU
“CONNEMARA HILL LAMB”/“UAIN SLÉIBHE CHONAMARA”
Nru tal-UE: IE-PGI-0105-01291 — 12.12.2014
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem/ismijiet
“Connemara Hill Lamb”/“Uain Sléibhe Chonamara”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Irlanda
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
“Connemara Hill Lamb” huwa laħam minn ħrief tal-omm annimal tar-razza “BlackFace”/“brecked”, imwielda u mrobbija f'merħla ta' nagħaġ “Connemara Mayo Blackfaced”/“brecked” u f'art maħduma fi ħdan iż-żona ġeografika. Il-ħrief għandhom piż tal-ġisem u għadam ħfief, u karkassa li għandha kopertura rqiqa ta' xaħam, il-laħam huwa ta' lewn aħmar fir-roża u b'konsistenza sħiħa u soda. Il-ħaruf għandu togħma naturali sukkulenti b'aroma qawwija ferm. Dan ikun disponibbli minn Lulju sa Jannar (xi drabi minn Ġunju).
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Ma jsirx għalf intensiv minħabba li l-ħrief jitrabbew b'mod estensiv fuq bwar fi ħdan iż-żona ġeografika, skont il-prattiki tradizzjonali ta' trobbija tan-nagħaġ ta' Connemara. Għalf addizzjonali jista' jingħata biss xi drabi fejn l-għalf ikun meħtieġ minħabba nuqqas ta' veġetazzjoni, kundizzjonijiet ħżiena tat-temp jew nuqqas ta' tkabbir tal-ħrief, u dan ikun għalf approvat mid-Dipartiment tal-Agrikultura użat biex jissupplimenta r-ragħa tal-ħaxix.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-laħam ġej mill-ħrief tal-omm annimal tar-razza “Blackface”/“brecked”, imnissla, imwielda u mrobbija fiż-żona ġeografika definita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-indikazzjoni ġeografika “Connemara Hill Lamb” jew “Uain Sléibhe Chonamara” trid tidher fuq il-karkassi, il-partijiet tal-karkassi jew il-qatgħat flimkien mas-simbolu tal-IĠP.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika hija dik li tinsab fil-Punent ta' Corrib Basin mill-belt ta' Galway sa Westport inkluż il-Gżejjer Aran (Inishmaan, Inisheer, Inishmore) Inishshark, Omey, Inishbofin, Inishturk, il-Gżira Clare u l-gżejjer mhux abitati kollha li jirrappreżentaw żona fil-Punent tal-Irlanda magħrufa internazzjonalment bħala Connemara.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-pajsaġġ taż-żona huwa kkaraterizzat minn muntanji, artijiet mistagħdra u lagi. Il-ħrief jitrabbew fuq it-terren muntanjuż fejn jirgħu fuq ħaxix tal-muntanji, ħaxix tax-xagħri u ħwawar.
Il-kostitwenti prinċipali huma l-ħxejjex Agrostis Spp. Festuca Spp. u Molina, is-sogħda Carex Spp. Scipus cespitosus, Eriophorum angustifolium u Trichophurum cespitosum. Pjanti importanti oħrajn fid-dieta huma l-ħaxix tax-xagħri Calluna vulgaris, Erica tetralix u Erica cinerea u l-pjanti Nartecium ossifragum u Potentilla erecta.
Speċifiċità tal-prodott
Ir-razza “Blackface”/“brecked” hija partikolarment adattata għat-terren taż-żona minħabba l-ħila tagħha li ssib foraġġ aħjar minn razez oħra.
It-terren imħarbat ifisser li l-ħrief huma aktar aġili minn dawk taż-żoni l-baxxi u għaldaqstant il-kompożizzjoni tal-karkassa hija iżgħar, b'piż ta' bejn 9 kg u 20 kg meta mqabbla mal-25 kg tal-ħrief taż-żoni l-baxxi.
Ġeneralment il-ħrief jitwieldu fir-rebbiegħa, minn April 'il quddiem (aktar tard minn ħrief Irlandiżi oħra), u jitreddgħu min-nagħaġ għall-perjodu naturali tat-treddigħ ta' 16-il ġimgħa jew matul ħajjithom kollha. Il-ħrief jitħallew ħielsa jirgħu fil-ħabitat bl-għoljiet u ġeneralment jinqatlu minn 14-il ġimgħa 'l quddiem bi żmien massimu tal-qatla ta' 32 ġimgħa. Xi ħrief jinqatlu minn 10 ġimgħat 'il quddiem.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott
Kwalità Speċifika: It-togħma, l-aroma u l-kulur tal-“Connemara Hill Lamb” huma direttament marbuta mal-flora lokali fejn jirgħu l-ħrief. Id-dieta tissejjes fuq ħaxix tal-muntanji, ħaxix tax-xagħri u ħwawar, komuni fiż-żona tal-produzzjoni.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
http://www.agriculture.gov.ie/gi/pdopgitsg-protectedfoodnames/products/
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.