ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 33

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
2 ta' Frar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 33/01

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta’ Frar 2017 — Rata tal-kambju tal-euro

1

2017/C 33/02

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 33/03

Rapport Speċjali Nru 36/2016 — Valutazzjoni tal-arranġamenti għall-għeluq tal-programmi tal-koeżjoni u tal-iżvilupp rurali għall-2007-2013

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 33/04

Sejħa speċifika għall-proposti — EACEA/03/2017 — Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja 2014-2020

4

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2017/C 33/05

Inġunzjoni tal-31 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża E-4/15 — L-Assoċjazzjoni Iżlandiża tas-Servizzi Finanzjarji vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Azzjoni ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTAGħajnuna mill-istatAmmissabbiltàLocus standiStat ta’ assoċjazzjoni)

6

2017/C 33/06

Sentenza tal-Qorti tad-19 ta’ April 2016 fil-Kawża E-14/15 — Holship Norge AS vs Norsk Transportarbeiderforbund (L-Artikoli 31, 53 u 54 ŻEE — il-Liġi tal-Kompetizzjoni — Ftehimiet kollettivi — Azzjoni kollettiva — Libertà ta’ stabbiliment)

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 33/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

8


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/1


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta’ Frar 2017

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Frar 2017

(2017/C 33/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0790

JPY

Yen Ġappuniż

122,25

DKK

Krona Daniża

7,4370

GBP

Lira Sterlina

0,85418

SEK

Krona Żvediża

9,4253

CHF

Frank Żvizzeru

1,0680

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8830

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

309,78

PLN

Zloty Pollakk

4,3186

RON

Leu Rumen

4,5478

TRY

Lira Turka

4,0581

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4225

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4097

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3720

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4817

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5240

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 247,86

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4837

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4270

HRK

Kuna Kroata

7,4645

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 424,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,7782

PHP

Peso Filippin

53,713

RUB

Rouble Russu

64,8674

THB

Baht Tajlandiż

37,894

BRL

Real Brażiljan

3,3918

MXN

Peso Messikan

22,3405

INR

Rupi Indjan

72,7540


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/2


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 33/02)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 235

It-test u l-istampa li ġejjin qed jiddaħħlu bħala t-tieni paragrafu tal-intestatura Ġenerali:

“Id-drappijiet ta’ tessuti mgħottijin parzjalment b’tikek tal-plastik applikati f’disinn regolari biex dawn ma jibqgħux jiżolqu mhumiex ikkunsidrati bħala “drappijiet li fihom disinji” skont it-tifsira tan-Nota 2(a)(4) tal-Kapitolu 59. Id-drapp huwa meqjus biss bħala miksi jew mgħotti, sakemm il-karatteristiċi oġġettivi tal-oġġett ma jindikawx li l-prodott kien ittrattat b’mod differenti minflok ma kien miksi jew mgħotti (eż. stampat).

Image


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


Il-Qorti tal-Awdituri

2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/3


Rapport Speċjali Nru 36/2016

“Valutazzjoni tal-arranġamenti għall-għeluq tal-programmi tal-koeżjoni u tal-iżvilupp rurali għall-2007-2013”

(2017/C 33/03)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 36/2016 “Valutazzjoni tal-arranġamenti għall-għeluq tal-programmi tal-koeżjoni u tal-iżvilupp rurali għall-2007-2013” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/4


SEJĦA SPEĊIFIKA GĦALL-PROPOSTI — EACEA/03/2017

Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja 2014-2020

(2017/C 33/04)

1.   Introduzzjoni

Din is-sejħa għal proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE. ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347/50 tal-20.12.2013).

2.   Objettivi u deskrizzjoni

Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE) tipprovdi l-qafas ta’ kwalità ġenerali għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni Ewropej u internazzjonali li istituzzjoni ta’ edukazzjoni superjuri (HEI) tista’ twettaq fi ħdan il-Programm Erasmus+. L-għoti ta’ Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja hija prerekwiżit għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri kollha li qegħdin f’wieħed mill-pajjiżi elenkati hawn taħt u li jridu japplikaw u jipparteċipaw fil-mobilità tat-tagħlim ta’ individwi u/jew fil-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba skont il-Programm. Għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri li qegħdin f’pajjiżi oħra, il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja mhijiex meħtieġa, u l-qafas ta’ kwalità qed ikun stabbilit permezz ta’ ftehim interistituzzjonali bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri. Il-Karta tingħata għat-tul kollu tal-Programm Erasmus+. L-implimentazzjoni tal-Karta se tiġi mmonitorjata u kwalunkwe ksur tal-prinċipji u tal-impenji tagħha jista’ jwassal għall-irtirar tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.

3.   Applikanti eliġibbli

L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin huma eliġibbli li japplikaw għal Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja:

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA-ŻEE (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja), l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija.

L-awtoritajiet Nazzjonali se jinnominaw, fost l-applikanti, lill-Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Superjuri (1) li huma eliġibbli biex jipparteċipaw fil-mobilità tat-tagħlim ta’ individwi u/jew fil-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba skont il-Programm Erasmus+, fit-territorji rispettivi tagħhom.

4.   Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet u data indikattiva ta’ meta se jiġu ppublikati r-riżultati tal-għażla

Il-formola onlajn ta’ applikazzjoni lesta kif imiss għandha tintbagħat onlajn sa 12.00 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell, Central European Time) tal-31 ta’ Marzu 2017.

Id-data indikattiva ta’ meta se jiġu ppubblikati r-riżultati tal-għażla hija l-1 ta’ Ottubru 2017.

5.   Informazzjoni sħiħa

L-informazzjoni dwar il-Programm Erasmus+ hija disponibbli fuq is-sit elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/erasmus-plus

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi skont il-linji gwida mogħtija mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u huma disponibbli fl-indirizz:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/erasmus-charter-for-higher-education-2014-2020-selection-2018_en


(1)  “Iistituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja” skont kif inhi ddefinita fl-Artiklu 2 tal-bażi legali tal-Programm Erasmus+ hija:

(a)

kull tip ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki rikonoxxuti oħra ta’ livell terzjarju irrispettivament mill-isem ta’ tali stabbiliment;

(b)

kull istituzzjoni li, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, toffri edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali fuq livell terzjarju.


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/6


INĠUNZJONI

tal-31 ta’ Marzu 2016

fil-Kawża E-4/15

L-Assoċjazzjoni Iżlandiża tas-Servizzi Finanzjarji vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Azzjoni ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTAGħajnuna mill-istatAmmissabbiltàLocus standiStat ta’ assoċjazzjoni)

(2017/C 33/05)

Fil-Kawża E-4/15: L-Assoċjazzjoni Iżlandiża tas-Servizzi Finanzjarji vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — RIKORS għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 298/14/COL tas-16 ta’ Lulju 2014, innotifikata fil-ĠU C 400, 13.11.2014, p. 13 u s-Supplement taż-ŻEE Nru 66, 13.11.2014, p. 1 (“id-deċiżjoni kkontestata”), biex jingħalaq il-każ rigward għajnuna eżistenti lill-Fond Iżlandiż tal-Finanzjament Immobiljari (Íbúðalánasjóður), il-Qorti, magħmula minn: Carl Baudenbacher, President u l-Imħallef-Relatur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, taw l-ordni tal-31 ta’ Marzu 2016, li l-parti operattiva tiegħu hi kif ġej:

1.

L-applikazzjoni hija miċħuda bħala inammissibbli;

2.

L-Assoċjazzjoni Iżlandiża tas-Servizzi Finanzjarji għandha tħallas l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk imġarrba mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA;

3.

Il-Gvern tal-Iżlanda għandu jġorr l-ispejjeż tiegħu stess.


2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/7


SENTENZA TAL-QORTI

tad-19 ta’ April 2016

fil-Kawża E-14/15

Holship Norge AS vs Norsk Transportarbeiderforbund

(L-Artikoli 31, 53 u 54 ŻEE — il-Liġi tal-Kompetizzjoni — Ftehimiet kollettivi — Azzjoni kollettiva — Libertà ta’ stabbiliment)

(2017/C 33/06)

Il-Kawża E-14/15, Holship Norge AS v Norsk Transportarbeiderforbund – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Suprema tan-Norveġja (Norges Høyesterett) rigward l-interpretazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 31, 53 u 54, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef-Relatur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, qatgħu s-sentenza fid-19 ta’ April 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

1.

L-eżenzjoni mir-regoli tal-kompetizzjoni taż-ŻEE li tapplika għall-ftehimiet kollettivi ma tkoprix il-valutazzjoni ta’ prijorita ta’ regola ta’ ingaġġ, bħal dik f’din il-kwistjoni, jew l-użu ta’ bojkott kontra utent tal-port sabiex tinkiseb l-aċċettazzjoni ta’ ftehim kollettiv, meta tali aċċettazzjoni timplika li l-utent tal-port ikun irid jagħti preferenza li jixtri servizzi ta’ ħatt u ta’ tagħbija minn kumpanija separata, bħal ma hu l-uffiċċju amministrattiv in kwistjoni, minflok ma juża l-impjegati tiegħu għall-istess xogħol.

2.

L-Artikoli 53 u 54 ŻEE jistgħu japplikaw b’mod separat jew konġuntament għal sistema bħal dik in kwistjoni.

3.

F’każ li port, bħal ma hu dak in kwistjoni, ma jkunx jitqies bħala parti sostanzjali mit-territorju taż-ŻEE, sistemi amministrattivi tal-uffiċċju identiċi jew korrispondenti, li jistgħu jkunu jeżistu f’portijiet oħra, jkunu jridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni sabiex jiġi determinat jekk pożizzjoni dominanti tkunx tkopri t-territorju tal-Ftehim taż-ŻEE jew parti sostanzjali minnu.

4.

Bojkott bħal dak in kwistjoni, li jkollu l-għan li jikseb aċċettazzjoni ta’ ftehim kollettiv li jipprovdi għal sistema li tinkludi klawżola ta’ prijorità, iwassal x’aktarx biex jiskoraġġixxi, jew anki ma jħallix, l-istabbiliment ta’ kumpaniji minn Stati oħra taż-ŻEE u għalhekk ikun jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà tal-istabbiliment skont l-Artikolu 31 ŻEE.

5.

Mhux ta’ sinifikanza għall-valutazzjoni ta’ jekk teżistix restrizzjoni, jekk il-bżonn tal-kumpanija għal servizzi ta’ ħatt u tagħbija jirriżulta li huwa limitat ħafna u/jew sporadiku.

6.

F’sitwazzjoni bħal dik fil-proċedimenti ewlenin, ma hu tal-ebda sinifikanza għall-valutazzjoni tal-legalità tar-restrizzjoni li l-kumpanija, li fuqha jkun ġie impost bojott, tapplika ftehim kollettiv ieħor f’relazzjoni mal-ħaddiema portwali tagħha stess.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/8


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 33/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“CHAROLAIS DE BOURGOGNE”

Nru tal-UE: PGI-FR-02099 — 8.12.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Charolais de Bourgogne”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ix-“Charolais de Bourgogne” huwa laħam taċ-ċanga tar-razza Charolais (imnissla minn missirijiet u ommijiet tar-razza Charolais), li jikkorrispondu għall-karatteristiċi li ġejjin:

Kategorija u età minima u massima

Piż minimu tal-karkassa

Konformazzjoni

Grad ta’ kopertura ta’ xaħam

Bhejjem tal-ifrat ta’ 14-il xahar sa 24 xahar

320 kg

E, U, R

2-3-4

Erħa ta’ mill-inqas 24 xahar

280 kg

E, U, R

2-3-4

Baqra ta’ mhux iktar minn 10 snin

330 kg

U, R

2-3-4

Ix-“Charolais de Bourgogne” huwa laħam aħmar pur, kemm kemm irħamat, ftit imxaħħam, fih ftit nervituri, tari u sukkulenti.

Dan jiġi ppreżentat frisk jew iffriżat. Il-laħam ma jistax jinbiegħ refriġerat wara li jkun ġie defrostjat.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-annimali jitrabbew b’tali mod li jiġu rrispettati ċ-ċikli tradizzjonali ta’ alternanza fir-ragħa (ta’ mill-inqas 6 xhur fis-sena) u stabbli matul il-perjodu tat-trobbija tagħhom, kemm jekk ċiklu wieħed għall-bhejjem tal-ifrat li jkollhom minn 14-il xahar sa 24 xahar kif ukoll jekk ta’ mill-inqas żewġ ċikli għall-bhejjem nisa.

L-erja miksija bil-ħaxix tal-azjenda agrikola tkun tirrappreżenta mill-inqas 70 % taż-żona ta’ foraġġ prinċipali (ŻFP).

L-għalf tal-annimali kollha jkun abbażi ta’ ħxejjex u għalf oħxon. L-għalf oħxon, ħlief għat-tiben, jiġi b’mod esklussiv miż-żona ġeografika. Fil-fatt, il-preżenza sostanzjali ta’ mergħat naturali fiż-żona ġeografika, li huma kkaratterizzati mid-diversità u mill-kwalità floristika tagħhom, għandha tabilħaqq valur tradizzjonali.

L-għalf ikkonċentrat sħiħ jew kumplimentari għal kull annimal hu limitat għal medja ta’ 2 kg ta’ materja prima kuljum fis-sena ħlief fil-fażi aħħarija tat-tismin.

Matul il-perjodu kollu tat-trobbija, l-urea hija pprojbita.

Il-fażi aħħarija tat-tismin tal-annimali titwettaq fil-mergħat jew bil-ħawt.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-tnissil tal-għoġġiela, it-trobbija u t-tismin isiru fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikkettar tax-“Charolais de Bourgoge” jkun jinkludi:

l-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta:

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-annimal jew in-numru tal-lott;

il-kategorija tal-annimal li minnu ġej il-laħam:

id-data tat-tbiċċir;

fejn ikun xieraq: il-kliem “maturazzjoni minima ta’ 7 ijiem għall-biċċiet maħsuba għax-xiwi jew għall-forn, għajr il-falda l-irqiqa, il-falda l-ħoxna u l-flett” jew “maturazzjoni minima ta’ 7 ijiem għal-laħam f’vakwu”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeogrfika tal-IĠP “Charolais de Bourgogne” tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Fid-dipartiment ta’ Ain

Arbigny, Asnières-sur-Saône, Bagé-le-Châtel, Beaupont, Beny, Bey, Boz, Chavannes-sur-Reyssouze, Chevroux, Coligny, Cormoranche-sur-Saône, Cormoz, Courtes, Crottet, Curciat-Dongalon, Domsure, Feillens, Garnerans, Genouilleux, Gorrevod, Grièges, Guereins, Lescheroux, Mantenay-Montlin, Manziat, Marboz, Mogneneins, Montmerle-sur-Saône, Ozan, Peyzieux-sur-Saône, Pirajoux, Pont-de-Vaux, Pont-de-Veyle, Replonges, Reyssouze, Saint-André-de-Bagé, Saint-Bénigne, Saint-Didier-sur-Chalaronne, Saint-Etienne-sur-Reyssouze, Saint-Jean-sur-Reyssouze, Saint-Julien-sur-Reyssouze, Saint-Laurent-sur-Saône, Saint-Nizier-le-Bouchoux, Saint-Trivier-de-Courtes, Salavre, Sermoyer, Servignat, Thoissey, Valeins, Verjon, Vernoux, Vescours, Vesines, u Villemotier.

Fid-dipartiment ta’ Cher:

Apremont-sur-Allier, Argenvières, Bannay, Beffes, Belleville-sur-Loire, Boulleret, Bué, La Chapelle-Hugon, La Chapelle-Montlinard, Charentonnay, Le Chautay, Couargues, Cours-les-Barres, Couy, Crézancy-en-Sancerre, Cuffy, Feux, Gardefort, Garigny, Germigny-l’Exempt, Groises, La Guerche-sur-l’Aubois, Herry, Jalognes, Jouet-sur-l’Aubois, Jussy-le-Chaudrier, Lère, Lugny-Champagne, Marseilles-les-Aubigny, Ménetou-Ratel, Ménétréol-sous-Sancerre, Précy, Saint-Bouize, Sainte-Gemme-en-Sancerrois, Saint-Léger-le-Petit, Saint-Martin-des-Champs, Saint-Satur, Sancergues, Sancerre, Savigny-en-Sancerre, Sens-Beaujeu, Sevry, Sury-près-Lère, Sury-en-Vaux, Thauvenay, Torteron, Veaugues, Verdigny, u Vinon.

Fid-dipartiment ta’ Côte-d’Or:

Il-cantons ta’ Arnay-le-Duc, Beaune, Ladoix-Serrigny u Semur-en-Auxois.

Kif ukoll il-muniċipalitajiet ta’:

Agencourt, Agey, Alise-Sainte-Reine, Ancey, Argilly, Athié, Aubigny-en-Plaine, Aubigny-les-Sombernon, Auvillars-sur-Saône, Bagnot, Barbirey-sur-Ouche, Baulme-la-Roche, Benoisey, Bessey-les-Cîteaux, Blaisy-Bas, Blaisy-Haut, Bligny-le-sec, Bonnencontre, Boux-sous-Salmaise, Brazey-en-Plaine, Broin, Buffon, Bure-les-Templiers, Bussy-la-Pesle, Bussy-le-Grand, Chamblanc, Champagny, Champ-d’Oiseau, Chanceaux, Charencey, Charrey-sur-Saône, Chaugey, Chaume-les-Baigneux, Chivres, Comblanchien, Corcelles-lès-Cîteaux, Corgoloin, Corpoyer-la-Chapelle, Courcelles-les-Montbard, Crépand, Darcey, Detain-et-Bruant, Drée, Echalot, Echannay, Epernay-sous-Gevrey, Eringes, Esbarres, Etormay, Fain-les-Montbard, Fain-les-Moutiers, Flavigny-sur-Ozerain, Fresnes, Frôlois, Fussey, Gerland, Gissey-sous-Flavigny, Glanon, Grenant-lès-Sombernon, Grésigny-Sainte-Reine, Grignon, Grosbois-en-Montagne, Hauteroche, Izeure, Jailly-les-Moulins, Jallanges, Jours-les-Baigneux, Labergement-les-Seurre, Labruyère, Lanthes, Lechâtelet, Magny-les-Aubigny, Magny-les-Villers, Mâlain, Marigny-le-Cahoüet, Menesble, Ménetreux-le-Pitois, Mesmont, Minot, Moitron, Montigny-Montfort, Montmain, Montoillot, Montot, Moutiers-Saint-Jean, Mussy-la-Fosse, Nogent-les-Montbard, Pagny-la-Ville, Panges, Pellerey, Poiseul-la-Grange, Poncey-sur-l’Ignon, Pouillenay, Pouilly-sur-Saône, Prâlon, Quincerot, Quincey, Quincy-le-Vicomte, Recey-sur-Ource, Remilly-en-Montagne, La Roche-Vanneau, Saint-Anthot, Saint-Bernard, Saint-Broing-les-Moines, Saint-Germain-les-Senailly, Saint-Jean-de-Bœuf, Saint-Nicolas-les-Cîteaux, Saint-Rémy, Saint-Seine-l’Abbaye, Saint-Victor-sur-Ouche, Salmaise, Savigny-sous-Mâlain, Savouges, Seigny, Senailly, Seurre, Sombernon, Source-Seine, Terrefondrée, Thénissey, Trouhaut, Trugny, Turcey, Vaux-Saules, Venarey-les-Laumes, Verrey-sous-Drée, Verrey-sous-Salmaise, Vieilmoulin, Villaines-les-Prévôtes, Villebichot, La Villeneuve-les-Convers, Villotte-Saint-Seine, Villy-le-Moutier, u Viserny.

Fid-dipartiment ta’ Loire:

Ambierle, Arcinges, Arçon, Belleroche, Belmont-de-la-Loire, La Bénisson-Dieu, Boyer, Briennon, Le Cergne, Chandon, Changy, Charlieu, Le Crozet, Cuinzier, Ecoche, La Gresle, Jarnosse, Mably, Maizilly, Mars, Nandax, Noailly, Les Nöés, La Pacaudière, Pouilly-sous-Charlieu, Renaison, Sail-les-Bains, Saint-Alban-les-Eaux, Saint-André-d’Apchon, Saint-Bonnet-des-Quarts, Saint-Denis-de-Cabanne, Saint-Forgeux-Lespinasse, Saint-Germain-la-Montagne, Saint-Germain-Lespinasse, Saint-Haon-le-Châtel, Saint-Haon-le-Vieux, Saint-Hilaire-sous-Charlieu, Saint-Martin-d’Estreaux, Saint-Nizier-sous-Charlieu, Saint-Pierre-la-Noaille, Saint-Rirand, Saint-Romain-la-Motte, Sevelinges, Urbise, Villers, u Vivans.

Fid-dipartiment ta’ Nièvre:

Il-muniċipalitajiet kollha ħlief Annay, Dornecy u Neuvy-sur-Loire.

Fid-dipartiment ta’ Rhône:

Il-canton ta’ Belleville.

Kif ukoll il-muniċipalitajiet ta’:

Aigueperse, Azolette, Monsols, Ouroux, Propières, Saint-Bonnet-des-Bruyères, Saint-Christophe, Saint-Clément-de-Vers, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Igny-de-Vers, Saint-Jacques-des-Arrêts, Saint-Mamert, u Trades.

Fid-dipartiment ta’ Saône-et-Loire:

Il-muniċipalitajiet kollha ħlief Beauvernois, Bosjean, Champagnat u Cuiseaux.

Fid-dipartiment ta’ Yonne:

Il-canton ta’ Avallon.

Kif ukoll il-muniċipalitajiet ta’:

Andryes, Angely, Asquins, Bierry-les-Belles-Fontaines, Blacy, Chamoux, Cisery, Coutarnoux, Diges, Dissangis, Domecy-sur-Cure, Dracy, Foissy-les-Vézelay, Fontaines, Fontenay-près-Vézelay, Fontenoy, Givry, Guillon, L’Isle-sur-Serein, Joux-la-Ville, Lalande, Lavau, Leugny, Levis, Marmeaux, Merry-la-Vallée, Mézilles, Montréal, Moulins-sur-Ouanne, Moutiers-en-Puisaye, Parly, Pierre-Perthuis, Pisy, Sainpuits, Saint-André-en-Terre-Plaine, Sainte-Colombe-sur-Loing, Saint-Fargeau, Saint-Martin-des-Champs, Saint-Martin-sur-Ocre, Saint-Père, Saints-en-Puisaye, Saint-Sauveur-en-Puisaye, Santigny, Sauvigny-le-Beuréal, Savigny-en-Terre-Plaine, Sceaux, Talcy, Tannerre-en-Puisaye, Tharoiseau, Thizy, Toucy, Treigny, Trévilly, Vassy-sous-Pisy, Vézelay, u Vignes

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ta’ “Charolais de Bourgogne” tikkonsisti minn ġabra ta’ reġjuni agrikoli żgħar fost l-iktar fertili fl-Ewropa, li fihom żviluppat sistema estensiva għat-trobbija. Kważi erbgħa minn kull ħames uċuħ tar-raba’ huma wċuħ ta’ foraġġ. F’din iż-żona, il-mergħat maturali, li huma kkaratterizzati mid-diversità u l-kwalità floristika tagħhom, jikkonsistu minn maġġoranza kbira ħafna ta’ wċuħ tal-ħaxix (medja ta’ 73 %).

Il-klima oċeanika, b’influwenzi kontinentali jew ġejjin min-Nofsinhar skont is-setturi taż-żona, tiżgura li jkun hemm inżul ta’ xita distribwita sew matul is-sena. Iż-żidiet fit-temperaturi fir-rebbiegħa jagħtu lok għal tisħin rapidu u jkunu ta’ benefiċċju biex il-ħaxix tal-mergħat jikber b’rata konsistenti, għall-prattika tal-ħsad tal-ħuxlief u f’xi żoni, biex il-ħsad jerġa’ jingħata spinta.

Il-bosk żgħir ta’ Bourguignon ġie stabbilit fis-seklu XIX, bi speċjalizzazzjoni fil-laħam taċ-ċanga fir-reġjun u b’mod partikolari l-produzzjoni tax-“Charolais Bourgogne”. Hu bosk żgħir ġeometriku, fejn ir-ringieli ta’ sġajriet huma magħmula minn diversi pjanti bix-xewk (frotta tal-ballerina, pruna selvaġġa…), sebuka, żafżafa, eċċ. Ir-ringieli ta’ sġajriet magħmula minn xtabi tal-akaċja u fildiferru tal-igiegeż, bil-bażi jkun fih ħmieġ tal-għasafar. Il-manutenzjoni li ssir min-nissiela (għal daqs regolari) ta’ dawn ir-ringieli ta’ sġajriet tiġġenera rabta mal-flora u l-fawna (li tipproduċi r-ringieli tas-sġajriet u tużah), tagħti l-kumdità lill-bhejjem (ħafna drabi f’għalf) u l-karatterizzazzjoni tal-pajsaġġ.

Żona ta’ tranżizzjoni bejn il-ħamrija kalkarizzata tal-Baċin ta’ Pariġi u l-kristallini tal-Massif Central, iż-żona ġeografika ħadet vantaġġ minn din il-varjetà ta’ ħamrija li żviluppat komplimentarjetà fil-prattiki: in-nissiela jnisslu u jrabbu l-annimali fuq ħamrija fqira u ta’ tip kristallin u dawk li jsemmnuhom jgħadduhom “mill-aħħar fażi ta’ tismin” fuq it-terreni fertili tagħhom taflija bil-ġir.

Is-sistema tal-produzzjoni tax-“Charolais de Bourgogne” hija karatterizzata minn żvilupp estensiv tal-art u ġestjoni estensiva tal-popolazzjoni tal-bhejjem fir-rigward tal-alternanza taċ-ċikli tar-ragħa u x-xtiewi. Il-potenzjal tal-annimal tar-razza Charolais, bħal dak tar-ragħa, jiġi sfruttat fiż-żona skont prinċipji tradizzjonali li ilhom stabbiliti għal sekli sħaħ.

In-nissiela huma l-bażi għal dan il-proċess ta’ għażla tal-annimali. Ikomplu jtejbu l-popolazzjoni tal-bhejjem imnissla minn ġenerazzjonijiet sħaħ. L-għarfien jintiret bejn in-nissiela (apprezzament viżiv tal-kwalitajiet tal-annimali, kompetizzjonijiet …) u bejn il-ġenerazzjonijiet (bhejjem tat-tnissil).

Matul ix-xitwa, il-merħla tirċievi dieta bbażata fuq il-ħuxlief li jiġi prinċipalment mill-operazzjonijiet fiż-żona ġeografika u li joriġina għalkollox minnha, it-tiben, kif ukoll minn żrieragħ fi kwantitajiet limitati li jippermettu porzjon bilanċjat. L-għan prinċipali tan-nissiel hu li jqassar kemm jista’ jkun il-perjodu tax-xitwa. Ħafna drabi l-bhejjem jintbagħtu lura fil-istalla meta l-potenzjal tal-mergħa jkun estremament limitat u meta l-ħaxix ikun qed jisponta fir-rebbiegħa. Il-par omm u għoġol jinħarġu jirgħu kif jibda jisponta l-ħaxix sabiex jieħdu l-aħjar valur li jistgħu mill-ħaxix.

In-nissiel jamministra l-mergħat b’mod rigoruż biex jottimizza t-tkabbir tal-ħaxix: it-tagħbija u l-ħatt tal-mergħat u l-ħsad tal-pjanti għall-għalf. Dawn il-prattiki jgħinu biex jiġi ppriżervat il-potenzjal kwalitattiv u kwantitattiv tal-mergħat u biex biċċiet ta’ art agrikola jkunu aċċessibbli għall-annimali matul il-biċċa l-kbira tas-sena. Il-merħla, magħmula mill-baqar u mill-għoġġiela tagħhom, tqatta’ staġun twil fil-mergħat li jintemm meta jintgħażlu l-annimali ż-żgħar.

F’dan ir-reġjun, il-bosk żgħir magħmul għall-produzzjoni tal-foraġġ, u t-trobbija fil-mergħat żviluppaw flimkien. B’mod partikolari, ir-razza charolaise tadatta sew. F’din iż-żona, iż-żamma ta’ sistema ta’ trobbija kkaratterizzata minn żvilupp estensiv tal-art u ġestjoni estensiva tal-popolazzjoni tal-bhejjem tippermetti l-ġestjoni ta’ wċuħ kbar u l-manteniment ta’ żoni kbar.

Ix- “Charolais de Bourgogne” huwa kkaratterizzat minn karkassa li tkun żammet is-solidità tal-iskeletru u żviluppat kwalitajiet importanti fil-produzzjoni taċ-ċanga.

Ir-rendiment tal-laħam mill-karkassi tax-“Charolais de Bourgogne” li jkun iktar minn 70 %, hu eċċellenti, u fih perċentwal għoli ta’ muskoli u livell baxx ta’ xaħam tal-ġilda. Dan jaqbeż sew ir-rendiment tal-annimali komparabbli u jagħti kwantità ta’ madwar 50 % laħam disponibbli għax-xiwi. Il-klassifikazzjoni tal-kwalità taċ-ċanga hija fost l-aqwa f’din il-kategorija, b’perċentwal ta’ kważi 95 % tal-annimali klassifikati tajbin (R) sa eċċellenti (E).

Il-laħam “Charolais de Bourgogne” hu aħmar sabiħ qawwi u jleqq. Ix-xaħam, irqiq u ħafif, jinsab bejn il-ġilda f’ċapep żgħar, b’hekk jitqies laħam irħamat u jagħti l-palat. Filwaqt li huwa rikonxxut għall-kwalità nutrittiva tiegħu, joffri livelli sodisfaċenti ta’ proteini, ħadid u vitamini, nutrijenti ta’ kwalità għolja ħafna. Waqt it-tisjir, il-laħam għandu partikolarità li jżomm ħafna ilma li jwassal biex jitlef biss ftit mis-sugu tiegħu. Mil-lat organolettiku, il-karatteristika ewlenija ta’ dan il-laħam hi li hu tari, ftit imxaħħam filwaqt li jżomm il-palat u s-sukkulenza.

Il-laħam “Charolais de Bourgogne” hu riżultat tal-għarfien espert tan-nissiela. Il-prattiki tat-trobbija ntirtu fuq medda ta’ żmien u għenu jsawru l-bosk żgħir ta’ Bourgogne li fih il-bhejjem tal-ifrat, ladarba jkunu mmaturaw fuq l-uċuħ jagħtu lil-laħam il-kwalitajiet distintivi tiegħu.

Il-produzzjoni tax-“Charolais de Bourgogne” ġiet żviluppata mill-kwalità tal-ħamrija, l-abbundanza tal-ħaxix, il-klima u l-idrografija favorevoli kif ukoll mid-diversità tal-ħamrija u l-ġeoloġija.

L-irdigħ mill-omm hu ta’ benefiċċju għall-produzzjoni ta’ bhejjem tal-ifrat żgħar b’saħħithom. Il-fatt li l-bhejjem jinħarġu jirgħu l-ħaxix tal-mergħat minn fażi bikrija u jitħallew għal perjodu massimu, flimkien mal-perjodi ta’ nixfa, jimponi fuq l-annimali perjodi mnaqqsa ta’ disponibbiltà għall-għalf. Għalhekk, l-annimal jieħu mir-riżervi ta’ xaħam tiegħu stess. Din il-loġika tal-produzzjoni twassal għal laħam “irħamat” li l-palat tiegħu jintensifika permezz tat-tkissir tax-xaħam fil-biċċiet tal-laħam.

It-tip ta’ provvista (inkluż l-importanza tar-ragħa), u ċ-ċaqliq fil-mergħat, jikkontribwixxu għall-finezza u l-irtubija tal-laħam. Il-proporzjon għoli ta’ ħaxix fid-dieta jagħti lil-laħam il-kulur aħmar iżda jitrasferixxi wkoll antiossidanti naturali (vitamina E) li jistabbilixxu dan il-kulur sakemm jiġi kkummerċjalizzat. It-tismija tiffinalizza d-depożitu tat-tessut xaħmi intermuskulari (irħamar) permezz ta’ saff ta’ xaħam fuq il-karkassa li tikkontribwixxi għall-maturazzjoni kif ukoll għall-iżvilupp tal-palat u l-irtubija tiegħu.

Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika tax-“Charolais de Bourgogne” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tiegħu.

Ir-razza “Charolais de Bourgogne” ilha żmien twil tokkupa post importanti fil-gastronomija u fil-festi lokali. Tissemma fil-gwidi turistiċi kollha, bħala “karatteristika” ta’ Bourgogne. Din ir-reputazzjoni saret rinomata fil-gastronomija permezz tar-riċetti u tal-kummenti ta’ kokijiet famużi. Fosthom, Thierry u Damien Broin joffru l-ispeċjalità tal-“Bœuf Charolais de Bourgogne” minn katina ta’ provvista qasira. Fir-ristorant tagħhom rakkomandat minn bosta gwidi u kkwotat f’ħafna rivisti, il-kok Yannick Vaillant jirrikonoxxi li “ċ-ċanga tax-Charolais de Bourgogne hija famuża għall-palat tagħha”.

Mil-lat ta’ kwalità, ix-“Charolais de Bourgogne” toffri ikliet prestiġjużi, kif deher bil-preżenza tal-“Carpaccio de Charolais de Bourgogne” fuq il-menù għad-degustazzjoni organizzat mix-Chambres d’Agriculture françaises fix-Chateau de Savigny-les-Beaune fit-8 ta’ Lulju 1997.

Ix-“Charolais de Bourgogne” għadha rikonoxxuta sal-lum fil-konkors uffiċjali tar-razza Charolais. Għalhekk, matul il-konkors nazzjonali tal-Kungress Nazzjonali tax-Charolais f’Awwissu 2014, fost is-750 annimal ippreżentat, iktar minn 50 % tar-rebbieħa kienu minn Bourgogne.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/4-CDCCharolaisdeBourgogne-Novembre2016-Propre.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.