|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 26/06 |
||
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2017/C 26/07 |
||
|
2017/C 26/08 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 26/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8347 — EQT Fund Management/Getec Energie Holding/Getec Target Companies) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-25 ta’ Jannar 2017
(2017/C 26/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0743 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,79 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4366 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85323 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4833 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0732 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,9453 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,022 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,72 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3641 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4986 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,1082 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4213 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4070 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,3343 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4789 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5238 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 251,45 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,2587 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3935 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4978 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 319,89 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7608 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,326 |
|
RUB |
Rouble Russu |
63,6282 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,848 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,4057 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,0674 |
|
INR |
Rupi Indjan |
73,1385 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
26.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/2 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT.40153 — E-book MFNs u kwistjonijiet relatati
(2017/C 26/02)
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi – f’dawk il-każijiet fejn ikollha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni li tobbliga li ksur jinġieb fi tmiemu l-partijiet ikkonċernati joffru li jidħlu għal irbit li jkun jissodisfa t-tħassib indikat lilhom mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha – li dak l-irbit isir vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u tikkonkludi li ma hemmx aktar raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-kummenti tagħhom sal-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni. |
2. SOMMARJU TAL-KAŻ
|
(3) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, dwar ksur allegat minn Amazon.com, Inc., u l-impriżi relatati magħha, fosthom Amazon EU S.à.r.l., Amazon Media EU S.à.r.l. u Amazon Digital Services Inc. (minn hawn ’il quddiem imsejħa kollettivament “Amazon”) f’dak li għandu x’jaqsam mad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ e-books lil konsumaturi fiż-ŻEE. |
|
(4) |
Skont il-valutazzjoni preliminari, Amazon tista' tkun dominanti fis-swieq rilevanti għad-distribuzzjoni bl-imnut fil-livell ta’ e-books bil-lingwa Ingliża u Ġermaniża lil konsumaturi fiż-ŻEE. Il-valutazzjoni preliminari esprimiet it-tħassib tal-Kummissjoni li Amazon setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha bi ksur tal-Artikolu 102 tat-Trattat u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE billi tirrikjedi li Fornituri tal-e-books (2) (i) biex jinnotifikaw lil Amazon b'termini u kundizzjonijiet alternattivi jew aktar favorevoli u kundizzjonijiet li joffru bnadi oħra u / jew (ii) biex jagħmlu disponibbli għal Amazon termini u kundizzjonijiet li, direttament jew indirettament jiddependu fuq it-termini u l-kundizzjonijiet offruti Bejjiegħ bl-Imnut ieħor tal-e-books (3) (minn hawn ’il quddiem kollettivament imsejħa “il-Klawżoli tal-Parità”). It-tħassib preliminari tal-Kummissjoni jiffoka fuq il-Klawżoli tal-Parità li ġejjin: |
|
(5) |
Klawżoli li jirrikjedu l-Fornituri ta' e-books biex jinnotifikaw u joffru lil Amazon it-termini għat-tqassim ta’ e-books skont il-mudell tan-negozju partikolari bħala riżultat tad-distribuzzjoni ta’ e-books mill-Fornitur ta' e-books skont dan il-mudell tan-negozju permezz ta’ kwalunkwe Bejjiegħ bl-Imnut tal-e-books apparti Amazon (“Parità tal-Mudell tan-Negozju”). |
|
(6) |
Klawżoli li jitolbu Fornitur tal-e-books li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' Amazon (i) e-book partikolari f'territorju partikolari u / jew f’data u ħin partikolari bħala bħala riżultat tad-distribuzzjoni ta' dan l-e-book lil kwalunkwe Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books għajr Amazon (“Parità tal-Għażla”) u / jew (ii) kull karatteristika, funzjonalità, regola tal-użu, element jew kontenut għal e-book wieħed jew aktar bħala riżultat tal-fatt li l-Fornitur tal-e-books jagħmel dik il-karatteristika, il-funzjonalità, ir-regola tal-użu, element jew il-kontenut disponibbli għal dak l-e-book permezz ta’ Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books għajr Amazon (“Parità tal-Karatteristiċi”). |
|
(7) |
Klawżoli (i) li jirrikjedu Fornitur tal-e-books li jistabbilixxu prezz tal-aġenzija għal Amazon li jiddependi b'xi mod fuq il-prezz tal-aġenzija stabbilit mill-Fornitur tal-e-books (jew iċċarġjat mill-Bejjiegħ bl-Imnut tal-e-books) fuq xi Bejjiegħ bl-Imnut tal-e-books għajr Amazon, jew fuq il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid li jintalab lill-konsumaturi minn Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books għajr Amazon (“Parità tal-Prezz tal-Aġenzija”) u / jew (ii) li jobbligaw lill-Fornitur tal-e-books li joffri lil Amazon xi prezz promozzjonali bl-ingrossa, tal-aġenzija jew kontenut promozzjonali b’riżultat tal-fatt li Fornitur tal-e-books joffri prezz promozzjonali bl-ingrossa, tal-aġenzija jew kontenut promozzjonali permezz ta' Bejjiegħ bl-Imnut tal-e-books għajr Amazon (“Parità tal-Promozzjoni”) u / jew (iii) jipprevedi “riżerva” ta’ krediti li Amazon tista' tuża għad-diskrezzjoni tagħha biex tagħti roħs fuq il-prezzijiet tal-aġenzija għal kwalunkwe e-book fornut minn dak il-Fornitur ta' e-books fuq Amazon. L-aggregazzjoni hija kkalkulata abbażi tad-differenzi bejn il-prezzijiet tal-aġenzija stabbiliti mill-Fornitur ta’ e-books għall-e-books tiegħu fuq Amazon u l-prezzijiet tal-aġenzija jew prezzijiet ta' rivenditur għal dawk l-e-books disponibbli permezz tal-Bejjiegħa bl-Imnut oħra ta' e-books. Id-dħul lill-Fornitur tal-e-books u l-kummissjonijiet lil Amazon huma kkalkulati fuq il-bażi ta’ prezz tal-aġenzija skontat (“Dispożizzjonijiet ta' Riżerva ta' Skonti”). |
|
(8) |
Klawżoli li jitolbu lill-Fornituri tal-e-books li jagħtu lil Amazon prezz bl-ingrossa li jiddependi b'xi mod fuq il-prezzijiet bl-ingrossa jew il-prezz tal-aġenzija li Fornitur ta' e-book jipprovdi lil kwalunkwe Bejjiegħ bl-Imnut tal-e-books għajr Amazon, jew il-prezz tal-bejjiegħ mill-ġdid mitlub lill-konsumaturi minn kwalunkwe Bejjiegħ bl-Imnut tal-e-books għajr Amazon (“Parità ta’ Prezz bl-Ingrossa”). |
|
(9) |
Klawżoli li jitolbu lill-Fornituri tal-e-books li jinnotifikaw lil Amazon jekk jagħmlu disponibbli diversi mudelli ta’ negozju alternattivi, e-books, dati tad-disponibbiltà, karatteristiċi, promozzjonijiet jew prezzijiet irħas għall-bejgħ bl-ingrossa u prezzijiet irħas tal-aġenzija lil Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books għajr Amazon (“Dispożjonijiet ta' Notifika Ġenerali”). |
|
(10) |
Fil-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-Mudell tal-Parità tan-Negozju u d-Dispożizzjonijiet ta' Notifika rispettivi jistgħu (i) jnaqqsu l-inċentivi tal-Fornituri tal-e-books biex jappoġġaw u jinvestu f’mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi alternattivi, (ii) inaqqsu l-abbiltà tal-kompetituri ta' Amazon u l-inċentivi tagħhom biex jiżviluppaw u jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom permezz ta’ tali mudelli ta’ negozju, (iii) jiskoraġġixxu d-dħul fis-suq u / jew l-espansjoni tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books, u b’hekk jistgħu jkunu qed idgħajfu l-kompetizzjoni fil-livell tad-distribuzzjoni tal-e-books u t-tisħiħ tal-pożizzjoni diġà dominanti ta' Amazon. |
|
(11) |
Barra minn hekk, il-Parità tal-Għażla u l-Karatteristika tal-Parità tista' tkun kapaċi li (i) tnaqqas tal-inċentivi tal-Fornituri tal-e-books u l-Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books biex jiżviluppaw e-books li mhumiex prinċipalment test u jżommu d-differenzjazzjoni tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books, u b’hekk potenzjalment idgħajfu l-kompetizzjoni fil-livell tad-distribuzzjoni tal-e-books, (ii), idgħajfu u jiskoraġġixxu l-kompetizzjoni u / jew l-espansjoni tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books billi jillimitaw l-iskop għal offerti differenzjati minn Bejjiegħa bl-Imnujt tal-e-books, li jistgħu jirriżultaw fi prezzijiet ogħla u inqas għażla għall-konsumaturi. |
|
(12) |
Barra minn hekk, il-Parità tal-Prezz tal-Aġenzij, il-Parità tal-Promozzjoni, id-Dispożizzjonijiet dwar ir-Riżerva ta' Skont, u d-Dispożizzjonijiet ta' Notifika rispettivi (flimkien mal-aġir ta’ Amazon immirat lejn il-kisba ta’ parità tal-prezzijiet bl-imnut) tista’ tkun kapaċi li (i) tiskoraġġixxi d-dħul jew l-espansjoni tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books, u b’hekk issaħħaħ il-pożizzjoni potenzjalment dominanti ta' Amazon (ii) tippermetti lil Amazon biex titnaqqas il-kompetizzjoni bejn Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books u b’hekk tikseb livelli ogħla ta’ kummissjoni minn Fornituri tal-e-books, li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jwasslu għal żieda fil-prezzijiet bl-imnut tal-e-books. |
|
(13) |
Fl-aħħar nett, il-Parità tal-Prezz bl-Ingrossa (i) jista’ jkun ta’ tfixkil għall-Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books milli jidħlu u jespandu fis-swieq rilevanti billi joffru prezzijiet aktar baxxi bl-imnut tal-e-books lill-konsumaturi għajr Amazon u (ii) jistgħu jsaħħu l-effetti potenzjali tal-Parità tal-Għażla billi jiżguraw li Amazon ikollha aċċess għall-e-books fl-aħjar termini bl-ingrossa fil-każ li Fornituri tal-e-books jippreferu ma joffrux e-book partikolari lil Amazon. |
|
(14) |
Il-valutazzjoni preliminari esprimiet it-tħassib tal-Kummissjoni li l-Klawżoli kollha tal-Parità deskritti hawn fuq jirrappreżentaw, fihom infushom, abbuż potenzjali tal-pożizzjoni dominanti ta' Amazon fis-swieq rilevanti fiż-ŻEE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni b’mod preliminari tqis li l-kombinazzjoni tal-Klawżoli differenti Relatati mal-Prezzijiet (jiġifieri, l-Parità tal-Prezz tal-Aġenzija, id-Dispożizzjonijiet tar-Riżerva ta' Skont, il-Parità tal-Promozzjoni, il-Parità tal-Prezz tal-Bejgħ bl-Ingrossa, u l-Parità tal-Kummissjoni tal-Aġenzija (4)), Klawżoli ta' Parità mhux Relatati mal-Prezz (jiġifieri, Parità tal-Mudell tan-Negozju, Parità tal-Għażla u Karatteristiċi) u d-Dispożizzjoniet ta' Notifika x'aktarx li se jirrinforza l-effetti antikompetittivi ta’ Klawżoli għall-Parità individwali. |
3. IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI
|
(15) |
Amazon ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu, offrriet li tieħu impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. L-elementi prinċipali tal-impenji huma kif ġej:
|
|
(16) |
Dawn l-impenji jinsabu ppubblikati kollha bl-Ingliż fuq is-sit web tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq: http://ec.europa.eu/competition/index_en.html |
4. STEDINA GĦALL-KUMMENTI
|
(17) |
Wara li jsir l-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni beħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 li fiha tiddikjara li l-impenji mniżżlin fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-internet fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni huma vinkolanti. |
|
(18) |
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. It- terzi persuni interessati huma wkoll mistiedna jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kwalunkwe informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tiġi ssostitwita kif xieraq b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. |
|
(19) |
Ir-risposti u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu motivati u għandhom jippreżentaw il-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema fi kwalunkwe parti tal-impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli. |
|
(20) |
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bir-referenza AT.40153 E-book MFNs u kwistjonijiet relatati jew bl-email (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), inkella bil-faks (+322 2950128) jew bil-posta, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102 TFUE rispettivament. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ din in-notifika, jinħtieġ li r-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 TFUE jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn dan ikun applikabbli.
(2) It-terminoloġija “Fornitur ta' e-books” tintuża biex tinkludi l-entitajiet kollha li jkollhom id-drittijiet neċessarji li jilliċenzjaw l-e-books lil bejjiegħa bl-imnut tal-e-books jew li jbiegħu l-e-books direttament lill-konsumaturi. Bħala tali, “Fornituri ta' e-books” tinkludi pubblikaturi ta’ e-books u ċerti intermedjarji (pereżempju, bejjiegħa bl-ingrossa jew aggregaturi).
(3) It-terminoloġija “Bejjiegħa bl-Imnut tal-e-books”, għall-finijiet ta’ dan id-dokument, tinkludi kull persuna jew entità li legalment tbigħ (jew tfittex li legalment tbigħ) e-books lil konsumaturi f’pajjiż wieħed jew aktar fiż-ŻEE, jew li permezz tagħhom Fornitur tal-e-books, permezz ta' ftehim ta’ aġenzija, ibigħ e-books lil konsumaturi f’pajjiż wieħed jew aktar fiż-ŻEE. Fornitur tal-e-books huwa Bejjiegħ bl-Imnut tal-e-books sal-punt li Fornitur tal-e-books ibigħ l-e-books direttament lill-konsumaturi jew ibigħ l-e-books permezz ta’ aġent permezz ta' ftehim ta’ aġenzija.
(4) Il-Parità tal-Kummissjoni tal-Aġenzija hija klawżola li tirrikjedi Fornitur tal-e-books li jipprovdi lil Amazon kummissjoni tal-aġenzija li tiddependi b'xi mod fuq il-kummissjoni tal-aġenzija li l-Fornitur tal-e-books jipprovdi lil xi Bejjiegħ bl-Imnut tal-e-books għajr Amazon permezz ta' tehim tal-aġenzija.
|
26.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/5 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (1)
(Pubblikazzjoni ta’ titli u ta’ referenzi ta’ speċifikazzjonijiet Komunitarji skont ir-Regolament)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 26/03)
|
Organizzazzjoni |
Referenza u titlu tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja |
Referenza tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja sostitwita |
Data tat-tmiem tal-preżunzjoni ta’ konformità tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja sostitwita |
|
ETSI (2) |
EN 303 213-1 V1.4.1 Sistema Avvanzata ta’ Gwida u ta’ Kontroll tal-Moviment fuq l-Art (A-SMGCS); Parti 1: L-Ispeċifikazzjoni Komunitarja għall-applikazzjoni skont ir-Regolament 552/2004 dwar l-Interoperabbiltà tal-Ajru Uniku Ewropew għal A-SMGCS Livell 1, inklużi l-interfaċċi esterni |
EN 303 213-1 V1.3.1 |
l-1 ta’ Settembru 2017 |
|
ETSI |
EN 303 213-2 V1.4.1 Sistema Avvanzata ta’ Gwida u ta’ Kontroll tal-Moviment fuq l-Art (A-SMGCS); Parti 2: L-Ispeċifikazzjoni Komunitarja għall-applikazzjoni skont ir-Regolament 552/2004 dwar l-Interoperabbiltà tal-Ajru Uniku Ewropew għal A-SMGCS Livell 2, inklużi l-interfaċċi esterni |
EN 303 213-2 V1.3.1 |
l-1 ta’ Settembru 2017 |
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(2) L-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis Cedex, France, tel. +33 492944200, feks +33 493654716, http://www.etsi.org
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
26.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/6 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru skedati għall-merkanzija u għall-posta, skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 26/04)
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
|||||
|
Rotta |
Lisbona-Terceira-Ponta Delgada-Lisbona jew Lisbona-Ponta Delgada-Terceira-Lisbona |
|||||
|
Perjodu tal-validità tal-kuntratt |
Tliet snin wara l-bidu tal-operat |
|||||
|
Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet |
63 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa |
|||||
|
L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku |
Id-dokumenti kollha huma disponibbli fuq http://www.saphety.com/en-GB/home kif ukoll mill-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili concurso.osp@anac.pt Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil:
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
26.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/7 |
L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE
(2017/C 26/05)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
Ll-24 ta’ Ottubru 2016 |
|
Każ Nru |
: |
79525 |
|
Deċiżjoni Nru |
: |
193/16/COL |
|
Stat EFTA |
: |
L-Iżlanda |
|
Titlu (u/jew l-isem tal-benefiċjarju) |
: |
Il-bejgħ tal-elettriku lil Norðurál |
|
Bażi ġuridika |
: |
It-Tielet Emenda għall-kuntratt tal-elettriku konkluż fl-1997 bejn Landsvirkjun u Norðurál Grundartangi ehf. |
|
Tip ta’ miżura |
: |
L-ebda għajnuna mill-Istat |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/8 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA 04/2017
taħt il-programm Erasmus+
KA 2 — Kooperazzjoni għall-Innovazzjoni u l-Iskambju ta' Prattiki Tajbin
L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali
(2017/C 26/06)
1. Għanijiet u deskrizzjoni
L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għandhom l-għan li jindirizzaw id-diskrepanzi fil-ħiliet fir-rigward ta' profil okkupazzjonali wieħed jew aktar f'settur speċifiku. Huma jagħmlu dan billi jidentifikaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol eżistenti jew emerġenti speċifiċi għas-settur (in-naħa tad-domanda), u billi jsaħħu r-responsività ta' sistemi tal-ETV inizjali u kontinwi, fil-livelli kollha, għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol (in-naħa tal-provvista). Fuq il-bażi tal-evidenza dwar il-ħtiġijiet tal-ħiliet, l-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali jappoġġjaw it-tfassil u t-twassil ta' kontenut ta' taħriġ vokazzjonali transnazzjonali, kif ukoll metodoloġiji ta' tagħlim u ta' taħriġ għal profili professjonali ewlenin Ewropej.
L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għal kooperazzjoni settorjali strateġika dwar il-ħiliet jidentifikaw u jiżviluppaw azzjonijiet konkreti biex iqabblu d-domanda u l-provvista ta' ħiliet biex jappoġġjaw l-istrateġija ġenerali tat-tkabbir speċifika għas-settur.
Il-proġetti jistgħu jilħqu dawn l-għanijiet billi japplikaw għal wieħed minn dawn il-“Lottijiet” li ġejjin:
Lott 1 — L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħiliet
Bil-għan li jidentifikaw u jipprovdu evidenza ddettaljata dwar il-ħtiġijiet u d-diskrepanzi fil-ħiliet f'settur ekonomiku speċifiku partikolari. Dan għandu jagħmilha possibbli li jiġu indirizzati tali diskrepanzi permezz tal-provvediment ta' taħriġ, kemm jekk dan ikun ibbażat fuq l-ETV kif ukoll fuq kwalunkwe settur ieħor tal-edukazzjoni u tat-taħriġ.
L-identifikazzjoni u d-definizzjoni ta' ħtiġijiet tal-ħiliet futuri jenħtieġ li jiġu appoġġjati minn riċerka dwar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fis-settur. Il-ħtiġijiet tal-ħiliet għandhom jiġu identifikati għall-profili ta' okkupazzjoni rilevanti tas-settur, fuq il-bażi ta’, fejn disponibbli, il-Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO). Fejn xieraq, dawn jenħtieġ li jagħmlu użu minn informazzjoni dwar il-ħiliet miġbura minn “Kunsilli ta’ Ħiliet Settorjali Ewropej” u studji ta' ħiliet settorjali diġà eżistenti, inklużi riżultati ta' Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali preċedenti. Il-Panorama tal-Ħiliet tal-UE tipprovdi għadd kbir ta' informazzjoni dwar il-ħiliet, analiżi u studji dwar professjonijiet (impjiegi) u setturi: http://skillspanorama.cedefop.europa.eu/en
Jenħtieġ li tiġi organizzata kollaborazzjoni bejn atturi pubbliċi u privati dwar is-suq tax-xogħol (bħal ministeri tax-xogħol, sħab soċjali, fornituri tat-taħriġ u tal-edukazzjoni, entitatijiet ta' intelliġenza tas-suq tax-xogħol, kumpaniji inklużi l-SMEs, kmamar tal-kummerċ, servizzi tal-impjieg pubbliċi u privati u uffiċċji nazzjonali tal-istatistika) biex jiġu identifikati u antiċipati n-nuqqasijiet u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet persistenti fil-livell settorjali għal sett ta' profili okkupazzjonali. Huwa importanti li jiġu mmasimizzati s-sinerġiji ma' inizjattivi settorjali oħrajn.
Lott 2 — L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għat-tfassil u t-twassil tal-ETV
Bil-għan li jirrispondu għad-diskrepanzi u l-ħtiġijiet tal-ħiliet identifikati f'settur ekonomiku speċifiku, billi jiġu żviluppati kurrikuli, kif ukoll metodoloġiji ta' twassil tat-tagħlim u tat-taħriġ. Il-kurrikuli u l-metodoloġiji ta' taħriġ jenħtieġ li jinkludu komponent ta' tagħlim b'saħħtu bbażat fuq ix-xogħol, u jappoġġjaw il-mobilità ta' student transnazzjonali.
Is-sħab ser ikollhom jinterpretaw evidenza ta’ riċerka eżistenti dwar il-ħtiġijiet tal-ħiliet speċifiċi għall-professjoni meta jimplimentaw l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jew it-tfassil ta’ standards ta’ kwalifiki bbażati fuq profili okkupazzjonali, li jibbażaw, fejn disponibbli fuq l-ESCO. Fejn xieraq, dawn jenħtieġ li jibbażaw irwieħhom fuq l-informazzjoni dwar il-ħiliet miġbura minn “Kunsilli ta’ Ħiliet Settorjali Ewropej” u studji ta’ ħiliet settorjali diġà eżistenti, inklużi riżultati ta' Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali preċedenti. Il-Panorama tal-Ħiliet tal-UE tipprovdi għadd kbir ta’ informazzjoni dwar il-ħiliet, analiżi u studji dwar professjonijiet (impjiegi) u setturi: http://skillspanorama.cedefop.europa.eu/en
It-tfassil u t-twassil ta’ kurrikuli vokazzjonali jenħtieġ li jsegwu l-prinċipji ewlenin li ġejjin: i) assigurazzjoni tal-kwalità, inklużi sistemi effettivi tal-intraċċar għall-istudent u ċirkwiti ta’ feedback, ii) kurrikuli u kwalifiki li huma orjentati lejn ir-riżultati tat-tagħlim, iii) għoti li huwa modulari fil-fażijiet kollha tiegħu, iv) inklużi perjodi ta’ tagħlim sinifikanti bbażati fuq ix-xogħol, v) inkorporazzjoni tal-esperjenza internazzjonali (il-mobilità tal-istudent, kif ukoll tal-għalliem u ta’ min iħarreġ).
Is-sħab tal-Alleanza jenħtieġ li juru fil-proposta x'miżuri ser jieħdu fil-pajjiżi u fis-settur kopert għar-rikonoxximent formali tal-kurrikuli vokazzjonali ġodda jew adattati u tal-kwalifiki u kif ser isegwu r-riżultati tal-proġett wara li l-finanzjamenttal-UE jkun spiċċa. L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali huma mistennija li jwettqu l-attivitajiet proposti b’mod li jimmassimizza l-impatt fuq impjieg wieħed jew diversi impjiegi relatati f’settur partikolari.
Lott 3 — L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-implimentazzjoni ta’ approċċ strateġiku ġdid (“Pjan ta’ Azzjoni”) għall-kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet
Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet huwa wieħed mill-għaxar azzjonijiet fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa (1). Dan għandu l-għan li jtejjeb l-informazzjoni dwar il-ħiliet u jipprovdi strateġija u strumenti ċari li jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ ħiliet f’setturi ekonomiċi speċifiċi. Dan ser jiġi ppilotat f’sitt setturi: awtomobilistiku, difiża, teknoloġija marittima, informazzjoni ġeospazjali, tessut-ħwejjeġ-ġilda-żraben u turiżmu.
L-Alleanzi taħt Lott 3 ser jappoġġjaw l-implimentazzjoni tiegħu billi jiżviluppaw strateġiji ta’ ħiliet settorjali. Strateġija settorjali għandha twassal għal impatt sistemiku u strutturali fuq it-tnaqqis ta’ nuqqasijiet ta’ ħiliet kif ukoll jiġu żgurati kwalità xierqa u livelli ta’ ħiliet li jappoġġjaw it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-settur. Din trid tinkludi sett ċar ta’ attivitajiet, stadji u outputs definiti sew bil-għan li jitqabblu d-domanda u l-provvista ta' ħiliet biex jappoġġjaw l-istrateġija ġenerali tat-tkabbir speċifika għas-settur.
L-istrateġija għal ħiliet settorjali ser tikkontribwixxi biex tiżdied il-firxa tat-talenti u tappoġġja l-adattament tal-forza tax-xogħol għar-rekwiżiti ta’ żviluppi industrijali u tas-suq fis-settur, b’hekk tikkontribwixxi għall-kompetittività fit-tul tagħha. Attenzjoni partikolari ser tingħata għall-iżviluppi teknoloġiċi ġodda (eż. teknoloġiji diġitali u teknoloġiji abilitanti essenzjali).
L-għanijiet ta’ Lott 1 (it-tbassir tad-domanda ta’ ħiliet) u Lott 2 (ir-rispons għall-ħtiġijiet tal-ħiliet identifikati permezz tat-tfassil u t-twassil tal-ETV) għandhom jiġu inklużi fl-istrateġija għal ħiliet settorjali.
Is-sħab huma meħtieġa li jwaqqfu Alleanza fil-livell tal-UE għal settur għall-kooperazzjoni dwar il-ħiliet u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti mmexxija mid-domanda. L-Alleanza ser tkun immexxija mill-industrija u ser tinkludi partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn, bħall-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, is-sħab soċjali, ir-raggruppamenti u n-netwerks, l-istituti ta’ riċerka, il-korpi tal-istatistika, is-servizzi tal-impjieg, u l-awtoritajiet ta’ kwalifika (kull meta jkun possibbli).
2. Kriterji ta’ eliġibbiltà
Lott 1:
L-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali trid tkopri mill-inqas 12-il Pajjiż tal-Programm u tinkludi mill-inqas 2 organizzazzjonijiet, li minnhom mill-inqas 1 tirrappreżenta l-industrija u mill-inqas 1 tirrappreżenta l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
L-organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli huma:
|
— |
sħab soċjali Ewropej u/jew nazzjonali; |
|
— |
ministeri tax-xogħol jew korpi assoċjati (aġenziji jew kunsilli); |
|
— |
servizzi tal-impjieg pubbliċi jew privati; |
|
— |
istituti ta’ riċerka tas-suq tax-xogħol, uffiċċji nazzjonali tal-istatistika; |
|
— |
intrapriżi pubbliċi jew privati, żgħar, medji jew kbar (inklużi intrapriżi soċjali); |
|
— |
aġenziji tal-iżvilupp ekonomiku; |
|
— |
kmamar tal-kummerċ, tal-industrija jew tax-xogħol; |
|
— |
assoċjazzjonijiet settorjali jew professjonali tal-impjegaturi jew tal-impjegati, kmamar tas-snajja' b’ħiliet; |
|
— |
organizzazzjonijiet umbrella settorjali Ewropej jew nazzjonali; |
|
— |
fornituri tat-taħriġ jew l-edukazzjoni fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali; |
|
— |
istituti ta’ riċerka bbażati fuq is-settur; |
|
— |
korpi li jipprovdu gwida għall-karriera, konsulenza professjonali u servizzi ta’ informazzjoni; |
|
— |
awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell reġjonali jew nazzjonali; |
Lott 2:
L-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali trid tkopri mill-inqas 4 Pajjiżi tal-Programm u tinkludi mill-inqas 8 organizzazzjonijiet, li minnhom mill-inqas 3 huma intrapriżi, rappreżentanti tal-industrija jew tas-settur (eż. kmamar jew korpi kummerċjali), u mill-inqas 3 huma fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
L-organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli huma:
|
— |
intrapriżi pubbliċi jew privati (inklużi intrapriżi soċjali) b’mod partikolari dawk li għandhom dipartiment tat-taħriġ tagħhom stess, dawk li jipprovdu l-apprendistati, u dawk li jipprovdu taħriġ kondiviż (taħriġ kollaborattiv); |
|
— |
organizzazzjonijiet tal-UE jew nazzjonali li jirrappreżentaw l-industrija, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, organizzazzjonijiet settorjali rilevanti; |
|
— |
fornituri pubbliċi jew privati tal-ETV, inklużi ċentri għat-taħriġ bejn il-kumpaniji u istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja li jipprovdu l-ETV; |
|
— |
netwerks tal-fornituri tal-ETV u organizzazzjonijiet Ewropej jew nazzjonali li jirrappreżentawhom; |
|
— |
awtoritajiet tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ fil-livell reġjonali jew nazzjonali, u l-Ministeri; |
|
— |
organizzazzjonijiet jew netwerks – fil-livell tal-UE jew nazzjonali – li jirrappreżentaw is-sħab soċjali, l-industrija, l-organizzazzjonijiet settorjali, il-professjonijiet u l-partijiet ikkonċernati tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; |
|
— |
kmamar tal-kummerċ, tal-industrija, tas-snajja' b’ħiliet jew tax-xogħol, u korpi intermedjarji oħrajn; |
|
— |
kunsilli tal-ħiliet settorjali; |
|
— |
aġenziji ta’ żvilupp ekonomiku, korpi tal-istatistika u istituti ta’ riċerka; |
|
— |
korpi kulturali u/jew kreattivi; |
|
— |
korpi li jipprovdu gwida għall-karriera, konsulenza professjonali, servizzi ta’ informazzjoni u servizzi tal-impjieg; |
|
— |
korpi ta’ akkreditazzjoni, ċertifikazzjoni, rikonoxximent jew ta’ kwalifika (korpi b’“funzjoni regolatorja”). |
Lott 3:
L-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali trid tkopri mill-inqas 6 Pajjiżi tal-Programm u tinkludi mill-inqas 12-il organizzazzjoni, li minnhom mill-inqas 5 huma intrapriżi, rappreżentanti tal-industrija jew tas-settur (eż. kmamar jew korpi kummerċjali), u mill-inqas 5 huma fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
L-organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli huma:
|
— |
intrapriżi pubbliċi jew privati attivi fis-setturi piloti magħżulin speċjalment dawk li għandhom dipartiment tat-taħriġ tagħhom stess, dawk li jipprovdu l-apprendistati, u dawk li jipprovdu taħriġ kondiviż (taħriġ kollaborattiv); |
|
— |
organizzazzjonijiet tal-UE jew nazzjonali li jirrappreżentaw l-industrija, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, organizzazzjonijiet settorjali rilevanti; |
|
— |
fornituri pubbliċi jew privati tal-edukazzjoni jew it-taħriġ, inklużi ċentri għat-taħriġ u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja (u akkademji militari tas-settur tad-difiża); |
|
— |
netwerks tal-fornituri tal-edukazzjoni jew it-taħriġ u organizzazzjonijiet Ewropej jew nazzjonali li jirrappreżentawhom; |
|
— |
awtoritajiet responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ jew l-impjieg, fil-livell reġjonali jew nazzjonali, u l-Ministeri relatati; |
|
— |
organizzazzjonijiet jew netwerks – fil-livell tal-UE jew nazzjonali – li jirrappreżentaw is-sħab soċjali, l-industrija, l-organizzazzjonijiet settorjali, il-professjonijiet u l-partijiet ikkonċernati tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; |
|
— |
kmamar tal-kummerċ, tal-industrija, tax-xogħol u korpi intermedjarji settorjali rilevanti oħrajn; |
|
— |
kunsilli tal-ħiliet settorjali; |
|
— |
aġenziji ta’ żvilupp ekonomiku, korpi tal-istatistika u istituti ta’ riċerka; |
|
— |
korpi li jipprovdu gwida għall-karriera, konsulenza professjonali, servizzi ta’ informazzjoni u servizzi tal-impjieg; |
|
— |
korpi ta’ akkreditazzjoni, ċertifikazzjoni, rikonoxximent jew ta’ kwalifika (korpi b’ “funzjoni regolatorja”). |
|
— |
korpi li jirrappreżentaw l-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali u nazzjonali. |
Il-pajjiżi eliġibbli huma:
Il-pajjiżi tal-Programm Erasmus+:
|
— |
it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
Pajjiżi tal-Programm li mhumiex fl-UE: l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, it-Turkija. |
3. Attivitajiet eliġibbli
Il-proposta għandha tkopri sett ta’ attivitajiet u outputs koerenti u komprensiv kif stabbilit hawn taħt għal kull Lott u kif inhu rilevanti għas-settur ikkonċernat.
Għat-tliet Lottijiet kollha, trid tingħata attenzjoni partikolari għall-ħiliet diġitali peress li huma qed isiru dejjem aktar importanti fil-profili kollha tax-xogħol fis-suq tax-xogħol kollu. Dan jenħtieġ li jsir b’sinerġija mal-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali ġdida u l-isforzi biex jiġu promossi l-ħiliet għat-teknoloġiji abilitanti essenzjali (KETs). Barra minn hekk, it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari jeħtieġ li tiġi appoġġjata mill-bidliet fil-kwalifiki u l-kurrikuli nazzjonali sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet professjonali emerġenti għall-“ħiliet ekoloġiċi”.
Lott 1: L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħiliet
Definizzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħiliet u tal-provvediment ta’ taħriġ f’settur ekonomiku speċifiku partikolari:
|
— |
il-ġbir u l-interpetazzjoni tal-evidenza tal-ħtiġijiet tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol f’settur ekonomiku partikolari, inkluż fuq il-bażi tal-Panorama tal-Ħiliet (eż. it-tbassir tal-ħiliet Cedefop, data tal-istħarriġ varja, punti ewlenin analitiċi) u, fejn rilevanti, fuq ix-xogħol tal-Kunsilli ta’ Ħiliet Settorjali Ewropej jew l-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali preċedenti; |
|
— |
l-analiżi tax-xejriet u l-isfidi li jsawru s-settur u s-suq tax-xogħol tiegħu b’fokus fuq xpruni għal bidla li jistgħu jinfluwenzaw id-domanda u l-provvista ta’ ħiliet fis-settur (eż. l-awtomazzjoni, id-demografija); |
|
— |
fuq il-bażi tal-attivitajiet ta’ hawn fuq, il-provvediment ta’ valutazzjoni ddettaljata tan-nuqqasijiet, id-diskrepanzi u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet attwali u antiċipati fis-settur (kemm il-ħiliet speċifiċi għax-xogħol kif ukoll il-ħiliet personali), kif ukoll il-ħtieġa li jiġu rriveduti l-profili okkupazzjonali, tiġi indikata l-prijorità li fiha huma jenħtieġ li jiġu indirizzati, fuq il-baż, i fost l-oħrajn, tal-impatt tagħhom fuq il-potenzjal tat-tkabbir u l-kompetittività fis-settur u fuq l-impjieg (eż. telf ta’ impjieg probabbli, pożizzjonijiet vakanti li diffiċli biex jimtlew). |
|
— |
l-analiżi tal-impatt potenzjali ta’ tali ħtiġijiet tal-ħiliet fuq it-tkabbir u l-impjieg fis-settur; |
|
— |
l-analiżi ta’ xejriet ewlenin li jaffettwaw is-setturi interrelatati mill-qrib, sabiex jiġu koperti l-effetti konsegwenzjali potenzjali-; |
|
— |
l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet f’termini tal-provvediment tat-taħriġ, fuq il-bażi ta’, fejn disponibbli, il-profili okkupazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ESCO; |
|
— |
it-twassil tal-evidenza kwalitattiva u d-data kwantitattiva rilevanti kollha fil-livell tal-UE u/jew tal-pajjiż dwar il-ħiliet, l-impjiegi u l-prestazzjoni ekonomika tas-settur f’forma elettronika, f’format ta’ data miftuħa marbut, sabiex tkun tista’ tiddaħħal fil-Panorama tal-Ħiliet (http://skillspanorama.cedefop.europa.eu/en). |
Lott 2 — L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għat-tfassil u t-twassil tal-ETV
Tfassil ta’ kurrikuli vokazzjonali transnazzjonali għas-settur kollu:
|
— |
fuq il-bażi ta’ ħtiġijiet tal-ħiliet identifikati għal profili ta’ okkupazzjoni speċifiċi f’settur ekonomiku partikolari, jiġu identifikati u mfassla l-kurrikuli tal-ETV jew l-istandards ta’ kwalifika (f’konformità mal-QEK u infurmat mill-ESCO), sabiex iwieġbu għal dawk il-ħtiġijiet; |
|
— |
il-ħtiġijiet tal-ħiliet jissarrfu fi programmi u/jew kwalifiki modulari tal-ETV innovattivi u orjentati lejn ir-riżultati tat-tagħlim (l-applikazzjoni tal-ECVET għat-tfassil ta’ kwalifiki magħmulin minn unitajiet ta’ riżultati tat-tagħlim), sabiex ikun hemm trasparenza u komparabilità, filwaqt li jitqiesu wkoll il-ħtiġijiet ta’ validazzjoni ta’ tagħlim preċedenti (eż. mhux formali jew informali); |
|
— |
l-applikazzjoni ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-kontenut ta’ taħriġ ġdid jew billi jiġu applikati l-prinċipji tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-EQAVET jew billi jintużaw sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità diġà eżistenti li, madankollu, jenħtieġ li jkunu konformi mal-EQAVET; |
|
— |
l-integrazzjoni tal-perjodi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fil-kontenut ta’ taħriġ ġdid, inklużi l-opportunitajiet biex l-għarfien jiġi applikat f’sitwazzjonijiet prattiċi fuq il-post tax-xogħol tal-“ħajja reali” u l-inkorporazzjoni ta’ esperjenza ta’ tagħlim transnazzjonali kull meta jkun possibbli; |
|
— |
it-tfassil tal-provvediment tal-ETV jiffoka kemm fuq il-ħiliet speċifiċi tax-xogħol kif ukoll fuq kompetenzi ewlenin, ħiliet personali, u dixxiplini STEM (ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika), filwaqt li jiġu pprovduti opportunitajiet effettivi sabiex jinkisbu jew jiġu żviluppati dawk il-kompetenzi, b’mod partikolari f’kuntesti ta’ taħriġ relatati max-xogħol; |
|
— |
il-promozzjoni ta’ kwalifiki settorjali tal-ETV rilevanti (inklużi programmi konġunti transnazzjonali li jingħataw minn aktar minn fornitur tal-ETV wieħed), u jiġi appoġġjat il-ftehim għar-rikonoxximent tagħhom billi jiġu implimentati l-prinċipji tal-ECVET, u r-referenzar tal-kwalifiki għall-NQFs u l-QEK kif ukoll għodod u strumenti Ewropej rilevanti oħrajn fis-settur ikkonċernat; |
|
— |
iż-żieda fir-rikonoxximent tal-kwalifiki fil-livell Ewropew u nazzjonali f’settur, billi jiġu promossi u jsir qbil dwar il-kwalifiki settorjali, tiġi ffaċilitata ċ-ċertifikazzjoni transkonfinali, u tinbena fiduċja reċiproka, li jikkontribwixxu għal aktar mobilità tal-istudent u dik professjonali fis-settur; |
|
— |
l-identifikazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-promozzjoni ta’ ħiliet jew kwalifiki ta’ suċċess relatati ma’ proġetti u prattiki tajbin, kif ukoll dawk li jrawmu sħubiji magħmulin minn bosta partijiet ikkonċernati, inklużi minn setturi oħrajn jew minn barra l-Ewropa u jsiru proposti ddettaljati sabiex ikunu jistgħu jiġu rreplikati jew isiru fuq skala differenti, fejn rilevanti; |
|
— |
fejn rilevanti, jiġi żgurat li r-riżultati tal-proġett ikunu disponibbli f’format ta’ data miftuħa sabiex dawn ikunu jistgħu jiddaħħlu fil-Panorama tal-Ħiliet u l-ESCO. |
It-twassil ta’ kurrikuli vokazzjonali:
|
— |
l-identifikazzjoni tal-aktar metodoloġiji ta’ twassil xierqa għall-kurrikuli, billi jintużaw approċċi innovattivi għat-tagħlim (teaching and learning), kif ukoll użu strateġiku u integrat tal-ICTs (eż. tagħlim imħallat, simulaturi, eċċ.), u riżorsi edukattivi miftuħa (eż. MOOCs, u VOOCs); |
|
— |
l-identifikazzjoni ta’ modi biex jiġu implimentati metodi innovattivi ta’ tagħlim tal-ETV biex iwieġbu għall-ħtiġijiet ta’ gruppi fil-mira speċifiċi tal-istudenti; u permezz tal-provvediment ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ azzjonijiet biex jiffaċilitaw it-trasferiment bejn il-ġenerazzjonijiet tal-għarfien fl-ETV; |
|
— |
id-deskrizzjoni tal-modi dwar kif il-metodoloġiji u l-proċeduri tal-valutazzjoni jistgħu jinkorporaw il-forom kollha tat-tagħlim, inkluż it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u jiffaċilitaw il-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba qabel it-taħriġ; |
|
— |
l-identifikazzjoni ta’ miżuri adegwati biex jintraċċaw l-istudenti wara li jkunu lestew it-taħriġ tagħhom sabiex jiġu pprovduti “ċirkwiti ta’ feedback”. Dawn is-sistemi ta’ intraċċar u ta’ feedback jistgħu jibnu fuq l-informazzjoni minn kumpaniji, studenti/impjegati, kif ukoll riżorsi tal-informazzjoni pubblika u partijiet ikkonċernati tas-suq tax-xogħol; |
|
— |
jiġu proposti l-miżuri xierqa għar-rikonoxximent formali tal-kurrikuli vokazzjonali ġodda jew adattati u tal-kwalifiki fil-pajjiżi parteċipanti u fis-settur(i) koperti; |
|
— |
l-ippjanar tal-implimentazzjoni progressiva tar-riżultati tal-proġett li jwasslu għal impatt sistemiku. |
Lott 3 — L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali għall-implimentazzjoni ta’ approċċ strateġiku ġdid (“Pjan ta’ Azzjoni”) għall-kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet
L-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali taħt dan il-Lott għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni sostenibbli dwar l-iżvilupp tal-ħiliet bejn il-partijiet ikkonċernati tal-industrija ewlenin f’settur partikolari, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-awtoritajiet pubbliċi.
L-alleanzi għandhom jiżviluppaw strateġija ta’ ħiliet settorjali biex tappoġġja l-għanijiet tal-istrateġija tat-tkabbir stabbilita għas-settur. Din l-istrateġija jenħtieġ li tkun l-ewwel riżultat ewlieni tal-proġett, li jidentifika l-azzjonijiet konkreti u jindika sett ċar ta’ attivitajiet, stadji u outputs definiti sew, sabiex tissuġġerixxi kif isir tqabbil bejn id-domanda u l-provvista ta’ ħiliet.
L-istrateġija jenħtieġ li tagħti dettalji dwar kif xejriet ewlenin, bħal żviluppi globali, soċjali, u teknoloġiċi fis-settur, x’aktarx li jaffettwaw l-impjiegi u l-ħiliet meħtieġa. Din jenħtieġ li tiddeskrivi l-iskeda ta’ żmien mistennija u tagħti attenzjoni partikolari għall-impatt ta’ teknoloġiji diġitali u teknoloġiji abilitanti essenzjali.
L-Alleanzi f’dan il-Lott ikopru l-attivitajiet tal-Lott 1 (kif xieraq għas-settur) u Lott 2. B’mod partikolari, huma għandhom ikopru l-attivitajiet li ġejjin:
|
— |
il-provvediment ta’ valutazzjoni ddettaljata tan-nuqqasijiet, id-diskrepanzi u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet attwali u antiċipati fis-settur, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu rriveduti l-profili okkupazzjonali, tiġi indikata l-prijorità li fiha huma jenħtieġ li jiġu indirizzati, fuq il-bażi, fost l-oħrajn, tal-impatt tagħhom fuq il-potenzjal tat-tkabbir u l-kompetittività fis-settur u fuq l-impjieg (eż. telf ta’ impjieg probabbli, pożizzjonijiet vakanti li diffiċli biex jimtlew). |
|
— |
l-iżvilupp ta’ metodoloġija komuni għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali u l-antiċipazzjoni ta’ ħtiġijiet futuri kif ukoll il-monitoraġġ (fuq bażi annwali) tal-progress u l-evoluzzjoni tad-domanda u l-provvista ta’ ħiliet ibbażati fuq xenarji ta' previżjoni kredibbli; |
|
— |
l-identifikazzjoni ta’ profili okkupazzjonali li jeħtieġu jiġu rriveduti jew jinħolqu u l-ħtiġijiet tal-ħiliet korrispondenti tagħhom kif ukoll il-livell ta’ profiċjenza meħtieġ, fuq il-bażi ta’, fejn disponibbli, il-profili okkupazzjonali fl-ESCO u l-oqfsa ta’ kompetenza eżistenti; fejn rilevanti, jista’ jitqies l-iżvilupp ta’ oqfsa ta’ kompetenza settorjali; |
|
— |
l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-indikazzjoni tal-prijoritajiet għar-reviżjoni jew l-istabbiliment ta’ kwalifiki ġodda fuq il-bażi tal-profili okkupazzjonali rilevanti; |
|
— |
it-trawwim tal-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet konkreti fil-provvediment tal-ETV (inkluż ETV ogħla) kif ukoll sħubiji ta’ negozju-edukazzjoni-riċerka; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet konkreti biex tiġi promossa l-mobilità ta’ studenti vokazzjonali, persuni li qed ifittxu impjieg u trainees madwar l-Ewropa fis-settur, il-kapitalizzazzjoni fuq l-użu ta’ għodod tal-UE eżistenti (eż. Erasmus+, EURES, Drop’Pin, Alleanza Ewropea għall-Apprendistati); |
|
— |
l-iżvilupp ta’ azzjonijiet li jippromwovu l-attrazzjoni tas-settur bħala għażla ta’ karriera, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ filwaqt li jimmiraw ukoll li jkun hemm bilanċ bejn is-sessi fis-settur; |
|
— |
it-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni fit-tul immexxi mill-industrija għall-implimentazzjoni progressiva tar-riżultati tal-proġett wara li l-proġett ikun lest. Dan il-pjan għandu jkun ibbażat fuq sħubiji sostnuti bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-partijiet ikkonċernati tal-industrija ewlenin fil-livell xieraq. Dan jenħtieġ li jinkludi l-identifikazzjoni tal-istrutturi ta’ governanza xierqa, kif ukoll pjanijiet għall-iskalabbiltà u s-sostenibbiltà finanzjarja. Dan jenħtieġ li jiżgura wkoll il-viżibilità xierqa u d-disseminazzjoni wiesgħa tax-xogħol tal-Alleanza, inkluż fil-livell politiku tal-UE u dak nazzjonali u jinkludi dettalji dwar kif l-implimentazzjoni ser tiġi implimentata fil-livelli nazzjonali u/jew reġjonali mal-awtoritajiet governattivi u settorjali rilevanti; Il-pjan ta’ azzjoni għandu jindika wkoll kif l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE (eż. Fondi Strutturali Ewropej, Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku, Erasmus+, COSME, programmi settorjali), kif ukoll finanzjamaent nazzjonali u reġjonali jistgħu jappoġġjaw strateġiji ta’ ħiliet. Dan jenħtieġ li jqis l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti nazzjonali u reġjonali. Il-mudelli jistgħu jiġu żviluppati fuq il-bażi ta’ eżempji tajbin biex jippromwovu użu ffukat ta’ tali finanzjament, inklużi impjegati b’ħiliet imtejba; |
|
— |
it-twassil tal-evidenza kwalitattiva u d-data kwantitattiva rilevanti kollha fil-livell tal-UE u/jew tal-pajjiż skont format ta’ data miftuħa marbut. |
4. Kriterji tal-għoti
L-applikazzjonijiet eliġibbli ser jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Ir-rilevanza tal-proġett (massimu 25 punt – limitu minimu 13-il punt) |
|
2. |
Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (massimu 30 punt - limitu minimu 16-il punt) |
|
3. |
Il-kwalità tat-tim tal-proġett u tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (massimu 25 punt - limitu minimu 13-il punt) |
|
4. |
L-impatt u d-disseminazzjoni (massimu 20 punt - limitu minimu 11-il punt) |
Il-limitu għall-proposti li għandhom jitressqu quddiem il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jkun minimu ta' 70 punt (minn total ta' 100 punt).
5. Baġit
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti huwa stmat għal EUR 28 miljun (miljun euro għal-Lott 1, EUR 3 miljun għal-Lott 2 u EUR 24 miljun għal-Lott 3).
Għal-Lott 1 kull għotja ser tammonta għal bejn EUR 330 000 u EUR 500 000. L-Aġenzija qed tistenna li tiffinanzja madwar 3 proposti.
Għal-Lott 2 kull għotja ser tammonta għal bejn EUR 700 000 u EUR 1 000 000. L-Aġenzija qed tistenna li tiffinanzja madwar 4 proposti.
Għal-Lott 3 kull għotja ser tammonta għal massimu ta’ EUR 4 000 000. L-Aġenzija qed tistenna li tiffinanzja madwar 6 proposti. Tista’ tintgħażel proposta waħda biss għal kull settur pilota.
L-Aġenżija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
6. Data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sa mhux aktar tard mit-2 ta' Mejju 2017 f’12:00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell).
7. Dettalji sħaħ
Il-linji gwida flimkien mal-formola elettronika ta’ applikazzjoni jinsabu fl-indirizz tal-Internet li ġej:
https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/sector-skills-alliances-2017_en
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida.
(1) http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=8848&lang=mt
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
26.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/16 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Norges Høyesterett ddatata d-19 ta’ Frar 2016 fil-Kawża ta’ SKI Taxi SA, Follo Taxi SA og Ski Follo Taxidrift AS vs staten v/Konkurransetilsynet
(Kawża E-3/16)
(2017/C 26/07)
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA ddatata d-19 ta’ Frar 2016 minn Norges Høyesterett (il-Qorti Suprema tan-Norveġja), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fl-24 ta’ Frar 2016, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta’ Ski Taxi SA, Follo Taxi SA og Ski Follo Taxidrift AS vs staten v/Konkurransetilsynet fuq il-mistoqsijiet li ġejjin:
|
1. |
X’inhu t-test legali meta jiġi ddeterminat jekk l-akkordju bejn l-impriżi jkollux l-iskop li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 53 taż-ŻEE?
|
|
2. |
X’inhi l-portata ġuridika għall-konsiderazzjoni ta’ jekk aġir ikunx jikkostitwixxi ksur bi skop, li tali kooperazzjoni tkun seħħet b’mod miftuħ fil-konfront tal-awtorità kontraenti? |
|
3. |
Liema kriterji legali għandhom jiġu enfasizzati b’mod partikolari meta jkun qed jitqies jekk il-kooperazzjoni li tieħu l-forma ta’ żewġ kumpaniji li jikkompetu, li jissottomettu offerta konġunta permezz ta’ impriża konġunta, u fejn iż-żewġ impriżi għandhom ikunu sottokuntratturi għall-impriża konġunta, għandhiex titqies li tikkostitwixxi ksur bi skop? |
|
26.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/17 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Bord tal-Appell Norveġiż għal Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali tat-22 ta’ Marzu 2016 fil-każ ta’ appell mill-Muniċipalità ta’ Oslo
(Il-Kawża E-5/16)
(2017/C 26/08)
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA bid-data tat-22 ta’ Marzu 2016 mill-Bord tal-Appell Norveġiż għal Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali (Klagenemnda for industrielle rettigheter), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fl-31 ta’ Marzu 2016, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ ta’ appell mill-Muniċipalità ta’ Oslo dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
|
1. |
Tista’ r-reġistrazzjoni ta’ trejdmark ta’ xogħlijiet bid-drittijiet tal-awtur, li l-perjodu ta’ protezzjoni tagħha jkun skada, taħt ċerti ċirkostanzi, tmur kontra l-projbizzjoni fl-Artikolu 3(1)(f) tad-Direttiva dwar it-Trejdmarks għar-reġistrazzjoni ta’ trejdmarks li jkunu kuntrarji għall-“ordni pubbliku jew għal … prinċipji aċċettati tal-moralità”? |
|
2. |
Jekk il-mistoqsija 1 titwieġeb fl-affermattiv, din ikollha impatt fuq il-valutazzjoni li x-xogħol bid-dritt tal-awtur ikun magħruf sew u ta’ valur kulturali kbir? |
|
3. |
Jekk il-mistoqsija 1 titwieġeb fl-affermattiv, jistgħu fatturi jew kriterji oħra minbarra dawk imsemmija fil-mistoqsija 2 ikollhom impatt fuq il-valutazzjoni, u, jekk iva, liema? |
|
4. |
L-Artikolu 3(1)(e) (iii) tad-Direttiva 2008/95/KE applikabbli għal rappreżentazzjonijiet bidimensjonali ta’ skulturi? |
|
5. |
L-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2008/95/KE huwa applikabbli bħala awtorità legali għar-rifjut tat-trejdmarks li jkunu rappreżentazzjonijiet bidimensjonali jew tridimensjonali tal-forma jew tad-dehra tal-prodotti? |
|
6. |
Jekk il-mistoqsija 5 titwieġeb fl-affermattiv, l-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2008/95/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità nazzjonali tar-reġistrazzjoni, fil-valutazzjoni ta’ trejdmarks li jikkonsistu f’rappreżentazzjonijiet bidimensjonali jew tridimensjonali tal-forma jew tad-dehra tal-prodotti, għandha tapplikaw il-kriterju ta’ verifika ta’ jekk il-forma inkwistjoni b’mod sinifikanti, titbiegħed min-norma jew mill-użanzi tas-settur tan-negozju, jew ir-raġunijiet għal rifjut jistgħu jkunu li tali trejdmark hija deskrittiva mill-għamla jew id-dehra ta’ prodotti? |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/18 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8347 — EQT Fund Management/Getec Energie Holding/Getec Target Companies)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 26/09)
|
1. |
Fit-18 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha EQT Fund Management Sàrl. (“EQT”, il-Lussemburgu) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ma' Getec Energie Holding GmBH (“GEH GmbH”, il-Ġermanja) ta' (i) Getec Heat & Power AG; (ii) Getec Wärme & Effizienz AG; (iii) Getec Media AG; (iv) Getec shared services GmbH; (v) Getec Contracting GmbH (flimkien, “Getec Target Companies”, il-Ġermanja), permezz ta’ bejgħ u xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8347 — EQT Fund Management/Getec Energie Holding/Getec Target Companies, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.