ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 16

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
18ta' Jannar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 16/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8275 — Sompo/Endurance) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 16/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2017/C 16/03

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2017 li tissostitwixxi membru tal-grupp tal-partijiet interessati tal-pjattaforma REFIT

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 16/04

Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 16/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8344 — Sumitomo Corporation/Fyffes plc) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2017/C 16/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8332 — Koch Industries/Golden Gate/Infor) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2017/C 16/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8292 — Sumitomo Rubber Industries/Micheldever Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 16/08

Avviż lill-intrapriżi li beħsiebhom iqiegħdu l-idrofluworokarburi fis-suq bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea fl-2018

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8275 — Sompo/Endurance)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 16/01)

Fit-12 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8275. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Jannar 2017

(2017/C 16/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0684

JPY

Yen Ġappuniż

121,10

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,86790

SEK

Krona Żvediża

9,5033

CHF

Frank Żvizzeru

1,0712

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0360

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

307,79

PLN

Zloty Pollakk

4,3693

RON

Leu Rumen

4,5010

TRY

Lira Turka

4,0560

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4162

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3953

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2860

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4877

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5168

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 248,81

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,3969

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3235

HRK

Kuna Kroata

7,5325

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 240,74

MYR

Ringgit Malażjan

4,7677

PHP

Peso Filippin

53,234

RUB

Rouble Russu

63,2426

THB

Baht Tajlandiż

37,731

BRL

Real Brażiljan

3,4305

MXN

Peso Messikan

23,0550

INR

Rupi Indjan

72,6335


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Jannar 2017

li tissostitwixxi membru tal-grupp tal-partijiet interessati tal-pjattaforma REFIT

(2017/C 16/03)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3261 final tad-19 ta’ Mejju 2015 li tistabbilixxi l-Pjattaforma REFIT, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3261 final li tistabbilixxi l-Pjattaforma REFIT (minn issa ‘l quddiem “il-Pjattaforma”) tipprevedi fl-Artikolu 4 tagħha li l-Pjattaforma se tkun magħmula minn “Grupp tal-Gvern” u “Grupp tal-Partijiet Interessati” u li l-Grupp tal-Partijiet Interessati għandu jikkonsisti minn mhux aktar minn 20 espert, tnejn minnhom li jirrappreżentaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-bqija minn negozju, inkluż mill-SMEs, u mis-sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-esperti fil-grupp tal-partijiet interessati għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom jew biex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż minn numru ta’ partijiet interessati.

(2)

Din id-Deċiżjoni, fl-Artikolu 4.4, tistipula li l-Kummissjoni, fuq proposta tal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, għandha taħtar il-membri tal-grupp tal-partijiet interessati magħżula minn applikanti li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-ħatriet għandhom jiżguraw, sa fejn possibbli, rappreżentazzjoni bilanċjata tad-diversi setturi, interessi u reġjuni tal-Unjoni u tal-ġeneri. L-Artikolu 4.5 tad-Deċiżjoni jistipula li l-Membri għandhom jinħatru sal-31 ta’ Ottubru 2019. Skont l-Artikolu 4.6 tad-Deċiżjoni, il-Membri li jirriżenjaw jistgħu jiġu sostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9063 final tas-16 ta’ Diċembru 2015 li taħtar lill-Membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT (1) tistipula li jekk xi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati jieqaf milli jkun Membru matul il-mandat tal-Pjattaforma, l-Ewwel Viċi President jista’ jinnomina sostitut minn lista inizjali ta’ kandidati li wieġbu għas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess biex isir Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati.

(4)

Wara r-riżenja tas-Sur Juraj Krivošik bħala Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati fis-26 ta’ Settembru 2016, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni nnomina lis-Sa Sara Pereira biex tieħu post is-Sur Krivošik għall-bqija taż-żmien tal-mandat tiegħu.

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sa Sara Pereira hija maħtura Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT sal-31 ta’ Ottubru 2019 (ara l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni).

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

L-Ewwel Viċi President


(1)  ĠU C 425, 18.12.2015, p. 8.


ANNESS

Isem

Nazzjonalità

Tirrappreżenta interess komuni kondiviż mill-partijiet interessati f’qasam ta’ politika partikolari

Impjegatur attwali

Is-Sa Sara Pereira

PT

IVA

Iċ-Ċentru tal-Kompetittività u tat-Teknoloġija għall-Industriji tal-Foresti (AIFF)


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/5


Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2017/C 16/04)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

L-IŻVEZJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 77 tal-15 ta’ Marzu 2014

LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI

Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Permanent uppehållstillstånd

(Permess ta’ residenza permanenti fil-forma ta’ karta ID1 mill-20 ta’ Mejju 2011 mingħajr ma hemm xi żmien limitat ta’ validità)

Uppehållstillstånd

(Permess ta’ residenza temporanju fil-forma ta’ karta ID1 mill-20 ta’ Mejju 2011 bi żmien limitat ta’ validità)

It-tip ta’ permess jidher fl-ispazjugħan-noti fuq il-karta (“PUT” għal premess ta’ residenza permanenti u permess tax-xogħol, żjara temporanja, AT għall-permess tax-xogħol, il-Karta Blu tal-UE eċċ.) Il-Karta Blu tal-UE hija permess ta’ residenza u xogħol flimkien għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew jew kienu offruti impjieg kwalifikat fi Stat tal-UE. Dan ifisser li jingħataw kemm il-permess ta’ residenza kif ukoll il-permess tax-xogħol iżda jissejjaħ il-Karta Blu tal-UE.

Uppehållskort

(Karta tar-residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni)

Uppehållskort

(Karta tar-residenza għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni)

Regeringskansliet/Utrikesdepartementet

(Permess ta’ residenza fil-forma ta’ karta ID1 maħruġ mill-Uffiċċji tal-Gvern/il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għad-diplomatiċi barranin, il-membri tal-persunal tekniku/amministrattiv, il-persunal ta’ servizz u l-membri tal-familja tagħhom, u għal uffiċjali privati marbuta mal-ambaxxati jew ma’ karigi konsulari fl-Iżvezja) u għall-membri tal-persunal ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Iżvezja.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5.

 

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11.

 

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14.

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14.

 

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12.

 

ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15.

 

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9.

 

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15.

 

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20.

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5.

 

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26.

 

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8.

 

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6.

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5.

 

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1.

 

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26.

 

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7.

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5.

 

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7.

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6.

 

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8.

 

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.

 

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9.

 

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59.

 

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3.

 

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12.

 

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.

 

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.

 

ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8344 — Sumitomo Corporation/Fyffes plc)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 16/05)

1.

Fl-10 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll ta' Fyfees plc kollha kemm hi (“Fyffes plc”, l-Irlanda) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Sumitomo: il-kummerċ ta' prodotti tal-metall, it-trasport u l-kostruzzjoni ta' sistemi, l-ambjent u l-infrastruttura, il-kimiċi u l-elettronika, il-midja, netwerks u oġġetti relatati mal-istil ta' ħajja, riżorsi minerali u l-enerġija. Sumitomo hija attiva wkoll fid-distribuzzjoni ta’ frott frisk permezz tas-sussidjarja tagħha Sumifru,

—   għal Fyffes: l-akkwist, l-importazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ frott frisk u l-faqqiegħ. Fyffes tipprovdi wkoll servizzi għall-maturazzjoni lil terzi persuni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8344 — Sumitomo Corporation/Fyffes plc, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8332 — Koch Industries/Golden Gate/Infor)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 16/06)

1.

Fil-11 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Koch Industries, Inc. (“Koch Industries”, l-Istati Uniti tal-Amerka) u Golden Gate Private Equity Inc. (“Golden Gate”, l-Istati Uniti tal-Amerka) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Infor, Inc. (“Infor”, l-Istati Uniti tal-Amerka) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Koch Industries hija korporazzjoni privata Amerikana li hija proprjetarja ta’ grupp divers ta’ kumpaniji involuti fir-raffineriji, il-kimiċi u l-bijofjuwils, prodotti tal-foresti u tal-konsumatur, fertilizzanti, polimeri u fibri, komponenti elettroniċi, tagħmir u teknoloġiji għall-ipproċessar u l-kontroll tat-tniġġis, kummerċ fil-komoditajiet, minerali, ranching tal-enerġija u l-investimenti.

Golden Gate ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata bbażata f’San Francisco, b’madwar USD 15-il biljun f’kapital ġestit. Imwaqqfa fis-sena 2000, Golden Gate hija ddedikata biex tissieħeb ma’ timijiet tal-maniġment biex jinvestu f’negozji ta’ tkabbir b’bidliet intesnsivi. Il-prinċipali ta’ Golden Gate għandhom storja twila u ta’ suċċess ta’ investiment ma’ timijiet tal-maniġment f’firxa wiesgħa ta’ industriji u tipi ta’ tranżazzjonijiet, fosthom levereged buyouts, rikapitalizzazzjonijiet, ċessjonijiet korporattiva u spin-offs u buildups.

Infor hija fornitur internazzjonali ta’ softwer għall-ippjanar tar-riżorsi tal-intrapriżi u s-servizzi relatati fuq livell dinji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta bir-riferenza M.8332 — Koch Industries/Golden Gate/Infor, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8292 — Sumitomo Rubber Industries/Micheldever Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 16/07)

1.

Fil-5 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sumitomo Rubber Industries Limited (“Sumitomo”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Micheldever Group Ltd kollha kemm hi (“Micheldever”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Sumitomo: il-manifattura u l-produzzjoni ta’ tajers u l-bejgħ ta’ tajers lill-OEMs u lil ħwienet li jbiegħu bl-ingrossa. Sumitomo timmanifattura wkoll ċerti prodotti għall-isports u l-industrija,

—   għal Micheldever: bejgħ bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut tat-tajers. Micheldever toffri wkoll tiswijiet tal-karozzi u servizzi fil-livell ta' ħwienet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8292 — Sumitomo Rubber Industries/Micheldever Group, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/10


Avviż lill-intrapriżi li beħsiebhom iqiegħdu l-idrofluworokarburi fis-suq bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea fl-2018

(2017/C 16/08)

1.

Dan l-Avviż huwa indirizzat lil kwalunkwe intrapriża li tixtieq tagħmel dikjarazzjoni sabiex tqiegħed l-idrofluworokarburi fis-suq bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea fl-2018, skont l-Artikoli 16(2) u 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (minn issa ‘l quddiem “ir-Regolament”) (1):

(a)

il-produtturi u l-importaturi li qiegħdu l-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni bl-ingrossa skont il-liġi mill-1 ta’ Jannar 2015 u li taħt ir-Regolament irrapportaw li qiegħdu l-ekwivalenti ta’ aktar minn 100 tunnellata CO2 ta’ idrofluworokarburi bl-ingrossa fis-suq tal-Unjoni fis-sena 2015 u/jew 2016;

(b)

il-produtturi u l-importaturi li jixtiequ jqiegħdu l-ekwivalenti ta’ mill-anqas 100 tunnellata CO2 ta’ idrofluworokarburi bl-ingrossa fis-suq tal-Unjoni fis-sena 2018.

2.

L-idrofluworokarburi huma s-sustanzi elenkati f’sezzjoni 1 tal-Anness I tar-Regolament, jew taħlitiet li fihom kwalunkwe sustanza minn dawn:

HFC-23, HFC-32, HFC-41, HFC-125, HFC-134, HFC-134a, HFC-143, HFC-143a, HFC-152, HFC-152a, HFC-161, HFC-227ea, HFC-236cb, HFC-236ea, HFC-236fa, HFC-245ca, HFC-245fa, HFC-365mfc, HFC-43-10mee.

3.

Kwalunkwe tqegħid fis-suq ta’ dawn is-sustanzi, ħlief għall-użi elenkati fl-Artikolu 15(2) punti (a) sa (f) tar-Regolament, huwa soġġett għal-limiti kwantitattivi taħt is-sistema tal-kwota stabbilita fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament. Il-Kummissjoni talloka l-kwota lill-intrapriżi kkonċernati.

4.

Id-dejta kollha mibgħuta minn kumpaniji, kif ukoll kwoti u valuri ta’ referenza jinħażnu fir-Reġistru HFC elettroniku, stabbilit skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, u aċċessibbli online permezz tal-Portal F-Gas (2). Id-dejta kollha fir-reġistru HFC, inkluż il-kwoti, il-valuri ta’ referenza, u d-dejta kummerċjali u personali tiġi trattata bħala kunfidenzjali mill-Kummissjoni Ewropea.

Għall-produtturi u l-importaturi li rrappurtaw li qiegħdu l-idrofluworokarburi bl-ingrossa fis-suq fis-sena 2015 u/jew 2016, kif imsemmi fil-punt 1 a) ta’ dan l-Avviż, biss:

5.

Għal kwalunkwe intrapriża bħal din se jkun ikkalkulat valur ta’ referenza mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(3). Dawn il-valuri ta’ referenza se jkunu ddeterminati minn atti ta’ implimentazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2017.

6.

Intrapriżi bħal dawn se jirċievu 89 % ta’ 63 % (jiġifieri 56,07 %) tal-valur ta’ referenza tagħhom, iddeterminati skont il-paragrafu 5 ta’ hawn fuq, bħala kwota għall-2018, skont l-Artikolu 16(5) kif ukoll l-Annessi V u VI tar-Regolament.

Għall-intrapriżi kollha, kif imsemmija fil-punt 1 a) u b) ta’ dan l-avviż:

7.

Skont l-Anness VI tar-Regolament, is-somma tal-kwoti allokati abbażi tal-valuri ta’ referenza skont il-paragrafu 6 hawn fuq hija mnaqqsa mill-kwantità massima disponibbli għall-2018 sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità li għandha tiġi allokata mir-riżerva.

8.

L-intrapriżi li jixtiequ jiksbu kwota minn din ir-riżerva jeħtieġ li jsegwu l-proċedura deskritta fil-punti 9 sa 11 ta’ dan l-Avviż.

9.

L-intrapriża teħtieġ li tkun irreġistrata bħala produttur u/jew importatur tal-idrofluworokarburi fir-Reġistru HFC online aċċessibbli permezz tal-Portal F-gas (3). Il-kumpaniji li għadhom mhumiex irreġistrati jistgħu jsibu gwida dwar kif għandhom jirreġistraw fuq is-sit web ta’ DĠ CLIMA (4).

10.

L-intrapriża trid tagħmel dikjarazzjoni dwar kwantitajiet (addizzjonali) antiċipati għall-2018 fir-Reġistru HFC online aċċessibbli permezz tal-PortalF-Gas (5). Dikjarazzjonijiet bħal dawn se jkunu disponibbli biss fil-perjodu bejn l-1 ta’ April sal-31 ta’ Mejju 2017, 13:00h ĦEĊ.

11.

Id-dikjarazzjonijiet dwar kwantitajiet (addizzjonali) antiċipati mimlija kif xieraq li jkunu mingħajr żbalji u li jaslu qabel l-31 ta’ Mejju 2017, 13:00h ĦEĊ biss se jitqiesu bħala validi mill-Kummissjoni.

12.

Abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni se talloka kwota lil dawn l-intrapriżi skont l-Artikolu 16(2), 16(4) u 16(5) kif ukoll l-Annessi V u VI tar-Regolament.

13.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-intrapriżi dwar it-total tal-kwoti allokati għall-2018 permezz tar-reġistru HFC.

14.

Ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru HFC u/jew id-dikjarazzjoni dwar il-ħsieb li jitqiegħdu l-idrofluworokarburi fis-suq fl-2018 weħidha ma tagħti l-ebda dritt għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq fl-2018.


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195

(2)  https://webgate.ec.europa.eu/ods2/resources/domain

(3)  https://webgate.ec.europa.eu/ods2/resources/domain

(4)  http://ec.europa.eu/clima/policies/f-gas/reporting_en

(5)  https://webgate.ec.europa.eu/ods2/resources/domain