ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
12ta' Jannar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 9/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8132 — FMC Technologies/Technip) ( 1 )

1

2017/C 9/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8211 — Marubeni/Toho Gas/Galp Energia/GGND) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 9/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2017/C 9/04

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq l-Ewwel pakkett ta’ riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (ir-Regolamenti tal-Eurodac, tal-EASO u ta’ Dublin)

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2017/C 9/05

Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 9/06

Sejħa għall-proposti 2017 — Programmi sempliċi — Għotjiet għal miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

7

2017/C 9/07

Sejħa għall-proposti 2017 — Programmi multipli — Għotjiet għal miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

23

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2017/C 9/08

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Oslo tingrett ddatata s-6 ta’ Jannar 2016 fil-kawża Synnøve Finden v Staten v/Landbruks- og matdepartmentet (Kawża E-1/16)

38

2017/C 9/09

Azzjoni mressqa fis-17 ta’ Novembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (Il-Kawża E-17/16)

39

2017/C 9/10

Azzjoni mressqa fis-17 ta’ Novembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (Il-Kawża E-18/16)

40

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 9/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8207 — Emerson Electric/Pentair valves and controls business) ( 1 )

41

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 9/12

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

42


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8132 — FMC Technologies/Technip)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 9/01)

Fit-22 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8132. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8211 — Marubeni/Toho Gas/Galp Energia/GGND)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 9/02)

Fit-13 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8211. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Jannar 2017

(2017/C 9/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0503

JPY

Yen Ġappuniż

122,14

DKK

Krona Daniża

7,4338

GBP

Lira Sterlina

0,86725

SEK

Krona Żvediża

9,5695

CHF

Frank Żvizzeru

1,0721

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0633

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

309,45

PLN

Zloty Pollakk

4,3703

RON

Leu Rumen

4,4960

TRY

Lira Turka

4,0747

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4241

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3919

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,1452

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5027

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5112

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 260,59

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4742

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2826

HRK

Kuna Kroata

7,5562

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 999,45

MYR

Ringgit Malażjan

4,6964

PHP

Peso Filippin

52,180

RUB

Rouble Russu

63,3625

THB

Baht Tajlandiż

37,375

BRL

Real Brażiljan

3,3786

MXN

Peso Messikan

22,9635

INR

Rupi Indjan

71,8315


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/3


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq l-Ewwel pakkett ta’ riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (ir-Regolamenti tal-Eurodac, tal-EASO u ta’ Dublin)

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2017/C 9/04)

Sa minn bosta snin, l-Ewropa qiegħda tiffaċċja kriżi qawwija ta’ migrazzjoni u refuġjati; kwistjoni li saret saħansitra iktar ta’ sfida fl-2015. Għaldaqstant, il-Kummissjoni pproponiet li tirriforma r-Regolament ta’ Dublin sabiex tadattah għas-sitwazzjoni attwali. Din ir-riforma hija kkombinata ma’ Proposta għall-ħolqien ta’ Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, sabiex tassisti lill-Istati Membri jwettqu dmirijiethom fil-qasam tal-asil.

Minn meta ġiet stabbilita, il-Eurodac qdiet l-iskop li tipprovdi evidenza ta’ marki tas-swaba’ sabiex tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għall-asil magħmula fl-UE.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll riformulazzjoni tar-Regolament tal-Eurodac. Il-bidla ewlenija f’dan ir-Regolament hija l-estensjoni tal-ambitu tal-Eurodac għar-reġistrazzjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jinstabu b’mod illegali fi Stati Membri jew li jinqabdu b’konnessjoni ma’ qsim irregolari ta’ fruntiera ta’ Stat Membru ma’ pajjiż terz.

Il-KEPD jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ ġestjoni aktar effettiva tal-migrazzjoni u tal-asil fl-UE. Madankollu, huwa jirrakkomanda titjib importanti fil-mod kif jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-individwi rilevanti li jistgħu jkunu affettwati mill-ipproċessar tad-data personali, b’mod partikolari ta’ gruppi vulnerabbli ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni speċifika bħal migranti u refuġjati.

Fl-Opinjoni tiegħu, il-KEPD jirrakkomanda fost l-oħrajn, dawn il-punti ewlenin:

li jingħad fir-Regolament ta’ Dublin li l-introduzzjoni tal-użu ta’ identifikatur uniku fil-bażi tad-data ta’ Dublin ma għandu, fl-ebda każ, jintuża għal skopijiet oħrajn għajr l-iskopijiet deskritti fir-Regolament ta’ Dublin;

it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt sħiħa tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza fir-riformulazzjoni tal-Eurodac 2016 sabiex jitkejjel l-impatt tal-privatezza tat-test il-ġdid propost u tal-estensjoni tal-ambitu tal-bażi tad-data tal-Eurodac;

it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-ħtieġa li jinġabru u jintużaw ritratti tal-wiċċ tal-kategoriji ta’ persuni indirizzati fir-riformulazzjoni tal-Eurodac 2016 u dwar il-proporzjonalità tal-ġbir tagħhom, li tiddependi fuq studju konsistenti jew approċċ ibbażat fuq l-evidenza;

it-twettiq ta’ valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tal-minuri u bilanċ bejn ir-riskji u l-perikli tal-proċedura ta’ teħid ta’ marki tas-swaba’ tal-minuri u l-vantaġġi li jistgħu jibbenefikaw minnhom, minbarra l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.

L-Opinjoni tiddefinixxi wkoll aktar nuqqasijiet tad-diversi proposti u tidentifika rakkomandazzjonijiet oħrajn f’termini ta’ protezzjoni tad-data u privatezza li għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess leġiżlattiv.

I.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

F’April 2016, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni intitolata “Għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-Tisħiħ ta’ Rotot Legali lejn l-Ewropa” (1), li tiddefinixxi l-prijoritajiet għat-titjib tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA). F’dan il-kuntest, fl-4 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni ħarġet tliet proposti bħala parti mill-ewwel pakkett ta’ riforma tas-SEKA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (minn hawn ‘il quddiem “il-Proposta ta’ Dublin”) (2);

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (minn hawn ‘il quddiem “il-Proposta għal Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil” jew “il-Proposta AUEA”) (3); u

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 emendatorju dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida għall-idenifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (riformulazzjoni) (minn hawn ‘il quddiem “il-Proposta tar-Riformulazzjoni tal-2016 tal-Eurodac”) (4).

2.

Il-KEPD ġie kkonsultat b’mod informali qabel il-pubblikazzjoni tar-Riformulazzjoni tal-Eurodac u l-Proposta dwar l-EASO u kkomunika kummenti informali lill-Kummissjoni dwar iż-żewġ testi.

3.

Il-KEPD jifhem il-ħtieġa li l-UE tindirizza l-isfidi tal-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati mill-2015, kif ukoll il-ħtieġa li jkollha politika tal-UE effettiva u armonizzata sabiex tindirizza l-immigrazzjoni irregolari li sseħħ fl-UE kif ukoll lejn l-UE. B’rispett sħiħ għar-rwol tal-leġiżlatur meta jivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżuri proposti, il-KEPD, fir-rwol ta’ konsulenza li għandu, ser jipprovdi xi rakkomandazzjonijiet f’din l-Opinjoni f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tad-data u tal-privatezza, sabiex jgħin lil-leġiżlatur jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali rigward id-drittijiet tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

4.

Il-KEPD ser jindirizza l-ewwel ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin rigward it-tliet proposti. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin jirrappreżentaw il-kwistjonijiet ewlenin osservati mill-KEPD u li għandhom jiġu indirizzati fi kwalunkwe każ fil-proċess leġiżlattiv. Rakkomandazzjonijiet oħrajn huma l-punti identifikati mill-KEPD li jeħtieġu kjarifiki, informazzjoni addizzjonali, jew emendi żgħar. Din id-distinzjoni għandha tgħin lil-leġiżlatur jagħti prijorità lill-kwistjonijiet ewlenin indirizzati minn din l-Opinjoni.

IV.   KONKLUŻJONI

68.

Il-KEPD jilqa’ l-isforzi f’termini ta’ protezzjoni tad-data fit-testi differenti. Huwa jista’ jara li l-kultura tal-protezzjoni tad-data qiegħda ssir parti mill-proċess leġiżlattiv u tista’ tkun osservata wkoll fit-tfassil tal-proposti.

69.

B’rispett sħiħ għar-rwol tal-leġiżlatur meta jivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżuri proposti, il-KEPD, fir-rwol ta’ konsulenza li għandu, ser jipprovdi xi rakkomandazzjonijiet f’din l-Opinjoni f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tad-data u tal-privatezza f’dawn it-tliet proposti eżaminati.

70.

Rigward il-Proposta ta’ Dublin, il-KEPD jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-identifikatur uniku jista’ jintuża għal finijiet oħrajn, pereżempju biex jiġu identifikati l-individwi f’bażijiet tad-data oħrajn, u b’hekk jagħmel it-tqabbil tal-bażijiet tad-data faċli u sempliċi. Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi speċifikat li kwalunkwe użu ieħor tal-identifikatur għandu jkun ipprojbit.

71.

Rigward il-Proposta tar-riformulazzjoni tal-Eurodac, il-KEPD jikkunsidra li l-estensjoni tal-ambitu tal-Eurodac tqajjem tħassib rigward ir-rispett tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop kif stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li jiġu speċifikati ulterjorment it-tipi ta’ miżuri minbarra t-tneħħija u r-ripatrijazzjoni li jistgħu jittieħdu mill-Istati Membri fuq il-bażi tad-data tal-Eurodac. Il-KEPD jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli valutazzjoni tal-impatt sħiħa fuq il-protezzjoni tad-data u l-privatezza tar-riformulazzjoni 2016 tal-Eurodac sabiex jitkejjel l-impatt tat-test propost fuq il-privatezza.

72.

Il-KEPD huwa mħasseb ukoll dwar l-inklużjoni ta’ immaġnijiet tal-wiċċ: ir-Regolament ma jirreferix għal xi valutazzjoni tal-ħtieġa li jinġabru u jintużaw l-immaġnijiet tal-wiċċ tal-kategoriji ta’ persuni indirizzati fil-Proposta għar-riformulazzjoni tal-Eurodac. Barra minn hekk, il-KEPD jikkunsidra li l-Proposta għandha tiċċara l-każijiet li fihom għandu jsir it-tqabbil tal-marki tas-swaba’ u/jew tal-immaġnijiet tal-wiċċ, peress li l-abbozz tal-Proposta għar-riformulazzjoni jidher li jimplika li dan it-tqabbil għandu jsir b’mod sistematiku.

73.

Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li tkun magħmula disponibbli valutazzjoni dettaljata rigward is-sitwazzjoni tal-minorenni, il-bilanċ bejn ir-riskji u l-perikli ta’ tali proċedura għall-minorenni u l-vantaġġi li jista’ jkollhom, minbarra l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. F’dan il-kuntest, ir-regolament għandu jiddefinixxi aktar (jiġifieri fi premessa) it-tifsira tat-teħid ta’ marki tas-swaba’ ta’ minorenni b’mod li jkun adattat għat-tfal.

74.

Rigward il-perjodu ta’ żamma, li fil-prinċipju ser ikun ta’ ħames snin, il-KEPD jirrakkomanda li jingħataw aktar dettalji u spjegazzjoni għaliex u kif perjodu ta’ żamma ta’ data għal ħames snin kien meqjus meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet il-ġodda tal-bażi tad-data tal-Eurodac. Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda li jitnaqqas il-perjodu ta’ żamma għat-tul attwali tal-projbizzjoni tad-dħul fuq individwu speċifiku. Finalment, il-KEPD jirrakkomanda li fil-Proposta jiġi speċifikat li l-punt tal-bidu tal-perjodu ta’ retenzjoni jkun id-data tal-ewwel teħid ta’ marki tas-swaba’ ipproċessat minn Stat Membru.

75.

Finalment, il-KEPD jirrakkomanda li tiġi imblokkata d-data kollha għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi wara tliet snin, u li ma tibqax issir differenza bejn il-kategoriji differenti ta’ individwi ta’ pajjiżi terzi f’dan ir-rigward.

76.

Flimkien man-nuqqasijiet essenzjali identifikati iktar ‘il fuq, ir-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD f’din l-Opinjoni jirrigwardaw l-aspetti li ġejjin:

rigward il-proposta tar-riformulazzjoni tal-Eurodac,

Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi speċifikat fit-test tal-Proposta li r-responsabbiltà aħħarija tal-ipproċessar tad-data personali għandha tkun tal-Istati Membri li ser jitqiesu bħala kontrolluri fit-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Artikolu 37 għandu jiġi abbozzat mill-ġdid sabiex jiċċara f’liema każ huwa permess jew projbit trasferiment internazzjonali, u b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda t-trasferiment lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

L-Artikolu 38 (1) għandu jispeċifika li d-data strettament meħtieġa għall-finijiet ta’ ritorn tista’ tkun trasferita mill-Istati Membri.

Ma għandhiex tintuża forza biex jittieħdu l-marki ta’ swaba’ tal-individwi. Dan għandu jiġi speċifikat fir-Regolament dwar il-Eurodac.

F’dan il-kuntest, il-KEPD jirrakkomanda li jiġi ċċarat li d-detenzjoni ma għandhiex titqies bħala sanzjoni għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jiġu pprovduti l-marki tas-swaba’.

L-użu ta’ data reali mill-eu-LISA għall-finijiet ta’ ttestjar iqajjem tħassib serju u ma għandux ikun permess mir-Regolament tal-Eurodac. L-alternattiva għall-użu ta’ data mhux reali għandha tkun ikkunsidrata u vvalutata mil-leġiżlatur, waqt li jiġi kkunsidrat ir-riskju għall-privatezza tal-individwi kkonċernati. Fi kwalunkwe każ, it-test ma għandux jikkunsidra li d-data bijometrika tista’ tkun anonimizzata, peress li dejjem ser tkun relatata ma’ individwu u għaldaqstant għandha titqies bħala data personali.

Rigward l-ipproċessar ta’ informazzjoni mill-eu-LISA, il-KEPD jirrakkomanda li jiġu speċifikati li għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa rigward l-aċċess għad-data minn kuntratturi esterni.

Finalment, il-KEPD jilqa’ l-isforzi biex ikun żgurat li l-aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiġi vvalutat minn korp indipendenti. Madankollu, l-awtoritajiet magħżula u l-awtoritajiet ta’ verifika ma għandhomx ikunu parti mill-istess organizzazzjoni, sabiex tinżamm l-indipendenza tal-awtorità ta’ verifika.

rigward il-Proposta dwar l-EUAA,

Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi speċifikat li l-esperti tal-Aġenzija għandhom jitħallew jaċċessaw il-bażijiet tad-data skont l-atti legali li jirregolaw dawn il-bażijiet tad-data u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi speċifikat ukoll xi jrid jingħad bi skopijiet amministrattivi fl-Artikolu 30(3), peress li kwalunkwe skop imfittex minn amministrazzjoni jista’ jikkwalifika taħt dan it-terminu.

Il-KEPD jirrakkomanda li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-apparat użat mill-Aġenzija li għandha tkun definita f’kull pass taċ-ċiklu tal-ħajja tal-apparat, jiġifieri mix-xiri tiegħu, tul il-ħażna u l-użu tiegħu, sar-rimi tiegħu.

Brussell, il-21 ta’ Settembru 2016.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2016) 197 final.

(2)  COM(2016) 270 final.

(3)  COM(2016) 271 final.

(4)  COM(2016) 272 final.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/6


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

(2017/C 9/05)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet miftuħa li ġejja:

 

EUIPO/AD/01/17 — AMMINISTRATURI (AD 6)

u

 

EUIPO/AST/02/17 — ASSISTENTI (AST 3)

FIL-QASAM TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 9 A tat-12 ta’ Jannar 2017.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/7


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2017

PROGRAMMI SEMPLIĊI

Għotjiet għal miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2017/C 9/06)

1.   L-isfond u l-għan ta' din is-sejħa

1.1.   Miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli

Fit-22 ta’ Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (1). Dan ir-Regolament huwa supplimentat mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (2), u r-regoli għall-applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 (3).

L-objettiv ġenerali tal-miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni huwa li jżidu l-kompetittività tas-settur agrikolu tal-Unjoni.

L-objettivi speċifiċi tal-miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni huma li:

(a)

iżidu s-sensibilizzazzjoni lejn dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u dwar l-istandards għolja applikabbli għall-metodi ta' produzzjoni fl-Unjoni;

(b)

iżidu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta' ċerti prodotti tal-ikel u jgħollu l-profil tagħhom kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni;

(c)

iżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni;

(d)

iżidu s-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta' ċerti prodotti tal-ikel, billi jiffukaw b'mod speċifiku fuq dawk is-swieq f'pajjiżi terzi li għandhom l-akbar potenzjal ta' tkabbir;

(e)

jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet normali tas-suq f'każ ta' disturb serju tas-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumatur jew problemi speċifiċi oħra.

1.2.   Il-Programm ta' Ħidma annwali tal-Kummissjoni għall-2017

Il-programm ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni għall-2017, adottat bid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (4) fid-9 ta’ Novembru 2016, jispeċifika d-dettalji għall-għoti ta' kofinanzjament u l-prijoritajiet għall-azzjonijiet għal proposti għal programmi sempliċi u multipli fis-suq intern u f'pajjiżi terzi. Dan huwa disponibbli fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/annual-work-programmes/2017/index_en.htm

1.3.   L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn hawn 'il quddiem Chafea) hija fdata mill-Kummissjoni Ewropea bil-ġestjoni ta' ċerti partijiet tal-miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi, inkluża l-evalwazzjoni ta' programmi sempliċi.

1.4.   Din is-sejħa għall-proposti

Din is-sejħa għall-proposti tirrigwarda l-implimentazzjoni ta' programmi sempliċi, fil-qafas tat-taqsima 1.2.1.1 u 1.2.1.2 tal-Anness I tal-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2017 relatat ma' azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 1 u 2, jiġifieri programmi sempliċi fis-suq intern u f'pajjiżi terzi.

2.   Objettiv(i) — Temi — Prijoritajiet

It-taqsima 1.2.1.1 u 1.2.1.2 tal-Anness I tal-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2017 tispeċifika l-prijoritajiet tematiċi għall-azzjonijiet li għandhom jiġu kofinanzjati permezz ta' din is-sejħa (ara wkoll it-taqsima 6.2 dwar l-Attivitajiet eliġibbli aktar 'l isfel). Għall-finanzjament se jiġu kkunsidrati biss proposti li jikkorrispondu direttament mas-suġġett u d-deskrizzjoni mogħtija f'din it-taqsima tal-Programm ta' Ħidma Annwali. Għalhekk, mad-dokument tas-sejħa preżenti huma mħabbra 8 suġġetti għall-proposti. L-applikazzjonijiet sottomessi taħt din is-sejħa jridu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' xi wieħed minn dawn is-suġġetti ta' prijorità. Organizzazzjoni proponenti tista' tissottometti diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt l-istess suġġett ta' prijorità. Jistgħu jiġu sottomessi wkoll diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt suġġetti ta' prijorità differenti.

3.   Skeda ta' żmien

Id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni hija l-20 ta’ April 2017, 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).

 

Stadji

Data u ħin jew perjodu indikattiv

a)

Pubblikazzjoni tas-sejħa

12.1.2017

b)

Data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

20.4.2017

c)

Perjodu ta' evalwazzjoni (indikattiv)

21.4–31.8.2017

d)

Deċiżjoni mill-Kummissjoni (indikattiv)

Ottubru 2017

e)

Informazzjoni lill-applikanti (indikattiv)

Ottubru 2017

f)

Iffirmar tal-kuntratt mal-Istat Membru (indikattiv)

Jannar 2018

g)

Data tal-bidu tal-azzjoni (indikattiv)

> 1.1.2018

4.   Baġit disponibbli

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-azzjonijiet taħt din is-sejħa huwa stmat li jilħaq EUR 85 500 000. L-ammonti indikattivi disponibbli għal kull suġġett huma indikati fit-tabella “Attivitajiet eliġibbli” taħt il-punt 6 aktar 'l isfel.

Dan l-ammont huwa soġġett għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2018 mill-awtorità baġitarja tal-UE jew previsti fid-dodiċeżmi proviżorji. Dan l-ammont huwa soġġett ukoll għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet għat-tliet snin li jmiss b'kont meħud tan-natura mhux differenzjata tal-approprjazzjonijiet.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

5.   Rekwiżiti ta' ammissibbiltà

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mid-data ta' skadenza għas-sottomissjoni msemmija fit-taqsima 3.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi onlajn mill-koordinatur permezz tal-portal għall-parteċipanti (is-sistema ta' sottomissjoni elettronika hija disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

In-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' hawn fuq iwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni.

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, meta jkunu qegħdin jippreparaw il-proposti tagħhom, l-applikanti jenħtieġ li jqisu li l-kuntratti se jiġu mmaniġġati mill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-applikanti huma mħeġġa biex jissottomettu l-proposta tagħhom bil-lingwa/lingwi tal-Istat Membru tal-oriġini tal-organizzazzjonijiet proponenti sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx indika l-qbil tiegħu li l-kuntratt jiġi ffirmat bl-Ingliż (5). Sabiex jiġi faċilitat ir-rieżami l-valutazzjoni tal-proposti minn esperti indipendenti li jipprovdu input tekniku għall-evalwazzjoni, traduzzjoni bl-Ingliż tal-parti teknika (il-parti B) għandha preferibbilment takkumpanja l-proposta jekk din tkun miktuba b'lingwa uffiċjali oħra tal-UE.

6.   Kriterji ta' eliġibbiltà

6.1.   Applikanti eliġibbli

Il-Proposti għal programmi sempliċi jistgħu jiġu sottomessi biss minn persuni ġuridiċi jew entitajiet oħra li ma jkollhomx personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, diment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jossidisfaw obbligi legali f'isem l-entità u joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi kif imsemmija fl-Artikolu 131(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(i)

B’mod aktar speċifiku, l-applikazzjonijiet mill-organizzazzjonijiet u l-korpi li ġejjin huma eliġibbli, kif imsemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014: organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali stabbiliti fi Stat Membru u rappreżentanti tas-settur jew setturi kkonċernat(i) f’dak l-Istat Membru, u b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-gruppi kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, diment li jkunu rappreżentattivi għall-isem protett skont ir-Regolament tal-aħħar u li huwa kopert b’dak il-programm

(ii)

organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġew rikonoxxuti minn Stat Membru; jew

(iii)

korpi tas-settur agroalimentari li l-objettiv u l-attività tagħhom huma li jipprovdu informazzjoni dwar, u li jippromwovu prodotti agrikoli u li jkunu ġew inkarigati, mill-Istat Membru kkonċernat, b’missjoni ta’ servizz pubbliku f’dan il-qasam iddefinit b’mod ċar; dawk il-korpi għandhom ikunu ġew stabbiliti legalment fl-Istat Membru inkwistjoni tal-inqas sentejn qabel id-data tas-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(2).

L-organizzazzjonijiet proponenti msemmija hawn fuq jistgħu jissottomettu proposta diment li jkunu rappreżentattivi tas-settur jew tal-prodott ikkonċernat mill-proposta, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 1(1) jew 1(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015, jiġifieri:

(i)

organizzazzjoni professjonali jew interprofessjonali, stabbilita fi Stat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 rispettivament, għandhom jitqiesu li huma rappreżentattivi tas-settur ikkonċernat mill-programm:

meta tkun tammonta għal mill-inqas 50 % bħala proporzjon tal-għadd ta' produtturi, jew 50 % tal-volum jew tal-valur minimu tal-produzzjoni li tista' titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat, fl-Istat Membru kkonċernat; jew

meta tkun organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 158 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(ii)

grupp kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għandu jitqies li huwa rappreżentattiv ta' isem protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u kopert mill-programm, meta dan jammonta għal mill-inqas 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista' titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) li ismu(isimhom) jkun(ikunu) protett(i);

(iii)

organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi kif imsemmija fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandha titqies li tkun rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i) mill-programm, fejn hija rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikoli 154 jew 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(iv)

korp fis-settur agroalimentari kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tas-settur(i) ikkonċernat(i) mill-programm permezz ta’ rappreżentanti ta’ dak/dawk il-prodott(i) jew settur fost is-sħubiji tiegħu.

B'deroga mill-punti (i) u (ii) ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu aċċettati limiti aktar baxxi, jekk l-organizzazzjoni proponenti turi fil-proposta mressqa li jeżistu ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-evidenza dwar l-istruttura tas-suq, li jiġġustifikaw it-trattament tal-organizzazzjoni proponenti bħala rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i).

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi minn organizzazzjoni proponenti waħda jew aktar mill-istess Stat Membru tal-UE.

Huma eliġibbli biss applikazzjonijiet minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE.

Entitajiet mhux eliġibbli: applikanti li diġà jirċievu finanzjament mill-Unjoni għall-istess miżuri dwar l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni li jkunu jagħmlu parti mill-proposta/i tagħhom m'għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni għal dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikanti, huma mitluba d-dokumenti ta' sostenn li ġejjin:

entità privata: estratt mill-ġurnal uffiċjali, kopja tal-artikoli ta' assoċjazzjoni, jew estratt mir-reġistru tan-negozju jew ta' assoċjazzjoni;

entità pubblika: kopja tar-riżoluzzjoni jew tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kumpanija pubblika, jew dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi l-entità taħt il-liġi pubblika;

entitajiet mingħajr personalità ġuridika: dokumenti li jipprovdu evidenza li r-rappreżentanti tagħhom għandhom il-kapaċità li jissodisfaw l-obbligi legali f'isimhom.

dokumentazzjoni li tipprova li l-applikant jissodisfa l-kriterji tar-rappreżentattività stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829.

6.2.   Attivitajiet eliġibbli

Il-proposti għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà elenkati fl-Anness II tal-Programm ta' Ħidma Annwali, jiġifieri:

(a)

il-proposti jistgħu jkopru biss prodotti u skemi elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014;

(b)

il-proposti għandhom jassiguraw li l-miżuri jiġu implimentati permezz ta' korpi ta' implimentazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. L-organizzazzjonijiet proponenti jridu jagħżlu l-korpi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi billi jassiguraw l-aħjar valur għall-flus u n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess (ara l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 u l-punt e) tat-taqsima 11.1 tas-sejħa). L-organizzazzjoni proponenti għandha tintrabat li l-korp responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm għandu jintgħażel qabel l-iffirmar tal-kuntratt (ara l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831);

(c)

jekk organizzazzjoni proponenti tipproponi li timplimenta ċerti partijiet tal-proposta hija stess, din għandha tassigura li l-kost tal-miżura li hija tippjana li twettaq hija nnifisha ma jaqbiżx ir-rati normali tas-suq;

(d)

il-proposti għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni li tirregola l-prodotti kkonċernati u mad-dispożizzonijiet kollha deskritti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829;

(e)

jekk messaġġ imwassal ikun jirrigwarda informazzjoni dwar l-impatt fuq is-saħħa, il-proposti għandhom jikkonformaw mar-regoli kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829;

(f)

jekk il-proposta tipproponi li ssemmi l-oriġini jew xi ditti, hija għandha tikkonforma mar-regoli msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet ippjanati, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

proposti li jkopru skemi ta’ kwalità nazzjonali għandhom jipprovdu dokumentazzjoni jew referenza għas-sorsi disponibbli għall-pubbliku li juru li l-iskema ta’ kwalità hi rikonoxxuta mill-Istat Membru;

proposti li għandhom fil-mira tagħhom is-suq intern u li jgħaddu messaġġ dwar il-prattiki tad-dieta xierqa jew dwar il-konsum responsabbli tal-alkoħol għandhom jiddeskrivu kif il-programm propost u l-messaġġ(i) tiegħu huma konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi referenzi jew dokumentazzjoni fl-appoġġ tal-pretensjoni.

Barra minn hekk, proposta għandha tikkonforma wkoll ma' waħda mill-prijoritajiet tematiċi elenkati fil-Programm ta' ħidma annwali għall-2017 għall-programmi sempliċi. Dawn ta' hawn taħt huma estratti mill-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2017 li jagħtu dettalji tat-8 suġġetti li għalihom jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet. It-test jiddeskrivi s-suġġetti, l-ammont relatat previst, l-objettivi u r-riżultati mistennija.

Azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 1: Programmi sempliċi fis-suq intern

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett 1 - Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati sabiex iżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014,

EUR 12 375 000

L-objettiv huwa li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni:

a)

skemi ta' kwalità: Denominazzjoni tal-oriġini protetta (DOP), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), speċjalità tradizzjonali garantita (STG) u termini fakultattivi tal-kwalità

b)

metodu ta’ produzzjoni organika

c)

il-logo għal prodotti agrikoli ta’ kwalità speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

Il-programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni li jimmiraw lejn l-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu prijorità ewlenija fis-suq intern billi tali skemi jipprovdu lill-konsumaturi b'assigurazzjonijiet dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott jew il-proċess ta' produzzjoni li jintuża, jiksbu valur miżjud għall-prodotti kkonċernati u jtejbu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq.

Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jiżdiedu l-livelli ta' rikonoxximent tal-logo assoċjat mal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej fid-dawl tal-fatt li, skont Eurobarometer speċjali (nru 440), 20 % tal-konsumaturi Ewropej biss jagħrfu l-logos tal-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni tal-oriġini protetta (DOP), 17 % għal indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) u 15 % għal Speċjalità Tradizzjonali Garantita, li dawn huma l-iskemi ta' kwalità prinċipali tal-Unjoni. Barra minn hekk, 23 % tal-konsumaturi Ewropej biss jagħrfu l-logo tal-biedja organika.

L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni rreġistrati taħt skema ta' kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq.

Suġġett 2 - Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati sabiex jissottolinjaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel Ewropej, u skemi ta’ kwalità definiti fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

EUR 10 125 000

L-objettiv huwa li jiġu sottolinjati l-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta' produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b'mod partikolari f'termini tas-sigurtà tal-ikel, it-traċċabilità, l-awtentiċità, it-tikkettar, l-aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa (inklużi prattiki tad-dieta xierqa u konsum responsabbli tax-xarbiet alkoħoliċi eliġibbli), il-benesseri tal-annimali, ir-rispett għall-ambjent u s-sostenibbiltà, u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel, b'mod partikolari f'termini tal-kwalità, it-togħma, id-diversità jew it-tradizzjonijiet tagħhom.

L-impatt mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni kkonċernati, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom mis-suq u l-ikel agroalimentari


Azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 2: Programmi sempliċi f'pajjiżi terzi  (6)

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett 3 (*1) - Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: Iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u l-Makao), il-Ġappun, il-Korea ta' Isfel, it-Tajwan, ir-reġjun Asjatiku tax-Xlokk jew l-Indja

EUR 14 750 000

Il-programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għandhom jimmiraw pajjiż wieħed jew aktar identifikati fis-suġġett korrispondenti.

L-objettivi ta' dawn il-programmi jenħtieġ li jikkonformaw mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

L-impatt finali mistenni għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom tas-suq f'dawn il-pajjiżi mmirati.

Suġġett 4 (*1) - Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: L-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada jew il-Messiku

EUR 11 600 000

Suġġett 5 (*1) - Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati lejn pajjiż wieħed jew aktar tal-Afrika, il-Lvant Nofsani (*2), l-Iran jew it-Turkija

EUR 8 450 000

Suġġett 6 (*1) - Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati lejn żoni ġeografiċi oħra minbarra dawk inklużi taħt is-Suġġetti 3, 4 u 5

EUR 11 600 000

Suġġett 7 – Provvediment ta’ informazzjoni u programmi ta' promozzjoni dwar il-prodotti tal-ħalib, prodotti tal-laħam tal-majjal jew kombinament ta’ dawn it-tnejn immirati lejn kwalunkwe pajjiż terz

Il-prodotti eliġibbli taħt dan is-Suġġett huma dawk elenkati fil-Parti XVII tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) għall-prodotti tal-laħam tal-majjal u fil-Parti XVI tal-Anness I għal dak ir-Regolament għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib, rispettivament.

EUR 12 600 000

Suġġett 8 – Provvediment ta’ informazzjoni u programmi ta’ promozzjoni dwar prodotti taċ-ċanga li jimmiraw kwalunkwe pajjiż terz.

Il-prodotti eliġibbli taħt dan is-suġġett huma dawk elenkati fil-Parti XV tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

EUR 4 000 000

Jekk organizzazzjoni proponenti tkun tixtieq timmira diversi mir-reġjuni prijoritizzati f'pajjiżi terzi fi programm wieħed, hija jenħtieġ li tissottometti diversi applikazzjonijiet (applikazzjoni għal kull suġġett). B'mod alternattiv, hija tista' tapplika wkoll taħt is-suġġett “programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni mmirati lejn żoni ġeografiċi oħra”. Dan is-suġġett jirrigwarda ż-żoni ġeografiċi li ma kinux elenkati fis-suġġett 3 sas-suġġett 5, iżda jista' jirrigwarda wkoll taħlita ta' diversi reġjuni prijoritizzati elenkati fis-suġġett 3 sas-suġġett 5.

Tipi ta' attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet ta’ provvediment ta' promozzjoni u ta' informazzjoni jistgħu jikkonsistu b'mod partikolari mill-attivitajiet li ġejjin, eliġibbli taħt din is-sejħa:

1.

Ġestjoni tal-proġett

2.

Relazzjonijiet pubbliċi

Attivitajiet ta' PR (relazzjonijiet pubbliċi)

Avvenimenti għall-istampa

3.

Sit web, midja soċjali

Stabbiliment, aġġornament u manutenzjoni tas-sit web

Midja soċjali (stabbiliment tal-kontijiet u ppowstjar regolari)

Oħrajn (apps tal-mowbajl, pjattaformi ta’ tagħlim elettroniku, webinars, eċċ.)

4.

Reklamar

Stampa

TV

Radju

Onlajn

Fuq barra

Ċinema

5.

Għodod ta' komunikazzjoni

Pubblikazzjonijiet, settijiet tal-midja, merkanzija promozzjonali

Filmati promozzjonali

6.

Avvenimenti

Stands fil-fieri kummerċjali

Seminars, workshops, laqgħat B2B, sessjonijiet ta' taħriġ għas-snajja'/koki, attivitajiet fl-iskejjel

Ġimgħat tar-ristoranti

Sponsorizzar tal-avvenimenti

Vjaġġi ta' studju fl-Ewropa

7.

Promozzjoni fil-punti tal-bejgħ (POS - point-of-sale)

Jiem tad-dewqan

Oħrajn: promozzjoni fil-pubblikazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, reklamar fil-POS

Perjodu ta' implimentazzjoni

L-azzjoni kofinanzjata (programmi ta' informazzjoni/ta’ promozzjoni) għandha tiġi implimentata fuq perjodu ta' mill-anqas sena iżda ta' mhux aktar minn tliet snin.

Il-proposti jenħtieġ li jispeċifikaw it-tul tal-azzjoni.

7.   Kriterji ta' esklużjoni

7.1.   Esklużjoni mill-parteċipazzjoni

L-applikanti jiġu esklużi milli jipparteċipaw f'din il-proċedura ta' sejħa għall-proposti jekk ikunu jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni (7):

(a)

l-operatur ekonomiku jkun falla, ikun soġġett għal proċeduri ta' insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, fejn ikun jinsab f’arranġament ma' kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jkunu sospiżi, jew fejn ikun qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew fir-regolamenti nazzjonali;

(b)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku jkun qed jikser l-obbligi tiegħu marbuta mal-ħlas ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi tal-pajjiż fejn ikun stabbilit, ma' dawk tal-pajjiż li fih tkun tinsab l-awtorità kontraenti jew ma' dawk tal-pajjiż tat-twettiq tal-kuntratt;

(c)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku huwa ħati ta' mġiba professjonali ħażina serja billi jkun kiser il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li jappartjeni għaliha l-operatur ekonomiku, jew billi jkun involut fi kwalunkwe aġir ħażin li għandu impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tiegħu fejn dan it-tip ta' aġir jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b'mod partikolari, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

rappreżentazzjoni ħażina b'mod frodulenti jew b'negliġenza ta' informazzjoni meħtieġa għall-verifika tan-nuqqas ta' raġunijiet għall-esklużjoni jew l-issodisfar tal-kriterji tal-għażla jew fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt;

(ii)

id-dħul fi ftehim ma' operaturi ekonomiċi oħrajn bil-għan li tiġi kkawżata distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(iii)

il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)

it-tentattiv li jiġi influwenzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti matul il-proċedura ta' akkwist;

(v)

it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista' tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta' akkwist;

(d)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali li l-operatur ekonomiku jkun ħati ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

frodi, skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995 (8);

(ii)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997 (9), u fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA (10), kif ukoll korruzzjoni kif definita fil-liġi tal-pajjiż fejn tkun tinsab l-awtorità kontraenti, il-pajjiż fejn ikun stabbilit l-operatur ekonomiku jew il-pajjiż tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(iii)

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (11);

(iv)

ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(v)

reati marbuta mat-terroriżmu jew reati marbuta ma' attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (13) rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta' reati, kif imsemmija fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni;

(vi)

it-tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(e)

l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità tiegħu mal-obbligi ewlenin fit-twettiq ta' kuntratt iffinanzjat mill-baġit, li jkun wassal għat-terminazzjoni bikrija tiegħu jew għall-applikazzjoni ta' danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn jew li jkun ġie skopert wara kontrolli, verifiki jew investigazzjonijiet minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri;

(f)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku jkun wettaq irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95

7.2.   Esklużjoni mill-għoti:

L-applikanti se jiġu esklużi mill-għoti ta' kofinanzjament jekk, matul il-proċedura tal-għoti ta' finanzjament, huma jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti taħt l-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju:

a)

ikunu f'sitwazzjoni ta' esklużjoni stabbilita skont l-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju;

b)

ikunu rrappreżentaw b'mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqsu milli jipprovdu dik l-informazzjoni fil-proċedura tal-għoti tal-għotja;

Biex juri l-konformità mal-kriterji ta' esklużjoni, l-applikant irid jimmarka l-kaxxa rilevanti waqt li jkun qiegħed jissottometti l-applikazzjoni onlajn tiegħu. Jekk jintgħażlu għall-kofinanzjament, il-benefiċjarji kollha jridu jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur li tiċċertifika li ma jkunux f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106(1) u 107 sa 109 tar-Regolament Finanzjarju. L-applikanti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fil-portal għall-parteċipanti.

8.   Kriterji tal-għażla

8.1.   Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta' finanzjament biex iżommu l-attività tagħhom tul il-perjodu sħiħ tal-implimentazzjoni tal-azzjoni u biex jipparteċipaw fil-finanzjament tagħha.

Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti kollha se tiġi vvalutata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju Nru 966/2012. Din il-valutazzjoni ma titwettaqx jekk:

il-kontribuzzjoni tal-UE mitluba mill-applikant tkun ta' ≤ EUR 60 000;

l-applikant ikun korp pubbliku

Id-dokumenti ta' sostenn li jridu jiġu annessi mal-applikazzjoni onlajn biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja jinkludu:

il-kontijiet annwali (inklużi l-karta bilanċjali u r-rapport tal-introjtu) għas-sena finanzjarja ta' qabel li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet (għall-entitajiet maħluqin ġodda, għandu jiġi ppreżentat il-pjan tan-negozju biex jieħu post il-kontijiet);

Formola tal-Vijabilità Finanzjarja mimlija minn qabel li tiġbor fil-qosor id-data neċessarja mill-kontijiet annwali li tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikant.

Barra minn hekk, għal koordinatur jew benefiċjarju ieħor li jitlob kontribuzzjoni mill-UE ta' ≥ EUR 750 000 (limitu applikabbli għal kull benefiċjarju):

rapport tal-awditu mħejji minn awditur estern approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-korpi pubbliċi.

8.2.   Kapaċità operattiva

L-applikanti jrid ikollhom il-kompetenzi professjonali u l-kwalifiki meħtieġa biex itemmu l-azzjoni.

Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fil-parti B tal-proposta:

Il-profili ġenerali (kwalifiki u esperjenzi) tal-persunal tal-applikant prinċipalment responsabbli mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjoni proposta

Ir-rapport dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet proponenti jew deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqa b'rabta mal-attivitajiet li jkunu eliġibbli għal kofinanzjament kif deskritt taħt il-punt 6 (aktar 'il fuq).

F'każijiet fejn l-organizzazzjonijiet proponenti jipproponu li jimplimentaw ċerti partijiet tal-proposta, għandha tingħata evidenza li jkollhom mill-anqas tliet snin esperjenza fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni u ta' promozzjoni.

9.   Kriterji tal-għoti

Il-Parti B tal-applikazzjoni sservi biex il-proposta tiġi evalwata kontra l-kriterji tal-għoti.

B'mod ġenerali, il-proġetti huma mistennija li jkollhom struttura effiċjenti tal-ġestjoni, strateġija ċara u deskrizzjoni preċiża tar-riżultati mistennija.

Il-kontenut ta' kull proposta se jiġi vvalutat skont il-kriterji u s-sottokriterji li ġejjin:

Kriterji

Punti massimi

Limitu

1.

Dimensjoni tal-Unjoni

20

14

2.

Kwalità teknika tal-proġett

40

24

3.

Kwalità tal-ġestjoni

10

6

4.

Baġit u kosteffettività

30

18

TOTAL

100

62

Il-proposti li jaqgħu taħt il-limiti globali u/jew il-limiti individwali mħabbra hawn fuq għandhom jiġu rifjutati.

Is-sottokriterji li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta' kull wieħed mill-kriterji prinċipali tal-għoti:

1.

Id-dimensjoni tal-Unjoni:

a)

Rilevanza tal-miżuri proposti ta' informazzjoni u promozzjoni għall-objettivi ġenerali u speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll għall-prijoritajiet, l-objettivi u r-riżultati mistennija mħabbra taħt il-prijorità tematika rilevanti

b)

Il-messaġġ tal-Unjoni tal-kampanja

c)

L-impatt tal-proġett fil-livell tal-Unjoni

2.

Il-kwalità teknika tal-proġett

a)

Il-kwalità u r-rilevanza tal-analiżi tas-suq

b)

L-adegwatezza tal-istrateġija tal-programm, tal-objettivi, u tal-messaġġi ewlenin;

c)

Għażla xierqa ta' attivitajiet fir-rigward tal-objettivi u l-istrateġija tal-programm, taħlita ta’ komunikazzjoni bbilanċjata, sinerġija bejn l-attivitajiet;

d)

Deskrizzjoni konċiża tal-attivitajiet;

e)

Il-kwalità tal-metodi u l-indikaturi proposti għall-evalwazzjoni.

3.

Il-kwalità tal-ġestjoni

a)

L-organizzazzjoni tal-proġett u l-istruttura tal-ġestjoni;

b)

Il-mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni tar-riskju.

4.

Il-baġit u l-kosteffettività

a)

Redditu fuq l-investiment

b)

Tqassim xieraq tal-baġit fir-rigward tal-objettivi u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet;

c)

Il-konsistenza bejn l-ispejjeż u r-riżultati stmati;

d)

Stima realistika tal-persuni/jiem għall-attivitajiet implimentati mill-organizzazzjoni proponenti, inklużi l-ispejjeż tal-koordinazzjoni tal-proġett.

Wara l-evalwazzjoni, il-proposti kollha eliġibbli jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-proposta jew proposti bl-ogħla klassifikazzjoni jingħataw kofinanzjament skont il-baġit disponibbli.

Għandha tiġi stabbilita lista bi klassifikazzjoni separata għal kull wieħed mis- suġġetti ta' prijorità elenkati taħt it-taqsima 6.2 tas-sejħa preżenti.

Jekk ikun hemm żewġ proposti (jew aktar) bl-istess numru ta' punti fuq l-istess lista bi klassifikazzjoni, f'dak il-każ il-proposta/i li tagħti/jagħtu lok għal diversifikazzjoni f'termini ta' prodotti jew swieq immirati għandha/hom tinżamm/jinżammu. Dan ifisser li bejn żewġ proposti ex aequo, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tagħżel dik li l-kontenut tagħha (l-ewwel f'termini tal-prodotti, it-tieni f'termini tas-suq immirat) ikun għadu mhux rappreżentat fil-lista kklassifikata. Jekk dan il-kriterju ma jkunx jista' jiġi applikat, f'dak il-każ il-Kummissjoni għandha l-ewwel tagħżel il-programm li jkun ġab l-ogħla punteġġ għall-kriterji tal-għoti individwali. L-ewwel, hi se tqabbel il-punteġġi għad-“Dimensjoni tal-Unjoni”, imbagħad għall-“Kwalità teknika”, u finalment għall-“Baġit u l-kosteffettività”.

10.   Impenji legali

Wara l-evalwazzjoni, iċ-Chafea tistabbilixxi lista ta' proposti rakkomandati għal finanzjament, ikklassifikati skont in-numru totali ta' punti mogħtija.

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, li jiddetermina l-programmi sempliċi magħżula, kwalunkwe tibdil li għandu jsir fihom, u l-baġits korrispondenti (deċiżjoni ta' għoti).

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni se telenka l-programmi magħżula aċċettati għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. Din id-Deċiżjoni se tiġi indirizzata lill-Istati Membri kompetenti. L-Istati Membri kkonċernati se jkunu responsabblimill-implimentazzjoni xierqa tal-programmi sempliċi magħżula u mill-pagamenti rilevanti.

Malli l-Kummissjoni tadotta dan l-att ta' implimentazzjoni, hija għandha tibgħat il-kopji tal-programmi magħżula lill-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr dewmien, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjonijiet proponenti kkonċernati jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ikunux ġew aċċettati jew le.

L-Istati Membri għandhom jikkonkludu kuntratti għall-implimentazzjoni ta' programmi mal-organizzazzjonijiet proponenti magħżula skont ir-rekwiżiti msemmija taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831. Il-kuntratt se jiddettalja b'mod partikolari l-kundizzjonijiet u l-livell ta' finanzjament, kif ukoll l-obbligi tal-partijiet.

11.   Dispożizzjonijiet finanzjarji

11.1.   Prinċipji ġenerali

a)

Għoti mhux kumulattiv

Azzjoni tista' tirċievi biss għotja waħda mill-baġit tal-UE.

L-istess spejjeż ma għandhom fl-ebda ċirkustanza jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni.

L-applikanti għandhom jindikaw is-sorsi u l-ammonti ta' finanzjament tal-Unjoni riċevuti jew li ssir applikazzjoni għalihom għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tagħhom (għotjiet operazzjonali), kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew li ssir applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni.

b)

Nonretroattività

Ma tista' tingħata l-ebda għotja b'mod retrospettiv għal azzjonijiet li jkunu diġà tlestew.

c)

Kofinanzjament

Kofinanzjament ifisser li r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni ma jkunux kompletament ipprovduti mill-għotja tal-UE.

In-nefqa li jifdal għandha tinġarr esklussivament mill-organizzazzjoni proponenti.

Huma permessi u se jiġu kkunsidrati bħala rċevuti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-benefiċjarji mill-membri tagħha, speċifikament biex jintużaw għall-ispejjeż li huma negliġibbli taħt l-azzjoni.

d)

Baġit ibbilanċjat

Il-baġit stmat tal-azzjoni jrid jiġi ppreżentat fil-parti A tal-formola tal-applikazzjoni. Dan irid ikollu d-dħul u n-nefqa bbilanċjati.

Il-baġit irid ikun imfassal fil-munita euro.

L-applikanti li jipprevedu li l-ispejjeż ma jkunux se jiġu mġarrba fil-munita euro huma mistiedna jużaw ir-rata tal-kambju ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm

e)

Kuntratti/sottokuntratti ta' implimentazzjoni

Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni tkun teħtieġ l-għoti ta' kuntratti ta' akkwist (kuntratti ta' implimentazzjoni), il-benefiċjarju għandu jagħti l-kuntratt lill-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-flus jew l-orħos prezz (kif ikun xieraq), biex b'hekk jiġu evitati kunflitti ta' interess, u għandu jżomm id-dokumentazzjoni f'każ li jkun hemm bżonn ta' awditjar.

Fejn l-organizzazzjoni proponenti tkun korp regolat mil-liġi pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/24/UE, hija trid tagħżel is-sottokuntratturi skont il-leġislazzjoni nazzjonali li tittrasponi dik id-Direttiva.

Is-sottokuntrattar, jiġifieri l-esternalizzazzjoni ta' kompiti jew attivitajiet speċifiċi li jiffurmaw parti mill-azzjoni kif deskritt fil-proposta, irid jissodisfa il-kundizzjonijiet applikabbli għal kwalunkwe kuntratt ta' implimentazzjoni (kif speċifikat hawn fuq) u flimkien magħhom il-kundizzjonijiet li ġejjin:

irid ikun iġġustifikat billi jitqiesu n-natura tal-azzjoni u dak li jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha;

irid ikun imsemmi b'mod ċar fil-partijiet tekniċi u finanzjarji tal-proposta.

f)

Sottokuntrattar lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju

Jistgħu jingħataw sottokuntratti wkoll lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju, iżda biss jekk il-prezz ikun limitat għall-ispejjeż reali mġarrba mill-entità (jiġifieri mingħajr l-ebda marġini ta' profitt).

Il-kompiti li għandhom jiġu implimentati minn tali entitajiet iridu jkunu msemmija b'mod ċar fil-parti teknika tal-proposta.

11.2.   Forom ta' finanzjament

Il-kofinanzjament għandu jieħu l-forma ta' rimborż ta' proporzjon speċifikat tal-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt jiġġarrbu; huwa se jinkludi wkoll ratta fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti (daqs 4 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-persunal) li jkunu marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni (15).

Ammont massimu mitlub

L-għotja tal-UE hija limitata għar-rata massima ta' kofinanzjament li ġejja ta':

għal programmi sempliċi fis-suq intern: 70 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm

għal programmi sempliċi f'pajjiżi terzi: 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm

għal programmi sempliċi fis-suq intern ta' benefiċjarju stabbilit fi Stati Membri li fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE (16): 75 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm

għal programmi sempliċi f'pajjiżi terzi ta' benefiċjarju stabbilit fi Stati Membri li fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE: 85 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm

Dawn l-aħħar żewġ perċentwali għandhom japplikaw għal dawk il-programmi li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwarhom qabel id-data minn meta l-Istat Membru kkonċernat ma jibqax jirċievi dik l-għajnuna finanzjarja.

Konsegwentement, parti mit-total tal-ispejjeż eliġibbli mdaħħla fl-istima tal-baġit għandha tiġi ffinanzjata minn sorsi barra l-għotja mill-UE (prinċipju ta' kofinanzjament).

Spejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli jkunu attwalment imġarrba mill-benefiċjarju tal-għotja u jissodisfaw il-kriterji kollha indikati fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829.

Spejjeż mhux eliġibbli

L-ispejjeż li mhumiex eliġibbli huma spejjeż li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829, b'mod partikolari:

ir-redditu fuq il-kapital;

l-ispejjeż tad-dejn u tas-servizz tad-dejn;

il-provvedimenti għat-telf jew id-djun;

l-imgħax dovut;

id-djun dubjużi;

it-telf mill-kambju;

l-ispejjeż tat-trasferimenti mill-Kummissjoni miżmuma mill-bank ta' benefiċjarju;

l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju u koperti minn azzjoni oħra li tirċievi għotja mill-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, l-ispejjeż indiretti ma għandhomx ikunu eliġibbli taħt għotja għal azzjoni aġġudikata lil benefiċjarju li diġà jirċievi għotja operattiva ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni matul il-perjodu inkwistjoni;

il-kontribuzzjonijiet in natura;

l-infiq eċċessiv jew imprudenti;

il-VAT deduċibbli;

l-ispejjeż imġarrba matul is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Kalkolu tal-ammont finali tal-għotja

L-ammont finali tal-għotja jiġi kkalkulat wara t-tlestija tal-programm, fuq approvazzjoni tat-talba għall-pagament.

L-“ammont finali tal-għotja” jiddependi minn kemm fil-fatt il-programm ikun qed jiġi implimentat skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

Dan l-ammont jiġi kkalkulat mill-Istat Membru — meta jsir il-pagament tal-bilanċ — skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.

11.3.   Arranġamenti għall-pagamenti

L-organizzazzjoni proponenti tista' tissottometti applikazzjoni għal pagament bil-quddiem lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.

L-applikazzjonijiet għal pagament interim tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.

L-applikazzjonijiet għall-pagament tal-bilanċ għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.

11.4.   Garanzija bil-quddiem

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831, il-pagament bil-quddiem għandu jitħallas bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni proponenti tkun iddepożitat garanzija daqs l-ammont ta' dak il-ħlas bil-quddiem favur l-Istat Membru skont il-Kapitolu IV tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (17).

12.   Pubbliċità

Il-benefiċjarji għandhom jirrikonoxxu b'mod ċar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha li għalihom tintuża l-għotja.

F'dan ir-rigward, il-benefiċjarji huma meħtieġa li jagħtu prominenza lill-isem u l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-pubblikazzjonijiet, posters, programmi u prodotti oħra kollha tagħhom imwettqa fi ħdan il-proġett kofinanzjat.

Ir-regoli għar-riproduzzjoni grafika tal-emblema Ewropea jinsabu fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (18).

Barra minn hekk, il-materjal viżiv kollu prodott fil-qafas ta' programm ta' promozzjoni kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea jrid ikollu l-firma “Enjoy it’s from Europe” (“Gawdi, dan mill-Ewropa”). Il-linji gwida dwar l-użu tal-firma, kif ukoll il-fajls grafiċi kollha jistgħu jitniżżlu mis-sit web ta' promozzjoni fuq Europa (19).

Fl-aħħar nett, il-materjal miktub kollu, jiġifieri l-brochures, posters, fuljetti, banners, kartelluni, reklami stampati, Artikoli fil-gazzetti, paġni elettroniċi (bl-eċċezzjoni ta' gadgets żgħar), għandu jinkludi dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà skont it-termini speċifikati fil-ftehim tal-għotja, li tispjega li dan jirrappreżenta l-fehmiet tal-awtur. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni li jkun fih.

13.   Protezzjoni tad-data

It-tweġiba għal kwalunkwe sejħa għall-proposti tinvolvi r-reġistrazzjoni u l-ipproċessar ta' data personali (bħall-isem, l-indirizz u s-CVs tal-persuni li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-azzjoni kofinanzjata). Din id-data tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-mistoqsijiet u kwalunkwe data personali li jkunu meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-proposti, se jiġu pproċessati biss għal dak l-iskop mill-Aġenzija Eżekuttiva / il-Kummissjoni jew partijiet terzi li jaġixxu f'isem u taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Eżekuttiva/il-Kummissjoni. Is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu infurmati dwar aktar dettalji tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, id-drittijiet tagħhom u kif dawn jistgħu jiġu infurzati billi jirreferu għall-avviż ta' privatezza ppubblikat fil-portal għall-parteċipanti:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/support/legal_notices.html

u s-sit elettroniku tal-Aġenzija:

http://ec.europa.eu/chafea/about/data_protection.html

L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw id-dikjarazzjoni ta' privatezza rilevanti f'intervalli regolari sabiex ikunu infurmati sewwa dwar aġġornamenti possibbli li jistgħu jseħħu sad-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-proposti tagħhom jew wara. Il-benefiċjarji jassumu l-obbligu legali li jinfurmaw lill-persunal tagħhom dwar l-operazzjonijiet rilevanti ta' pproċessar li jitwettqu mill-Aġenzija; sabiex jagħmlu dan, huma jridu jipprovdulhom id-dikjarazzjonijiet ta' privatezza ppubblikati mill-Aġenzija fil-portal għall-parteċipanti qabel ma jittrasmettu d-data tagħhom lill-Aġenzija; id-data personali tista' tiġi rreġistrata fis-Sistema ta' Individwazzjoni u ta' Esklużjoni Bikrija (EDES) tal-Kummissjoni Ewropea prevista fl-Artikoli 105a u 108 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE skont id-dispożizzjonijiet applikabbli.

14.   Proċedura għas-sottomissjoni tal-proposti

Il-proposti jridu jiġu sottomessi sad-data ta' skadenza stipulata taħt it-taqsima 5 permezz tas-Sistema ta' Sottomissjoni Elettronika: http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

Qabel ma tissottometti proposta:

1.

Sib sejħa:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

2.

Oħloq kont sabiex tissottometti proposta:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html

3.

Irreġistra lill-imsieħba kollha permezz tar-reġistru tal-benefiċjarji:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html

L-applikanti se jiġu infurmati bil-miktub dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla.

Meta jissottometti proposta, l-applikant ikun qiegħed jaċċetta l-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritti f’din is-sejħa u fid-dokumenti li jirreferu għaliha.

Ma hija permessa l-ebda modifika fl-applikazzjoni ladarba tgħaddi d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni. Madankollu, jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti aspetti jew li jiġu rranġati xi żbalji klerikali, il-Kummissjoni/l-Aġenzija tista' tikkuntattja lill-applikant għal dan il-għan matul il-proċess tal-evalwazzjoni (20).

Kuntatti

Għal mistoqsijiet dwar l-għodod ta' sottomissjoni onlajn, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk tal-IT stabbilit għal dan il-għan permezz tas-sit web tal-portal għall-parteċipanti:

http://ec.europa.eu/research/index.cfm?pg=enquiries

Għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT, huwa disponibbli helpdesk fiċ-Chafea fuq: +352 430136611, indirizz tal-email: CHAFEA-AGRI-CALLS@ec.europa.eu fost il-ġimgħa bejn id-9:30 – 12:00 u s-14:30 – 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). Il-helpdesk mhuwiex disponibbli fi tmiem il-ġimgħa u fil-btajjel pubbliċi.

Il-mistoqsijiet frekwenti huma ppubblikati fis-sit web taċ-Chafea:

http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html

Fil-korrispondenza kollha relatata ma' din is-sejħa (eż. meta tintalab informazzjoni, jew meta tiġi sottomessa applikazzjoni), trid issir referenza ċara għal din is-sejħa speċifika. Ladarba s-sistema ta' skambju elettroniku talloka ID tal-proposta, l-applikant irid juża dan in-numru fil-korrispondenza sussegwenti kollha.

Wara d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni, mhumiex possibbli modifiki fl-applikazzjoni.

Dokumenti relatati:

Gwida għall-applikanti bl-annessi rilevanti

Formola tal-applikazzjoni

Mudell tal-ftehim ta’ għotja (verżjoni ta’ monobenefiċjarju u multi benefiċjarju)


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 tas-7 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2016 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2017 dwar miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, C(2016) 7100 final.

(5)  Din l-informazzjoni se tkun disponibbli hawnhekk http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/member-states/index_en.htm

(6)  Il-kompożizzjoni tar-reġjuni ssegwi l-klassifikazzjoni tal-pajjiżi u r-reġjuni tan-Nazzjonijiet Uniti. Għal aktar dettalji dwar il-lista ta’ pajjiżi li jiffurmaw iż-żoni ġeografiċi, ara: http://unstats.un.org/unsd/methods/m49/m49regin.htm.

(*1)  Il-programmi mhux ser ikopru l-ħalib/il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti tal-laħam tal-majjal, il-prodotti tal-laħam taċ-ċanga jew kombinament ta' dawn it-tlieta. Madankollu, dawn jistgħu lil dawn jekk ikunu assoċjati ma' prodotti agroalimentari oħrajn.

(*2)  Il-Lvant Nofsani jissejjaħ ukoll “l-Asja tal-Punent”.

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, tal-20.12.2013, p. 671).

(7)  L-Artikoli 106 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni korrispondenti tiegħu adottati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1929 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 rispettivament.

(8)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48

(9)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(10)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(11)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(12)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(13)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(14)  Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(15)  L-applikanti għandhom ikunu jafu li f'każ li jirċievu għotja operattiva, l-ispejjeż indiretti ma jkunux eliġibbli.

(16)  Fid-data tal-pubblikazzjoni ta' din is-sejħa: Il-Greċja.

(17)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(18)  http://publications.europa.eu/code/en/en-5000100.htm

(19)  http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/index_en.htm

(20)  L-Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju.


12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/23


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2017

PROGRAMMI MULTIPLI

Għotjiet għal miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2017/C 9/07)

1.   Il-kuntest u l-għan ta' din is-sejħa

1.1.   Miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli

Fit-22 ta' Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (1). Dan ir-Regolament huwa supplimentat bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (2) u r-regoli dwar l-applikazzjoni tiegħu huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 (3).

L-objettiv ġenerali tal-miżuri dwar l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni huwa li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur agrikolu tal-Unjoni.

L-objettivi speċifiċi tal-miżuri dwar l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni huma:

(a)

li tiżdied is-sensibilizzazzjoni lejn dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u l-istandards għoljin applikabbli għall-metodi ta' produzzjoni fl-Unjoni;

(b)

li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agrikoli u ta' ċerti prodotti tal-ikel tal-Unjoni u biex il-profil tagħhom jogħla kemm fl-Unjoni u lil hinn minnha;

(c)

li tiżdied is-sensibilizzazzjoni lejn u r-rikonoxximent tal-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni;

(d)

li jiżdied is-sehem tas-suq tal-prodotti agrikoli u ta' ċerti prodotti tal-ikel tal-Unjoni, b'fokus speċifiku fuq dawk is-swieq f'pajjiżi terzi li għandhom l-ogħla potenzjal ta' tkabbir;

(e)

li jiġu stabbiliti mill-ġdid il-kundizzjonijiet normali tas-suq f'każ ta' tfixkil serju fis-suq, telf ta' fiduċja tal-konsumaturi jew problemi speċifiċi oħra.

1.2.   Programm ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni għall-2017

Il-Programm ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni għall-2017, adottat bid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni (4) fid-9 ta' Novembru 2016, jistabbilixxi d-dettalji għall-għoti ta' kofinanzjament u l-prijoritajiet għal azzjonijiet għal proposti għal programmi sempliċi u għal dawk multipli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi. Dan huwa disponibbli fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/annual-work-programmes/2017/index_en.htm

1.3.   L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn issa 'l quddiem iċ-Chafea) hija fdata mill-Kummissjoni Ewropea bil-ġestjoni ta' ċerti fażijiet tal-implimentazzjoni tal-programm, fosthom li tippubblika s-sejħiet għall-proposti, li tirċievi u tevalwa l-proposti, li tħejji u tiffirma l-ftehimiet tal-għotja għall-programmi multipli u li timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom.

1.4.   Din is-sejħa għall-proposti

Din is-sejħa għall-proposti hija relatata mal-implimentazzjoni ta' programmi multipli, fil-qafas tat-Taqsimiet 1.2.1.3 u 1.2.1.4 tal-Anness I tal-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2017 dwar l-Azzjonijiet tal-prijorità tematika 3: il-programmi multipli fis-suq intern u l-prijorità 4: programmi multipli fis-suq intern jew fil-pajjiżi terzi.

2.   Objettivi– Temi – Prijoritajiet

It-Taqsimiet 1.2.1.3 u 1.2.1.4 tal-Anness I tal-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2017 jistabbilixxu l-prijoritajiet tematiċi għall-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati permezz ta' din is-sejħa. Se jiġu kkunsidrati għal finanzjament dawk il-proposti biss li b'mod dirett jikkorrispondu għas-suġġett u għad-deskrizzjoni mogħtija f'dawn it-taqsimiet tal-Programm ta' Ħidma Annwali. Għalhekk, mad-dokument tas-sejħa preżenti huma mħabbra 3 suġġetti għall-proposti. L-applikazzjonijiet sottomessi taħt din is-sejħa għandhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' wieħed minn dawn is-suġġetti ta' prijorità. Organizzazzjoni proponenti tista' tissottometti diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt l-istess suġġett ta' prijorità. Organizzazzjoni proponenti tista' tissottometti wkoll diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt suġġetti differenti ta' prijorità.

3.   Skeda ta' żmien

Id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-proposti hi l-20 ta' April 2017, 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).

 

Stadji

Data u ħin jew perjodu indikattiv

a)

Pubblikazzjoni tas-sejħa

12.1.2017

b)

Data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

20.4.2017

c)

Perjodu ta' evalwazzjoni (indikattiv)

21.4 – 31.8.2017

d)

Informazzjoni lill-applikanti (indikattiv)

< 20.10.2017

e)

Iffirmar tal-ftehim tal-għotja (indikattiv)

< 20.1.2018

f)

Data tal-bidu tal-azzjoni (indikattiv)

> 1.1.2018

4.   Baġit disponibbli

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-programmi multipli hu stmat għal EUR 43 000 000.

Dan l-ammont huwa soġġett għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2017 wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità baġitarja jew previsti fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.

Iċ-Chafea tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

5.   Rekwiżiti ta' Ammissibbiltà

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux iktar tard mid-data ta' skadenza għas-sottomissjoni msemmija fit-taqsima 3.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi onlajn mill-koordinatur permezz tal-portal tal-parteċipanti (sistema ta' sottomissjoni elettronika disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

In-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' hawn fuq iwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni.

Għalkemm il-proposti jistgħu jiġu sottomessi fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-applikanti huma mħeġġa ferm jissottomettu l-proposta tagħhom bl-Ingliż biex l-ipproċessar tal-applikazzjoni jkun aktar faċli inkluż ir-rieżami minn esperti indipendenti li jipprovdu kontribut tekniku għall-valutazzjoni. Barra minn hekk, l-applikanti jenħtieġ li jkunu jafu li ċ-Chafea, fil-prinċipju, se tuża l-Ingliż biex tikkomunika mal-benefiċjarji dwar is-segwitu u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet kofinanzjati (fl-istadju tal-ġestjoni tal-għotja).

Preferibbilment, mal-proposta jenħtieġ li tintbagħat traduzzjoni bl-Ingliż tal-parti teknika (il-parti B) jekk din tkun miktuba b'lingwa uffiċjali oħra tal-UE, biex ir-rieżami tal-proposti minn esperti indipendenti jsir aktar faċilment.

6.   Kriterji ta' Eliġibbiltà

6.1.   Applikanti eliġibbli

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi minn persuni ġuridiċi biss; l-entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali applikabbli jistgħu jissottomettu applikazzjoni diment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jossidisfaw l-obbligi legali f'isem l-entità u joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu daqs dawk offruti minn persuni ġuridiċi kif imsemmi fl-Artikolu 131(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

B'mod aktar speċifiku, l-applikazzjonijiet mill-organizzazzjonijiet u l-korpi li ġejjin huma eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

(i)

organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali stabbiliti fi Stat Membru u rappreżentanti tas-settur jew setturi kkonċernat(i) f'dak l-Istat Membru, u b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-gruppi kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, sakemm ikunu rappreżentattivi għall-isem protett skont ir-Regolament tal-aħħar u li huwa kopert b'dak il-programm

(ii)

organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali tal-Unjoni rappreżentattivi tas-settur jew setturi kkonċernat(i) fil-livell tal-Unjoni;

(iii)

organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġew rikonoxxuti minn Stat Membru; jew

(iv)

korpi tas-settur agroalimentari li l-objettiv u l-attività tagħhom huma li jipprovdu informazzjoni dwar, u li jippromwovu prodotti agrikoli u li jkunu ġew inkarigati, mill-Istat Membru kkonċernat, b'missjoni ta' servizz pubbliku f'dan il-qasam iddefinit b'mod ċar; dawk il-korpi għandhom ikunu ġew stabbiliti legalment fl-Istat Membru inkwistjoni tal-inqas sentejn qabel id-data tas-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(2).

L-organizzazzjonijiet proponenti msemmija hawn fuq jistgħu jissottomettu proposta diment li jkunu rappreżentattivi tas-settur jew tal-prodott ikkonċernat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829, jiġifieri:

(i)

organizzazzjoni professjonali jew interprofessjonali, stabbilita fi Stat Membru jew fil-livell tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 rispettivament, jenħtieġ li jitqiesu li huma rappreżentattivi tas-settur ikkonċernat mill-programm:

meta tkun tammonta għal mill-inqas 50 % bħala proporzjon tal-għadd ta' produtturi, jew 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista' titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i), fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-livell tal-Unjoni; jew

meta tkun organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 158 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(ii)

grupp kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, jenħtieġ li jitqies li huwa rappreżentattiv ta' isem protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u kopert mill-programm, meta dan jammonta għal mill-inqas 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista' titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) li ismu(isimhom) jkun(ikunu) protett(i);

(iii)

organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi kif imsemmija fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 jenħtieġ li titqies li tkun rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i) mill-programm, fejn hija rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikoli 154 jew 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(iv)

korp fis-settur agroalimentari kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tas-settur(i) ikkonċernat(i) mill-programm permezz ta' rappreżentanti ta' dak/dawk il-prodott(i) jew settur fost is-sħubiji tiegħu.

B'deroga mill-punti (i) u (ii) ta' hawn fuq, jistgħu jiġu aċċettati limiti aktar baxxi, jekk l-organizzazzjoni proponenti turi fil-proposta sottomessi li jeżistu ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-evidenza dwar l-istruttura tas-suq, li jiġġustifikaw it-trattament tal-organizzazzjoni proponenti bħala rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i).

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi minn:

a)

Tal-anqas żewġ organizzazzjonijiet kif imsemmi fil-punti (a), (c) jew (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, li għandhom ikunu minn tal-anqas żewġ Stati Membri; jew

b)

Organizzazzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Huma eliġibbli biss applikazzjonijiet minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE.

Entitajiet mhux eliġibbli: l-applikanti li diġà jirċievu finanzjament tal-Unjoni għall-istess miżuri ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni għal dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikanti, jintalbu d-dokumenti ta' sostenn li ġejjin:

entità privata: estratt mill-ġurnal uffiċjali, kopja tal-artikoli ta' assoċjazzjoni, jew estratt mir-reġistru kummerċjali jew ta' sħubija,

entità pubblika: kopja tar-riżoluzzjoni jew tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kumpanija pubblika, jew dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi l-entità tal-liġi pubblika;

entitajiet mingħajr personalità legali: dokumenti li jipprovdu evidenza li r-rappreżentanti tagħhom għandhom il-kapaċità li jwettqu l-obbligi legali f'isimhom.

dokumentazzjoni li turi li l-applikant jissodisfa l-kriterji ta' rappreżentattività stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829.

6.2.   Attivitajiet eliġibbli

Il-proposti għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin:

(a)

il-proposti jistgħu jkopru biss prodotti u skemi elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014;

(b)

il-proposti għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni li tirregola l-prodotti kkonċernati u t-tqegħid tagħhom fis-suq u li jkollhom dimensjoni tal-Unjoni;

(c)

il-proposti fis-suq intern li jkopru skema waħda jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għandhom jiffokaw fuq dawn l-iskemi fil-messaġġ ewlieni tal-Unjoni tagħhom. Meta f'dan il-programm, prodott wieħed jew diversi prodotti juru tali skemi, huma għandhom jidhru bħala messaġġ sekondarju fir-rigward tal-messaġġ ewlieni tal-Unjoni;

(d)

jekk il-messaġġ imwassal minn programm multiplu jikkonċerna informazzjoni dwar l-impatt fuq is-saħħa, dan il-messaġġ għandu:

fis-suq intern, jikkonforma mal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew jiġi aċċettat mill-awtorità nazzjonali responsabbli mis-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet;

f'pajjiżi terzi, jiġi aċċettat mill-awtorità nazzjonali responsabbli mis-saħħa pubblika fil-pajjiż fejn jitwettqu l-operazzjonijiet.

(e)

jekk il-proposta tipproponi li jissemmew l-oriġini u d-ditti, din għandha tikkonforma mar-regoli kif imsemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet ippjanati, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

proposti li jkopru skemi ta' kwalità nazzjonali għandhom jipprovdu dokumentazzjoni jew referenza għas-sorsi disponibbli għall-pubbliku li juru li l-iskema ta' kwalità hi rikonoxxuta mill-Istat Membru;

proposti li jimmiraw lejn is-suq intern u li jgħaddu messaġġ dwar il-prattiki tad-dieta xierqa jew dwar il-konsum responsabbli tal-akoħol għandhom jiddeskrivu kif il-programm propost u l-messaġġ(i) tiegħu huma konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-programm. Il-ġustifikazzjoni jenħtieġ li tinkludi referenzi jew dokumentazzjoni b'appoġġ tal-pretensjoni.

Barra minn hekk, il-proposta għandha tkun ukoll konformi ma' waħda mill-prijoritajiet tematiċi elenkati fil-Programm ta' Ħidma Annwali 2017 għall-programmi multipli. Hawn taħt hawn estratti mill-Programm ta' Ħidma Annwali 2017 li jagħtu dettalji dwar it-3 suġġetti li għalihom jistgħu jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet taħt is-sejħa preżenti għall-proposti. It-test jiddeskrivi s-suġġett, l-ammont relatat previst, l-objettivi u r-riżultati mistennija.

Azzjoni taħt il-prijorità tematika 3: Programmi multipli fis-suq intern

Suġġett

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett A- Programmi li jżidu s-sensibilizzazzjoni ta' agrikoltura sostenibbli tal-Unjoni u r-rwol tas-settur agroalimentari għall-azzjoni klimatika u għall-ambjent (*1)

EUR 15 050 000

L-azzjonijiet jenħtieġ li jenfasizzaw is-sostenibbiltà ambjentali tal-Agrikoltura tal-Unjoni, waqt li jisħqu r-rwol ta' benefiċċju għall-azzjoni klimatika u għall-ambjent.

L-azzjonijiet jenħtieġ li jindirizzaw kif il-prodott(i) promoss(i) u l-metodu(i) ta' produzzjoni tiegħu/tagħhom jikkontribwixxi(u) għal:

a)

mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (eż. tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass serra) u/jew l-adattament (eż. iffrankar tal-ilma, għelejjel u varjetajiet reżistenti għall-klima) u

b)

mill-inqas wieħed minn li ġej:

(i)

konservazzjoni u użu sostenibbli tal-bijodiversità (eż. il-ħajja selvaġġa, il-pajsaġġ, ir-riżorsi ġenetiċi);

(ii)

ġestjoni sostenibbli tal-ilma (eż. effiċjenza fl-użu tal-ilma, tnaqqis fit-tagħbija tan-nutrijenti jew tal-pestiċidi);

(iii)

ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija (eż. kontroll tal-erożjoni; bilanċ tan-nutrijenti; prevenzjoni tal-aċidifikazzjoni, salinizzazzjoni).


Azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 4: Programmi multipli fis-suq intern jew fil-pajjiżi terzi

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett B- Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni bil-għan li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

EUR 15 050 000

L-impatti mistennija se jżidu l-livelli ta' rikonoxximent tal-logo assoċjat ma' dawk l-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni mill-konsumaturi u se jżidu l-kompettività u l-konsum tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tagħhom.

L-objettiv hu li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni

(a)

skemi ta' kwalità: Denominazzjoni ta' oriġini protetta (DPO), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), speċjalità tradizzjonali garantita (STG) u termini ta' kwalità fakultattivi;

(b)

metodu ta' produzzjoni organika;

(c)

logo għall-prodotti agrikoli ta' kwalità speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi tal-Unjoni.

Suġġett Ċ- Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agro-alimentari u l-iskemi ta' kwalità msemmija fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (EU) No 1144/2014

EUR 12 900 000

L-objettiv hu li tiġi enfasizzata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta' produzzjoni agrikola fl-Unjoni partikolarment f'termini ta' sigurtà tal-ikel, traċċabilità, awtentiċità, ittikkettjar, aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa (inklużi prattiki tad-dieta xierqa u konsum responsabbli tax-xarbiet alkoħoliċi eliġibbli), il-benesseri tal-annimali, rispett għall-ambjent u s-sostenibbiltà (minbarra dawk koperti taħt is-Suġġett A), u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u tal-ikel, partikolarment f'termini tal-kwalità, it-togħma, id-diversità jew it-tradizzjonijiet tagħhom.

L-impatti mistennija huma biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni mill-konsumaturi u biex tiżdied il-kompetittività u jiżdied il-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni kkonċernati, jitgħolla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem fis-suq tagħhom.

Tipi ta' attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni jistgħu b'mod partikolari jikkonsistu mill-attivitajiet li ġejjin, u li huma eliġibbli skont din is-sejħa:

1.

Ġestjoni tal-proġett

2.

Relazzjonijiet pubbliċi

Attivitajiet ta' PR

Avvenimenti għall-istampa

3.

Sit web, midja soċjali

Ħolqien, aġġornamenti u manutenzjoni tas-sit web

Midja soċjali (ħolqien tal-kontijiet u ppowstjar regolari)

Oħrajn (apps tal-mowbajl, pjattaformi ta' tagħlim elettroniku, webinars, eċċ.)

4.

Reklamar

Stampa

TV

Radju

Onlajn

Fuq barra

Ċinema

5.

Għodod ta' komunikazzjoni

Pubblikazzjonijiet, settijiet tal-midja, merkanzija promozzjonali

Filmati promozzjonali

6.

Avvenimenti

Stands fil-fieri

Seminars, workshops, laqgħat B2B, sessjonijiet ta' taħriġ għas-snajja'/għall-koki, attivitajiet fl-iskejjel

Ġimgħat tar-ristoranti

Sponsorizzar tal-avvenimenti

Vjaġġi ta' studju fl-Ewropa

7.

Promozzjoni fit-terminals tal-punt tal-bejgħ (POS)

Jiem tad-dewqan

Oħrajn: promozzjoni f'pubblikazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, reklamar tal-POS

Perjodu tal-implimentazzjoni

L-azzjoni kofinanzjata (għoti ta' informazzjoni/programmi ta' promozzjoni) għandha tiġi implimentata fuq perjodu ta' mill-inqas sena iżda mhux iktar minn tliet snin.

Il-proposti jenħtieġ li jispeċifikaw it-tul tal-azzjoni.

7.   Kriterji ta' esklużjoni

7.1.   Esklużjoni mill-parteċipazzjoni

L-applikanti jiġu esklużi milli jipparteċipaw f'din il-proċedura tas-sejħa għall-proposti jekk huma jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni msemmija fl-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni tiegħu (6):

(a)

l-operatur ekonomiku jkun falla, jew ikun soġġett għal proċeduri ta' insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn ikun jinsab f'arranġament ma' kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jiġu sospiżi, jew fejn ikun qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali;

(b)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku jkun qed jikser l-obbligi tiegħu marbuta mal-ħlas ta' taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f'konformità mal-liġi tal-pajjiż fejn huwa stabbilit, ma' dawk tal-pajjiż li fih tkun tinsab l-awtorità kontraenti jew ma' dawk tal-pajjiż tat-twettiq tal-kuntratt;

(c)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku huwa ħati ta' mġiba professjonali ħażina serja billi jkun kiser il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li jappartjeni għaliha l-operatur ekonomiku, jew billi jkun involut fi kwalunkwe aġir ħażin li għandu impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tiegħu fejn dan it-tip ta' aġir jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b'mod partikolari, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

rappreżentazzjoni ħażina b'mod frodulenti jew b'negliġenza ta' informazzjoni meħtieġa għall-verifika tan-nuqqas ta' raġunijiet għall-esklużjoni jew l-issodisfar tal-kriterji tal-għażla jew fit-twettiq ta' kuntratt;

(ii)

id-dħul fi ftehim ma' operaturi ekonomiċi oħrajn bl-għan li tiġi kkawżata distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(iii)

il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)

it-tentattiv li jiġi influwenzat il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti matul il-proċedura ta' akkwist;

(v)

it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista' tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta' akkwist;

(d)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali li l-operatur ekonomiku jkun ħati ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

frodi, skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 (7);

(ii)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 (8), u fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/JHA (9), kif ukoll korruzjoni kif definita fil-liġi tal-pajjiż fejn tkun tinsab l-awtorità kontraenti jew fil-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku huwa stabbilit jew il-pajjiż tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(iii)

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (10);

(iv)

ħasil ta' flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

(v)

reati marbuta mat-terroriżmu jew reati marbuta ma' attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (12) rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta' reati, kif spjegat fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni;

(vi)

l-impjieg tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(e)

l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità tiegħu mal-obbligi ewlenin fit-twettiq ta' kuntratt iffinanzjat mill-baġit, li jkun wassal għat-terminazzjoni bikrija tiegħu jew għall-applikazzjoni ta' danni likwidati jew multi kuntrattwali oħrajn jew li jkun ġie skopert wara kontrolli, verifiki jew investigazzjonijiet minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri;

(f)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku jkun wettaq irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95

7.2.   Esklużjoni mill-għoti

L-applikanti jiġu esklużi mill-għoti ta' kofinanzjament jekk, matul il-proċedura tal-għoti ta' finanzjament, huma jaqgħu taħt waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju:

a)

ikunu f'sitwazzjoni ta' esklużjoni stabbilita f'konformità mal-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju;

b)

ikunu rrappreżentaw b'mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqsu milli jipprovdi dik l-informazzjoni fil-proċedura tal-għoti ta' finanzjament;

Waqt li jkun qed jissottometti l-applikazzjoni tiegħu onlajn, il-koordinatur għandu jimmarka l-kaxxa rilevanti biex juri l-konformità mal-kriterji ta' esklużjoni. Jekk jintgħażlu għall-kofinanzjament, il-benefiċjarji kollha (fil-każ ta' għotja b'aktar minn benefiċjarju wieħed) jridu jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom li tiċċertifika li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106 (1) u 107 sa 109 tar-Regolament Finanzjarju. L-applikanti jenħtieġ li jsegwu l-istruzzjonijiet fil-portal tal-parteċipanti.

8.   Kriterji tal-għażla

8.1.   Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta' finanzjament għaż-żamma tal-attività tagħhom matul il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-azzjoni u għandhom jipparteċipaw fil-finanzjament tagħha.

Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti se tiġi vvalutata f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju Nru 966/2012. Din il-valutazzjoni ma għandhiex titwettaq jekk:

L-applikant hu korp pubbliku;

Il-kontribuzzjoni tal-UE mitluba mill-applikant hija ≤ EUR 60 000;

Id-dokumenti li se jintalbu fil-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja jinkludu:

ir-rapport tal-introjtu, il-karta bilanċjali għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ingħalqu;

għal entitajiet ġodda, il-pjan ta' negozju jista' jissostitwixxi d-dokumenti ta' hawn fuq.

Barra minn hekk, għal applikanti li jitlobu kontribuzzjoni tal-UE ta' ≥ EUR 750 000 (limitu applikabbli għal kull applikant):

rapport tal-awditu mħejji minn awditur estern approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-korpi pubbliċi.

Il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikanti se titwettaq permezz tal-portal tal-parteċipanti.

8.2.   Kapaċità operattiva

L-applikanti jrid ikollhom il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex itemmu l-azzjoni.

Bħala prova, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja fil-Parti B tal-proposta:

Profili ġenerali (kwalifiki u esperjenzi) tal-persunal tal-applikant li jkun prinċipalment responsabbli mill-ġestjoni u mill-implimentazzjoni tal-azzjoni proposta.

Ir-rapport tal-attività tal-organizzazzjoni(jiet) proponenti jew deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqa b'konnessjoni mal-attivitajiet li huma eliġibbli għall-kofinanzjament.

9.   Kriterji tal-għoti

Il-Parti B tal-applikazzjoni sservi biex tevalwa l-proposta skont il-kriterji tal-għoti.

Ġeneralment, il-proġetti jkunu mistennija li jkollhom struttura tal-ġestjoni effiċjenti, strateġija ċara u deskrizzjoni preċiża tar-riżultati mistennija.

Il-kontenut ta' kull proposta se jiġi evalwat skont il-kriterji u s-sottokriterji li ġejjin:

Kriterji

Punti massimi

Limitu

1.

Dimensjoni tal-Unjoni

20

14

2.

Kwalità teknika tal-proġett

40

24

3.

Kwalità tal-ġestjoni

10

6

4.

Baġit u kost-effettività

30

18

TOTAL

100

62

Proposti li jaqgħu taħt il-limiti globali u/jew dawk individwali mħabbra hawn fuq għandhom jiġu rrifjutati.

Is-sottokriterji li ġejjin għandhom jitqiesu fl-evalwazzjoni ta' kull wieħed mill-kriterji ewlenin tal-għoti:

1.

Id-dimensjoni tal-Unjoni

a)

Rilevanza tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' promozzjoni proposti mal-objettivi ġenerali u speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, tal-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, kif ukoll tal-prijoritajiet, tal-objettivi u tar-riżultati mistennija mħabbra taħt il-prijorità tematika rilevanti;

b)

Il-messaġġ tal-Unjoni tal-kampanja;

c)

L-impatt tal-proġett fil-livell tal-Unjoni.

2.

Il-kwalità teknika

a)

Il-kwalità u r-rilevanza tal-analiżi tas-suq;

b)

L-adegwatezza tal-istrateġija tal-programm, tal-objettivi u tal-messaġġi ewlenin;

c)

Għażla adattata ta' attivitajiet fir-rigward tal-objettivi u l-istrateġija tal-programm, taħlita ta' komunikazzjoni bbilanċjata, sinerġija bejn l-attivitajiet;

d)

Deskrizzjoni konċiża tal-attivitajiet

e)

Kwalità tal-metodi u tal-indikaturi tal-evalwazzjoni proposti

3.

Kwalità tal-ġestjoni

(a)

L-organizzazzjoni u l-istruttura tal-ġestjoni tal-proġett;

(b)

Il-mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità u tal-ġestjoni tar-riskju.

4.

Il-baġit u l-kost-effettività

a)

Redditu fuq l-investiment;

b)

Tqassim xieraq tal-baġit fir-rigward tal-objettivi u tal-ambitu tal-attivitajiet;

c)

Konsistenza bejn il-kostijiet u r-riżultati stmati;

d)

Stima realistika ta' persuni/jiem għall-attivitajiet implimentati mill-organizzazzjoni proponenti, inklużi l-kostijiet tal-koordinazzjoni tal-proġett.

Wara l-evalwazzjoni, il-proposti eliġibbli kollha jiġu klassifikati skont in-numru totali ta' punti mogħtija. Il-proposta jew il-proposti li jikklassifikaw fl-ogħla postijiet ser jingħataw il-kofinanzjament skont id-disponibbiltà tal-baġit.

Għandha tiġi stabbilita lista bi klassifikazzjoni separata għal kull wieħed mis-suġġetti ta' prijorità elenkati taħt it-taqsima 6.2 tas-sejħa preżenti.

Jekk ikun hemm żewġ proposti jew aktar bl-istess numru ta' punti fl-aħħar post tal-istess lista bi klassifikazzjoni, il-proposta(i) li tagħti(jagħtu) lok għal diversifikazzjoni f'termini ta' prodotti jew swieq fil-mira għandha(hom) tinżamm (jinżammu). Dan ifisser li bejn iż-żewġ proposti ex aequo, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tagħżel dik li l-kontenut tagħha (l-ewwel f'termini ta' prodotti, it-tieni f'termini ta' suq fil-mira) għadu mhix irrappreżentat fil-lista kklassifikata. Jekk dan il-kriterju ma jkunx biżżejjed sabiex issir distinzjoni bejn il-proposti, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tagħżel il-programm li jkun ġab l-ogħla punteġġ għall-kriterji tal-għoti individwali. L-ewwel, hi se tqabbel il-punteġġi għad-“Dimensjoni tal-Unjoni”, imbagħad għall-“Kwalità teknika” u finalment għall-“Baġit u l-kosteffettività”.

10.   Impenji legali

Il-koordinaturi ta' proposti inklużi fil-lista għal finanzjament se jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-fażi ta' adattament qabel l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja; l-adattament se jsir permezz ta' sistema ta' preparazzjoni għal għotjiet onlajn (SYGMA). Jekk tkun ta' suċċess, twassal għall-iffirmar tal-ftehim tal-għotja, imfassal f'euro u li jelenka l-kundizzjonijiet u l-livell ta' finanzjament.

Il-ftehim tal-għotja għandu jiġi ffirmat elettronikament l-ewwel mill-koordinatur f'isem il-konsorzju u mbagħad miċ-Chafea. Il-kobenefiċjarji jridu jilqgħu l-ftehim tal-għotja billi jiffirmaw elettronikament il-formola ta' adeżjoni għall-għotja.

11.   Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni (14) jiddefinixxiu r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi multipli.

11.1.   Prinċipji Ġenerali

a)

Għoti mhux kumulattiv

Azzjoni tista' tirċievi biss finanzjament wieħed mill-baġit tal-UE.

L-istess kostijiet ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni fl-ebda ċirkostanza.

L-applikanti għandhom jindikaw is-sorsi u l-ammonti ta' finanzjament tal-Unjoni riċevuti jew applikati għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew it-tħaddim tagħhom (għotjiet operazzjonali), kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew applikat għall-istess azzjoni.

b)

Nonretroattività

Ma jingħata l-ebda finanzjament retrospettivament għal azzjonijiet li diġà tlestew.

Għotja tista' tingħata għal azzjoni li diġà nbdiet biss meta l-applikant jista' juri l-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel ma jkun ġie ffirmat il-ftehim tal-għotja.

F'dawn il-każijiet, il-kostijiet eliġibbli għall-finanzjament jistgħu ma jkunux iġġarbu qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal finanzjament.

c)

Kofinanzjament

Kofinanzjament ifisser li r-riżorsi li huma meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni ma jkunux ipprovduti kompletament mill-finanzjament tal-UE.

In-nefqa li tibqa' titħallas esklussivament mill-organizzazzjoni proponenti. Huma permessi u se jiġu kkunsidrati bħala rċevuti l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-benefiċjarji mill-membri tagħha, speċifikament biex jintużaw għall-ispejjeż li huma negliġibbli taħt l-azzjoni.

d)

Baġit ibbilanċjat

Il-baġit stmat għall-azzjoni jrid jiġi preżentat fil-parti A tal-formola tal-applikazzjoni. Dan għandu jkollu d-dħul u l-infiq bbilanċjati.

Il-baġit irid ikun ippreparat f'euro.

L-applikanti li jipprevedu li l-kostijiet mhux se jiġġarbu f'euro, huma mistiedna jużaw ir-rata tal-kambju ppubblikata fis-sit ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm

e)

Kuntratti/sottokuntratti ta' implimentazzjoni

Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni teħtieġ l-għoti ta' kuntratti ta' akkwist (kuntratti ta' implimentazzjoni), il-benefiċjarju għandu jagħti l-kuntratt lill-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-flus jew l-orħos prezz (kif xieraq), biex b'hekk jiġu evitati kunflitti ta' interess, u għandu jżomm id-dokumentazzjoni f'każ li jkun hemm bżonn ta' awditjar.

Jekk l-organizzazzjoni proponenti tkun korp irregolat bil-liġi pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/24/UE, hija trid tagħżel sottokuntratturi f'konformita mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dik id-Direttiva.

Is-sottokuntrattar, jiġifieri l-esternalizzazzjoni ta' kompiti jew attivitajiet speċifiċi li jiffurmaw parti minn azzjoni kif deskritt fil-proposta, jrid jissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli għal kull kuntratt ta' implimentazzjoni (kif speċfikat hawn fuq) u flimkien magħhom il-kundizzjonijiet li ġejjin:

irid ikun iġġustifikat billi jitqiesu n-natura tal-azzjoni u dak li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha;

il-kompiti ewlenin tal-azzjonijiet (jiġifieri l-koordinazzjoni teknika u finanzjarja tal-azzjoni u l-ġestjoni tal-istrateġija) ma jistgħux jiġu sottokuntrattati;

irid jiġi ddikjarat b'mod ċar fil-partijiet tekniċi u finanzjarji tal-proposta.

Sottokuntrattar lil entitajiet li għandhom rabta strutturali mal-benefiċjarju

Is-subkuntratti jistgħu jingħataw ukoll lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju, iżda jekk il-prezz ikun limitat għall-kostijiet effettivament imġarrba mill-entità biss (jiġifieri mingħajr l-ebda marġini ta' profitt).

Il-kompiti li jridu jiġu implimentati minn entitajiet bħal dawn għandhom ikunu ddikjarati b'mod ċar fil-parti teknika tal-proposta.

11.2.   Forom ta' finanzjament

Il-kofinanzjament għandu jieħu l-forma ta' rimborż ta' proporzjon speċifikat tal-kostijiet eliġibbli li fil-fatt ġew imġarrba; se jinkludi wkoll rata fissa li tkopri l-kostijiet indiretti (daqs 4 % tal-kostijiet eliġibbli tal-persunal) li huma marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni (15).

Ammont massimu li jista' jintalab

L-għotja tal-UE hija limitata għar-rati massima ta' kofinanzjament li ġejjin:

għall-programmi multipli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi: 80 % tal-kostijiet eliġibbli tal-programm;

fil-każ ta' applikanti stabbiliti fl-Istati Membri li fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara, jkunu rċevew assistenza finanzjarja f'konformità mal-Artikolu 136 u 143 tat-TFUE (16), il-perċentwal għandu jkun ta' 85 %.

Dan għandu japplika biss għal dawk l-għotjiet iffirmati miċ-Chafea qabel id-data li minnha l-Istat Membru kkonċernat ma jkomplix jirċievi assistenza finanzjarja bħal din.

B'konsegwenza ta' dan, parti mit-total tal-kostijiet eliġibbli mdaħħla fl-istima tal-baġit trid tiġi ffinanzjata minn sorsi barra l-finanzjament tal-UE (il-prinċipju tal-kofinanzjament).

Spejjeż eliġibbli

Il-kostijiet eliġibbli huma fil-fatt imġarrba mill-benefiċjarju tal-għotja u jissodisfaw il-kriterji kollha indikati fl-Artikolu 6 tal-ftehim tal-għotja.

Il-kostijiet eliġibbli (diretti u indiretti) huma indikati fil-ftehim tal-għotja (ara l-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 6)

Il-kostijiet li mhumiex eliġibbli huma indikati fil-ftehim tal-għotja (ara l-Artikolu 6. 4)

Kalkolu tal-ammont tal-għotja finali

L-ammont finali tal-għotja jiddependi minn kemm fil-fatt l-azzjoni tiġi implimentata f'konformita mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja.

Dan l-ammont jiġu kkalkulat miċ-Chafea, meta jsir il-pagament tal-bilanċ, fil-passi li ġejjin:

(1)

Applikazzjoni tar-rata tar-rimborż għall-kostijiet eliġibbli

(2)

Limitu għall-ammont massimu tal-għotja

(3)

Tnaqqis minħabba r-regola ta' bla profitt

(4)

Tnaqqis minħabba implimentazzjoni skorretta jew ksur ta' obbligi oħra

L-għotjiet tal-UE jista' ma jkollhomx l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt fil-qafas tal-azzjoni. “Profitt” tfisser il-bilanċ pożittiv tal-ammont miksub wara l-passi 1 u 2 flimkien mal-introjtu totali tal-azzjoni, fuq il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni.

F'dan ir-rigward, fejn isir profitt, iċ-Chafea għandha tkun intitolata biex tirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi mal-kontribuzzjoni tal-UE għall-kostijiet eliġibbli effettivament imġarrba mill-benefiċjarji biex iwettqu l-azzjoni. Sieħeb (koordinatur jew benefiċjarju ieħor) li jitlob kontribuzzjoni tal-UE ta' ≤ EUR 60 000, huwa eżentat minn din id-dispożizzjoni.

11.3.   Arranġamenti għall-pagamenti

Ħlas ta' prefinanzjament li jikkorrispondi għal 20 % tal-ammont tal-għotja se jiġi ttrasferit lill-koordinatur skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' għotja (l-Artikolu 16.2).

Pagamenti interim għandhom jitħallsu lill-koordinatur skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' għotja (l-Artikolu 16.3). Il-pagamenti interim huma maħsuba biex jirrimborżaw il-kostijiet eliġibbli mġarrba għall-implimentazzjoni tal-programm matul il-perjodi ta' rapportar korrispondenti.

L-ammont totali tal-pagamenti ta' prefinanzjament u interim ma għandux jaqbeż 90 % tal-ammont massimu tal-għotja.

Iċ-Chafea se tistabbilixxi l-ammont tal-pagament tal-bilanċ abbażi tal-kalkolu tal-ammont finali tal-għotja u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja.

Jekk l-ammont totali tal-pagamenti li saru qabel ikun akbar mill-ammont finali tal-għotja, il-pagament tal-bilanċ jieħu l-forma ta' rkupru.

11.4.   Garanzija ta' prefinanzjament

Jekk il-kapaċità finanzjarja tal-applikant ma tkunx sodisfaċenti, tista' tintalab garanzija tal-prefinanzjament li tista' tasal sa l-istess ammont tal-prefinanzjament biex tillimita r-riskji finanzjarji marbutin mal-pagament tal-prefinanzjament.

Jekk mitluba, il-garanzija finanzjarja f'euro, għandha tiġi pprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvata stabbilita f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ammonti li jkunu marbutin f'kontijiet il-bank ma għandhomx jiġu aċċettati bħala garanziji finanzjarji.

Il-garanzija tista' tiġi sostitwita b'garanzija mogħtija in solidum minn parti terza, jew bħala garanzija konġunta tal-benefiċjarji tal-azzjoni li huma parti għall-istess ftehim tal-għotja.

Il-garanti għandu jkun il-garanti li jissejjaħ l-ewwel u ċ-Chafea ma jkunx jeħtiġilha tirrikorri l-ewwel kontra d-debitur prinċipali (jiġifieri l-benefiċjarju kkonċernat).

Il-garanzija tal-prefinanzjament għandha tibqa' fis-seħħ b'mod espliċitu sakemm jitħallas il-bilanċ, u fil-każ li l-pagament tal-bilanċ jsir fil-forma ta' rkupru, sa tliet xhur wara li n-nota ta' debitu tiġi notifikata lil benefiċjarju.

L-ebda garanziji mhu se jkunu meħtieġa għal benefiċjarji li jirċievu kontribuzzjoni tal-UE ta' EUR ≤ 60 000 (għotjiet ta' valur baxx).

12.   Pubbliċità

12.1.   Mill-benefiċjarji

Il-benefiċjarji jridu juru biċ-ċar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha li għalihom tintuża l-għotja.

F'dan ir-rigward, il-benefiċjarji huma meħtieġa li jagħtu prominenza lill-isem u l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-pubblikazzjonijiet, posters, programmi u prodotti oħra kollha tagħhom imwettqa taħt il-proġett kofinanzjat.

Ir-regoli għar-riproduzzjoni grafika tal-emblema Ewropea jinsabu fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (17).

Barra minn hekk, il-materjal viżiv kollu li jiġi prodott fil-qafas ta' programm ta' promozzjoni kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea għandu juri l-firma “Enjoy it's from Europe” (“Gawdi dan mill-Ewropa”):

Il-linji gwida dwar l-użu tal-firma, kif ukoll il-fajls grafiċi kollha jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-promozzjoni dwar fuq Ewropa (18):

Fl-aħħar nett, kull materjal bil-miktub, jiġifieri brochures, posters, fuljetti, strixxuni, kartelluni, riklami stampati, artikli fil-ġurnali, paġni web (bl-eċċezzjoni ta' gadgets żgħar) għandu jinkludi dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà skont it-termini dettaljati fil-ftehim tal-għotja, li tispjega li jirrappreżenta l-fehmiet tal-awtur. Il-Kummissjoni Ewropea/l-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal użu li jista' jsir tal-informazzjoni li jkun fih.

12.2.   Miċ-CHAFEA

Kull informazzjoni relatata mal-finanzjament mogħti matul sena finanzjarja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-internet taċ-Chafea sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja li fiha jkunu ngħataw l-għotjiet.

Iċ-Chafea se tippubblika l-informazzjoni li ġejja:

l-isem il-benefiċjarju (l-entità legali)

l-indirizz tal-benefiċjarju meta dan tal-aħħar ikun persuna ġuridika, ir-reġjun meta l-benefiċjarju jkun persuna fiżika, kif iddefinit fil-livell NUTS 2 (19) jekk hu/hi domiċiljat fl-UE jew ekwivalenti jekk domiċiljati barra mill-UE,

is-suġġett tal-għotja,

l-ammont mogħti.

13.   Protezzjoni tad-data

It-tweġiba għal kull sejħa għall-proposti tinvolvi r-reġistrazzjoni u l-ipproċessar tad-data personali (bħall-isem, l-indirizz u s-CV tal-individwi li jipparteċipaw fl-azzjoni kofinanzjata). Din id-data tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-mistoqsijiet u kwalunkwe data personali mitluba li huma meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-proposti se jiġu pproċessati biss għal dak l-iskop mill-Aġenzija Eżekuttiva / mill-Kummissjoni jew minn partijiet terzi li jaġixxu f'isem l-Aġenzija Eżekuttiva / il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha. Is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu infurmati dwar aktar dettalji tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, id-drittijiet tagħhom u kif dawn jistgħu jiġi infurzati b'riferiment għad-dikjarazzjoni tal-privatezza ppubblikata fil-portal tal-parteċipanti:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/support/legal_notices.html

u fis-sit web tal-Aġenzija:

http://ec.europa.eu/chafea/about/data_protection.html

L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw id-dikjarazzjoni tal-privatezza rilevanti f'intervalli regolari ħalli jkunu infurmati kif xieraq dwar aġġornamenti possibbli li jistgħu jseħħu sal-iskadenza tas-sottomossjoni tal-proposti tagħhom jew wara. Il-benefiċjarji jassumu l-obbligu ġuridiku li jinfurmaw lill-persunal tagħhom dwar l-operazzjonijiet tal-ipproċessar rilevanti li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija; biex jagħmlu dan, iridu jipprovdulhom id-dikjarazzjonijiet tal-privatezza ppubblikati mill-Aġenzija fuq il-portal tal-parteċipanti qabel jittrażmettu d-data tagħhom lill-Aġenzija; Id-data personali tista' tiġi rreġistrata fis-Sistema ta' Individwazzjoni u ta' Esklużjoni Bikrija (EDES) tal-Kummissjoni Ewropea prevista fl-Artikoli 105a u 108 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE skont id-dispożizzjonijiet applikabbli.

14.   Proċedura għas-sottomissjoni tal-proposti

Il-proposti jridu jintbagħtu sad-data ta' skadenza stabbilita fit-taqsima 5 permezz tas-Sistema tas-Sottomissjoni Elettronika fuq:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

Qabel ma tissottometti proposta:

1.

Sib sejħa:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

2.

Oħloq kont biex tissottometti proposta:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html

3.

Irreġistra s-sħab kollha permezz tar-reġistru tal-benefiċjarji:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html

L-applikanti se jiġu infurmati bil-miktub dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla.

Meta jissottometti proposta, l-applikant ikun qed jaċċetta l-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritti f'din is-sejħa u fid-dokumenti li jirreferu għaliha.

Mhi permessa l-ebda modifika għall-applikazzjoni ladarba tgħaddi d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni. Madankollu, jekk ikun hemm bżonn li jiġu ċċarati ċerti aspetti jew għall-korrezzjoni ta' żbalji klerikali, il-Kummissjoni/l-Aġenzija tista' tikuntattja lill-applikant għal dan l-għan waqt il-proċess tal-evalwazzjoni (20).

Kuntatti

Għal mistoqsijiet dwar l-għodda għas-sottomissjoni onlajn, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-IT imwaqqfa għal dan l-għan permezz tas-sit web tal-portal tal-parteċipanti:

http://ec.europa.eu/research/index.cfm?pg=enquiries

Għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT, huwa disponibbli helpdesk fiċ-Chafea fuq: +352 430136611, indirizz tal-email: CHAFEA-AGRI-CALLS@ec.europa.eu matul il-ġimgħa bejn 9:30 – 12:00 u 14:30 – 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). Il-helpdesk ma jkunx disponibbli fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi.

Il-mistoqsijiet frekwenti jiġu ppubblikati fuq is-sit web taċ-Chafea:

http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html

Fil-korrispondenza kollha relatata ma' din is-sejħa (eż: meta tintalab informazzjoni, jew tiġi sottomessa applikazzjoni), għandha ssir referenza ċara għal din is-sejħa speċifika. Ladarba s-sistema ta' skambju elettroniku talloka numru tal-ID tal-proposta, l-applikant irid juża dan in-numru f'kull korrispondenza sussegwenti.

Dokumenti relatati

Formola ta' applikazzjoni

Mudell tal-ftehim tal-għotjiet (verżjoni ta' monobenefiċjarju u multibenefiċjarju)

Gwida għall-applikanti


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta' April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2016 dwar l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma għall-2017 dwar miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).

(*1)  Il-kampanji taħt Suġġett A ma jenħtieġx li jindirizzaw il-metodu ta' produzzjoni organika tal-Unjoni bħala l-messaġġ ewlieni.

(6)  L-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni korrispondenti tiegħu adottati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 kif emendati l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1929 u bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 rispettivament.

(7)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

(8)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(9)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(10)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(11)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(12)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(13)  Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1), u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(15)  Tinġibed l-attenzjoni tal-applikant għall-fatt li f'każ li jirċievi għotja operazzjonali, il-kostijiet indiretti mhumiex eliġibbli.

(16)  Fid-data tal-pubblikazzjoni ta' din is-sejħa: Il-Greċja.

(17)  http://publications.europa.eu/code/mt/mt-5000100.htm

(18)  http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/index_en.htm

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 tal-1 ta' Frar 2007 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1).

(20)  L-Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju.


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/38


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Oslo tingrett ddatata s-6 ta’ Jannar 2016 fil-kawża Synnøve Finden v Staten v/Landbruks- og matdepartmentet

(Kawża E-1/16)

(2017/C 9/08)

Oslo tingrett (il-Qorti Distrettwali ta’ Oslo) għamlet talba lill-Qorti tal-EFTA b’ittra datata s-6 ta’ Jannar 2016, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-18 ta’ Jannar 2016, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Synnøve Finden v Staten v/Landbruks- og matdepartmentet (l-Istat Norveġiż rappreżentat mill-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Ikel) fuq il-kwistjonijiet segwenti li jirrigwardaw ir-Regolament tad-29 ta’ Ġunju 2007 Nru 832 dwar sistema ta’ ekwalizzazzjoni tal-prezz għall-ħalib (ir-“Regolament PE”):

1.1.

L-arranġament ta’ għajnuna msemmi fit-tielet paragrafu tat-Taqsima 8 tar-Regolament PE dwar arranġament ta’ natura fejn il-Qorti, meta tikkunsidra l-legalità tiegħu, għandha tikkunsidrah f’relazzjoni mar-regoli dwar il-libertà ta’ stabbiliment fl-Artikolu 31 tal-Ftehim taż-ŻEE?

1.2.

Jekk il-qorti hija obbligata li tikkunsidra l-Artikolu 31 tal-Ftehim taż-ŻEE f’relazzjoni mal-legalità tat-tielet paragrafu tat-Taqsima 8 tar-Regolament PE, l-Artikolu 31 tal-Ftehim taż-ŻEE jkun rilevanti biss jekk ikun hemm element transfruntier f’dan il-każ?

1.3.

Jekk il-qorti hija obbligata li tikkunsidra l-Artikolu 31 tal-Ftehim taż-ŻEE f’relazzjoni mal-legalità tat-tielet paragrafu tat-Taqsima 8 tar-Regolament PE, l-Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE jkun rilevanti biss fir-rigward ta’ dak li huwa magħruf bħala “prodotti tal-Protokoll 3”, jew se jiġi meqjus li jikkostitwixxi għajnuna għat-trasport ta’ rilevanza għall-kategoriji kollha tal-prodott, anki jekk it-trasport ikun limitat għal prodotti tal-partijiet stess?

2.1.

L-arranġament ta’ għajnuna msemmi fit-tielet paragrafu tat-Taqsima 8 tar-Regolament PE huwa arranġament li jeħtieġ notifika minn qabel lill-ESA skont l-Artikolu 60 tal-Ftehim taż-ŻEE?

2.2.

Jekk l-arranġament ta’ għajnuna msemmi fit-tielet paragrafu tat-Taqsima 8 tar-Regolament PE jeħtieġ notifika minn qabel lill-ESA skont l-Artikolu 60, dan jikkonċerna biss dak li huwa magħruf bħala “prodotti tal-Protokoll 3”, jew se jiġi meqjus li jikkostitwixxi għajnuna għat-trasport ta’ rilevanza għall-kategoriji kollha tal-prodotti?


12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/39


Azzjoni mressqa fis-17 ta’ Novembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(Il-Kawża E-17/16)

(2017/C 9/09)

Fis-17 ta’ Novembru 2016 tressqet azzjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler u Marlene Lie Hakkebo, li aġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 1c tal-Kapitlu XXIV tal-Anness II għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/127/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward tal-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi) kif adattat permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bih.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mid-9 ta’ April 2016, mal-opinjoni raġunata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fid-9 ta’ Frar 2016 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu d-Direttiva 2009/127/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward tal-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, kif imsemmija fil-punt 1c tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattata għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tagħha (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/40


Azzjoni mressqa fis-17 ta’ Novembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(Il-Kawża E-18/16)

(2017/C 9/10)

Fis-17 ta’ Novembru 2016 tressqet azzjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler u Marlene Lie Hakkebo, li aġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex tagħmel l-Att imsemmi fil-punt l2zzq tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku intern tagħha kif meħtieġ mill-Artiklu 7 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Mejju 2016, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-2 ta’ Marzu 2016 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu d-Direttiva (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, kif imsemmija fil-punt l2zzq tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattata għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tagħha (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/41


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8207 — Emerson Electric/Pentair valves and controls business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 9/11)

1.

Fit-3 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Emerson Electric Company (“Emerson”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tan-negozju tal-valvi u r-regolaturi ta’ Pentair plc (“Pentair”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Emerson: żvilupp u forniment ta’ teknologija u prodotti tal-inġinerija fin-negozji tal-Ġestjoni tal-Proċessi, l-Awtomazzjoni Industrijali, Network Power, it-Teknoloġiji tal-Klima u Soluzzjoni Kummerċjali u Residenzjali. Emerson hija manifattur ta’ valvijiet, regolaturi, prodotti ta’ strumentazzjoni u awtomatizzazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ setturi industrijali. Emerson hija attiva fil-livell dinji.

—   għal Pentair valves and controls business: disinn, manifattura, distribuzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u manutenzjoni ta’ valvi, valvi azzjonaturi, strumentazzjoni u awtomazzjoni fi proġetti industrijali u tal-enerġija madwar id-dinja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permez tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8207 — Emerson Electric/Pentair valves and controls business, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/42


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 9/12)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEGORAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“HUILE D’OLIVE DE CORSE”/“HUILE D’OLIVE DE CORSE — OLIU DI CORSICA”

Nru tal-UE: PDO-FR-02123 – 24.2.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Syndicat A.O.C. Oliu di Corsica

26, quartier de la Poste

20260 Lumio

FRANCE

Tel. +33 495566497

Faks +33 495551660

Posta elettronika: oliudicorsica@orange.fr

It-trejdjunjin tad-DOP “Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” hija magħmula minn produtturi taż-żebbuġ, proċessuri u proċessuri li jqiegħdu fis-suq u għandha interess leġittimu biex tressaq l-applikazzjoni għal emenda.

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda(i)

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [rekwiżiti nazzjonali, id-dettalji ta’ kuntatt tal-assoċjazzjoni, modalitajiet ta’ identifikazzjoni tar-roqgħat, korp ta’ spezzjoni]

4.   Tip ta’ emenda(i)

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda(i)

5.1   Intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”:

Din l-intestatura ġiet ikkjarifikata u kompluta sabiex jiġu kkunsidrati aħjar l-għarfien tradizzjonali u l-prattiki tal-produtturi. Din il-karatterizzazzjoni mtejba wasslet għad-distinzjoni, permezz tal-frażi addizzjonali “maħsud bil-metodu l-antik”, taż-żejt magħmul miż-żebbuġ maħsud meta jaqgħu b’mod naturali. Dan iż-żejt diġà ġie kopert mir-reġistrazzjoni inizjali li kienet ibbażata fuq definizzjoni pjuttost wiesa’ tal-prodott, iżda ma ġiex identifikat bħala tali. Din id-distinzjoni tirrifletti r-rieda tal-grupp applikant li jikkaratterizza u jidentifika aħjar il-prodott, u li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni ċara dwar it-teknika tal-ħsad.

Abbażi tal-kontrolli li twettqu wara r-rikonoxximent ta’ din id-denominazzjoni, mad-deskrizzjoni organolettika ġew miżjuda aktar deskritturi sabiex il-prodott ikun jista’ jiġi identifikat b’mod aħjar. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kulur tal-prodott ma jinbidlux.

Għaldaqstant, it-test inizjali:

“L-‘Huile d’olive de Corse’ jew ‘Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica’ huwa żejt taż-żebbuġa kkaratterizzat minn togħma ħelwa, kważi mingħajr ebda pikkantezza jew imrar. L-aromi tiegħu huma fini, ifakkru l-frott niexef, l-għaġina tal-ħelu u l-ġmiem. Il-kulur tiegħu huwa bejn isfar lewn it-tiben u isfar ċar, saħansitra b’riflessi ħodor”

għandu jinbidel b’dan: “L-‘Huile d’olive de Corse’/‘Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica’ huwa kkaratterizzat minn aromi li jfakkru fil-lewż, il-qaqoċċ, il-ħuxlief, il-frott niexef jew it-tuffieħ. Il-kulur tiegħu huwa bejn isfar lewn it-tiben u isfar ċar, saħansitra b’riflessi ħodor.”

L-introduzzjoni tal-frażi “maħsud bil-metodu l-antik” għaż-żjut li ġejjin minn żebbuġ maħsud meta jaqa’ b’mod naturali twassal għal karatteristiki organolettiċi addizzjonali, marbuta mat-teknika tal-ħsad: dan għandu togħma rikka u sodisfaċenti, u l-aromi karatteristiċi u dominanti li wieħed jista’ jsib fih huma: żebbuġ iswed, ħuxlief niexef, frott niexef (lewż, ġewż, ġellewż), irwejjaħ tal-fjuri tal-ġmiem, faqqiegħ u pjanti li jikbru taħt is-siġar kbar.

Il-livelli tal-imrar u tal-pikkantezza ġew definiti u ddħaħħlu fl-Ispeċifikazzjoni: il-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” huwa kkaratterizzat minn limiti ta’ mrar u pikkantezza ta’ inqas minn jew ugwali għal 3 fuq l-iskala ta’ valuri abbażi tal-klassifikazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (minn 0 sa 10). Il-livelli ġew miżjuda bi ftit mid-deskrizzjoni inizjali “pikkantezza u mrar kważi nieqsa”, minħabba l-iżvilupp ta’ pjantaġġuni ġodda u l-modernizzazzjoni tal-imsaġar. L-użu ta’ tekniċi ta’ ħsad mekkaniċi jwasslu għal żebbuġ ftit inqas misjur u għal żejt li huwa ftit inqas morr u pikkanti. Iż-żjut bl-indikazzjoni “maħsud bil-metodu l-antik” jiġu prodotti minn żebbuġ li jiġi maħsud meta jaqa’ b’mod naturali, u li għalhekk ikun aktar misjur. Iż-żejt li jinkiseb b’dan il-mod ikollu togħma inqas b’saħħitha, u għalhekk il-pikkantezza u l-imrar tiegħu ikunu ta’ inqas minn jew ugwali għal 1 fuq l-iskala tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

Għall-finijiet ta’ preservazzjoni tal-kwalità tal-prodott, ġie definit indiċi tal-perossidu, li ġie miżjud fl-Ispeċifikazzjoni. Fuq il-bażi ta’ analiżijiet li twettqu fuq il-prodotti, dan l-indiċi ġie limitat għal 16-il milliekwivalent ta’ perossidu tal-ossiġnu għal kull 1 kg ta’ żejt taż-żebbuġa meta ż-żejt jiġi kkumerċjalizzat għall-ewwel darba.

5.2   Intestatura “Prova tal-oriġini”:

Rigward il-bidliet leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, l-intestatura “Provi li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika” ġiet ikkonsolidata u b’mod partikolari tiġbor l-obbligi ta’ rappurtar u żamma ta’ reġistri dwar it-traċċabilità tal-prodott u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni.

F’dan il-qafas, b’mod partikolari, ġiet prevista awtorizzazzjoni tal-operaturi mill-korp tal-kontroll li tirrikonoxxi l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni.

Barra minn hekk, f’din it-taqsima żdiedu diversi dispożizzjonijiet relatati mar-reġistri u mad-dokumenti ta’ dikjarazzjoni li jiggarantixxu t-traċċabilità u l-kontroll tal-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni.

5.3   Intestatura “Metodu ta’ produzzjoni”

Saru l-emendi li ġejjin b’rabta mal-metodu tal-kisba:

Il-varjetajiet ta’ żebbuġ

L-iskeda ta’ konverżjoni relatata mal-varjetajiet ta’ żebbuġ li għandhom jintużaw biex tintuża d-denominazzjoni (il-lista tal-varjetajiet ma saritilha ebda bidliet) tneħħiet għaliex il-maġġoranza tal-produtturi kkonċernati jirrispettaw il-persentaġġ minimu ta’ varjetajiet preżenti, filwaqt li din ir-rata għandha tinkiseb sal-2025.

Għaldaqstant, it-test inizjali:

“Madankollu, l-imsaġar imħawla qabel id-data tal-pubblikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jiddefinixxu d-denominazzjoni li ma jirrispettawx id-dispożizzjonijiet dwar il-varjetajiet għandhom ikomplu jikkwalifikaw għad-dritt li għall-ħsad tagħhom tintuża d-denominazzjoni ‘Huile d’olive de Corse’ jew ‘Huile d’olive de Corse - Oliu di Corsica’ sakemm l-azjendi agrikoli kkonċernati jippreżentaw lill-Istitut Nazzjonali tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini skeda individwali ta’ konverżjoni tal-azjenda agrikola kkonċernata. Din l-iskeda għandha tipprevedi li s-siġar taż-żebbuġ li ġejjin minn varjetajiet elenkati hawn fuq jirrappreżentaw mill-inqas 30 % tal-imsaġar tal-azjenda agrikola fl-2010, 40 % fl-2015, 50 % fl-2020 u 70 % fl-2025.

Mill-ħsad tal-2010 ‘l quddiem, l-użu taż-żebbuġ li ġej minn dawn l-imsaġar huwa permess għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta’ din id-denominazzjoni sakemm dan iż-żebbuġ jiġi mħallat ma’ mill-inqas varjetà waħda minn dawk elenkati hawn fuq.”

għandu jinbidel b’dan:

“Madankollu, l-imsaġar imħawla qabel id-data tal-pubblikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jiddefinixxu d-denominazzjoni fis-26 ta’ Novembru 2004 li ma jirrispettawx id-dispożizzjonijiet dwar il-varjetajiet għandhom ikomplu jikkwalifikaw għad-dritt li għall-ħsad tagħhom tintuża d-denominazzjoni ‘Huile d’olive de Corse’/‘Huile d’olive de Corse - Oliu di Corsica’ sakemm is-siġar taż-żebbuġ tal-varjetajiet elenkati hawn fuq jirrappreżentaw mill-inqas 70 % tal-imsaġar tal-azjenda agrikola.

L-użu taż-żebbuġ minn dawn l-imsaġar huwa permess għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta’ din id-denominazzjoni sakemm dan iż-żebbuġ jinġabar mill-inqas ma’ varjetà waħda minn dawk elenkati hawn fuq”.

Ċerti operaturi madankollu ressqu oppożizzjoni b’rabta mat-tħassir ta’ din l-iskeda matul il-perjodu nazzjonali ta’ oppożizzjoni. L-operaturi li jissodisaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 15.4 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ibbenefikaw minn perjodu tranżitorju li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025.

Il-varjetajiet approvati għad-dakra (imsaġar u żejt)

It-test inizjali kien jipprevedi persentaġġ massimu ta’ preżenza tal-varjetajiet għad-dakra ta’ 5 % fl-imsaġar kif ukoll fiż-żejt.

Minħabba d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-kontroll tad-dispożizzjoni li tirregola l-kwantità massima ta’ żebbuġ li ġej minn varjetajiet għad-dakra fiż-żejt (prinċipalment il-kontroll tad-dokumenti) u minħabba li dawn il-kwantitajiet huma minimi, ġie propost li din id-dispożizzjoni titħassar mill-Ispeċifikazzjoni. Madankollu, id-dispożizzjoni dwar il-preżenza ta’ varjetajiet għad-dakra fl-imsaġar inżammet.

It-tisqija

Sabiex tiġi limitata t-tisqija mwaħħra u sabiex il-frott ikun jista’ jsir f’kundizzjonijiet tajba, ġie propost li s-sentenza tiġi emendata għal “It-tisqija fil-perjodu ta’ veġetazzjoni tas-siġra taż-żebbuġ hija aworizzata sal-bidu tal-maturazzjoni tal-frott”, sabiex tkun aktar preċiża.

Id-densità tat-tħawwil

Id-dispożizzjonijiet dwar id-densità ma jinbidlux: kull pjanta għandu jkollha erja minima ta’ 24 metru kwadru. Il-metodi ta’ kalkolu ta’ din l-erja ġew speċifikati (multiplikazzjoni taż-żewġ distanzi bejn ir-ringieli u l-ispazju bejn is-siġar) sabiex il-konformità mad-dispożizzjoni tkun tista’ tiġi ċċarata u mmonitorjata. Id-distanza minima ta’ 4 metri bejn siġra u oħra ma tinbidilx.

Id-data tal-ħsad/Ir-rendiment

Fil-bidu, id-data ta’ ftuħ tal-ħsad u ż-żieda jew it-tnaqqis tar-rendiment f’każ ta’ sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali kienu ġew speċifikati rispettivament permezz ta’ ordni prefettorali jew ordni ministerjali, fuq proposti tal-Istitut Nazzjonali tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini wara opinjoni tal-grupp.

Bil-għan li l-proċeduri amministrattivi fil-livell nazzjonali jiġu ssimplifikati, ġie propost li d-data tal-bidu tal-ħsad tiġi stabbilita permezz ta’ deċiżjoni tad-Direttur tal-INAO fuq proposta ġġustifikata tal-grupp.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-każ ta’ sitwazzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali għandhom jitħassru skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Il-ħsad taż-żebbuġ

Sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ta’ użu tal-frażi “maħsud bil-metodu l-antik”, għandu jiżdied dan li ġej: “Iż-żejt li ġej biss minn żebbuġ maħsud meta jaqa’ b’mod naturali billi l-frott jintlaqa’ fi xbieki jew f’reċipjenti oħra taħt is-siġra jista’ jkollu fuqu l-indikazzjoni ‘maħsud bil-metodu l-antik’”.

Il-kwalità tas-saħħa taż-żebbuġ

Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tas-saħħa taż-żebbuġ, ġie speċifikat li ż-żebbuġ għandu jittieħed fl-imtieħen f’kundizzjoni tajba. Il-kunċett ta’ żebbuġ “f’saħħtu” fl-Ispeċifikazzjoni rreġistrata ġie ċċarat billi l-limitu massimu ta’ żebbuġ affettwat minn organiżmi ta’ ħsara, mill-ġlata jew mis-silġ ġie stabbilit għal 10 %.

Għaldaqstant, it-test inizjali: “Iż-żebbuġ ipproċessat għandu jkun f’saħħtu” għandu jiġi supplimentat kif ġej:

“Għandu jittieħed lejn l-imtieħen fi stat tajjeb ta’ saħħa. Iż-żebbuġ ipproċessat għandu jkun f’saħħtu. Il-limitu massimu totali ta’ żebbuġ affettwat minn organiżmi ta’ ħsara, mill-ġlata jew mis-silġ għal kull roqgħa huwa stabbilit għal 10 %”.

Il-maturità taż-żebbuġ

Sabiex tissaħħaħ id-dispożizzjoni u jiġi ffaċilitat il-kontroll tagħha, ir-rekwiżiti relatati mal-livell tal-maturità taż-żebbuġ issa japplikaw għall-istadju tal-ipproċessar u mhux għall-kunsinna lejn il-mitħna.

Din id-dispożizzjoni ġiet emendata wkoll fid-dawl tal-iżvilupp ta’ pjantaġġuni ġodda fejn l-użu ta’ tekniki ta’ ħsad mekkaniċi jirriżulta f’żebbuġ b’livelli ta’ maturità inferjuri.

Għalhekk il-paragrafu “Iż-żejt jiġi prodott minn żebbuġ maħsud f’maturità tajba. Il-kunsinni kollha li jsiru lejn mitħna matul is-sena tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ għandu jkun fihom, għal kull azjenda agrikola: - massimu ta’ 20 % ta’ żebbuġ aħdar; - minimu ta’ 50 % ta’ żebbuġ iswed” għandu jinbidel b’dan:

“Kull lott ta’ żebbuġ ipproċessat għandu jkun fih mill-inqas 50 % ta’ żebbuġ li jkun għadu qed isir.

Għall-‘Huile d’olive de Corse’/‘Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica’ segwit mill-indikazzjoni ‘maħsud bil-metodu l-antik’, kull lott ta’ żebbuġ ipproċessat fih aktar minn 50 % ta’ żebbuġ iswed”.

It-trattamenti u l-proċessi ta’ estrazzjoni

Filwaqt li jinżammu d-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni attwali rigward il-metodi ta’ estrazzjoni (jiġifieri l-estrazzjoni li tinvolvi l-użu ta’ proċessi purament mekkaniċi u mingħajr l-użu ta’ reaġent ħlief għall-ilma), il-lista’ ta’ trattamenti awtorizzati ġiet supplimentata biex issir eżawrjenti u biex tqis l-istadji kollha tal-manifattura. Għalhekk, żdiedet l-informazzjoni li ġejja: it-tneħħija tal-weraq, it-tħin, il-malassazzjoni u l-estrazzjoni permezz ta’ ċentrifugazzjoni jew bl-għasir. Dawn huma tekniki użati attwalment.

Barra minn hekk, id-dispożizzjoni relatata mal-kontenut tal-aċidità libera, espress f’termini ta’ aċidu olejku, tmexxiet għat-taqsima “Deskrizzjoni tal-prodott”. L-indikazzjoni dwar in-natura “verġni” taż-żejt tneħħiet, peress li l-kwalità tirrigwarda biss il-karatteristiki analitiċi taż-żejt u l-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” jista’ jappartjeni għall-kategorija “verġni” jew inkella “straverġni”.

5.4   It-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika”

L-intestatura “Rabta maż-żona ġeografika” ġiet aġġornata, sintetizzata u arrikkita sabiex tiġi spjegata aħjar ir-rabta bejn il-karatteristiki tal-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica”, iż-żona ġeografika u l-għarfien lokali. L-elementi ta’ “speċifiċità tal-prodott” u ta’ “rabta kawżali” iddaħħlu b’mod konsistenti mal-bidliet tat-taqsima “Deskrizzjoni tal-prodott”. Dawn ifakkru b’mod partikolari l-aromi karatteristiċi tal-prodott bħal-lewż, il-ħuxlief, l-aromi kumplessi tal-ġmiem u l-preżenza moderata ta’ ardenza u pikkant marbuta mal-introduzzjoni tal-livelli ta’ mrar u ardenza fil-punt “Deskrizzjoni tal-prodott”.

5.5   It-taqsima “Tikkettar”

Il-frażijiet tat-tikketti li speċifikament jirreferu għad-denominazzjoni ġew immodifikati biex jibdew jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (użu tas-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea). Barra minn hekk, il-frażi “denominazzjoni ta’ oriġini protetta” hija wkoll parti mir-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar għall-prodotti b’din id-denominazzjoni.

Għaż-żejt li ġej minn żebbuġ maħsud meta jaqa’ b’mod naturali, żdied l-obbligu li titqiegħed il-frażi “maħsud bil-metodu l-antik” eżatt wara l-isem tad-denominazzjoni. It-tikketta ta’ dan iż-żejt għandha tinkludi wkoll informazzjoni li tispeċifika li ż-żejt ġej minn żebbuġ maħsud meta jaqa’ b’mod naturali.

5.6   Oħrajn:

Rigward il-bidliet leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, l-intestatura “Rekwiżiti nazzjonali” tippreżenta fil-forma ta’ tabella l-punti ewlenin li għandhom jiġu verifikati, il-valuri ta’ referenza tagħhom u l-metodu ta’ evalwazzjoni tagħhom.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ġew aġġornati.

Fl-intestatura “Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika”, ġew iċċarati l-passi li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni: “Iż-żebbuġ huwa maħsud u pproċessat fiż-żona ġeografika li testendi sat-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin”.

Barra minn hekk, ġew ikkoreġuti xi żbalji li nstabu fl-ismijiet tal-muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini iżda dawn l-emendi ma jibdlux il-limiti taż-żona ġeografika tal-produzzjoni, li jibqgħu l-istess. Ġie speċifikat li l-limiti taż-żona ġeografika huma miktubin fir-reġistru tal-artijiet li partijiet minnhom jiffurmaw ukoll parti mil-muniċipalitajiet, u li d-dokumenti grafiċi relatati ġew depożitati għand il-muniċipji kkonċernati. Barra minn hekk, ġew speċifikati l-metodi għall-identifikazzjoni tar-roqgħat.

Fl-aħħar nett, l-intestatura “Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni” ġiet aġġornata.

DOKUMENT UNIKU

“HUILE D’OLIVE DE CORSE”/“HUILE D’OLIVE DE CORSE — OLIU DI CORSICA”

Nru tal-UE: PDO-FR-02123 — 24.2.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Huile d’Olive de Corse”/“Huile d’Olive de Corse – Oliu di Corsica”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5 Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” huwa kkaratterizzat minn aromi li jfakkru fil-lewż, il-qaqoċċ, il-ħuxlief, il-frott niexef jew it-tuffieħ. Il-kulur tiegħu huwa bejn isfar lewn it-tiben u isfar ċar, saħansitra b’riflessi ħodor.

Meta jiġi kkumerċjalizzat għall-ewwel darba, it-togħma pikkanti (imsemmija “pikkantezza” skont dan id-dokument uniku) u morra hija inqas minn jew daqs 3 fuq l-iskala organolettika tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (IOC).

L-aċidità libera, espressa bħala aċidu olejku, għandha tkun ta’ massimu ta’ 1,5 gramma għal kull 100 gramma.

Fl-istadju meta jiġi kkumerċjalizzat għall-ewwel darba, l-indiċi tal-perossidu għandu jkun inqas minn jew ekwivalenti għal 16 milliekwivalenti ta’ perossidu tal-ossiġnu għal kull 1 kg ta’ żejt taż-żebbuġa.

L-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” segwit mill-frażi “maħsud bil-metodu l-antik” jippreżenta l-karatteristiki addizzjonali li ġejjin: huwa għandu togħma rikka u qawwija, u l-aromi karatteristiċi u dominanti tiegħu huma ta’: żebbuġ iswed, ħuxlief niexef, frott niexef (lewż, ġewż, ġellewż), irwejjaħ tal-fjuri tal-ġmiem, faqqiegħ u pjanti li jikbru taħt is-siġar kbar.

Meta jiġi kkumerċjalizzat għall-ewwel darba, il-pikkantezza u l-imrar huma inqas minn jew daqs 1 fuq l-iskala organolettika tal-IOC.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Iż-żejt taż-żebbuġa jiġi prinċipalment mill-varjetajiet li ġejjin:

Sabine (magħrufa ukoll bħala Aliva Bianca, Biancaghja), Ghjermana, Capanace, Raspulada, Zinzala, Aliva Néra (magħrufa wkoll bħala Ghjermana du Sud), Curtinese.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-materja prima u tal-ipproċessar taż-żejt taż-żebbuġa jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Apparti l-frażijiet obbligatorji stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikketti taż-żejt tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” għandu jkollhom fuqhom l-indikazzjonijiet li ġejjin:

l-isem tad-denominazzjoni “Huile d’Olive de Corse”/“Huile d’Olive de Corse – Oliu di Corsica”,

il-frażi “maħsud bil-metodu l-antik” eżatt wara l-isem tad-denominazzjoni, għaż-żjut li ġejjin minn żebbuġ maħsud meta jaqa’ b’mod naturali.

il-frażi: “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”.

is-simbolu tal-Unjoni Ewropea għad-DOP.

Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jingħataw kollha fl-istess kamp viżiv.

Dawn għandhom jiġu ppreżentati f’karattri viżibbli, leġibbli, li ma jitħassrux u li jkunu kbar biżżejjed u jispikkaw sew mill-isfond li fuqu jiġu stampati biex ikunu jingħarfu b’mod ċar mill-bqija tal-indikazzjonijiet l-oħra miktuba u mpinġija fuq it-tikketta.

It-tikketta taż-żejt bl-indikazzjoni “maħsud bil-metodu l-antik” għandha tinkludi wkoll informazzjoni li tispeċifika li ż-żejt ġej minn żebbuġ maħsud meta jaqa’ b’mod naturali.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” tikkorrispondi għat-territorju kollu tal-Korsika minbarra l-muniċipalitajiet li ġejjin: Aiti, Albertacce, Alzi, Asco, Aullène, Bastelica, Bocognano, Bustanico, Calacuccia, Cambia, Campana, Carcheto-Brustico, Carpineto, Carticasi, Casamaccioli, Casanova, Ciamanacce, Corscia, Cozzano, Cristinacce, Erone, Evisa, Felce, Ghisoni, Guagno, Guitera-les-Bains, Lano, Lozzi, Mausoléo, Mazzola, Muracciole, Novale, Olmi-Cappella, Ortale, Orto, Palneca, Pastricciola, Perelli, Pianello, Piazzali, Piedipartino, Pie-d’Orezza, Pietricaggio, Piobetta, Pioggiola, Poggiolo, Quasquara, Quenza, Renno, Rezza, Rusio, Saliceto, Sampolo, San-Lorenzo, Soccia, Tarrano, Tasso, Tavera, Tolla, Valle-d’Alesani, Vallica, Vivario, Zicavo.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Bejn 41 u 43° tal-latitudni tat-Tramuntana, 160 km mill-kosti ta’ Provence, il-Korsika hija gżira muntanjuża b’għamla għat-tul, orjentata mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, b’altitudni medja ta’ 568 metri u b’riżalt varjat ħafna.

Minn perspettiva ġeoloġika, il-ħamrija li fuqhom huma mħawla s-siġar taż-żebbuġ tirriżulta prinċipalment mid-degradazzjoni fuq il-post ta’ żewġ blatiet prinċipali differenti (granit u shale, xi roqgħat ta’ blat tal-franka, fit-tarf tan-Nofsinhar biss). It-tipi ta’ ħamrija miksuba b’dan il-mod huma artijiet foqra minħabba l-profonda baxxa tal-ħamrija u l-kontenut baxx ta’ tafal, iżda wieħed isib ukoll ħamrija niexfa b’riżervi baxxi ta’ ilma. Il-provvista tal-ilma għas-siġar għalhekk tiddependi totalment mix-xita li, għalkemm varjat ħafna matul is-snin u skont il-mikroreġjuni, tibqa’ madankollu waħda tipikament Mediterranja, b’perjodu twil ta’ nixfa tas-sajf li jdum madwar ħames xhur.

Il-karatteristiki ta’ din il-ħamrija huma enfasizzati aktar mill-fenomenu tal-erożjoni, li huwa aċċentwat aktar mill-artijiet pendili.

Minbarra n-nixfa tas-sajf, il-klima hija kkaratterizzata minn temperaturi favorevoli għas-siġra taż-żebbuġ bi xtiewi moderati, sjuf sħan, esponiment qawwi għax-xemx, iżda wkoll l-influwenzi tal-baħar li jiżguraw umdità sinifikanti.

L-iżvilupp tas-siġra taż-żebbuġ huwa affettwat ukoll mit-temperatura: ir-riżalt għoli jimplika kundizzjonijiet tas-silġ lil hinn minn ċerta altitudni medja, fejn dan il-limitu ta’ altitudni ġie kklassifikat skont l-esponiment tal-ġnub.

Iż-żoni ta’ kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ ma żviluppawx mill-mument li l-kundizzjonijiet setgħu kienu bis-silġ.

Iż-żona prinċipali ta’ kultivazzjoni tas-siġra taż-żebbuġ tinsab fil-livell ta’ veġetazzjoni minn 0 sa 400 metru fuq in-naħa tat-Tramuntana, u sa 600 metru fuq in-naħa tan-Nofsinhar, ikkaratterizzata mis-serje ta’ siġar tas-sufra u tal-ballut, flimkien ma’ arżnu, ġummar, Arbutus unedo, riħan, deru, Calicotome u Phillyrea b’weraq dritt.

L-istorja tas-siġra taż-żebbuġ fuq il-gżira hija antika u tikkostitwixxi l-bażi li fuqha nbniet il-kultivazzjoni taż-żebbuġ fuq il-gżira. Din l-istorja tispjega wkoll il-biċċa l-kbira tal-oriġini tal-varjetajiet imħawla: għalhekk is-sabine, l-aktar varjetà mifruxa fil-Korsika iżda prinċipalment preżenti fir-reġjun ta’ Balagne, hija varjetà magħżula lokalment biss minn siġar taż-żebbuġ salvaġġ. Bl-istess mod, il-capanace, varjetà dominanti fir-reġjun ta’ Cap Corse, ġiet magħżula lokalment. Jidher li din il-varjetà adattat ruħha għal kundizzjonijiet pjuttost ostili. Għalhekk, is-siġar ta’ “Capanace” preżenti f’Cap Corse huma regolarment soġġetti għal irjiħat qawwija u r-raxx tal-baħar.

Xogħlijiet riċenti wrew li ċerti varjetajiet li oriġinaw mit-Toskana (“ghjermana” u “ghjermana di Balagna”) u li oħrajn, bħaz-zinzala, irriżultaw minn ibridizzazzjonijiet bejn l-oleastri lokali u l-varjetajiet introdotti.

Dawn il-varjetajiet prinċipali għalhekk stabbilixxew ruħhom u mmultiplikaw, spiss flimkien, f’żoni li l-karatteristiċi pedoklimatiċi tagħhom kienu tajbin għalihom. L-età tas-siġar turi llum il-ġurnata l-adattament ta’ dawn il-varjetajiet mal-ambjent ġeografiku fejn ġew imħawla u rabta inkontestabbli mal-ħamrija.

Il-produzzjoni ta’ “Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse - Oliu di Corsica” tiddependi fuq użi antiki adattati partikolarment għall-ambjent:

Il-mod ta’ kultivazzjoni kienet u għadha f’rabta diretta mal-ambjent: densità baxxa fl-imsaġar u ġbir tard. Dan id-dewmien taż-żebbuġ fuq is-siġar jenfasizza għal darb’oħra l-fenomenu ta’ alternanza tal-produzzjoni.

Il-ħsad taż-żebbuġ isir tradizzjonalment bid-daqqiet, ġbir minn fuq is-siġra jew ġbir minn mal-art skont is-settur, il-volum tal-ħsad, il-varjetajiet taż-żebbuġ u l-kundizzjonijiet staġunali. Il-ġbir mill-art kien l-aktar mod ta’ ħsad komuni. Illum il-ġurnata, il-produtturi abbandunawh, billi l-ġbir isir bi xbieki mdendla jew reċipjenti oħra taħt is-siġar.

Il-perjodu ta’ ħsad taż-żebbuġ qabel kien jinfirex skont id-dati ta’ fjoritura tal-varjetajiet differenti.

It-tifrik isir f’perjodi ħafna aktar qosra minn qabel. Dawn il-perjodi, li ħafna mid-drabi kienu l-kawża ta’ żejt aċiduż wisq, illum il-ġurnata naqsu ħafna minħabba t-titjib tal-kapaċità tal-imtieħen u l-modernizzazzjoni tagħhom. Dawn madankollu kultant jibqgħu superjuri għal dawk prattikati fil-kontinent, minħabba d-distanza tal-imsaġar taż-żebbuġ u d-drawwiet tal-produtturi.

Dan it-titjib globali fil-prestazzjoni tal-mod ta’ ħsad u tal-imtieħen ippermetta li titjieb il-kwalità taż-żejt taż-żebbuġ.

Speċifiċità tal-prodott

L-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” huwa kkaratterizzat bħala moderatament ardenti u pikkanti. L-aromi għalhekk jistgħu jkunu fini u joħolqu kumplessità tajba.

Il-preżenza ta’ veġetazzjoni spontanja varjata madwar l-imsaġar taż-żebbuġ tippermetti li jinsabu fil-prodott lest aromi ta’ lewż u ħuxlief kif ukoll aromi kumplessi ta’ ġmiem fl-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” segwita mill-frażi “maħsud bil-metodu l-antik”.

Użat għall-ikel, għall-kura u għal ħafna riti reliġjużi u mhux reliġjużi, dan jagħmel parti integrali mill-ħajja tal-abitanti tal-gżejjer u huwa rikonoxxut għall-kwalità tiegħu.

L-oriġinalità tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ tinsab ukoll fid-diversità tal-varjetajiet antiki u endemiċi.

L-użu ta’ varjetajiet ta’ żebbuġ ta’ daqs żgħir, jiġifieri mhux adattati ħafna għall-konsum taż-żebbuġ fuq il-mejda, it-tradizzjoni ta’ manifattura taż-żejt u mhux taż-żebbuġ għall-ikel jispeċifikaw li l-imsaġar kollha tal-mikroreġjuni taż-żona ġeografika jintużaw biss għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġ.

Rabta kawżali

It-tipiċità taż-żejt taż-żebbuġa tad-denominazzjoni “Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse - Oliu di Corsica” hija r-riżultat taż-żamma ta’ ċerta tradizzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ metodi ta’ produzzjoni moderni magħquda ma’ ambjent naturali speċifiku.

Is-siġra taż-żebbuġ ikkolonizzat spontanjament spazji differenti, li wassal, minħabba s-selezzjoni u l-ibridizzazzjoni, għal numru kbir ta’ varjetajiet f’territorju pjuttost limitat, li huwa oriġinali meta mqabbel ma’ setturi oħra taż-żebbuġ Mediterranji, li ġeneralment ikollhom varjetà waħda jew ħafna varjetajiet b’varjetà dominanti.

Minkejja l-karatteristiċi proprji tagħhom, is-siġar huma soġġetti għal modi ta’ ġestjoni komuni u għandhom kundizzjonijiet klimatiċi komuni li jwasslu għal evoluzzjoni bil-mod tal-materja prima, f’ambjent partikolari.

Id-dewmien taż-żebbuġ fuq is-siġra, minħabba n-nuqqas ta’ silġ fiż-żoni ta’ tħawwil tas-siġar taż-żebbuġ, huwa fattur ewlieni fit-tipiċità tal-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse - Oliu di Corsica” sa fejn iż-żebbuġ maħsud kif ukoll l-irwejjaħ tal-ispeċi veġitali tal-madwar u partikolarment dawk tal-ġmiem, irwejjaħ li jinsabu wkoll fl-aromi partikolari tal-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse – Oliu di Corsica” segwit mill-frażi “maħsud bil-metodu l-antik”.

Għalhekk, l-interdipendenza tal-fatturi naturali u umani, lokali u speċifiċi jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni, fil-prodott, tal-parti tal-varjabilità minħabba l-varjetà, il-ħamrija jew l-esponimenti, u tagħti l-“Huile d’olive de Corse”/“Huile d’olive de Corse - Oliu di Corsica” karatteristiċi oriġinali komuni fil-produzzjoni taż-żebbuġ tal-gżira kollha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CdCHuiledeCorsemodifie.doc


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.