ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 6

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
9ta' Jannar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 6/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 6/02

Ħatra tar-Reġistratur

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 6/03

Kawża C-448/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Davitas GmbH vs Stadt Aschaffenburg [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda — Regolament (KE) Nru 258/97 — Artikolu 1(2)(ċ) — Kunċett ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida]

3

2017/C 6/04

Kawża C-465/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs F. Wieland, H. Rothwangl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 18 u 45 TFUE — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikoli 3 u 94 — Regolament (KE) Nru 859/2003 — Artikolu 2(1) u (2) — Assigurazzjoni għax-xjuħija u assigurazzjoni għall-mewt — Ex baħrin ċittadini ta’ Stat terz li sar membru tal-Unjoni Ewropea fl-1995 — Esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji tax-xjuħija)

4

2017/C 6/05

Kawża C-506/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus- il-Finlandja) – Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy vs Työ- ja elinkeinoministeriö (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi — Deċiżjoni 2013/448/UE — Artikolu 4 — Anness II — Validità — Applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-installazzjonijiet tas-setturi esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx ta’ karbonju — Determinazzjoni tal-parametru referenzjali ta’ prodott għall-metall sħun — Deċiżjoni 2011/278/UE — Artikolu 10(9) — Anness I — Validità)

5

2017/C 6/06

Kawża C-537/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Debonair Trading Internacional Lda vs Groupe Léa Nature SA, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) u (5) — Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali SO’BiO ētic — Oppożizzjoni tad-detentur tat-trade marks verbali u figurattivi tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jinkludu l-element verbali SO…? — Rifjut ta’ reġistrazzjoni)

6

2017/C 6/07

Kawża C-554/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Atanas Ognyanov (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI — Artikolu 17 — Dritt li jirregola l-eżekuzzjoni ta’ kundanna — Interpretazzjoni ta’ regola nazzjonali tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li tipprovdi għal tnaqqis tal-piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà minħabba x-xogħol imwettaq mill-persuna kkundannata matul l-inkarċerazzjoni tagħha fl-Istat emittenti — Effetti legali tad-deċiżjonijiet qafas — Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)

6

2017/C 6/08

Kawża C-590/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) vs Alouminion tis Ellados VEAE, li qabel kienet Alouminion AE, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Produzzjoni ta’ aluminju — Tariffa preferenzjali ta’ elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Xoljiment ta’ kuntratt — Sospensjoni ġudizzjarja tal-effetti tax-xoljiment — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali — Artikolu 108(3) TFUE — Kunċetti ta’ għajnuna eżistenti u ta’ għajnuna ġdida — Distinzjoni)

7

2017/C 6/09

Kawża C-611/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Retten i Glostrup – id-Danimarka) – proċeduri kriminali kontra Canal Digital Danmark A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prattiki kummerċjali żleali — Direttiva 2005/29/KE — Artikoli 6 u 7 — Reklamar dwar abbonament għat-televiżjoni bis-satellita — Prezz tal-abbonament li jinkludi, minbarra l-ammont mensili tal-abbonament, ammont ta’ kull sitt xhur għall-karta meħtieġa sabiex jinfetħu x-xandiriet — Prezz tat-tariffa fissa ta’ kull sitt xhur ommess jew ippreżentat b’mod inqas apparenti minn dak tat-tariffa fissa mensili — Azzjoni qarrieqa — Ommissjoni qarrieqa — Traspożizzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ direttiva biss fix-xogħol preparatorju tal-liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni u mhux fit-test stess ta’ din il-liġi)

8

2017/C 6/10

Kawża C-613/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – James Elliott Construction Limited vs Irish Asphalt Limited (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kunċett ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Direttiva 89/106/KEE — Approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-kostruzzjoni — Standard approvat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) bis-saħħa ta’ mandat mogħti mill-Kummissjoni Ewropea — Pubblikazzjoni tal-istandard fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Standard armonizzat EN 13242:2002 — Standard nazzjonali li jittrasponi l-Istandard armonizzat EN 13242:2002 — Kontenzjuż relatat mal-kuntratti bejn individwi — Metodu ta’ verifika tan-(nuqqas) ta’ konformità ta’ prodott mal-Istandard nazzjonali li jittrasponi standard armonizzat — Data tal-verifika tan-(nuqqas) ta’ konformità ta’ prodott ma dan l-Istandard — Direttiva 98/34/KE — Proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi — Kamp ta’ applikazzjoni)

9

2017/C 6/11

Kawża C-41/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Gerard Dowling et vs Minister for Finance (Regolament Nru 407/2010/UE — Mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja — Deċiżjoni ta’ implementazzjoni 2011/77/UE — Assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea lill-Irlanda — Rikapitalizzazzjoni tal-banek nazzjonali — Dritt tal-kumpanniji — It-Tieni Direttiva 77/91/KEE — Artikoli 8, 25 u 29 — Rikapitalizzazzjoni ta’ bank permezz ta’ ordnijiet ġudizzjarji — Żieda fil-kapital azzjonarju mingħajr deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali u mingħajr ma l-azzjonijiet ġodda ma ġew offruti fuq bażi ta’ prelazzjoni lill-azzjonisti eżistenti — Ħruġ ta’ azzjonijiet ġodda bi prezz inqas mill-valur nominali tagħhom)

10

2017/C 6/12

Kawża C-42/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Okresný súd Dunajská Streda – l-Islovakkja) – Home Credit Slovakia a.s. vs Klára Bíróová (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2008/48/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kreditu għall-konsumatur — Artikoli 1, 3(m), 10(1) u (2), 22(1), u 23 — Interpretazzjoni tal-espressjonijiet fuq karta u mezz durabbli ieħor — Ftehim li jirreferi għal dokument ieħor — Rekwiżit tal-’forma miktuba’ fis-sens tad-dritt nazzjonali — Indikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa b’riferiment għal parametri oġġettivi — Elementi li għandhom jiġu indikati fi ftehim ta’ kreditu għal żmien fiss — Konsegwenzi tal-assenza ta’ informazzjoni obbligatorja — Proporzjonalità)

11

2017/C 6/13

Kawża C-43/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 – BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), LG Electronics Inc. (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali compressor technology — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali KOMPRESSOR PLUS u KOMPRESSOR — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 60 — Regolament (KE) Nru 216/96 — Artikolu 8(3) — Appell inċidentali — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Karattru distintiv dgħajjef tat-trade marks nazzjonali preċedenti — Probabbiltà ta’ konfużjoni

12

2017/C 6/14

Kawża C-114/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Pau – Franza) – proċeduri kriminali kontra Association des utilisateurs et distributeurs de l’agrochimie européenne (Audace) et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-merkanzija — Artikoli 34 u 36 TFUE — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Importazzjonijiet parallelli ta’ prodotti mediċinali veterinarji — Direttiva 2001/82/KE — Artikolu 65 — Skema nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Esklużjoni ta’ persuni li jrabbu l-annimali mill-benefiċċju tal-proċedura semplifikata ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Obbligu li persuna jkollha awtorizzazzjoni li jitwettaq kummerċ bl-ingrossa — Obbligu li persuna jkollha stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru ta’ importazzjoni — Obbligi ta’ farmakoviġilanza)

12

2017/C 6/15

Kawża C-149/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Liège – il-Belġju) – Sabrina Wathelet vs Garage Bietheres & Fils SPRL Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 1999/44/KE — Bejgħ u garanziji ta’ oġġetti ta’ konsum — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ bejjiegħ — Intermedjarju — Ċirkustanzi eċċezzjonali

13

2017/C 6/16

Kawża C-195/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – SCI Senior Home, taħt amministrazzjoni ġudizzjarja vs Gemeinde Wedemark, Hannoversche Volksbank eG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċeduri ta’ insolvenza — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 5 — Kunċett ta’ drittijiet in rem ta’ terzi persuni — Piż tad-dritt pubbliku fuq proprjetà immobbli u li jiggarantixxi l-ġbir tat-taxxa fuq l-art)

14

2017/C 6/17

Kawża C-211/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Orange, li kienet France Télécom vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lil France Télécom — Riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom — Tnaqqis tal-kumpens dovut lill-Istat minn France Télécom — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Kunċett ta’ għajnuna — Kunċett ta’ vantaġġ ekonomiku — Natura selettiva — Effett fuq il-kompetizzjoni — Żnaturament tal-fatti — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Sostituzzjoni tal-motivi)

14

2017/C 6/18

Kawża C-212/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Mureș – Ir-Rumanija) – ENEFI Energiahatékonysági Nyrt vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP) Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċeduri ta’ insolvenza — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 4 — Effetti previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru fuq il-krediti li ma kinux is-suġġett tal-proċedura ta’ insolvenza — Dekadenza — Natura fiskali tal-kreditu — Assenza ta’ effett — Artikolu 15 — Kunċett ta’ kawżi pendenti — Proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata — Esklużjoni

15

2017/C 6/19

Kawża C-220/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-merkanzija — Direttiva 2007/23/KE — Tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi — Artikolu 6 — Moviment liberu ta’ oġġetti pirotekniċi konformi mar-rekwiżiti tad-direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti pirotekniċi għal rekwiżiti addizzjonali — Obbligu ta’ dikjarazzjoni preliminari fi ħdan korp nazzjonali awtorizzat sabiex jeżamina u jemenda l-istruzzjonijiet ta’ użu tal-oġġetti pirotekniċi)

16

2017/C 6/20

Kawża C-243/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – Lesoochranárske zoskupenie VLK vs Obvodný úrad Trenčín (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitat naturali — Artikolu 6(3) — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali u aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent — Artikoli 6 u 9 — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proġett ta’ bini ta’ ħajt ta’ lqugħ — Sit protett ta’ Strážovské vrchy — Proċedura amministrattiva għall-awtorizzazzjoni — Organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent — Talba intiża għall-kisba tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura — Ċaħda — Rimedju ġudizzjarju)

16

2017/C 6/21

Kawża C-269/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – Il-Belġju) – Rijksdienst voor Pensioenen vs Willem Hoogstad (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 4 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Tnaqqis minn pensjonijiet tax-xjuħija legali kif ukoll minn kull benefiċċju ieħor supplimentari — Artikolu 13 — Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli — Residenza fi Stat Membru ieħor)

17

2017/C 6/22

Kawża C-276/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Hecht-Pharma GmbH vs Hohenzollern Apotheke, Winfried Ertelt, fil-kwalità tiegħu ta’ proprjetarju (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 2(1) — Prodotti mediċinali ppreparati industrijalment jew immanifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali — Artikolu 3(2) — Preparazzjoni uffiċjali)

18

2017/C 6/23

Kawża C-290/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Patrice D’Oultremont et vs Région wallonne (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Direttiva 2001/42/KE — Artikolu 2(a) u Artikolu 3(2)(a) — Kunċett ta’ pjanijiet u programmi — Kundizzjonijiet relatati mal-installazzjoni ta’ eoliċi stabbiliti minn digriet leġiżlattiv — Dispożizzjonijiet li b’mod partikolari jikkonċernaw miżuri ta’ sigurtà, ta’ kontroll, ta’ tiswija u ta’ garanziji finanzjarji, kif ukoll regoli dwar il-livell ta’ ħsejjes iddefiniti fir-rigward tal-assenjazzjoni taż-żoni)

19

2017/C 6/24

Kawża C-292/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vergabekammer Südbayern- il-Ġermanja) – Hörmann Reisen GmbH vs Stadt Augsburg, Landkreis Augsburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank — Regolament (KE) Nru 1370/2007 — Artikolu 4(7) — Subappalt — Obbligu għall-operatur li jwettaq huwa stess parti kbira mis-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri — Portata — Artikolu 5(1) — Proċedura tal-għoti ta’ kuntratt — Għoti ta’ kuntratt skont id-Direttiva 2004/18/KE)

20

2017/C 6/25

Kawża C-428/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Child and Family Agency vs J. D. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 15 — Trasferiment tal-kawża lil qorti ta’ Stat Membru ieħor — Kamp ta’ applikazzjoni — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Qorti f’pożizzjoni aħjar — L-aħjar interess tal-minuri)

21

2017/C 6/26

Kawża C-468/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Sasol Olefins & Surfactants GmbH, Sasol Germany GmbH (Appell — Dumping — Regolamenti ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1138/2011 u (UE) Nru 1241/2012 — Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 2(10)(i) — Aġġustament — Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaħdem abbażi ta’ kummissjonijiet — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(10) — Simetrija bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

22

2017/C 6/27

Kawża C-482/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Westermann Lernspielverlage GmbH, li kienet Westermann Lernspielverlag GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Appell — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali bambino u lük — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali bambino — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Revoka tat-trade mark preċedenti li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni — Ittra tar-rikorrenti li tinforma lill-Qorti Ġenerali b’din ir-revoka — Rifjut tal-Qorti Ġenerali li tinkludi l-ittra fil-proċess tal-kawża — Nuqqas ta’ motivazzjoni)

22

2017/C 6/28

Kawża C-439/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – Il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Emil Milev (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva (UE) 2016/343 — Artikoli 3 u 6 — Applikazzjoni ratione temporis — Stħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni provviżorja ta’ akkużat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, matul il-fażi kontenzjuża tal-proċedura, l-eżami tal-eżistenza ta’ suspett raġonevoli li l-akkużat ikkometta reat — Kontradizzjoni mal-Artikolu 5(1)(c) u (4) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Marġni ta’ diskrezzjoni mogħti mill-ġurisprudenza nazzjonali lill-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu jekk japplikawx jew le l-imsemmija konvenzjoni)

23

2017/C 6/29

Kawża C-317/16 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 mill-Ukrajna mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża), fil-11 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-346/14: Yanukovych vs Il-Kunsill

23

2017/C 6/30

Kawża C-318/16 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 mill-Ukrajna mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-11 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-347/14, Yanukovych vs Il-Kunsill

24

2017/C 6/31

Kawża C-319/16 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 mill-Ukrajna mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-11 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-348/14, Yanukovych vs Il-Kunsill

24

2017/C 6/32

Kawża C-488/16 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2016 minn Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise e.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-5 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-167/15 – Bundesverbandes Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise e.V. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

24

2017/C 6/33

Kawża C-519/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (il-Portugall) fil-5 ta’ Ottubru 2016 – Superfoz – Supermercados Lda vs Fazenda Pública

26

2017/C 6/34

Kawża C-531/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Ottubru 2016 – Šiaulių regiono atliekų tvarkymo centras u UAB Specializuotas transportas

27

2017/C 6/35

Kawża C-532/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Ottubru 2016 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs AB SEB bankas

28

2017/C 6/36

Kawża C-540/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Ottubru 2016 – UAB Spika, AB Senoji Baltija, UAB Stekutis, UAB Prekybos namai Aistra vs Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos

29

2017/C 6/37

Kawża C-541/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

30

2017/C 6/38

Kawża C-543/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

31

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 6/39

Kawża T-579/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Birkenstock Sales vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin) Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Disinn ta’ superfiċje — Applikazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje fuq l-ippakkjar ta’ prodott

33

2017/C 6/40

Kawża T-67/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2016 – Polo Club vs EUIPO – Lifestyle Equities (POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN — Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea BEVERLY HILLS POLO CLUB — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Produzzjoni ta’ provi addizzjonali — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Kawża mibgħuta lura parzjalment quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni — Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009]

33

2017/C 6/41

Kawża T-184/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Trivisio Prototyping vs Il-Kummissjoni (Għajnuna finanzjarja — Sitt programm kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Kuntratti li jirrigwardaw il-proġetti ULTRA, CINeSPACE u IMPROVE — Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors — Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv — Artikolu 299 TFUE — Klawżola ta’ arbitraġġ — Spejjeż eliġibbli — Rimbors tas-somom imħallsa)

34

2017/C 6/42

Kawża T-290/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Smarter Travel Media vs EUIPO (SMARTER TRAVEL) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SMARTER TRAVEL — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament]

35

2017/C 6/43

Kawża T-315/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2016 – Vince vs EUIPO (ELECTRIC HIGHWAY) [Trade Mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ELECTRIC HIGHWAY — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

35

2017/C 6/44

Kawża T-579/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2016 – For Tune vs EUIPO – Gastwerk Hotel Hamburg (fortune) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fortune — Trade mark verbali Ġermaniża preċedenti FORTUNE-HOTELS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

36

2017/C 6/45

Kawża T-157/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2016 – Fedtke vs KESE (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Att purament konfermattiv — Fatti ġodda u sostanzjali — Oneru tal-prova)

36

2017/C 6/46

Kawża T-746/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Biofa vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2069 — Approvazzjoni tas-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà]

37

2017/C 6/47

Kawża T-12/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni [FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Spejjeż sostnuti mis-Slovenja — Adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1059 — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni]

38

2017/C 6/48

Kawża T-281/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2016 – Solelec et vs Il-Parlament [Miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Xogħolijiet ta’ elettriku (kurrenti qawwija) fil-kuntest tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ rinnovament tal-bini Konrad Adenauer tal-Parlament fil-Lussemburgu — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza]

38

2017/C 6/49

Kawża T-738/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – La Quadrature du Net et vs Il-Kummissjoni

39

2017/C 6/50

Kawża T-745/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – BPCE vs BĊE

40

2017/C 6/51

Kawża T-749/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Stemcor London and Samac Steel Supplies vs Il-Kummissjoni

41

2017/C 6/52

Kawża T-750/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – FV vs Il-Kunsill

42

2017/C 6/53

Kawża T-751/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Confédération Nationale du Crédit Mutuel vs BCE

42

2017/C 6/54

Kawża T-756/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Euro Castor Green vs EUIPO – Netlon France (Kannizzata li tgħatti l-veduta)

43

2017/C 6/55

Kawża T-757/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Société générale vs BĊE

44

2017/C 6/56

Kawża T-758/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – Crédit Agricole vs BĊE

45

2017/C 6/57

Kawża T-760/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Basil vs EUIPO – Artex (Fahrradkörbe)

46

2017/C 6/58

Kawża T-763/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – PY vs EUCAP Saher Niger

46

2017/C 6/59

Kawża T-765/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2016 – Grupo Ganaderos de Fuerteventura vs EUIPO (EL TOFIO El sabor de CANARIAS)

47

2017/C 6/60

Kawża T-766/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

48

2017/C 6/61

Kawża T-768/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – BNP Paribas vs BĊE

49

2017/C 6/62

Kawża T-770/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament

50

2017/C 6/63

Kawża T-774/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Consejo Regulador del Cava vs EUIPO – Cave de Tain L’Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN)

50

2017/C 6/64

Kawża T-780/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta Novembru 2016 – Mediaexpert vs EUIPO – Mediaexpert (mediaexpert)

51

2017/C 6/65

Kawża T-784/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2016 – Pilla vs Il-Kummissjoni u EACEA

52

2017/C 6/66

Kawża T-785/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – BSH Electrodomesticos España vs EUIPO – DKSH International (Ufesa)

53

2017/C 6/67

Kawża T-795/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Krasnyiy oktyabr vs EUIPO – Kondyterska korporatsiia Roshen (CRABS)

54

2017/C 6/68

Kawża T-796/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – CEDC International vs EUIPO – Underberg (Rappreżentazzjoni ta’ xafra tal-ħaxix ta’ kulur kannella ħadrani fi flixkun)

54

2017/C 6/69

Kawża T-798/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Hanso Holding vs EUIPO (REAL)

55

2017/C 6/70

Kawża T-720/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni vs CINAR

56

2017/C 6/71

Kawża T-732/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni

56


 

Rettifika

2017/C 6/72

Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-698/16 ( ĠU C 441, 28.11.2016 )

57


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 006/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 475, 19.12.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 462, 12.12.2016

ĠU C 454, 5.12.2016

ĠU C 441, 28.11.2016

ĠU C 428, 21.11.2016

ĠU C 419, 14.11.2016

ĠU C 410, 7.11.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/2


Ħatra tar-Reġistratur

(2017/C 006/02)

Il-mandat ta’ Emmanuel Coulon, Reġistratur tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, sejjer jiskadi fil-5 ta’ Ottubru 2017.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fis-16 ta’ Novembru 2016, li ġġedded il-mandat ta’ Emmanuel Coulon, konformement mal-Artikolu 32(4) tar-Regoli tal-Proċedura, għall-perijodu li jmur mis-6 ta’ Ottubru 2017 sal-5 ta’ Ottubru 2023, inklużi.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Davitas GmbH vs Stadt Aschaffenburg

(Kawża C-448/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda - Regolament (KE) Nru 258/97 - Artikolu 1(2)(ċ) - Kunċett ta’ “ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida”])

(2017/C 006/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Davitas GmbH

Konvenuta: Stadt Aschaffenburg

fil-preżenza ta’: Landesanwaltschaft Bayern

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 1997, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “struttura primarja molekulari ġdida” tirreferi għall-ikel jew għall-ingredjenti tal-ikel li ma kinux is-suġġett ta’ konsum mill-bniedem fit-territorju tal-Unjoni Ewropea qabel il-15 ta’ Mejju 1997.


(1)  ĠU C 448, 15.12.14.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs F. Wieland, H. Rothwangl

(Kawża C-465/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 18 u 45 TFUE - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 3 u 94 - Regolament (KE) Nru 859/2003 - Artikolu 2(1) u (2) - Assigurazzjoni għax-xjuħija u assigurazzjoni għall-mewt - Ex baħrin ċittadini ta’ Stat terz li sar membru tal-Unjoni Ewropea fl-1995 - Esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji tax-xjuħija))

(2017/C 006/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Konvenuti: F. Wieland, H. Rothwangl

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 94(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar [l-applikazzjoni] tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tiħux inkunsiderazzjoni, għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal benefiċċji tax-xjuħija, perijodu ta’ assigurazzjoni allegatament imwettaq taħt il-leġiżlazzjoni proprja tiegħu minn ħaddiem barrani meta l-Istat li tiegħu dan il-ħaddiem huwa ċittadin issieħeb fl-Unjoni Ewropea wara t-twettiq ta’ dan il-perijodu.

2)

L-Artikoli 18 u 45 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha baħri li għamel parti, matul perijodu determinat, mill-ekwipaġġ ta’ bastiment b’port ta’ reġistrazzjoni tiegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u li kien jirrisjedi abbord dan il-bastiment huwa eskluż mill-benefiċċju tal-assigurazzjoni tax-xjuħija fir-rigward ta’ dan il-perijodu minħabba li ma kienx ċittadin ta’ Stat Membru matul l-imsemmi perijodu.

3)

L-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-14 ta’ Mejju 2003, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tgħid li perijodu ta’ impjieg imwettaq taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru minn ħaddiem impjegat li ma kienx ċittadin ta’ Stat Membru matul dan il-perijodu, iżda li, fil-mument meta jitlob il-ħlas ta’ pensjoni tax-xjuħija, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, ma jittiħidx inkunsiderazzjoni minn dan l-Istat Membru għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni ta’ dan il-ħaddiem.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus- il-Finlandja) – Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy vs Työ- ja elinkeinoministeriö

(Kawża C-506/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi - Deċiżjoni 2013/448/UE - Artikolu 4 - Anness II - Validità - Applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-installazzjonijiet tas-setturi esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx ta’ karbonju - Determinazzjoni tal-parametru referenzjali ta’ prodott għall-metall sħun - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 10(9) - Anness I - Validità))

(2017/C 006/05)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy

Konvenuta: Työ- ja elinkeinoministeriö

Dispożittiv

1)

L-eżami tat-tielet u tar-raba’ domanda ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2)

L-eżami tas-sitt u s-seba’ domanda ma wera ebda element tali li jaffettwa l-validità tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278.

3)

L-eżami tal-ħames domanda ma wera l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278.

4)

L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma invalidi.

5)

L-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 huma llimitati ratione temporis b’mod li, minn naħa, ikollhom effett biss meta jintemm perijodu ta’ għaxar xhur mid-data tal-għoti tas-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et (C 191/14, C 192/14, C 295/14, C 389/14 u C 391/14 sa C 393/14, EU:C:2016:311) sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa u, min-naħa l-oħra, li l-miżuri adottati sakemm jintemm dan il-perijodu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet invalidati ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Debonair Trading Internacional Lda vs Groupe Léa Nature SA, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-537/14 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SO’BiO ētic” - Oppożizzjoni tad-detentur tat-trade marks verbali u figurattivi tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jinkludu l-element verbali “SO…?” - Rifjut ta’ reġistrazzjoni))

(2017/C 006/06)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Debonair Trading Internacional Lda (rappreżentanti: D. Selden, avukat, T. Alkin, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u P. Geroulakos, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Settembru 2014, Groupe Léa Nature vs UASI – Debonair Trading Internacional (SO’BiO ētic) (T-341/13, mhux ippubblikata, EU:T:2014:802), hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Atanas Ognyanov

(Kawża C-554/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI - Artikolu 17 - Dritt li jirregola l-eżekuzzjoni ta’ kundanna - Interpretazzjoni ta’ regola nazzjonali tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li tipprovdi għal tnaqqis tal-piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà minħabba x-xogħol imwettaq mill-persuna kkundannata matul l-inkarċerazzjoni tagħha fl-Istat emittenti - Effetti legali tad-deċiżjonijiet qafas - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi))

(2017/C 006/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Atanas Ognyanov

fil-preżenza ta’: Sofiyska gradska prokuratura

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali interpretata b’tali mod li tawtorizza lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jikkonċedi lill-persuna kkundannata tnaqqis tal-piena minħabba xogħol li hija tkun wettqet matul l-inkarċerazzjoni tagħha fl-Istat emittenti, meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat ma jkunux ikkonċedew tali tnaqqis tal-piena b’mod konformi mad-dritt tal-istess Stat emittenti.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali hija obbligata li tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli kollha tad-dritt nazzjonali u li tinterpretahom, kemm jista’ jkun, b’mod konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, bil-għan li jintlaħaq ir-riżultat previst minnha, billi fejn ikun neċessarju ma tapplikax, fuq inizjattiva tagħha stess, l-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti nazzjonali tal-aħħar grad, peress li din l-interpretazzjoni ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) vs Alouminion tis Ellados VEAE, li qabel kienet Alouminion AE, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-590/14 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Produzzjoni ta’ aluminju - Tariffa preferenzjali ta’ elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Xoljiment ta’ kuntratt - Sospensjoni ġudizzjarja tal-effetti tax-xoljiment - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali - Artikolu 108(3) TFUE - Kunċetti ta’ “għajnuna eżistenti” u ta’ “għajnuna ġdida” - Distinzjoni))

(2017/C 006/08)

Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, avukat, E. Salaka, C. Synodinos, C. Tagaras u A. Oikonomou, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Alouminion tis Ellados VEAE, li qabel kienet Alouminion AE (rappreżentanti: G. Dellis, N. Korogiannakis, E. Chrysafis, D. Diakopoulos u N. Keramidas, avukati)

Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u A. Bouchagiar, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Ottubru 2014, Alouminion vs Il-Kummissjoni (T-542/11, EU:T:2014:859), hija annullata.

2)

Il-Kawża T-542/11 hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Retten i Glostrup – id-Danimarka) – proċeduri kriminali kontra Canal Digital Danmark A/S

(Kawża C-611/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prattiki kummerċjali żleali - Direttiva 2005/29/KE - Artikoli 6 u 7 - Reklamar dwar abbonament għat-televiżjoni bis-satellita - Prezz tal-abbonament li jinkludi, minbarra l-ammont mensili tal-abbonament, ammont ta’ kull sitt xhur għall-karta meħtieġa sabiex jinfetħu x-xandiriet - Prezz tat-tariffa fissa ta’ kull sitt xhur ommess jew ippreżentat b’mod inqas apparenti minn dak tat-tariffa fissa mensili - Azzjoni qarrieqa - Ommissjoni qarrieqa - Traspożizzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ direttiva biss fix-xogħol preparatorju tal-liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni u mhux fit-test stess ta’ din il-liġi))

(2017/C 006/09)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Retten i Glostrup

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Canal Digital Danmark A/S

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(1) u (3) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk prattika kummerċjali għandhiex titqies li hija ommissjoni qarrieqa, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest tal-imsemmija prattika, b’mod partikolari l-limitazzjonijiet speċifiċi tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat għall-finijiet tal-imsemmija prattika kummerċjali, il-limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin imposti minn dan il-mezz ta’ komunikazzjoni kif ukoll kull miżura meħuda mill-kummerċjant sabiex iqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-konsumatur permezz ta’ mezzi oħra, u dan anki meta dan ir-rekwiżit ma jirriżultax espliċitament mill-formulazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata.

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha tiġi kklassifikata bħala qarrieqa prattika kummerċjali li tikkonsisti fis-separazzjoni tal-prezz ta’ prodott f’diversi elementi u fl-enfasi ta’ wieħed minnhom, meta din il-prattika, minn naħa, tista’ tagħti lill-konsumatur medju l-impressjoni żbaljata li prezz vantaġġuż qiegħed jiġi propost lilu u, min-naħa l-oħra, tista’ twasslu sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li altrimenti ma kienx jieħu, kwistjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, u dan filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti rilevati kollha tal-kawża prinċipali. Madankollu, ir-restrizzjonijiet ta’ ħin li għalihom jistgħu jkunu suġġetti ċerti mezzi ta’ komunikazzjoni, bħalma huma r-reklami fuq it-televiżjoni, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura qarrieqa ta’ prattika kummerċjali fid-dawl tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva.

3)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta kummerċjant ikun għażel li jiffissa l-prezz ta’ abbonament b’tali mod li l-konsumatur ikollu jħallas kemm tariffa fissa mensili u kemm tariffa fissa ta’ kull sitt xhur, din il-prattika għandha titqies li hija ommissjoni qarrieqa fil-każ li l-prezz tat-tariffa fissa mensili jkun partikolarment enfasizzat fil-kummerċjalizzazzjoni filwaqt li dak tat-tariffa fissa ta’ kull sitt xhur ikun totalment ommess jew jiġi ppreżentat b’mod inqas apparenti jekk tali ommissjoni twassal lill-konsumatur sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li altrimenti ma kienx jieħu, kwistjoni din li għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-limitazzjonijiet speċifiċi tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott kif ukoll miżuri oħra effettivament meħuda mill-kummerċjant sabiex iqiegħed l-informazzjoni importanti dwar il-prodott għad-dispożizzjoni tal-konsumatur.

4)

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi lista eżawrjenti tal-elementi ta’ informazzjoni importanti li għandhom ikunu inklużi fi stedina għax-xiri. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk il-kummerċjant ikkonċernat issodisfax id-dmir ta’ informazzjoni tiegħu filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni n-natura u l-karatteristiċi tal-prodott iżda wkoll il-mezz ta’ komunikazzjoni użat għall-istedina għax-xiri u l-informazzjoni addizzjonali eventwalment mogħtija mill-imsemmi kummerċjant. Il-fatt li kummerċjant jipprovdi, fi stedina għax-xiri, l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 7(4) ta’ din id-direttiva ma jeskludix lil din l-istedina milli tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala prattika kummerċjali qarrieqa, fis-sens tal-Artikolu 6(1) jew tal-Artikolu 7(2) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – James Elliott Construction Limited vs Irish Asphalt Limited

(Kawża C-613/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kunċett ta’ “dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni” - Direttiva 89/106/KEE - Approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-kostruzzjoni - Standard approvat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) bis-saħħa ta’ mandat mogħti mill-Kummissjoni Ewropea - Pubblikazzjoni tal-istandard fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - Standard armonizzat EN 13242:2002 - Standard nazzjonali li jittrasponi l-Istandard armonizzat EN 13242:2002 - Kontenzjuż relatat mal-kuntratti bejn individwi - Metodu ta’ verifika tan-(nuqqas) ta’ konformità ta’ prodott mal-Istandard nazzjonali li jittrasponi standard armonizzat - Data tal-verifika tan-(nuqqas) ta’ konformità ta’ prodott ma dan l-Istandard - Direttiva 98/34/KE - Proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi - Kamp ta’ applikazzjoni))

(2017/C 006/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: James Elliott Construction Limited

Konvenuti: Irish Asphalt Limited

Dispożittiv

1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha l-ġurisdizzjoni biex tinterpreta, fil-kuntest ta’ talba għal deċiżjoni preliminari, standard armonizzat fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE, tat-22 ta’ Lulju 1993, u li r-riferimenti tiegħu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje C.

2)

L-Istandard armonizzat EN 13242:2002, intitolat “Żrar għal materjali mhux magħġunin u magħġunin idrawlikament biex jintużaw f’xogħol ta’ inġinerija ċivili u bini ta’ toroq”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jorbotx lill-qorti nazzjonali, adita b’kawża dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt irregolat mid-dritt privat li jimponi fuq parti li tipprovdi prodott għall-kostruzzjoni konformi ma standard nazzjonali li jittrasponi dan l-istandard armonizzat, kemm fir-rigward tal-mod ta’ kif għandha tiġi stabbilta l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet kuntrattwali ta’ tali prodott għall-kostruzzjoni jew inkella fir-rigward tal-mument li fih għandha tiġi stabbilita l-konformità ta’ tali prodott għall-kostruzzjoni.

3)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 89/106, kif emendata bid-Direttiva 93/68, moqri fid-dawl tat-tnax-il premessa tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni l-preżunzjoni ta’ adegwatezza għall-użu ta’ prodott għall-kostruzzjoni mmanifatturat skont standard armonizzat fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-kwalità kummerċjabbli jew tal-adegwatezza għall-użu ta’ tali prodott meta leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ natura ġenerali li tirregola l-bejgħ ta’ oġġetti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tirrikjedi li prodott għall-kostruzzjoni jkollu tali karatteristiċi.

4)

L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata, l-aħħar, bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistipulaw, bla ħsara għal rieda opposta tal-partijiet, kundizzjonijiet kuntrattwali impliċiti dwar il-kwalità kummerċjabbli u l-adegwatezza għall-użu jew il-kwalità tal-prodotti mibjugħa, ma jikkostitwixxux “regolamenti tekniċi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-abbozzi tagħhom għandhom ikunu suġġetti għall-komunikazzjoni minn qabel prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34, kif emendata bid-Direttiva 2006/96.


(1)  ĠU C 96, 23.03.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Gerard Dowling et vs Minister for Finance

(Kawża C-41/15) (1)

((Regolament Nru 407/2010/UE - Mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja - Deċiżjoni ta’ implementazzjoni 2011/77/UE - Assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea lill-Irlanda - Rikapitalizzazzjoni tal-banek nazzjonali - Dritt tal-kumpanniji - It-Tieni Direttiva 77/91/KEE - Artikoli 8, 25 u 29 - Rikapitalizzazzjoni ta’ bank permezz ta’ ordnijiet ġudizzjarji - Żieda fil-kapital azzjonarju mingħajr deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali u mingħajr ma l-azzjonijiet ġodda ma ġew offruti fuq bażi ta’ prelazzjoni lill-azzjonisti eżistenti - Ħruġ ta’ azzjonijiet ġodda bi prezz inqas mill-valur nominali tagħhom))

(2017/C 006/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (Ireland)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerard Dowling Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited

Konvenut: Minister for Finance

fil-preżenza ta’: Permanent TSB Group Holdings plc, li kienet Irish Life and Permanent Group Holdings plc, Permanent TSB plc, li kienet Irish Life and Permanent plc

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) kif ukoll l-Artikoli 25 u 29 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta’ Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens [tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 TFUE], dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux miżura, bħall-ordni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, adottata f’sitwazzjoni ta’ tfixkil serju tal-ekonomija u tas-sistema finanzjarja ta’ Stat Membru li thedded l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, li twassal għal żieda fil-kapital ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali tagħha, bil-ħruġ ta’ azzjonijiet ġodda bi prezz inqas mill-valur nominali tagħhom u mingħajr dritt ta’ prelazzjoni għall-azzjonisti eżistenti.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Okresný súd Dunajská Streda – l-Islovakkja) – Home Credit Slovakia a.s. vs Klára Bíróová

(Kawża C-42/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/48/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kreditu għall-konsumatur - Artikoli 1, 3(m), 10(1) u (2), 22(1), u 23 - Interpretazzjoni tal-espressjonijiet “fuq karta” u “mezz durabbli ieħor” - Ftehim li jirreferi għal dokument ieħor - Rekwiżit tal-’forma miktuba’ fis-sens tad-dritt nazzjonali - Indikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa b’riferiment għal parametri oġġettivi - Elementi li għandhom jiġu indikati fi ftehim ta’ kreditu għal żmien fiss - Konsegwenzi tal-assenza ta’ informazzjoni obbligatorja - Proporzjonalità))

(2017/C 006/12)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Dunajská Streda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Home Credit Slovakia a.s.

Konvenuta: Klára Bíróová

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(m) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-ftehim ta’ kreditu ma għandux neċessarjament jiġi stabbilit f’dokument wieħed, iżda l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 10(2) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu stabbiliti fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor;

huwa ma jipprekludix li l-Istat Membru jipprevedi, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, minn naħa, li l-ftehim ta’ kreditu li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48 u li huwa stabbilit fuq karta għandu jiġi ffirmat mill-partijiet u, min-naħa l-oħra, li dan ir-rekwiżit ta’ firma japplika fir-rigward tal-elementi kollha ta’ dan il-ftehim li huma msemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 10(2)(h) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex meħtieġ li l-ftehim ta’ kreditu jindika d-dati li fihom kull pagament li għandu jsir mill-konsumatur isir dovut b’riferiment għal data preċiża, sakemm il-kundizzjonijiet ta’ dan il-ftehim jippermettu li l-konsumatur jidentifika mingħajr diffikultà u b’ċertezza d-dati ta’ dawn il-pagamenti.

3)

L-Artikolu 10(2)(h) u (i) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim ta’ kreditu għal żmien fiss, li jipprevedi l-ammortizzament tal-kapital permezz ta’ pagamenti konsekuttivi, ma għandux jispeċifika, fil-forma ta’ tabella ta’ ammortizzament, liema parti ta’ kull pagament ser tiġi allokata għar-radd lura ta’ dan il-kapital. Dawn id-dispożizzjonijiet, moqrija flimkien mal-Artikolu 22(1) ta’ din id-direttiva, jipprekludu li Stat Membru jipprevedi tali obbligu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu.

4)

L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li Stat Membru jipprevedi, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, li, fil-każ fejn ftehim ta’ kreditu ma jsemmix l-elementi kollha meħtieġa fl-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva, dan il-ftehim jitqies li huwa eżenti mill-interessi u mill-ispejjeż, sakemm l-element ikun wieħed li l-assenza tiegħu tista’ tikkomprometti l-possibbiltà tal-konsumatur li jevalwa l-portata tal-impenn tiegħu.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 – BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), LG Electronics Inc.

(Kawża C-43/15 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “compressor technology” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali KOMPRESSOR PLUS u KOMPRESSOR - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 60 - Regolament (KE) Nru 216/96 - Artikolu 8(3) - Appell “inċidentali” - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Karattru distintiv dgħajjef tat-trade marks nazzjonali preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni)

(2017/C 006/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (rappreżentanti: S. Biagosch u R. Kunz-Hallstein, avukati)

Parti(jiet) oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: M. Fischer, aġent), LG Electronics Inc.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Pau – Franza) – proċeduri kriminali kontra Association des utilisateurs et distributeurs de l’agrochimie européenne (Audace) et

(Kawża C-114/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 34 u 36 TFUE - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Importazzjonijiet parallelli ta’ prodotti mediċinali veterinarji - Direttiva 2001/82/KE - Artikolu 65 - Skema nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel - Esklużjoni ta’ persuni li jrabbu l-annimali mill-benefiċċju tal-proċedura semplifikata ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Obbligu li persuna jkollha awtorizzazzjoni li jitwettaq kummerċ bl-ingrossa - Obbligu li persuna jkollha stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru ta’ importazzjoni - Obbligi ta’ farmakoviġilanza))

(2017/C 006/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Pau

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Association des utilisateurs et distributeurs de l’agrochimie européenne (Audace), Association des éleveurs solidaires, Cruzalebes EARL, Des deux rivières EARL, Mounacq EARL, Soulard Max EARL, Francisco Xavier Erneta Azanza, Amestoya GAEC, La Vinardière GAEC reconnu, Lagunarte GAEC, André Jacques Iribarren, Ramuntcho Iribarren, Phyteron 2000 SAS, Cataloune SCL,

fil-preżenza ta’: Conseil national de l’Ordre des vétérinaires, li kien Conseil supérieur de l’Ordre des vétérinaires, Syndicat national des vétérinaires d’exercice libéral, Direction des douanes et des droits indirects

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-aċċess għall-importazzjonijiet paralleli ta’ prodotti mediċinali veterinarji għad-distributuri bl-ingrossa li jkunu detenturi tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 65 tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, u li, konsegwentement, teskludi mill-aċċess għal tali importazzjonijiet il-persuni li jrabbu l-annimali u li jixtiequ jimportaw prodotti mediċinali veterinarji għall-bżonnijiet tal-irziezet tagħhom.

2)

L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprojbixxux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-persuni li jrabbu l-annimali, li jimportaw b’mod parallel prodotti mediċinali veterinarji għall-bżonnijiet tal-irziezet tagħhom, l-obbligu li jkollhom stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni u li jissodisfaw l-obbligi kollha ta’ farmakoviġilanza previsti fl-Artikoli 72 sa 79 tad-Direttiva 2001/82, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 596/2009.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Liège – il-Belġju) – Sabrina Wathelet vs Garage Bietheres & Fils SPRL

(Kawża C-149/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/44/KE - Bejgħ u garanziji ta’ oġġetti ta’ konsum - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “bejjiegħ” - Intermedjarju - Ċirkustanzi eċċezzjonali)

(2017/C 006/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sabrina Wathelet

Konvenuta: Garage Bietheres & Fils SPRL

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “bejjiegħ” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirrigwarda bl-istess mod professjonist li jaġixxi bħala intermedjarju f’isem individwu li ma jkunx debitament informa lill-konsumatur bil-fatt li l-proprjetarju tal-oġġett mibjugħ huwa individwu, dan il-fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. L-interpretazzjoni preċedenti ma tiddependix fuq il-punt ta’ jekk l-intermedjarju huwa rremunerat jew ma huwiex irremunerat għall-intervent tiegħu.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – SCI Senior Home, taħt amministrazzjoni ġudizzjarja vs Gemeinde Wedemark, Hannoversche Volksbank eG

(Kawża C-195/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 5 - Kunċett ta’ “drittijiet in rem ta’ terzi persuni” - Piż tad-dritt pubbliku fuq proprjetà immobbli u li jiggarantixxi l-ġbir tat-taxxa fuq l-art))

(2017/C 006/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SCI Senior Home, taħt amministrazzjoni ġudizzjarja

Konvenuti: Gemeinde Wedemark, Hannoversche Volksbank eG

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza], għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “dritt in rem” fis-sens ta’ dan l-artikolu, titolu kkostitwit skont dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-proprjetà immobbli tad-debitur ta’ taxxi fuq l-art hija intaxxata skont il-liġi permezz ta’ piż tad-dritt pubbliku fuq l-art u dan il-proprjetarju għandu jittollera l-eżekuzzjoni forzata, fuq din il-proprjetà immobbli, ta’ titolu li jikkonstata d-debitu fiskali.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Orange, li kienet France Télécom vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-211/15 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lil France Télécom - Riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom - Tnaqqis tal-kumpens dovut lill-Istat minn France Télécom - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Kunċett ta’ “għajnuna” - Kunċett ta’ “vantaġġ ekonomiku” - Natura selettiva - Effett fuq il-kompetizzjoni - Żnaturament tal-fatti - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Sostituzzjoni tal-motivi))

(2017/C 006/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Orange, li kienet France Télécom (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentani: B. Stromsky u L. Flynn, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Orange hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Mureș – Ir-Rumanija) – ENEFI Energiahatékonysági Nyrt vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP)

(Kawża C-212/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 4 - Effetti previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru fuq il-krediti li ma kinux is-suġġett tal-proċedura ta’ insolvenza - Dekadenza - Natura fiskali tal-kreditu - Assenza ta’ effett - Artikolu 15 - Kunċett ta’ “kawżi pendenti” - Proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata - Esklużjoni)

(2017/C 006/18)

Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Mureș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ENEFI Energiahatékonysági Nyrt

Konvenut: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu d-dispożizzjoniet tad-dritt intern tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun miftuħa proċedura ta’ insolvenza, li jipprovdu, fir-rigward ta’ kreditur li ma jkunx ipparteċipa fil-proċedura ta’ insolvenza, id-dekadenza tad-dritt li jinforza l-kreditu tiegħu jew is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata ta’ dan il-kreditu fi Stat Membru ieħor.

2)

In-natura fiskali tal-kreditu li jkun is-suġġett ta’ eżekuzzjoni forzata fi Stat Membru għajr dak li fit-territorju tiegħu tkun miftuħa proċedura ta’ insolvenza, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hijiex rilevanti għar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda.


(1)  ĠU C 262, 10.08.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-220/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 2007/23/KE - Tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi - Artikolu 6 - Moviment liberu ta’ oġġetti pirotekniċi konformi mar-rekwiżiti tad-direttiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti pirotekniċi għal rekwiżiti addizzjonali - Obbligu ta’ dikjarazzjoni preliminari fi ħdan korp nazzjonali awtorizzat sabiex jeżamina u jemenda l-istruzzjonijiet ta’ użu tal-oġġetti pirotekniċi))

(2017/C 006/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti D. Kukovec u C. Becker, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u K. Petersen, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi tippreskrivi, lil hinn mir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Mejju 2007, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi, u fin-nuqqas tal-evalwazzjoni preliminari tal-konformità tal-oġġetti pirotekniċi, minn naħa, li l-proċedura prevista fl-Artikolu 6(4) tal-Erste Verordnung zum Sprengstoffgesetz (l-ewwel regolament ta’ applikazzjoni tal-liġi dwar l-isplussivi), kif emendat bil-liġi tal-25 ta’ Lulju 2013, għandha tiġi applikata lilhom qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq u, min-naħa l-oħra, li l-Bundesanstalt für Materialforschung und-prüfung (Istitut Ġermaniż għar-riċerka u l-ittestjar ta’ materjali) għandu s-setgħa, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, li jeżamina u, skont il-każ, jemenda l-istruzzjonijiet ta’ użu tagħhom, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 228, 13.07.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – Lesoochranárske zoskupenie VLK vs Obvodný úrad Trenčín

(Kawża C-243/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali - Artikolu 6(3) - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali u aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent - Artikoli 6 u 9 - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proġett ta’ bini ta’ ħajt ta’ lqugħ - Sit protett ta’ Strážovské vrchy - Proċedura amministrattiva għall-awtorizzazzjoni - Organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent - Talba intiża għall-kisba tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura - Ċaħda - Rimedju ġudizzjarju))

(2017/C 006/20)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lesoochranárske zoskupenie VLK

Konvenut: Obvodný úrad Trenčín

fil-preżenza ta’: Biely potok a.s.

Dispożittiv

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, sa fejn dan jistabbilixxi d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, f’kundizzjonijiet li jiżguraw aċċess wiesa’ għall-ġustizzja, drittijiet li għandha organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent li tissodisfa r-rekwiżiti indikati fl-Artikolu 2(5) ta’ din il-konvenzjoni bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) ta’ din il-konvenzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan jipprekludi interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali li appell minn deċiżjoni li ma tirrikonoxxix lil tali organizzazzjoni l-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett li għandu jitwettaq fuq sit protett taħt id-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, ma għandux neċessarjament jiġi eżaminat waqt l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura, li tista’ tingħalaq b’mod definittiv qabel ma tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja definittiva dwar il-kwalità ta’ parti, u huwa awtomatikament miċħud fil-mument li dan il-proġett jiġi awtorizzat, li b’hekk jobbliga lil din l-organizzazzjoni tressaq tip ieħor ta’ azzjoni sabiex tikseb din il-kwalità u tissuġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju l-osservanza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – Il-Belġju) – Rijksdienst voor Pensioenen vs Willem Hoogstad

(Kawża C-269/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 4 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Tnaqqis minn pensjonijiet tax-xjuħija legali kif ukoll minn kull benefiċċju ieħor supplimentari - Artikolu 13 - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Residenza fi Stat Membru ieħor))

(2017/C 006/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rijksdienst voor Pensioenen

Konvenut: Willem Hoogstad

Fil-preżenza ta’: Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekering

Dispożittiv

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi imposti ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom rabta diretta u suffiċjentement rilevanti mal-liġijiet li jirregolaw is-setturi ta’ sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 4 tal-imsemmi Regolament Nru 1408/71, kif emendat, fuq benefiċċji ta’ skemi ta’ pensjonijiet supplimentari minkejja li l-benefiċjarju ta’ dawn il-pensjonijiet ma jkunx jirrisjedi f’dan l-Istat Membru u, skont l-Artikolu 13(2)(f) ta’ dan l-istess regolament, ikun suġġett għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih jirrisjedi.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Hecht-Pharma GmbH vs Hohenzollern Apotheke, Winfried Ertelt, fil-kwalità tiegħu ta’ proprjetarju

(Kawża C-276/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(1) - Prodotti mediċinali ppreparati industrijalment jew immanifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali - Artikolu 3(2) - Preparazzjoni uffiċjali))

(2017/C 006/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hecht-Pharma GmbH

Konvenuti: Hohenzollern Apotheke, Winfried Ertelt, fil-kwalità tiegħu ta’ proprjetarju

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, skont leġiżlazzjoni nazzjonali, ma huwiex suġġett għal ATS minħabba l-fatt li jiġi preskritt minn tobba u dentisti b’mod regolari, li l-istadji essenzjali tal-manifattura tiegħu jsiru fi spiżerija bħala parti mill-operat normali ta’ spiżerija li tipproduċi sa mitt kaxxa kuljum li jkunu ppakkeġġjati u lesti sabiex jintbagħtu u li huwa intiżi għal provvista fil-kuntest tal-liċenzja għall-operat li jkollha l-ispiżerija, ma jistax jitqies bħala li ġie ppreparat industrijalment jew immanifatturat b’metodu li jinvolvi proċess industrijali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u, konsegwentement, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, mingħajr ħsara għall-konstatazzjonijiet fattwali li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju.

Madankollu, f’każ li dawn il-konstatazzjonijiet iwasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex tqis li l-prodott mediċinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġie ppreparat industrijalment jew immanifatturat b’metodu li jinvolvi proċess industrijali, jeħtieġ ukoll li tingħata risposta għad-domandi magħmula li l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/83 kif emendata bid-Direttiva 2011/62, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix dispożizzjonijiet, bħal dawk previsti fil-punt 1 tal-Artikolu 21(2) tal-AMG, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1) tal-ApBetrO, sa fejn dawn tal-aħħar jobbligaw, essenzjalment lill-ispiżjara sabiex josservaw il-farmakopea waqt il-manifattura tal-preparazzjonijiet mediċinali. Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, skont il-fatti tal-kawża li ġew prodotti quddiemha, il-prodott mediċinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġiex ippreparat skont ir-riċetti ta’ farmakopea.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Patrice D’Oultremont et vs Région wallonne

(Kawża C-290/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Artikolu 2(a) u Artikolu 3(2)(a) - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Kundizzjonijiet relatati mal-installazzjoni ta’ eoliċi stabbiliti minn digriet leġiżlattiv - Dispożizzjonijiet li b’mod partikolari jikkonċernaw miżuri ta’ sigurtà, ta’ kontroll, ta’ tiswija u ta’ garanziji finanzjarji, kif ukoll regoli dwar il-livell ta’ ħsejjes iddefiniti fir-rigward tal-assenjazzjoni taż-żoni))

(2017/C 006/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Patrice D’Oultremont, Henri Tumelaire, François Boitte, Éoliennes à tout prix? ASBL

Konvenut: Ir-Reġjun tal-Wallonie

fil-preżenza ta’: Fédération de l’énergie d’origine renouvelable et alternative ASBL (EDORA)

Dispożittiv

L Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, għandhom jiġu interpretati fis-sens li digriet leġiżlattiv, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinkludi diversi dispożizzjonijiet relatati mal-installazzjoni ta’ eoliċi, li għandhom jiġu osservati fil-kuntest tal-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-kostruzzjoni u l-użu ta’ tali installazzjonijiet, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi”, fis-sens ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vergabekammer Südbayern- il-Ġermanja) – Hörmann Reisen GmbH vs Stadt Augsburg, Landkreis Augsburg

(Kawża C-292/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Artikolu 4(7) - Subappalt - Obbligu għall-operatur li jwettaq huwa stess parti kbira mis-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri - Portata - Artikolu 5(1) - Proċedura tal-għoti ta’ kuntratt - Għoti ta’ kuntratt skont id-Direttiva 2004/18/KE))

(2017/C 006/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Vergabekammer Südbayern

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hörmann Reisen GmbH

Konvenuti: Stadt Augsburg, Landkreis Augsburg

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru 1107/70, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament jibqa’ japplika għal dan il-kuntratt.

2)

L-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-iffissar mill-awtorità kompetenti ta’ 70 % tal-proporzjon tal-provvista awtonoma mill-operatur inkarigat bl-amministrazzjoni u bl-implementazzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Child and Family Agency vs J. D.

(Kawża C-428/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 15 - Trasferiment tal-kawża lil qorti ta’ Stat Membru ieħor - Kamp ta’ applikazzjoni - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Qorti f’pożizzjoni aħjar - L-aħjar interess tal-minuri))

(2017/C 006/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Child and Family Agency

Konvenut: J. D.

fil-preżenza ta’: R. P. D.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli fil-każ ta’ rikors fil-qasam tal-protezzjoni tal-minuri ppreżentat abbażi tad-dritt pubbliku mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u li għandu bħala suġġett l-adozzjoni ta’ miżuri dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, bħal dak fil-kawża prinċipali, meta d-dikjarazzjoni ta’ ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor tkun teżiġi, sussegwentement, li awtorità ta’ dan l-Istat Membru ieħor tressaq azzjoni separata minn dik ippreżentata fl-ewwel Stat Membru, skont id-dritt intern tiegħu u fid-dawl taċ-ċirkustanzi fattwali possibbilment differenti.

2)

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sabiex tkun tista’ tqis li qorti ta’ Stat Membru ieħor li miegħu l-wild għandu konnessjoni partikolari hija f’pożizzjoni aħjar, il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru għandha tiżgura li r-rinviju tal-kawża lil din il-qorti l-oħra huwa tali li jipprovdi valur miżjud ġenwin reali u konkret fl-eżami ta’ din il-kawża, b’teħid inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tar-regoli proċedurali applikabbli fl-imsemmi Stat Membru ieħor;

sabiex tkun tista’ tqis li tali rinviju jaqdi l-aħjar interessi tal-minuri, il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru għandha b’mod partikolari tiżgura li ma hemmx riskju li l-imsemmi rinviju jkollu impatt detrimentali fuq is-sitwazzjoni tal-minuri.

3)

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-implementazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni f’kawża partikolari ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru la għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt ta’ rinviju possibbli ta’ din il-kawża lil qorti ta’ Stat Membru ieħor fuq id-dritt ta’ moviment liberu tal-persuni kkonċernati oħra għajr il-wild inkwistjoni, u lanqas ir-raġuni li għaliha l-omm ta’ dan il-wild tkun għamlet użu minn dan id-dritt qabel it-tressiq tal-kawża, ħlief jekk dawn il-kunsiderazzjonijiet ikunu tali li jistgħu jaffettwaw b’mod detrimentali s-sitwazzjoni tal-imsemmi wild.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Sasol Olefins & Surfactants GmbH, Sasol Germany GmbH

(Kawża C-468/15 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolamenti ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1138/2011 u (UE) Nru 1241/2012 - Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(10)(i) - Aġġustament - Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaħdem abbażi ta’ kummissjonijiet - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(10) - Simetrija bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba))

(2017/C 006/26)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn N. Tuominen, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti), Sasol Olefins & Surfactants GmbH, Sasol Germany GmbH

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Westermann Lernspielverlage GmbH, li kienet Westermann Lernspielverlag GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-482/15 P) (1)

((Appell - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “bambino” u “lük” - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “bambino” - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Revoka tat-trade mark preċedenti li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni - Ittra tar-rikorrenti li tinforma lill-Qorti Ġenerali b’din ir-revoka - Rifjut tal-Qorti Ġenerali li tinkludi l-ittra fil-proċess tal-kawża - Nuqqas ta’ motivazzjoni))

(2017/C 006/27)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Westermann Lernspielverlage GmbH, li kienet Westermann Lernspielverlag GmbH (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Westermann Lernspielverlage GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – Il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Emil Milev

(Kawża C-439/16 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Artikoli 3 u 6 - Applikazzjoni ratione temporis - Stħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni provviżorja ta’ akkużat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, matul il-fażi kontenzjuża tal-proċedura, l-eżami tal-eżistenza ta’ suspett raġonevoli li l-akkużat ikkometta reat - Kontradizzjoni mal-Artikolu 5(1)(c) u (4) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Marġni ta’ diskrezzjoni mogħti mill-ġurisprudenza nazzjonali lill-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu jekk japplikawx jew le l-imsemmija konvenzjoni))

(2017/C 006/28)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Emil Milev

Dispożittiv

L-opinjoni mogħtija fis-7 ta’ April 2016 mill-Varhoven kasatsionen sad (qorti suprema ta’ kassazzjoni, il-Bulgarija) fil-bidu tal-perijodu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/343, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2016, dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, u li tagħti lill-qrati nazzjonali li għandhom kompetenza sabiex jiddeċiedu dwar rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ detenzjoni provviżorja, il-possibbiltà li jiddeċiedu jekk, matul il-fażi kontenzjuża tal-proċeduri kriminali, iż-żamma ta’ akkużat taħt detenzjoni provviżorja għandhiex tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju anki dwar jekk jeżistix suspett raġonevoli li huwa kkommetta r-reat li huwa akkużat bih, ma hijiex tali li tikkomprometti b’mod serju, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, l-għanijiet mixtieqa minnha.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/23


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 mill-Ukrajna mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża), fil-11 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-346/14: Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża C-317/16 P)

(2017/C 006/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Ukrajna (rappreżentant: M. Kostytska, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Viktor Fedorovych Yanukovych, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Polonja

B’digriet tal-5 ta’ Ottubru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/24


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 mill-Ukrajna mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-11 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-347/14, Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża C-318/16 P)

(2017/C 006/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Ukrajna (rappreżentant: M. Kostytska, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Viktor Viktorovych Yanukovych, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-5 ta’ Ottubru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/24


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 mill-Ukrajna mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-11 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-348/14, Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża C-319/16 P)

(2017/C 006/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Ukrajna (rappreżentant: M. Kostytska, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Oleksandr Viktorovych Yanukovych, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-5 ta’ Ottubru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/24


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2016 minn Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise e.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-5 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-167/15 – Bundesverbandes Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise e.V. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-488/16 P)

(2017/C 006/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise e.V. (rappreżentant: B. Bittner, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Freistaat Bayern

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-5 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-167/15;

tannulla t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 010144392 “Neuschwanstein”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, is-sentenza appellata ngħatat bi ksur tal-Artikolu 7(1)(c), tal-Artikolu 7(1)(b), u tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), għar-raġunijiet li ġejjin:

1.

Il-Qorti Ġenerali injorat li l-isem “Neuschwanstein” huwa indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika. Hija ddikjarat fil-punt 27 tas-sentenza li – li huwa minnu nnifsu kontradittorju –, minkejja li l-kastell ta’ Neuschwanstein “ġeografikament jista’ jiġi llokalizzat”, madankollu dan ma jistax jitqies bħala “post ġeografiku”, għaliex dan il-post kellu bħala funzjoni ewlenija l-konservazzjoni tal-patrimonju u mhux il-manifattura jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ suveniers jew ta’ servizzi. Il-“funzjoni ewlenija” ta’ post ġeografiku hija irrilevanti għall-finijiet tar-raġuni assoluta għal rifjut ibbażata fuq l-indikazzjoni tal-oriġini. Il-kastell ta’ Neuschwanstein jista’ b’mod ċar u definittiv jiġi llokalizzat u, bil-kontra tal-analiżi tal-Qorti Ġenerali, huwa differenti minn mużew komuni, li huwa ddeterminat mill-biċċiet eżibiti hemmhekk, li – b’mod differenti mill-kastell ta’ Neuschwanstein – jistgħu jitqiegħdu f’post ieħor.

Il-pubbliku rilevanti ma jagħmilx il-qari analitiku tal-isem, bħala li jfisser “il-ġebla l-ġdida taċ-ċinju”, li sar fis-sentenza appellata, iżda jassoċja dan l-isem ta’ fantażija biss mal-kastell magħruf mad-dinja kollha. Is-sentenza appellata lanqas ma tosserva, għaldaqstant, il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Windsurfing Chiemsee (2), għaliex il-pubbliku rilevanti jistabbilixxi rabta bejn il-prodotti li għandhom is-sinjal “Neuschwanstein” u l-kastell ta’ Neuschwanstein inkwantu ċentru turistiku ta’ reputazzjoni dinjija. Dan il-post għaldaqstant bla dubju huwa tali li jinfluwenza l-preferenzi tal-konsumaturi minħabba l-immaġni pożittiva li huwa jqajjem. Għaldaqstant, is-sinjal, peress li huwa sinjal ġeografiku, ma jistax jiġi protett. Huwa fl-interess ġenerali li l-ismijiet ta’ siti turistiċi b’reputazzjoni jibqgħu ħielsa minn kwalunkwe monopolizzazzjoni, permezz ta’ trade mark, mill-inqas għas-suveniers tipiċi, li jiġu ddistribwiti u mixtrija sabiex wieħed jiftakar fis-sit ikkonċernat. Il-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda analiżi tal-prodotti u tas-servizzi koperti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni sabiex tivverifika jekk humiex xierqa sabiex iservu bħala suveniers. Madankollu dan kellu jsir, b’mod partikolari minħabba li t-trade mark inkwistjoni ġiet mitluba għal intestaturi li jkopru wkoll suveniers tipiċi. Il-fatt li, f’dan il-każ, l-applikazzjoni għat-trade mark ġiet ippreżentata mill-Freistaat Bayern ma jibdilx dawn il-prinċipji, kif il-Qorti Ġenerali enfasizzat fis-sentenza tagħha MEM vs UASI (MONACO) (3), peress li applikazzjoni għal reġistrazzjoni ppreżentata minn Stat hija rregolata bl-istess prinċipji bħal applikazzjoni ppreżentata minn operatur ieħor.

2.

Bil-kontra tal-kundizzjonijiet li waslet għalihom il-ġurisprudenza preċedenti, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fir-rigward tar-raġuni assoluta għal rifjut ibbażata fuq l-assenza ta’ karattur distintiv previst fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, li l-pubbliku rilevanti jagħraf li l-prodotti kollha li t-trade mark tindika kienu ġew immanifatturati, ikkummerċjalizzati jew ipprovduti taħt il-kontroll ta’ Freistaat Bayern (f’dan is-sens, il-punt 43 tas-sentenza appellata). Madankollu, ix-xerrejja ta’ prodotti li huma tradizzjonalment offruti għall-bejgħ qrib sit turistiku u li fuqhom twaħħal l-isem ta’ dan tal-aħħar, ma jifhmux dan l-isem bħala riferiment għall-proprjetarju tas-sit u ma jistennewx li dawn il-prodotti jkunu mmanifatturati jew ikkummerċjalizzati minnu. Il-marka “Neuschwanstein” isservi biss sabiex jiftakru fiż-żjara tagħhom tas-sit turisitiku u l-post ta’ distribuzzjoni. Il-pubbliku rilevanti ma jinteressahx min huwa l-manifattur.

3.

Għandu jitqies li l-applikant għat-trade mark Neuschwanstein kellu mala fide fis-sens tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-pubbliku rilevanti u – dan huwa stabbilit – l-applikant kienu jafu sa mill-preżentata tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea inkwistjoni li prodotti diversi kienu offruti għall-bejgħ viċin ħafna l-kastell ta’ Neuschwanstein li kellhom l-isem ta’ dan is-sit turistiku.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Sentenza tal-4 ta’ Mejju 1999, Windsurfing Chiemsee (C-108/97 u C-109/97, EU:C:1999:230).

(3)  Sentenza tal-15 ta’ Jannar 2015, MEM vs UASI (MONACO) (T-197/13, EU:T:2015:16).


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (il-Portugall) fil-5 ta’ Ottubru 2016 – Superfoz – Supermercados Lda vs Fazenda Pública

(Kawża C-519/16)

(2017/C 006/33)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Superfoz – Supermercados Lda

Konvenut: Fazenda Pública

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 27(10) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (1), tad-29 ta’ April 2004, jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni jew prinċipju ġenerali tal-Unjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huma applikabbli, jista’ jiġi interpretat fis-sens li tkun inkompatibbli magħhom dispożizzjoni nazzjonali li toħloq taxxa għall-finanzjament ta’ kontrolli uffiċjali relatati mas-sigurtà tal-prodotti tal-ikel, li għandha titħallas biss minn proprjetarji ta’ stabbilimenti ta’ kummerċ bl-imnut tal-ikel jew prodotti varji, mingħajr ma din tikkorrispondi għal xi forma ta’ kontroll uffiċjali speċifiku li għalih dawn il-persuni taxxabbli huma l-kawża jew il-benefiċjarji?

2)

Ir-risposta tkun differenti fil-każ li, minflok taxxa, tinħoloq kontribuzzjoni finanzjarja favur entità pubblika, li jkollha titħallas mill-istess persuni, intiża sabiex jiġu ssodisfatti oneri bħall-kontroll ta’ kwalità tal-ikel iżda bl-uniku għan li jiġi estiż għall-operaturi kollha tal-katina tal-ikel ir-responsabbiltà għall-finanzjament ta’ dawn il-kontrolli?

3)

L-eżenzjoni ta’ ċerti operaturi ekonomiċi milli jsostnu taxxa fuq is-sigurtà tal-ikel li għandha titħallas biss minn ċerti stabbilimenti ta’ kummerċ bl-imnut ta’ ikel jew prodotti varji (b’mod speċifiku l-impriżi l-kbar ta’ kummerċ ta’ prodotti tal-ikel bl-imnut) u intiża sabiex tiffinanzja l-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali fl-ambitu tas-sigurtà tal-ikel, tal-protezzjoni tal-annimali u tas-saħħa tal-annimali, tal-protezzjoni u tas-saħħa tal-pjanti, kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern sa fejn toħloq distorsjoni jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti prodotti, skont l-Artikolu 107(1) TFUE, jew minn tal-inqas, din l-eżenzjoni minn din it-taxxa ma tagħmilx parti sħiħa minn għajnuna mill-Istat li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) TFUE?

4)

Il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod speċifiku dawk ta’ ugwaljanza, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ kompetizzjoni (inkluża l-projbizzjoni ta’ “reverse discrimination”) u ta’ libertà ta’ intrapriża jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li:

a)

timponi l-obbligu ta’ ħlas tat-“Taxxa” biss fuq l-impriżi l-kbar ta’ kummerċ ta’ prodotti tal-ikel bl-imnut.

b)

teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-“Taxxa”, l-istabbilimenti jew mikroimpriżi b’superfiċji ta’ bejgħ ta’ inqas minn 2 000 m2 li ma humiex integrati fi grupp jew li ma jappartjenux għal impriża li joperaw taħt isem jew numru ta’ ismijiet u li għandhom, fuq livell nazzjonali, superfiċji ta’ bejgħ akkumulat ugwali jew ogħla minn 6 000 m2?


(1)  Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200).


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Ottubru 2016 – Šiaulių regiono atliekų tvarkymo centras u UAB “Specializuotas transportas”

(Kawża C-531/16)

(2017/C 006/34)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Šiaulių regiono atliekų tvarkymo centras u UAB “Specializuotas transportas”

Konvenuti: UAB “VSA Vilnius”, UAB “Švarinta”, UAB “Specialus autotransportas” u UAB “Ecoservice”

Domandi preliminari

1)

Il-libertajiet ta’ moviment tal-persuni u tas-servizzi, previsti fl-Artikoli 45 u 56 TFUE, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi u ta’ trasparenza, previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 (1) u l-prinċipju li jirriżulta minnhom ta’ kompetizzjoni libera u leali tal-operaturi (meqjusa konġuntament jew separatament, mingħajr madankollu ma ssir limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftehmu u jiġu interpretati fis-sens li

jekk offerenti marbuta, li r-rabtiet ekonomiċi, ta’ ġestjoni, finanzjarji jew oħrajn tagħhom jippermettu oġġettivament li tiġi ddubitata l-indipendenza tagħhom, kif ukoll il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni fejn jistgħu, skont il-każ, jiksbulhom vantaġġ fuq l-offerenti l-oħra, ikunu ddeċidew li jippreżentaw offerti distinti (awtonomi) fil-kuntest tal-istess sejħa għal offerti, l-imsemmija offerenti marbuta għandhom għalhekk, f’kull ipoteżi u kemm jekk tali obbligu jkunx previst jew le mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, jiddikjaraw ir-rabtiet tagħhom lill-awtorità kontraenti, anki jekk din ma tagħmlilhomx mistoqsijiet speċifikament fuq dan is-suġġett?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda:

a)

hija affermattiva (jiġifieri li l-offerenti għandhom f’kull ipoteżi jiddikjaraw ir-rabtiet tagħhom lill-awtorità kontraenti), in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew is-sempliċi eżekuzzjoni żbaljata ta’ dan l-obbligu huma biżżejjed sabiex l-awtorità kontraenti tikkonstata jew biex il-korp ta’ stħarriġ (il-qorti) jiddeċiedi li l-offerenti marbuta li jkunu ppreżentaw offerti distinti fil-kuntest tal-istess sejħa għal offerti ma jidħlux realment f’kompetizzjoni (kompetizzjoni fittizja)?

b)

hija negattiva (jiġifieri li l-offerenti ma għandhomx obbligu ieħor li jiddikjaraw ir-rabtiet tagħhom ħlief dawk previsti mil-leġiżlazzjoni jew mill-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti), l-awtorità kontraenti tieħu r-riskju tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-operaturi marbuta u l-effetti li jirriżultaw minn dan, jekk ma tipprevedix hija stess dan l-obbligu fil-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti?

3)

Indipendentement mir-risposta għall-ewwel domanda u fid-dawl tas-sentenza tat-12 ta’ Marzu 2015, eVigilo (C-538/13, EU:C:2015:166), id-dispożizzjonijiet legali indikati fl-ewwel domanda u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) kif ukoll fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 89/665/KE (2) (meqjusa konġuntament jew separatament, mingħajr madankollu ma ssir limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftehmu u jiġu interpretati fis-sens li:

a)

jekk, matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, l-awtorità kontraenti ssir taf, bi kwalunkwe mezz, b’rabtiet rilevanti bejn diversi offerenti, hija għandha, indipendentement mill-evalwazzjoni tagħha ta’ dan il-fatt jew ta’ ċirkustanzi oħra (pereżempju d-differenza bejn l-offerti fil-forma u fis-sustanza, id-dikjarazzjoni ġuramentata magħmula minn offerent li jidħol lealment f’kompetizzjoni mal-oħrajn, eċċ), tistaqsi speċifikament lill-offerenti marbuta u titlobhom jippreċiżaw jekk u kif is-sitwazzjoni personali tagħhom hija kompatibbli mal-kompetizzjoni libera u leali tal-offerenti?

b)

jekk tali obbligu jaqa’ fuq l-awtorità kompetenti iżda ma teżegwixxihx, dan huwa biżżejjed sabiex il-qorti tikkonstata li hija aġixxiet illegalment, mingħajr ma ggarantixxiet it-trasparenza u lanqas l-oġġettività tal-proċedura, mingħajr ma għamlet mistoqsijiet lir-rikorrenti u lanqas ma ddeċidiet hija stess fuq l-influwenza eventwali tas-sitwazzjoni personali tal-operaturi marbuta fuq ir-riżultati tas-sejħa għal offerti?

4)

Id-dispożizzjonijiet legali indikati fit-tielet domanda u fl-Artikolu 101(1) TFUE (meqjusa konġuntament jew separatament, mingħajr madankollu ma ssir limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) fir-rigward tas-sentenzi tat-12 ta’ Marzu 2015, eVigilo (C-538/13, EU:C:2015:166), tal-21 ta’ Jannar 2016, Eturas et (C-74/14, EU:C:2016:42) u tal-21 ta’ Lulju 2016, VM Remonts et (C-542/14, EU:C:2016:578), għandhom jinftehmu u jiġu interpretati fis-sens li:

a)

meta offerent (ir-rikorrenti) ikun sar jaf biċ-ċaħda tal-offerta l-inqas għolja ppreżentata minn wieħed mill-offerenti marbuta (l-offerent A) u bl-għoti tal-kuntratt lill-ieħor (l-offerent B), fir-rigward ukoll tal-elementi l-oħra relatati ma’ dawn l-offerenti u mal-parteċipazzjoni tagħhom għas-sejħa għal offerti [il-kompożizzjoni identika tal-korpi ta’ amministrazzjoni tal-offerenti A u B, il-kumpannija omm komuni tagħhom, li ma pparteċipatx għas-sejħa għal offerti, iċ-ċirkustanza li l-offerenti A u B ma ddikjarawx ir-rabtiet tagħhom mal-awtorità kontraenti u ma ppreżentawx spjegazzjonijiet supplimentari f’dan ir-rigward, b’mod partikolari peress li ma sarulhomx mistoqsijiet dwar dan is-suġġett, [iċ-ċirkustanza] li, fl-offerta tiegħu, l-offerent A ppreżenta informazzjoni kontradittorja relatata mal-konformità tal-vetturi proposti (it-trakkijiet għar-rimi ta’ skart) għall-istandard Euro 5, li dan l-offerent, wara li kien ippreżenta l-offerta l-inqas għolja, li ġiet miċħuda minħabba insuffiċjenzi li ġew ikkonstatati fiha, inizjalment, ma kkontestax din id-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti u, sussegwentement, ippreżenta att ta’ appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza li kien juri b’mod partikolari li ċ-ċaħda tal-offerta tiegħu kienet legali, eċċ.], fejn l-awtorità kontraenti ma kienet ħadet ebda azzjoni fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-korp ta’ stħarriġ jista’ jibbaża ruħu fuq dawn l-elementi biss sabiex jilqa’ t-talbiet intiżi sabiex jiġi ddikjarat bħala illegali l-aġir tal-awtorità kontraenti li ma tiggarantixxix it-trasparenza u l-oġġettività tal-proċedura, mingħajr ma minbarra dan timponi fuq ir-rikorrenti li tipproduċi l-prova konkreta tal-aġir żleali tal-offerenti A u B?

b)

il-fatti biss li l-offerent B kien ippreżenta spontanjament dikjarazzjoni li kienet tikkonferma li huwa għamel offerta b’mod leali, li regoli ta’ ġestjoni tal-kwalità fil-kuntest tal-parteċipazzjoni għas-sejħiet għal offerti kienu ġew stabbiliti minn dan l-offerent u li l-forma u l-kontenut tal-offerti tal-offerenti A u B ma kinux identiċi huma insuffiċjenti sabiex jitqies li dawn l-offerenti wrew lill-awtorità kontraenti li daħlu f’kompetizzjoni reali u leali fil-kuntest tas-sejħa għal offerti?

5)

L-Artikolu 101 TFUE, kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jista’ bħala prinċipju jiġi applikat għall-evalwazzjoni tal-atti ta’ operaturi marbuta (li għandhom l-istess kumpannija omm) li jipparteċipaw separatament għall-istess sejħa għal offerti, li l-valur tagħhom jilħaq dak ta’ sejħa għal offerti internazzjonali, u fejn is-sede tal-awtorità kontraenti u l-post ta’ provvista tas-servizzi kienu jinsabu fi prossimità ta’ Stat Membru ieħor (ir-Repubblika tal-Latvja), b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari tad-dikjarazzjoni ta’ kompetizzjoni leali ppreżentata spontanjament minn wieħed minn dawn l-offerenti?


(1)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Ottubru 2016 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs AB SEB bankas

(Kawża C-532/16)

(2017/C 006/35)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Konvenuta: AB SEB bankas

Domandi preliminari

1)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża preżenti, l-Artikoli 184 sa 186 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-mekkaniżmu ta’ aġġustament tat-tnaqqis previst mill-imsemmija direttiva ma japplikax fil-każijiet fejn it-tnaqqis imwettaq inizjalment ma setax jitwettaq legalment, minħabba li t-tranżazzjoni inkwistjoni kienet tranżazzjoni ta’ provvista ta’ artijiet eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)?

2)

Il-fatt li: (1) il-VAT fuq il-prezz tax-xiri ta’ artijiet inizjalment ġiet imnaqqsa peress li, b’mod żbaljat, il-prassi tal-amministrazzjoni tat-taxxa kienet tqis il-provvista kkonċernata bħala provvista taxxabbli ta’ art għall-bini fis-sens tal-Artikolu 12(1)(b) tad-Direttiva 2006/112; (2) wara li l-akkwirent kien wettaq it-tnaqqis inizjali, il-fornitur tal-artijiet ħariġlu nota ta’ kreditu li tikkoreġi l-ammont tal-VAT imsemmija fuq il-fattura maħruġa inizjalment, huwa rilevanti għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża preżenti, l-Artikoli 184 u/jew 185 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn it-tnaqqis imwettaq inizjalment ma setax jitwettaq legalment minħabba li t-tranżazzjoni kkonċernata ma kinitx suġġetta għall-VAT, hemm lok li jitqies li l-obbligu tal-persuna taxxabbli sabiex taġġusta dan it-tnaqqis tnissel immedjatament, jew dan l-obbligu tnissel biss fil-mument fejn sar magħruf li t-tnaqqis imwettaq inizjalment ma setax jitwettaq legalment?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża preżenti, id-Direttiva 2006/112, u b’mod partikolari l-Artikoli 179, 184 sa 186 u 250 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ammont aġġustat tal-VAT tal-input deduċibbli għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-perijodu taxxabbli li matulu tnisslu l-obbligu jew id-dritt tal-persuna taxxabbli sabiex taġġusta t-tnaqqis imwettaq inizjalment minnha?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Ottubru 2016 – UAB “Spika”, AB “Senoji Baltija”, UAB “Stekutis”, UAB “Prekybos namai Aistra” vs Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos

(Kawża C-540/16)

(2017/C 006/36)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Spika”, AB “Senoji Baltija”, UAB “Stekutis”, UAB “Prekybos namai Aistra”

Konvenut: Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos

Partijiet oħra: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija, BUAB “Sedija”, UAB “Starkis”, UAB “Baltijos šprotai”, UAB “Ramsun”, AB “Laivitė”, UAB “Baltlanta”, UAB “Strimelė”, V. Malinausko gamybinė-komercinė firma “Stilma”, UAB “Banginis”, UAB “Monistico”, UAB “Rikneda”, UAB “Baltijos jūra”, UAB “Grinvita”, BUAB “Baltijos žuvys”

Domanda preliminari

L-Artikoli 17 u 2(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013, dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE, fid-dawl tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta Stat Membru jeżerċita d-diskrezzjoni prevista fl-Artikolu 16(6), huwa jkun ipprojbit milli jagħżel metodu ta’ allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd allokati lilu li jikkawża kundizzjonijiet inugwali ta’ kompetizzjoni għal operaturi ekonomiċi li jwettqu attività f’dan il-qasam minħabba kwantità ikbar ta’ opportunitajiet ta’ sajd, anki jekk dak il-metodu jkun ibbażat fuq kriterju trasparenti u oġġettiv?


(1)  ĠU 2013, L 354, p. 22.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/30


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-541/16)

(2017/C 006/37)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet

tiddikjara li r-Renju tad-Danimarka ma osservax l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 2(6) moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, […] dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija

tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1072/2009 jirregola b’mod eżawrjenti l-aċċettazzjoni ta’ trasportaturi għat-trasporti ta’ kabotaġġ taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-istess artikolu. Id-dispożizzjoni ma tistabbilixxix in-numru massimu ta’ postijiet ta’ tagħbija u/jew ta’ ħatt tul l-istess trasport ta’ kabotaġġ. Il-limitu għal tliet trasporti ta’ kabotaġġ ma jfissirx li trasport ta’ kabotaġġ għandu jinkludi numru stabbilit ta’ postijiet ta’ tagħbija u/jew ta’ ħatt.

Skont il-leġiżlazzjoni Daniża, trasport ta’ kabotaġġ jista’ jikkollega jew diversi postijiet ta’ tagħbija jew diversi postijiet ta’ ħatt, iżda mhux iż-żewġ tipi ta’ postijiet. Il-leġiżlazzjoni Daniża tipprekludi lit-trasportaturi mhux residenti milli jwettqu trasport ta’ kabotaġġ li jikkollega diversi postijiet ta’ tagħbija u ta’ ħatt, u dan jikkostitwixxi limitazzjoni tal-possibbiltajiet għal dawn l-impriżi li jwettqu trasporti ta’ kabotaġġ fid-Danimarka skont ir-Regolament Nru 1072/2009.


(1)  Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, […] dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU 2009, L 300, p. 72).


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-543/16)

(2017/C 006/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes, E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(5) u (7), ikkunsidrat flimkien mal-Annessi II u III, tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), sa fejn naqset milli tadotta miżuri addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa hekk kif deher biċ-ċar li l-miżuri tal-programm ta’ azzjoni ma kinux biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva, u sa fejn ma rrevedietx il-programm ta’ azzjoni sabiex tiżgura l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti obbligatorji tal-Annessi II u III;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont ir-rikorrenti, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret l-Artikolu 5(5) sa fejn naqset milli tadotta miżuri addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa minkejja li, sa mhux iktar tard mill-komunikazzjoni tal-ħames rapport mill-Ġermanja skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva fir-rigward tal-perijodu 2008-2011, fl-4 ta’ Lulju 2012, kien deher biċ-ċar li l-miżuri tal-programm ta’ azzjoni Ġermaniż ma kinux ser ikunu biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva sa fejn il-programm ta’ azzjoni Ġermaniż ma ġiex ikkoreġut minkejja li, fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fir-rapport imsemmi iktar ’il fuq tal-4 ta’ Lulju 2012, din il-korrezzjoni kienet saret neċessarja. B’hekk, fi kwalunkwe każ, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kien imissha adottat il-miżuri li kienu jiżguraw konformità sħiħa u regolari mar-rekwiżiti sostantivi tal-Artikolu 5(3) u (4), ikkunsidrat flimkien mal-Annessi II u III tad-Direttiva.

Dan ma huwiex il-każ fir-rigward tad-dispożizzjonijiet Ġermaniżi applikabbli peress li

fir-rigward tal-prinċipju ta’ fertilizzazzjoni bbilanċjata, jinkludu evalwazzjoni tan-neċessità tal-fertilizzazzjoni li ma tikkorrispondix mal-ħtiġijiet reali f’termini ta’ nutrijenti tad-diversi wċuħ, mar-rekwiżiti tad-diversi reġjuni b’art u bi klima differenti u mat-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tal-fertilizzanti fil-protezzjoni tal-ilma, u jippermettu li l-limitu ta’ nutrijenti f’azjenda jinqabeż b’60 kilogramm ta’ nitroġenu għal kull ettaru u fis-sena (ara l-punt 3 tal-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva);

fir-rigward tal-perijodi li fihom hija pprojbita l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti, jipprevedu eċċezzjoni fir-rigward tad-“demel solidu mingħajr ħmieġ tat-tjur”, ma jagħmlu l-ebda distinzjoni fir-rigward tad-diversi reġjuni b’art u bi klima differenti, fir-rigward tat-tipi ta’ fertilizzanti, fir-rigward tal-prattiki ta’ fertilizzazzjoni u lanqas fir-rigward ta’ fatturi oħra ambjentali, u sempliċement jistabbilixxu perijodi ta’ projbizzjoni ta’ bejn xahrejn u nofs u tliet xhur (ara l-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness III u l-punt 1 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva);

fir-rigward tal-kapaċità tal-kontenituri tal-ħażna tad-demel, jistabbilixxu kapaċitajiet ta’ ħażna li huma bbażati fuq perijodi ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti li huma qosra wisq, u, bl-eċċezzjoni tad-digrieti ta’ Berlin, ta’ Sachsen u ta’ Thüringen, jirreferu biss għall-ħażna ta’ demel likwidu (ara l-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva);

jippermettu, f’artijiet tar-raba’ u f’mergħat temporanji, l-applikazzjoni, taħt kundizzjonijiet partikolari, ta’ kwantità massima ta’ fertilizzant ekwivalenti għal 230 kilogramm ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena (ara l-ewwel paragrafu tal-punt 2 tal-Anness III tad-Direttiva);

fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq artijiet b’xaqliba wieqfa, jistabbilixxu eċċezzjonijiet għad-demel solidu, ħlief għall-ħmieġ tat-tjur; barra minn hekk, l-imsemmija dispożizzjonijiet jipprevedu restrizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ fertilizzanti b’kontenut għoli ta’ nitroġenu fil-każ biss ta’ xaqliba ta’ iktar minn 10 % u jistabbilixxu projbizzjonijiet f’tali każ fir-rigward biss ta’ parti ta’ tliet metri mil-limitu superjuri tal-livell tal-korp tal-ilma, b’tali mod li jitbiegħdu, fir-rigward ta’ diversi aspetti, mill-istidju xjentifiċi rilevanti [ara l-punt 2 tal-Parti A tal-Anness II u l-punt 3(a) tal-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva];

jipprojbixxu l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fil-każ biss ta’ kisja ta’ borra ta’ iktar minn ħames ċentimetri u fil-każ ta’ “artijiet li ġeneralment ikunu ffriżati u li l-wiċċ tagħhom jibqa’ ffriżat matul il-ġurnata” [ara l-punt 3 tal-Parti A tal-Anness II u l-punti 3(a) u (b) tal-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva].

Skont ir-rikorrenti, ir-riferimenti regolari magħmula mill-Gvern Ġermaniż għar-riforma ppjanata tad-Düngeverordnung (Digriet Ġermaniż dwar il-fertilizzanti) ma jibdlu xejn fir-rigward tal-ksur allegat tal-Artikolu 5(5) u (7) tad-Direttiva peress li d-dispożizzjonijiet korrispondenti ma kinux daħlu fis-seħħ meta skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, jiġifieri fil-11 ta’ Settembru 2014, u lanqas ma daħlu fis-seħħ fil-frattemp.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68.


Il-Qorti Ġenerali

9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Birkenstock Sales vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin)

(Kawża T-579/14) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Disinn ta’ superfiċje - Applikazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje fuq l-ippakkjar ta’ prodott”)

(2017/C 006/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Birkenstock Sales GmbH (Vettelschoß, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider u D. Walicka, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1952/2013-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1952/2013–1) hija annullata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin: “riġlejn u dirgħajn, għajnejn u snien artifiċjali”, “materjal għas-sutura tal-ponti; materjal għas-sutura tal-ponti għall-operazzjonijiet” u “ġild ta’ annimali, ġild oħxon ta’ annimali”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Birkenstock Sales GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO. L-EUIPO għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2016 – Polo Club vs EUIPO – Lifestyle Equities (POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN)

(Kawża T-67/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea BEVERLY HILLS POLO CLUB - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Produzzjoni ta’ provi addizzjonali - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Kawża mibgħuta lura parzjalment quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni - Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 006/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polo Club (Gassin, Franza) (rappreżentant: D. Masson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar u H. Kunz, sussegwentement H. O’Neil, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Russo u V. Wellens, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Novembru 2014 (Każ R 1882/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lifestyle Equities u Polo Club.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Polo Club hija kkundannata għall-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Trivisio Prototyping vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-184/15) (1)

((Għajnuna finanzjarja - Sitt programm kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratti li jirrigwardaw il-proġetti ULTRA, CINeSPACE u IMPROVE - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE - Klawżola ta’ arbitraġġ - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa))

(2017/C 006/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Trivisio Prototyping GmbH (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bartosch u A. Böhlke, sussegwentement minn A. Böhlke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u S. Blazek, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2015) 633 finali, tat-2 ta’ Frar 2015, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 385 112,19, flimkien mal-interessi, u min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tiġi kkonstatata l-ineżistenza tad-dejn li l-Kummissjoni qed tallega li għandha fir-rigward ta’ Trivisio Prototyping.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Trivisio Prototyping GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Smarter Travel Media vs EUIPO (SMARTER TRAVEL)

(Kawża T-290/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SMARTER TRAVEL - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])

(2017/C 006/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smarter Travel Media LLC (Boston, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Olson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1986/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv SMARTER TRAVEL bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Smarter Travel Media LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2016 – Vince vs EUIPO (ELECTRIC HIGHWAY)

(Kawża T-315/15) (1)

([“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ELECTRIC HIGHWAY - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 006/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dale Vince (Stroud, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Longstaff, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1442/2014-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ELECTRIC HIGHWAY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dale Vince huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2016 – For Tune vs EUIPO – Gastwerk Hotel Hamburg (fortune)

(Kawża T-579/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fortune - Trade mark verbali Ġermaniża preċedenti FORTUNE-HOTELS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 006/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: For Tune sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: K. Popławska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gastwerk Hotel Hamburg GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2808/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gastwerk Hotel Hamburg u For Tune.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

For Tune sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2016 – Fedtke vs KESE

(Kawża T-157/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Att purament konfermattiv - Fatti ġodda u sostanzjali - Oneru tal-prova”))

(2017/C 006/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Ingrid Fedtke (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Appellati: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino, X. Chamodraka, A. Carvajal u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Frar 2016, Fedtke vs KESE (F-107/15, EU:F:2016:15), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Frar 2016, Fedtke vs KESE (F-107/15), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku differenti minn dik li ddeċidiet dan l-appell.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Biofa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-746/15) (1)

([“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2069 - Approvazzjoni tas-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])

(2017/C 006/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biofa AG (Münsingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Stallberg u S. Knoblich, sussegwentement minn C. Stallberg, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, G. von Rintelen u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069, tas-17 ta’ Novembru 2015, li japprova s-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2015, L 301, p. 42).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju tad-Danimarka.

3)

Biofa AG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu marbuta mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/16) (1)

([“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Spejjeż sostnuti mis-Slovenja - Adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1059 - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

(2017/C 006/47)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rous Demiri u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat-13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, p. 35), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-Repubblika tas-Slovenja.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-Repubblika tas-Slovenja.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2016 – Solelec et vs Il-Parlament

(Kawża T-281/16 R)

([“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħolijiet ta’ elettriku (kurrenti qawwija) fil-kuntest tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ rinnovament tal-bini Konrad Adenauer tal-Parlament fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2017/C 006/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Solelec SA (Esch sur Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange), Paul Wagner et fils SA (il-Lussemburgu), Socom SA (Foetz) (rappreżentant: S. Marx, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Mraz u L. Chrétien, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-27 ta’ Mejju 2016 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lott Nru 75 fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti bir-referenza INLO-D-UPIL-T-15-AO6, li tikkonċerna l-proġett ta’ estensjoni u rinnovament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tattribwixxi dan il-lott lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

2)

Id-digriet tad-9 ta’ Ġunju 2016 mogħtija fil-Kawża T-281/16 R huwa rtirat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/39


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – La Quadrature du Net et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-738/16)

(2017/C 006/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: La Quadrature du Net (Pariġi, Franza), French Data Network (Amiens), Fédération des Fournisseurs d’Accès à Internet Associatifs (Fédération FDN) (Amiens) (rappreżentant: H. Roy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-KUMMISSJONI (UE) 2016/1250, tat-12 ta’ Lulju 2016, tikser l-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

tannulla din id-deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), minħabba fin-natura ġenerali tal-ġbir li huwa awtorizzat mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1250, tat-12 ta’ Lulju 2016, skont id-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-Ħarsien tal-Privatezza UE-U.S. (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) wettqet tali ksur billi ma waslitx għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti b’mod partikolari taffettwa l-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta, safejn id-deċiżjoni kkontestata kkonstatat, b’mod żbaljat, li l-ħarsien tal-privatezza [protezzjoni tad-data] UE-Stati Uniti tiggarantixxi livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li hija sostanzjalment ekwivalenti għal dik iggarantita fi ħdan l-Unjoni minkejja l-assenza ta’ limitazzjoni għall-minimu neċessarju għall-operazzjonijiet awtorizzati mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta, safejn id-deċiżjoni kkontestata ma kkunsidratx l-assenza ta’ rimedju effettiv previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti u, minkejja dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, ikkonkludiet li kien hemm ekwivalenza mal-protezzjoni msemmija iktar ’il fuq.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta, peress li d-deċiżjoni kkontestata kkunsidrat b’mod manifestament żbaljat li l-ħarsien tal-privatezza [protezzjoni tad-data] UE-Stati Uniti tiggarantixxi protezzjoni ekwivalenti għal dik iggarantita fl-Unjoni u dan, minkejja l-assenza ta’ kontroll indipendenti previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/40


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – BPCE vs BĊE

(Kawża T-745/16)

(2017/C 006/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, C. Renner u P. Kupka, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew Nru ECB/SSM/2016-9695005MSXI0YEMGDF46/195 tal-24 ta’ Awwissu 2016;

tikkundanna, fi kwalunkwe każ, lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza li bih hija vvizzjata d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tal-24 ta’ Awwissu 2016, li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrenti sabiex tibbenefika mill-esklużjoni tal-iskoperturi għall-Caisse des dépôts et consignations (fond ta’ depożiti u kunsinni), li jirriżultaw mill-fondi ċċentralizzati miġbura fil-kuntest tat-tfaddil irregolat, mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn il-BĊE ma kellux il-kompetenza sabiex jirrifjuta li jagħti l-esklużjoni mitluba wara li kkonstata li l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli kollha kienu ġew osservati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq diversi żbalji ta’ liġi li wettaq il-konvenut. Fil-fatt, ir-rikorrenti tqis li, anki jekk jitqies li l-BĊE kellu l-kompetenza sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata, l-imsemmija deċiżjoni ma hijiex valida għaliex hija vvizzjata b’diversi żbalji ta’ liġi, kemm fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1; iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 575/2013”), kif ukoll fid-dawl tal-intenzjonijiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-BĊE interpreta b’mod żbaljat il-leġiżlazzjoni inkwistjoni, u b’hekk ħa deċiżjoni li:

tmur kontra l-għanijiet u l-iskop tar-regoli dwar il-proporzjon tal-effett ta’ lieva, billi tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni mhux biss l-għan tal-leġiżlazzjoni dwar il-proporzjon tal-effett ta’ lieva bħala tali, iżda wkoll l-intenzjoni tal-leġiżlatur immanifestata bl-adozzjoni tal-paragrafu 14 tal-Artikolu 429 tar-Regolament Nru 575/2013;

timmodifika d-dispożizzjoni bażika billi tieħu inkunsiderazzjoni żewġ kundizzjonijiet ġodda li ma jifformawx parti mis-suġġett tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni;

iċċaħħad l-Artikolu 429(14) tar-Regolament Nru 575/2013 mill-effett utli.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda n-natura tal-fondi ta’ tfaddil irregolati ċċentralizzati, f’dak li jirrigwarda l-implikazzjonijiet tal-inklużjoni tal-fondi fil-karta tal-bilanċ tal-bank, u f’dak li jirrigwarda l-effetti tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-ammonti ċċentralizzati.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur ta’ diversi prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn il-BĊE kiser l-obbligu ta’ diliġenza tiegħu.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-BĊE kien suġġett għal obbligu ta’ motivazzjoni msaħħaħ u l-imsemmija deċiżjoni hija mmotivata b’mod insuffiċjenti u ekwivoku.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/41


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Stemcor London and Samac Steel Supplies vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-749/16)

(2017/C 006/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stemcor London Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Samac Steel Supplies Ltd (Londra) (rappreżentanti: F. Di Gianni u C. Van Hemelrijck, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tanulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1329, tad-29 ta’ Lulju 2016, li jimponi d-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet reġistrati ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (ĠU 2016, L 210, p. 27), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-kundizzjoni tal-“konoxxenza tal-imporatur” stabbilita fl-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament antidumping bażiku (UE) 2016/1036 huma żbaljati u illegali.

L-ewwel parti: l-interpretazzjoni mogħtija fir-Regolament (UE) 2016/1329 (ir-“Regolament ikkontestat”) dwar il-kundizzjoni tal-konoxxenza tal-importatur stabbilita fl-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament antidumping bażiku (UE) 2016/1036 hija żbaljata u illegali.

It-tieni parti: interpretazzjoni tal-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament antidumping bażiku (UE) 2016/1036 fid-dawl tal-mezzi ferm stabbiliti għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tal-Ftehim dwar l-antidumping tad-WTO tindika li, sabiex tiddetermina jekk tali kundizzjoni hijiex issodisfatta, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konoxxenza konkreta tal-importatur.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-evalwazzjoni tal-kundizzjoni taż-“żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet” kienet ibbażata, b’mod żbaljat, fuq perijodu li beda fl-ewwel xahar sħiħ wara l-pubblikazzjoni tal-ftuħ tal-investigazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali u li spiċċa fl-aħħar xahar sħiħ qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-interpretazzjoni użata fir-Regolament ikkontestat dwar il-kundizzjoni tal-“imminar serjament tal-effett rimedjali” stabbilita fl-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament antidumping bażiku (UE) 2016/1036 hija żbaljata u illegali.

L-ewwel parti: il-Kummissjoni wettqet, b’mod żbaljat, evalwazzjoni globali tal-kundizzjoni tal-‘imminar serjament tal-effett rimedjali stabbilita fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku, meta kien imissha wettqet analiżi individwali tal-aġir ta’ kull importatur sabiex tiddetermina jekk l-importazzjonijiet tiegħu kinux qegħdin jikkontribwixxu għall-allegat imminar serjament tal-effetti rimedjali tad-dazji.

It-tieni parti: ir-Regolament ikkontestat huwa vvizzjat sa fejn jikkonkludi li l-applikazzjoni retroattivament ta’ dazji fuq l-importazzjonijiet li seħħew matul il-perijodu ta’ reġistrazzjoni kienet ser tevita li l-effetti rimedjali tad-dazji jiġu mminati serjament.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – FV vs Il-Kunsill

(Kawża T-750/16)

(2017/C 006/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: FV (Rhode-St-Genèse, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2015, meħuda abbażi tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2016, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-8 ta’ Marzu 2016;

tikundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, stabbiliti, suġġett għal konferma, għal EUR 151 101, bħala kumpens għad-dannu materjali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, stabbiliti ex aequo et bono għal EUR 70 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità diretta kontra l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fuq il-ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fuq il-ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79), kif ukoll fuq il-ksur tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq ksur tal-Komunikazzjoni lill-persunal Nru 71/15 intiża li tagħti informazzjoni dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll fuq ineżattezza u irregolarità ta’ fatt u ta’ dritt manifesti tal-motivi li allegatament wasslu għall-ħruġ fuq leave mhux volontarju tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Confédération Nationale du Crédit Mutuel vs BCE

(Kawża T-751/16)

(2017/C 006/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération Nationale du Crédit Mutuel (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Grégoire, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla abbażi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Awwissu 2016, mogħtija dwar it-talba ppreżentata mill-Crédit Mutuel bil-għan li tinkiseb awtorizzazzjoni li teskludi l-iskoperturi fuq is-settur pubbliku tal-kalkoli tal-proporzjon tal-ingranaġġ, konformement mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall-Crédit Mutuel u l-entitajiet kollha tal-grupp suġġetti għall-proporzjon tal-ingranaġġġ (ECB/SSM/2016 – 9695000CG7B84NLR5984/92);

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq l-eċċess ta’ poter li bih id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata. Skont ir-rikorrenti, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ma għandux is-setgħa li jivverifika, sabiex jiżgura l-applikazzjoni konkreta, mingħajr la jsaħħaħ u lanqas jevalwa r-rilevanza tagħhom, jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet mitluba għal stabbiliment li jibbenefika minn deroga għar-regoli ta’ kalkolu ta’ proporzjon ta’ ingranaġġ, kif stabiliti b’mod definittiv u b’mod preċiż mill-Kummissjoni, abbażi ta’ kompetenza esklużiva, permezz ta’ Regolament Delegat intiż li jieħu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tax-xenarju bankarju u finanzjarju tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, imressaq b’mod sussidjarju għall-ewwel motiv, huwa bbażat fuq żball ta’ dritt imwettaq mill-BĊE fid-deċiżjoni kkontestata. Skont ir-rikorrenti, l-iskoperturi fuq l-entitajiet tas-settur pubbliku, peress li huma mxebbħin mal-iskoperturi fuq l-amministrazzjoni ċentrali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ma għandhom xejn riskju meta jiġu ddenominati fil-munita nazzjonali tagħha.

3.

It-tielet motiv, li huwa mressaq b’mod sussidjarju fil-konfornt tal-ewwel żewġ motivi, huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija manifestament mhux xierqa fir-rigward tal-għanijiet mixtieqa mir-rekwiżiti prudenzjali, fid-dawl tal-karatteristiċi tat-tfaddil, kif ukoll manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-konsegwenzi negattivi li hija ħolqot fuq l-istabbiliment ikkonċernat ainsi que manifestement.

4.

Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll fuq il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-BĊE ma eżamina u lanqas ħa inkunsiderazzjoni l-provi kollha rilevanti fil-każ.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/43


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Euro Castor Green vs EUIPO – Netlon France (Kannizzata li tgħatti l-veduta)

(Kawża T-756/16)

(2017/C 006/54)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euro Castor Green (Bagnolet, Franza) (rappreżentant: B. Lafont, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Netlon France (Saint Saulve, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju 001 197 966-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Awwissu 2016, fil-Każ R 754/2014-3

Talbiet

tikkonstata li r-rikors u l-annessi tiegħu huma ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/44


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Société générale vs BĊE

(Kawża T-757/16)

(2017/C 006/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société générale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, C. Renner u P. Kupka, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew Nru ECB/SSM/2016-9695005MSXI0YEMGDF46/195 tal-24 ta’ Awwissu 2016;

tikkundanna, fi kwalunkwe każ, lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza li bih hija vvizzjata d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tal-24 ta’ Awwissu 2016, li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrenti sabiex tibbenefika mill-esklużjoni tal-iskoperturi għall-Caisse des dépôts et consignations (fond ta’ depożiti u kunsinni), li jirriżultaw mill-fondi ċċentralizzati miġbura fil-kuntest tat-tfaddil irregolat, mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn il-BĊE ma kellux il-kompetenza sabiex jirrifjuta li jagħti l-esklużjoni mitluba wara li kkonstata li l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli kollha kienu ġew osservati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq diversi żbalji ta’ liġi li wettaq il-konvenut. Fil-fatt, ir-rikorrenti tqis li, anki jekk jitqies li l-BĊE kellu l-kompetenza sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata, l-imsemmija deċiżjoni ma hijiex valida għaliex hija vvizzjata b’diversi żbalji ta’ liġi, kemm fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1; iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 575/2013”), kif ukoll fid-dawl tal-intenzjonijiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-BĊE interpreta b’mod żbaljat il-leġiżlazzjoni inkwistjoni, u b’hekk ħa deċiżjoni li:

tmur kontra l-għanijiet u l-iskop tar-regoli dwar il-proporzjon tal-effett ta’ lieva, billi tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni mhux biss l-għan tal-leġiżlazzjoni dwar il-proporzjon tal-effett ta’ lieva bħala tali, iżda wkoll l-intenzjoni tal-leġiżlatur immanifestata bl-adozzjoni tal-paragrafu 14 tal-Artikolu 429 tar-Regolament Nru 575/2013;

timmodifika d-dispożizzjoni bażika billi tieħu inkunsiderazzjoni żewġ kundizzjonijiet ġodda li ma jifformawx parti mis-suġġett tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni;

iċċaħħad l-Artikolu 429(14) tar-Regolament Nru 575/2013 mill-effett utli.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda n-natura tal-fondi ta’ tfaddil irregolati ċċentralizzati, f’dak li jirrigwarda l-implikazzjonijiet tal-inklużjoni tal-fondi fil-karta tal-bilanċ tal-bank, u f’dak li jirrigwarda l-effetti tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-ammonti ċċentralizzati.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur ta’ diversi prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn il-BĊE kiser l-obbligu ta’ diliġenza tiegħu.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-BĊE kien suġġett għal obbligu ta’ motivazzjoni msaħħaħ u l-imsemmija deċiżjoni hija mmotivata b’mod insuffiċjenti u ekwivoku.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/45


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – Crédit Agricole vs BĊE

(Kawża T-758/16)

(2017/C 006/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit Agricole SA (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla, fuq il-bażi tal-Artikoli 256 TFUE u 263 TFUE, id-Deċiżjoni ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/165 adotta mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-24 ta’ Awwissu 2016;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) allegatament wettaq fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1; iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 575/2013”).

B’hekk, ir-rikorrenti targumenta, b’mod partikolari, li d-deċiżjoni tal-BĊE tal-24 ta’ Awwissu 2016, li tiċħad it-talba tagħha sabiex tikseb awtorizzazzjoni li teskludi l-iskoperturi fis-servizz pubbliku mill-kalkolu tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”):

tmur kontra l-intenzjoni tal-leġiżlatur Ewropew u kontra l-għanijiet segwiti mir-Regolament Nru 575/2013;

iċċaħħad l-Artikolu 429(14) tal-imsemmi regolament minn kull effett utli;

tikkostitwixxi indħil mill-BĊE fis-setgħat tal-leġiżlatur Ewropew.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest li allegatament hija vvizzjata bih id-deċiżjoni kkontestata fl-evalwazzjoni tar-riskju prudenzjali marbut mat-tfaddil irregolat, sa fejn il-BĊE naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest legali u l-informazzjoni empirika marbuta ma’ dan it-tfaddil kif ukoll ir-rapporti rilevanti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, u wettaq tali żball ta’ evalwazzjoni kemm fir-rigward tar-riskju tal-lieva finanzjarja kif ukoll fir-rigward tar-riskji prudenzjali l-oħra relatati miegħu.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li allegatament hija vvizzjata bih id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn, minn naħa, tikser il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, ma tosservax ir-rekwiżiti speċifiċi marbuta mal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-qasam ta’ superviżjoni prudenzjali, li jeżiġi li r-rekwiżiti prudenzjali jkunu adattati għall-mudell ta’ intrapriża tal-bank u għar-riskji li jkunu assoċjati miegħu fir-rigward tas-settur finanzjarju u fir-rigward tal-ekonomija.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Basil vs EUIPO – Artex (Fahrradkörbe)

(Kawża T-760/16)

(2017/C 006/57)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Basil BV (Silvolde, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: N. Weber u J. von der Thüsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Artex SpA (Zeno di Cassola, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrent

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni Nru 142 245-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 535/2015-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun xieraq, lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 52(3) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 6/2002, ksur tal-prinċipju tal-oneru tal-prova u ksur tal-prinċipju ta’ raġunament loġiku fil-kuntest tal-eżami tal-provi;

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/46


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – PY vs EUCAP Saher Niger

(Kawża T-763/16)

(2017/C 006/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PY (Souffelweyersheim, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: EUCAP Sahel Niger (Niamey, in-Niġer)

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

għaldaqstant:

tirrikonoxxi r-responsabbiltà tal-Missjoni fis-sens tal-Artikolu 340 TFUE;

tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrent;

tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent stmat għal EUR 70 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur kuntrattwali mwettaq mill-Missjoni EUCAP Sahel Niger (iktar ’il quddiem il-“Missjoni”) u li jagħti lok għar-responsabbiltà kuntrattwali ta’ din tal-aħħar, fis-sens tal-Artikolu 340 TFUE

Ir-rikorrent, ex membru tal-persunal tal-Missjoni, jiddenunċja n-nuqqasijiet kuntrattwali tal-Missjoni relatati mal-proċeduri ta’ investigazzjoni interna u ta’ protezzjoni tal-vittmi fil-każ ta’ denunċja ta’ sitwazzjoni ta’ fastidju fuq il-post tax-xogħol. Minħabba n-nuqqas tal-Missjoni li taġixxi u li tiftaħ investigazzjoni interna, is-sitwazzjoni ta’ fastidju ddenunċjata mir-rikorrent kompliet, saret iktar gravi u kellha effetti ħżiena sostanzjali fuq l-istat ta’ saħħa tiegħu, fatt li wassal għar-ripatriazzjoni urġenti tiegħu. Ir-rikorrent qatt ma seta’ jerġa jkompli l-funzjonijiet tiegħu qabel l-iskadenza tal-kuntratt tiegħu.

Għaldaqstant, ir-rikorrent jitlob il-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali li huwa ġarrab, li jirriżulta, mill-fatt li huwa kien forzat jissubixxi s-sitwazzjoni ta’ fastidju, minkejja li din kienet ġiet iddenunċjata, għal xhur twal, fatt li seta’ ġie evitat mill-Missjoni, mill-fatt li huwa kien forzat jieqaf mill-attività professjonali tiegħu u, fl-aħħar nett, mid-deterjorament tal-istat ta’ saħħa tiegħu, u b’mod partikolari mill-istat depressiv li ilu jbati minnu minn dak iż-żmien. Huwa jitlob ukoll il-ħlas ta’ kumpens għad-dannu finanzjarju li huwa ġarrab li jirriżulta mit-telf tar-remunerazzjoni tiegħu wara 30 jum ta’ leave tal-mard u mit-telf tal-possibbiltà li l-kuntratt ta’ impjieg tiegħu jiġġedded.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/47


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2016 – Grupo Ganaderos de Fuerteventura vs EUIPO (EL TOFIO El sabor de CANARIAS)

(Kawża T-765/16)

(2017/C 006/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Ganaderos de Fuerteventura, SL (Puerto del Rosario, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “EL TOFIO El sabor de CANARIAS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 308 259

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1404/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u (j) tar-Regolament Nru 207/2009.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/48


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-766/16)

(2017/C 006/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni C (2016) 4060 finali tal-Kummissjoni Ewropea; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-parti tad-deċiżjoni kkontestata dwar Hércules CF tirrigwarda self li jammonta għal EUR 18-il miljun mogħti minn entità privata lill-Fundación de la Comunidad Valenciana Hércules de Alicante, entità privata oħra li użat parti sinjifikattiva mill-ammont misluf sabiex tissottoskrivi għal azzjonijiet ta’ Hércules CF meta kien hemm żieda fil-kapital tagħha. Dan is-self ġie ggarantit minn entità finanzjarja pubblika, l-Institut Valencià de Finances.

Il-Kummissjoni tafferma li, b’riżultat ta’ din it-tranżazzjoni, Hércules CF ibbenefikat minn għajnuna mill-Istat, li tikkonsisti fid-differenza bejn l-ispiża reali tas-self iggarantit u l-ispiża li hija kienet sostniet f’allegati kundizzjonijiet tas-suq, attwalizzata mid-data tal-għoti sa’ dik tad-deċiżjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tafferma li hija ma kinitx “impriża f’diffikultà” skont il-linji gwida tal-2004, u li l-garanzija mogħtija kienet tieħu inkunsiderazzjoni r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas u l-kollateralizzazzjoni tas-self.

2.

It-tieni motiv, invokat b’mod sussidjarju, ibbażat fuq l-assenza ta’ effett fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

F’dan ir-rigward, Hércules CF tafferma li hija ma setgħetx tikkompeti fl-Ewropa u li l-allegata għajnuna ma kient tatha ebda benefiċċju kompetittiv.

3.

It-tielet motiv, ukoll invokat b’mod sussidjarju, ibbażat fuq il-kwantifikazzjoni żbaljata ta’ għajnuna ipotetika.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/49


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – BNP Paribas vs BĊE

(Kawża T-768/16)

(2017/C 006/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BNP Paribas (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla, fuq il-bażi tal-Artikoli 256 TFUE u 263 TFUE, id-Deċiżjoni ECB/SSM/2016 – R0MUWSFPU8MPRO8K5P83/136 adotta mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-24 ta’ Awwissu 2016;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) allegatament wettaq fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1; iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 575/2013”).

B’hekk, ir-rikorrenti targumenta, b’mod partikolari, li d-deċiżjoni tal-BĊE tal-24 ta’ Awwissu 2016, li tiċħad it-talba tagħha sabiex tikseb awtorizzazzjoni li teskludi l-iskoperturi fis-servizz pubbliku mill-kalkolu tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”):

tmur kontra l-intenzjoni tal-leġiżlatur Ewropew u kontra l-għanijiet segwiti mir-Regolament Nru 575/2013;

iċċaħħad l-Artikolu 429(14) tal-imsemmi regolament minn kull effett utli;

tikkostitwixxi indħil mill-BĊE fis-setgħat tal-leġiżlatur Ewropew.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest li allegatament hija vvizzjata bih id-deċiżjoni kkontestata fl-evalwazzjoni tar-riskju prudenzjali marbut mat-tfaddil irregolat, sa fejn il-BĊE naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest legali u l-informazzjoni empirika marbuta ma’ dan it-tfaddil kif ukoll ir-rapporti rilevanti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, u wettaq tali żball ta’ evalwazzjoni kemm fir-rigward tar-riskju tal-lieva finanzjarja kif ukoll fir-rigward tar-riskji prudenzjali l-oħra relatati miegħu.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li allegatament hija vvizzjata bih id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn, minn naħa, tikser il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, ma tosservax ir-rekwiżiti speċifiċi marbuta mal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-qasam ta’ superviżjoni prudenzjali, li jeżiġi li r-rekwiżiti prudenzjali jkunu adattati għall-mudell ta’ intrapriża tal-bank u għar-riskji li jkunu assoċjati miegħu fir-rigward tas-settur finanzjarju u fir-rigward tal-ekonomija.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/50


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament

(Kawża T-770/16)

(2017/C 006/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Janusz Korwin-Mikke (Jozefow, il-Polonja) (rappreżentant: M. Cherchi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Awwissu 2016;

tannulla d-deċiżjoni preċedenti tal-President tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2016 li timponi l-istess sanzjonijiet;

tordna l-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali kkawżat mid-deċiżjonijiet ikkontestati, alternattivament tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 13 306;

fi kwalunkwe każ, il-kundanna tal-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-ksur tal-libertà tal-kelma u tal-espressjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, biċ-ċirkustanza partikolari li d-dikjarazzjonijiet koperti mill- deċiżjoni saru minn Membru tal-Parlament Ewropew matul it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u fi ħdan il-konfini tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u/jew tal-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ imparzjalità.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tad-drittijiet tad-difiża, tal-ewwel pargrafu tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ne bis in idem.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/50


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Consejo Regulador del Cava vs EUIPO – Cave de Tain L’Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN)

(Kawża T-774/16)

(2017/C 006/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Consejo Regulador del Cava (Villafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cave de Tain L’Hermitage, union des proprietaires (Tain L’Hermitage, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali figurattiva tal-Unjoni bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “CAVE DE TAIN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 345 824

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 980/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma tiddikjarax l-invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontenzjuża għall-“inbejjed frizzanti ta’ denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tal-Artikoli 102(1)(b) u 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/51


Rikors ippreżentat fit-8 ta Novembru 2016 – Mediaexpert vs EUIPO – Mediaexpert (mediaexpert)

(Kawża T-780/16)

(2017/C 006/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mediaexpert sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: J. Aftyka, (avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mediaexpert S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kuluri iswed, isfar u abjad li tinkludi l-element verbali “mediaexpert” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 674 132

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Awwissu 2016, fil-Każ R 2583/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tad-29 ta’ Ottubru 2015 fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità N 000009371 C;

tibgħat il-każ lura lill-EUIPO sabiex jemenda d-deċiżjoni fuq il-mertu tal-każ u jinvalida t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 011674132 fir-rigward is-servizzi kollha koperti;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/52


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2016 – Pilla vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-784/16)

(2017/C 006/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Rinaldo Pilla (Venafro, l-Italja) (rappreżentant: A. Silvestri, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Talbiet tar-rikorrenti

Sospensjoni minn qabel tal-għażla pendenti, annullament fl-intier tagħha tal-miżura ta’ eskluzjoni ta’ Rinaldo Pilla, bid-data tat-2 ta’ Settembru 2016, tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-edukazzjoni u kultura, Ref. Ares 2016 4930111, mill-parteċipazzjoni fil-proġett ta’ finanzjament, għall-ksur gravi tal-liġi, u, f’nuqqas ta’ dan l-annullament tal-għażla fl-intier tagħha billi illeġittima għal żball ta’ liġi.

Fil-possibbiltà miċħuda ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kapaċità tal-kandidat Rinaldo Pilla, tikkundanna l-konvenuti għal kumpens ta’ danni favur ir-rikorrent minħabba telf ta’ opportunità li ġej mill-esklużjoni mhux ġustifikata u immotivata mill-proġett ta’ finanzjament Ewropew, preliminarjament għal EUR 1 050 000 u sussidjarjament għal EUR 400 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors imur kontra l-miżura ta’ esklużjoni tar-rikorrent mill-għażla għall-parteċipazzjoni fil-finanzjament Ewropew [Call for proposals EAC/S05/2016, Support for a preparatory action to create an EU Festival Award and an EU Festival Label in the field of Culture: EFFE (Europe for Festivals – Festivals for Europe)].

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur gravi tal-liġi relatata mat-Titlu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE tal-Kummissjoni Ewropea tas-6 ta’ Mejju 2013, kif ukoll tal-punt 28 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU 2013 L 347 p. 320) u l-Previżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, kif ukoll tal-Artikolu 1 paragrafu 821 tal-Liġi ta’ Stabbiltà 2016.

Insostenn tal-ewwel motiv tar-rikors ir-rikorrent jargumenta li l-professjonist liberu, anki mhux irreġistrat ma’ assoċjazzjoni professjonali, huma ekwiparat għall-intrapriża indipendentement mill-forma legali koperta, għall-finijiet tal-aċċess għall-fondi strutturali. Il-professjonisti liberi jistgħu jaċċedu għall-fondi għar-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni kulturali u l-innovazzjoni industrijali. Il-miżura kkontestata, ir-rikorrent isostni, ma ħaditx inkunsiderazzjoni li l-Liġi tal-Istabbiltà 2016, li tittrasponi Rakkomandazzjoni Ewropea tal-2013, iċċarat definitivament li l-professjonisti huma ekwiparati għall-intrapriża. Ir-rikorrent, professjonista liberu, għandu jiġi kkunsidrat kandidat kapaċi inkwantu professjonist liberu proprjetarju tal-Partit IVA.

2.

It-tieni motiv li jallega l-mistoqsija tal-kumpens għad-dannu.

Wieħed jargumenta f’dan ir-rigward li l-esklużjoni tar-rikorrent mill-għażla ddeterminat dannu gravi lill-istess inkwantu ma jistax iqiegħed lilu nnifsu fid-dubju li n-nuqqas ta’ inklużjoni fl-għażla tal-proġett “VENAFRO EUROPEAN FESTIVAL OF LITERATURE” jġib miegħu telf evidenti tal-għażla li l-valutazzjoni tiegħu għandha sseħħ fuq bażijiet ekwitabbli filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura u l-entità tal-istess proġett u l-valutazzjoni tiegħu, preliminarjament, tista’ tkun ekwiparata mal-valur tal-istess finanzjament.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/53


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – BSH Electrodomesticos España vs EUIPO – DKSH International (Ufesa)

(Kawża T-785/16)

(2017/C 006/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Electrodomesticos España, SA (Huarte-Pamplona, Spanja) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DKSH International Ltd. (Zurich, l-Iżvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Ufesa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 857 29

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1691/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervjenent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/54


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Krasnyiy oktyabr vs EUIPO – Kondyterska korporatsiia “Roshen” (CRABS)

(Kawża T-795/16)

(2017/C 006/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: O. Spuhler and M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukrajna)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “CRABS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 186 110

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2507/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/54


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – CEDC International vs EUIPO – Underberg (Rappreżentazzjoni ta’ xafra tal-ħaxix ta’ kulur kannella ħadrani fi flixkun)

(Kawża T-796/16)

(2017/C 006/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentati minn: M. Siciarek, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Underberg AG (Dietlikon, l-Iżvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ xafra tal-ħaxix ta’ kulur kannella ħadrani fi flixkun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 33 266

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 1248/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(a) u (b), 42(2) u (3), 75 u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/55


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Hanso Holding vs EUIPO (REAL)

(Kawża T-798/16)

(2017/C 006/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hanso Holding AS (Tomasjord, in-Norveġja) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “REAL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 020 093

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Settembru 2016, fil-Każ R 2405/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni vs CINAR

(Kawża T-720/15) (1)

(2017/C 006/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-732/15) (1)

(2017/C 006/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


Rettifika

9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/57


Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-698/16

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 441 tat-28 ta' Novembru 2016 )

(2017/C 006/72)

L-avviż fil-Kawża T-698/16 Trasta Komercbanka et vs BĊE għandu jaqra kif ġej:

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 — Trasta Komercbanka et vs BĊE

(Kawża T-698/16)

(2016/C 441/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trasta Komercbanka AS (Riga, il-Latvja) u 6 oħra (rappreżentati minn: O. Behrends, L. Feddern u M. Kirchner, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE, tal-11 ta’ Lulju 2016, li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ Trasta Komercbanka AS; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-MSU (1) u ta’ dispożizzjonijiet relatati fil-kuntest tal-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti tal-BĊE mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas, min-naħa tal-BĊE, li jeżamina u li jevalwa b’attenzjoni u b’mod imparzjali l-aspetti fattwali kollha li jinkludu, iżda mhux limitati għal, li l-BĊE ma rreaġixxiex b’mod xieraq għall-fatt li l-informazzjoni u d-dokumenti ppreżentati mill-awtorità lokali regolatorja Latvjana ma kinux preċiżi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi naqas milli jirrikonoxxi d-disponibbiltà ta’ miżuri alternattivi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-Artikolu 19 u tal-premessa 75 tar-Regolament tal-MSU u wettaq użu ħażin ta’ poter.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tar-regoli proċedurali li jinkludu d-dritt għal smigħ, id-dritt għal aċċess għall-fajl u d-dritt għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq, u tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament Qafas tal-MSU.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).