|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
2016/C 486/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
|
28.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 486/1 |
LAQGĦA PLENARJA TAS-LVI COSAC
Mit-13 sal-15 ta' Novembru 2016, Bratislava
Il-kontribut tas-LVI COSAC
(2016/C 486/01)
1. It-tisħiħ tar-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-UE
|
1.1. |
Il-COSAC tapprezza l-progress tal-Kummissjoni Ewropea attwali (2014 -) fit-titjib tar-relazzjonijiet mal-Parlamenti nazzjonali, kif iddokumentat fis-26 Rapport Biennali tal-COSAC, b'mod partikolari permezz tal-għadd akbar ta' żjarat tal-Kummissarji fil-Parlamenti/Kmamar nazzjonali, u tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkompli ssegwi dan l-isforz bil-għan li toħloq għamla ta' djalogu dejjiemi mal-Parlamenti nazzjonali. Dan id-djalogu jappoġġja l-kompetenzi tal-Parlamenti nazzjonali sabiex iżommu l-Gvernijiet nazzjonali tagħhom responsabbli u jiflu bir-reqqa l-linji politiċi tal-UE u l-linji politiċi nazzjonali tagħhom. |
|
1.2. |
Fil-qasam tad-djalogu politiku bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlamenti nazzjonali, il-COSAC tara potenzjal għat-titjib tar-rispons għall-opinjonijiet motivati tal-Parlamenti nazzjonali u, għalhekk, tissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tindirizza aħjar it-tħassib speċifiku tal-Parlamenti nazzjonali f'perjodu ta' mhux aktar minn tmien ġimgħat u tanalizza l-perspettivi possibbli kollha meta tħejji r-rispons tagħha, speċjalment ir-rispons meta jiskatta l-hekk imsejjaħ mekkaniżmu tal-“karta s-safra”. Il-COSAC tenfasizza wkoll l-importanza tad-diskussjonijiet u tal-iskambji tal-opinjonijiet fil-proċedura ta' analiżi tas-sussidjarjetà bejn il-Parlamenti nazzjonali. |
|
1.3. |
Il-COSAC, fid-dawl tad-djalogu politiku stabbilit mal-Kummissjoni tal-UE, tistieden lill-Parlament Ewropew sabiex itejjeb, min-naħa tiegħu, il-kunsiderazzjoni tal-opinjonijiet tal-Parlamenti nazzjonali fil-qafas tad-djalogu politiku fil-kumitati parlamentari rilevanti. |
|
1.4. |
Il-COSAC tqis il-mekkaniżmu tal-“karta l-ħadra” bħala għodda importanti sabiex jittejjeb ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali u, għalhekk, tħeġġeġ lill-Parlamenti nazzjonali sabiex ikomplu jesploraw il-possibbiltajiet futuri tal-użu tal-inizjattivi fil-kuntest tal-“karta l-ħadra”. |
|
1.5. |
Il-COSAC tinnota li l-komunikazzjoni b'mod effettiv tal-kwistjonijiet tal-UE fiċ-ċirkostanzi attwali turi li hija wieħed mill-elementi kruċjali sabiex jingħalaq id-distakk bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha u tirrikonoxxi r-rwol tal-Parlamenti nazzjonali li jinvolvu liċ-ċittadini, jipprovdulhom tagħrif imparzjali u jqajmu għarfien ġenerali dwar kwistjonijiet relatati mal-UE. F'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi enfasizzat il-mandat demokratiku tal-Parlamenti nazzjonali li jirrappreżentaw lill-votanti. Fil-kuntest tal-eżitu tar-referendum tar-Renju Unit, il-COSAC tirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-Parlamenti nazzjonali, bħala istituzzjonijiet ta' mandat demokratiku dirett u responsabbiltà, fil-kontribuzzjoni għall-funzjonament u l-futur tal-proġett uniku tal-Unjoni Ewropea. |
|
1.6. |
Il-COSAC tistieden lill-parlamenti kollha sabiex ikollhom rwol aktar vokali fil-komunikazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-UE u, għal dan il-għan, tħeġġeġ lill-Parlamenti nazzjonali kif ukoll lill-Parlament Ewropew sabiex jaqsmu l-esperjenza tagħhom u l-aqwa prassi fil-qasam tal-komunikazzjoni bejniethom. Barra minn hekk, il-COSAC tinnota li l-immirar u l-adattament tal-kontenut tal-komunikazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-UE jistgħu jkunu utli fl-involviment ma' gruppi speċifiċi, bħal universitajiet, skejjel, eċċ. |
|
1.7. |
Sabiex isir użu sħiħ mit-teknoloġiji disponibbli, il-COSAC tistieden lill-Parlamenti sabiex jesploraw b'mod sħiħ il-possibbiltajiet li jirriżultaw mill-użu tal-kanali tal-midja soċjali, li jistgħu jżidu l-għarfien dwar kwistjonijiet relatati mal-UE u dwar il-Parlamenti bħala l-aktar ċentri rilevanti ta' dibattitu, speċjalment fir-rigward taż-żgħażagħ Ewropej. |
2. Is-Sħubija Transatlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP): ftehim kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti (u l-isfidi, l-opportunitajiet u r-riskji tiegħu)
|
2.1. |
Il-COSAC tirrikonoxxi li l-politika kummerċjali tal-UE hija ta' importanza ġeopolitika u ekonomika kbira ħafna għall-Ewropa sabiex issawwar il-globalizzazzjoni, issaħħaħ l-istandards internazzjonali u żżid l-aċċess għas-swieq barranin; Il-COSAC tqis li l-ftehimiet kummerċjali komprensivi nnegozjati b'mod ġust, trasparenti u kondiviżi b'mod wiesa' ma' pajjiżi terzi, innegozjati bil-għan li jinkisbu riżultati ta' benefiċċju reċiproku, jistgħu jkunu għodod importanti li huma kapaċi jtejbu s-sehem tal-kummerċ globali tal-UE; Il-COSAC tinnota li r-regoli internazzjonali se jiġu stabbiliti minn oħrajn, jekk l-Unjoni Ewropea ma tiħux azzjoni issa. |
|
2.2. |
Il-COSAC tara l-ftehimiet kummerċjali bilanċjati bħala ċans sabiex tippromwovi t-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol, kif ukoll sabiex issaħħaħ l-iżvilupp sostenibbli, tinforza d-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol u l-istandards soċjali, flimkien mas-sostenibbiltà ambjentali fuq skala globali, iżda wkoll sabiex tiżgura l-provvediment ta' servizzi u servizzi muniċipali. Il-COSAC titlob lill-Unjoni Ewropea sabiex tiddefendi aħjar l-interessi tagħha fin-negozjati u tinsisti fuq il-prinċipju tar-reċiproċità. |
|
2.3. |
Il-COSAC tirrikonoxxi d-differenzi fl-opinjoni u x-xettiċiżmu espressi minn ħafna ċittadini Ewropej dwar il-kontenut ta' dawn il-ftehimiet kummerċjali u tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-gvernijiet sabiex jindirizzaw it-tħassib, sabiex juru b'mod ċar l-impatti tal-ftehimiet kummerċjali u sabiex jiżguraw it-trasparenza tal-proċessi tan-negozjati. |
|
2.4. |
Il-COSAC tilqa' l-miżuri ta' trasparenza mtejba tal-Kummissjoni fi ħdan il-proċess tan-negozjati tat-TTIP, madankollu, hija tenfasizza l-ħtieġa li jinkiseb livell saħansitra ogħla ta' trasparenza għall-ftehimiet kummerċjali kollha li jistgħu jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini u l-membri parlamentari Ewropej. |
|
2.5. |
Il-COSAC hija konvinta li l-proċess tan-negozjati u l-eżiti ta' dan il-proċess għandhom jirrispettaw b'mod sħiħ il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-dinjità u l-koeżjoni soċjali, li fuqhom hija msejsal-Unjoni Ewropea, u b'dan il-mod tiżgura garanzija solida li se jkun hemm tisħiħ, minflok dgħufija, tar-regolamenti u l-istandards Ewropej, fil-każ tal-konklużjoni u l-iffirmar tat-TTIP. |
|
2.6. |
Il-COSAC tenfasizza li l-Parlamenti nazzjonali, kif ukoll il-Parlament Ewropew, għandhom ikunu jistgħu jiflu bir-reqqa l-proċess tan-negozjati tat-TTIP skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (b'mod partikolari l-Artikolu 218). Il-COSAC tqis li t-TTIP tista' tiġi applikata biss b'mod provviżorju, ladarba l-Parlament Ewropew ikun ta l-kunsens tiegħu għal ftehim finali konkluż mill-Kunsill. Għalhekk, il-COSAC tħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri sabiex jissoktaw bil-proċess ta' komunikazzjoni intensifikata mal-Parlamenti nazzjonali u mal-Parlament Ewropew. Il-COSAC tfakkar ukoll li huwa mistenni li t-TTIP tkun ftehim imħallat, għalhekk, id-dħul fis-seħħ eventwali tat-TTIP ikun soġġett għall-proċeduri ta' ratifika nazzjonali rilevanti fl-Istati Membri kollha. |
3. 2016: “Is-sena tal-konsenja” tal-Unjoni tal-Enerġija
|
3.1. |
Il-COSAC tilqa' l-proġett tal-Unjoni tal-Enerġija u l-ambizzjonijiet tagħha li tmexxi lill-UE lejn politika tal-enerġija sostenibbli u aktar sigura, li jpoġġuha fuq quddiem nett fil-produzzjoni tal-enerġija sostenibbli u fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Dan ma jistax jinkiseb fuq livell purament intergovernattiv, għalhekk, huma meħtieġa soluzzjonijiet Ewropej komuni. |
|
3.2. |
Il-COSAC tinnota li l-UE hija l-akbar importatur tal-enerġija fid-dinja, filwaqt li d-dipendenza ta' wħud mill-Istati Membri tagħha fuq fornitur wieħed tagħmel lill-UE estremament vulnerabbli. Il-COSAC hija mħassba dwar il-prezzijiet għolja tal-enerġija fl-UE, meta mqabbla ma' dawk tal-kompetituri tagħha. Għalhekk, il-COSAC hija favur it-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi li jistgħu, fost l-oħrajn, jgħinu b'mod effettiv fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku. Għalhekk, il-COSAC tfakkar li l-għan tal-Unjoni tal-Enerġija huwa li tipprovdi lill-konsumaturi Ewropej mhux biss b'enerġija sigura, sostenibbli u ekoloġika, iżda wkoll b'enerġija li tkun kompetittiva u aktar affordabbli. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, jeħtieġ li jiġu rrispettati d-deċiżjonijiet sovrani tal-Istati Membri, filwaqt li jiġu appoġġjati s-soluzzjonijiet, li jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE. |
|
3.3. |
Il-COSAC tenfasizza l-importanza tas-solidarjetà u l-fiduċja tal-Istati Membri sabiex tinkiseb sigurtà tal-enerġija fl-UE u tenfasizza wkoll l-importanza tal-approċċ komuni tagħhom fir-rigward tal-pajjiżi terzi. F'dan il-kuntest, il-COSAC tesprimi tħassib dwar il-proġetti, li huma perċepiti bħala teknikament, ambjentalment, ekonomikament u ġeopolitikament bla bażi u kontroproduttivi mill-perspettiva tas-sigurtà tal-enerġija. Għall-kuntrarju, fir-rigward tat-tisħiħ tas-Suq Uniku u s-sigurtà tal-enerġija, il-COSAC tappoġġja l-isforzi sabiex isir l-aħjar użu mill-UE tas-sorsi indiġeni tal-enerġija, inklużi dawk għall-ġenerazzjoni tal-elettriku stabbli u sigura u għad-diversifikazzjoni ottimali tar-rotot tal-provvista tal-enerġija, filwaqt li tenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni reġjonali aktar mill-qrib. |
|
3.4. |
Il-COSAC tfakkar li 12-il Stat Membru għadhom taħt il-mira ta' 10 % f'dak li għandu x'jaqsam mal-interkonnessjoni tal-elettriku u, b'hekk, huma iżolati bil-kbir mis-suq intern tal-elettriku. Il-COSAC titlob lill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi jagħti attenzjoni speċjali lill-proġetti li jindirizzaw l-aktar nuqqas sinifikanti ta' interkonnettività suffiċjenti. |
|
3.5. |
Il-COSAC tilqa' l-Ftehim ta' Pariġi u tqisu bħala stadju importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u bħala impenn qawwi għall-ambjent u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Il-COSAC tilqa' wkoll ir-ratifika rapida ta' dan il-ftehim mill-UE u titlob l-implimentazzjoni mhux kundizzjonata tiegħu. Il-COSAC tqis li l-proġett tal-Unjoni tal-Enerġija jista' jagħmel kontribut sostanzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u, fuq medda ta' żmien itwal, jgħin sabiex jintlaħqu l-miri tal-klima u l-enerġija stabbiliti mill-UE għall-2020, l-2030 u l-2050. |
|
3.6. |
Il-COSAC tenfasizza l-importanza tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp għall-Unjoni tal-Enerġija u tisħaq fuq il-potenzjal li tinbena Unjoni tal-Enerġija sigura, effettiva u ekoloġika u li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-enerġija bi prijorità ċara fir-rigward tal-Ftehim ta' Pariġi dwar l-Enerġija Rinnovabbli. F'dan ir-rigward, il-COSAC tilqa' wkoll il-ħidma għal Skema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li tikkontribwixxi għall-immodernizzar tal-Enerġija Ewropea. |
|
3.7. |
Il-COSAC temmen li l-isforzi fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi b'emissjonijiet baxxi, kif ukoll il-progress fl-innovazzjonijiet kost-effettivi għandhom rwol insostitwibbli fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE. |
|
3.8. |
Sabiex jinkiseb iffrankar tal-enerġija kemm jista' jkun kbir, il-COSAC tappoġġja miżuri fil-livell lokali li jiffokaw fuq il-bini tar-rikostruzzjoni u ż-żieda tas-sehem tal-użu tat-trasport pubbliku. |
4. Il-ħarsien tal-fruntieri esterni tal-UE fil-kuntest tal-migrazzjoni irregolari
|
4.1. |
Il-COSAC tirrikonoxxi l-aspetti umanitarji kollha relatati mas-soluzzjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati. Il-COSAC tkompli tisħaq fuq l-importanza li jinstabu modi siguri u legali kif il-persuni li qed ifittxu l-asil u r-rifuġjati jidħlu fl-UE. Il-COSAC tapprezza l-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi ta' tranżitu u oriġini tal-flussi migratorji u tisħaq li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u tal-persuni li qed ifittxu l-asil u r-rifuġjati għandha tkun fiċ-ċentru tal-azzjonijiet tal-UE mwettqa sabiex tissolva l-kriżi tal-migrazzjoni. Il-COSAC tqis il-ħarsien tal-fruntieri esterni tal-UE bħala materja ta' prijorità immedjata għall-ġestjoni b'suċċess tal-flussi migratorji irregolari attwali u dawk futuri. |
|
4.2. |
Il-COSAC tirriafferma l-importanza tas-solidarjetà, tar-responsabbiltà u tal-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet fost l-Istati Membri abbażi tal-ħtieġa għal soluzzjoni aċċettabbli għall-migrazzjoni irregolari skont l-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali kollha. Il-COSAC tħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea sabiex tindirizza u telimina l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni. Il-COSAC tistieden lill-Presidenza Slovakka, iżda wkoll lill-Presidenzi futuri, sabiex jissottomettu proposti ta' kompromess u jikkontribwixxu b'mod attiv bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet aċċettabbli u effettivi fuq kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni b'enfasi speċjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, is-solidarjetà u l-umanità, kif ukoll fuq il-ġestjoni ta' akkoljenza b'aċċess faċli fil-prattika. |
|
4.3. |
Il-COSAC tenfasizza wkoll is-solidarjetà globali u Ewropea interna meħtieġa għall-programmi dwar ir-risistemazzjoni effettiva sabiex jiġu appoġġjati Stati Membri bħall-Italja u l-Greċja fl-indirizzar tal-kura u l-kenn tar-rifuġjati. |
|
4.4. |
Fir-rigward taż-żamma u l-issikkar tal-kontrolli tar-rotta tal-Lvant tal-Mediterran, il-COSAC titlob li d-dikjarazzjoni UE-Turkija tiġi implimentata b'mod immedjat u tfakkar fil-ħtieġa għall-applikazzjoni sħiħa u uniformi tagħha lejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. |
|
4.5. |
Il-COSAC tapprova r-rikonoxximent magħmul mill-Kunsill Ewropew, waqt il-laqgħa tiegħu f'Ottubru, tal-“kontribut sinifikanti, inkluż ta' natura finanzjarja, magħmul mill-Istati Membri fuq quddiem nett fis-snin riċenti”; Il-COSAC titlob lill-Istituzzjonijiet Ewropej sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni speċjali l-isforzi mressqa u magħmula minn dawn l-Istati sabiex jissodisfaw l-obbligi umanitarji, li huma: li jsalvaw il-ħajjiet tal-għadd dejjem jikber ta' persuni li qed ifittxu l-asil li jaslu fil-fruntieri esterni tal-Ewropa, li jipprovdu operazzjonijiet ta' salvataġġ, identifikazzjoni, assistenza fil-kura tas-saħħa, kenn, ħwejjeġ, ikel u integrazzjoni soċjali. Għaldaqstant, dawn in-nefqiet speċifiċi għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-bilanċ tal-baġit strutturali tal-gvern. |
|
4.6. |
Il-COSAC tenfasizza li l-Unjoni Ewropea, bħala spazju ta' moviment liberu u fruntieri miftuħa, għandha ssegwi politika Ewropea konġunta dwar il-migrazzjoni b'enfasi fuq il-protezzjoni taċ-ċittadini u l-fruntieri esterni tal-UE, is-sikurezza u s-solidarjetà mar-rifuġjati, il-persuni li qegħdin ifittxu l-asil u l-migranti, filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali kollha. Il-COSAC tappoġġja bil-qawwa l-inizjattivi kollha mmirati lejn il-protezzjoni tal-fruntieri esterni u t-treġġigħ lura tar-regolarità fiż-żona Schengen u, għalhekk, tilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-COSAC tenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni f'waqtha tar-regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u tas-soluzzjoni għall-problema ta' ritorn mhux rapidu biżżejjed, billi jittieħed vantaġġ sħiħ mill-mandat tal-EBCG. F'dan il-kuntest, il-COSAC tfakkar fil-ħtieġa ta' persunal u provvista ta' materjal għall-funzjonament effettiv tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. |
|
4.7. |
Il-COSAC tilqa' l-ħidma li għaddejja fuq il-proġett konġunt ta' SIS (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen) — AFIS (Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba') għall-identifikazzjoni tal-persuni nieqsa abbażi tal-marki tas-swaba', kif ukoll l-istudju tal-fattibbiltà u l-proposta leġiżlattiva dwar is-Sistema tal-UE ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), li se jiġu ppubblikati dalwaqt u li għandhom jgħinu fil-ħarsien tal-fruntieri tal-UE u fid-determinazzjoni ta' jekk il-persuna qabżitx iż-żmien ta' soġġorn permess fl-UE. Il-COSAC tenfasizza l-isfida tal-implimentazzjoni effettiva ta' dawn l-għodod ġodda fl-iqsar żmien possibbli. |
|
4.8. |
Billi tenfasizza l-isfidi marbuta mas-sigurtà u l-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE, il-COSAC titlob li d-diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta' dħul/ħruġ tal-UE għar-reġistrazzjoni tad-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-UE u dwar l-istabbiliment ta' programm ta' vjaġġaturi rreġistrati (RTP) jiġu ffinalizzati mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jiġi indirizzat it-tħassib rigward l-ispejjeż, il-proporzjonalità u l-protezzjoni tad-data. |
|
4.9. |
Fl-aħħar nett, il-COSAC tenfasizza l-importanza tal-kondiviżjoni ta' prassi tajba fl-integrazzjoni tal-familji u ż-żgħażagħ migranti fis-soċjetajiet lokali li jipprovdu edukazzjoni u xogħol tajjeb. |