ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 477

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
21 ta' Diċembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 477/01

Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8262 — Fosun International/Tom Tailor) ( 1 )

1

2016/C 477/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8231 — Kuoni Travel Holding/MTS Globe) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 477/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 477/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3

2016/C 477/05

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 477/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8307 — EP Investment/EP Investment II/EPH) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 477/1


Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8262 — Fosun International/Tom Tailor)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 477/01)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fl-24 November 2016 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta bejn Fosun International u Tom Tailor. Fi 14 December 2016, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.


21.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 477/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8231 — Kuoni Travel Holding/MTS Globe)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 477/02)

Fil-15 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8231. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 477/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Diċembru 2016

(2016/C 477/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0364

JPY

Yen Ġappuniż

122,43

DKK

Krona Daniża

7,4343

GBP

Lira Sterlina

0,83978

SEK

Krona Żvediża

9,7265

CHF

Frank Żvizzeru

1,0687

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0343

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

310,98

PLN

Zloty Pollakk

4,4095

RON

Leu Rumen

4,5213

TRY

Lira Turka

3,6471

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4320

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3896

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,0494

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5029

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5002

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 238,45

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5806

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2104

HRK

Kuna Kroata

7,5320

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 959,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,6426

PHP

Peso Filippin

51,849

RUB

Rouble Russu

63,8664

THB

Baht Tajlandiż

37,341

BRL

Real Brażiljan

3,4801

MXN

Peso Messikan

21,1150

INR

Rupi Indjan

70,5475


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 477/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2016/C 477/04)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

5.12.2016

Tul ta’ żmien

5.12.2016–31.12.2016

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

RJU/8-C

Speċijiet

Raja ondjata (Raja undulata)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ VIII

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

41/TQ72


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


21.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 477/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2016/C 477/05)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

14.11.2016

Tul ta’ żmien

14.11.2016–31.12.2016

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

PLE/7HJK.

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (pleuronectes platessa)

Żona

VIIh, VIIj u VIIk

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

37/TQ72


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 477/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8307 — EP Investment/EP Investment II/EPH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 477/06)

1.

Fl-14 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha EP Investment S.à.r.l. (“EP Investment”, il-Lussemburgu) u EP Investment II S.à.r.l. (“EP Investment II”, il-Lussemburgu), jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni ta’ Energetický a průmyslový holding, a.s. kollha kemm hi (“EPH”, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EP Investment u EP Investment II huma kumpaniji azzjonarji li l-attivitajiet tagħha huma biss (u se jkunu) biex iżżomm l-ishma fl-EPH. EP Investment u EP Investment II huma proprjetà totali u kkontrollati minn Daniel Křetínský li l-grupp tiegħu għandu attivitajiet f’diversi setturi, fosthom fl-enerġija, l-infrastruttura tat-trasport, fil-karozzi u fil-midja.

EPH hija kumpanija tal-utilitajiet b’diversi attivitajiet fosthom it-tħaffir għal-linjite, il-produzzjoni tal-elettriċità u tas-sħana, id-distribuzzjoni u l-forniment kif ukoll it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna u l-provvista tal-gass.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8307 — EP Investment/EP Investment II/EPH, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.