ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 475

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
19 ta' Diċembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 475/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 475/02

Kawża C-501/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – EL-EM-2001 Ltd vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bit-triq — Regolament (KE) Nru 561/2006 — Artikolu 10(3) — Artikoli 18 u 19 — Multa imposta fuq ix-xufier — Miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sanzjoni, meħuda kontra l-impriża tat-trasport — Immobilizzazzjoni tal-vettura)

2

2016/C 475/03

Kawża C-582/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Patrick Breyer vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 2(a) — Artikolu 7(f) — Kunċett ta’ data personali — Indirizzi tal-protokoll tal-Internet — Żamma minn fornitur ta’ servizzi ta’ media online — Liġi nazzjonali li ma tippermettix li jitqies l-interess leġittimu segwit mill-kontrollur)

3

2016/C 475/04

Kawża C-24/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Josef Plöckl vs Finanzamt Schrobenhausen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Sitt Direttiva — Artikolu 28ċ.A(a) u Artikolu 28ċ.A(d) — Trasferiment ta’ oġġetti fi ħdan l-Unjoni Ewropea — Dritt għal eżenzjoni — Nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu li jiġi trażmess numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Assenza ta’ ħjiel serju tal-eżistenza ta’ frodi fiskali — Rifjut tal-benefiċċju tal-eżenzjoni — Ammissibbiltà)

3

2016/C 475/05

Kawża C-135/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-18 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Republik Griechenland vs Grigorios Nikiforidis [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Dritt applikabbli għall-kuntratt ta’ xogħol — Regolament (KE) Nru 593/2008 — Artikolu 28 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Artikolu 9 — Kunċett ta’ regoli mandatorji — Applikazzjoni tar-regoli mandatorji ta’ Stati Membri għajr l-Istat tal-forum — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tnaqqis tas-salarji fis-settur pubbliku minħabba kriżi baġitarja — Dmir ta’ kooperazzjoni leali]

4

2016/C 475/06

Kawża C-184/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Deutsche Parkinson Vereinigung eV vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 34 u 36 TFUE — Moviment liberu tal-merkanzija — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika — Bejgħ mill-ispiżeriji — Iffissar ta’ prezzijiet uniformi — Restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni — Miżura li għandha effett ekwivalenti — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem)

5

2016/C 475/07

Kawża C-169/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Benelux Gerechtshof – BENELUX) – Montis Design BV vs Goossens Meubelen BV [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 93/98/KEE — Artikolu 10(2) — Perijodu ta’ protezzjoni — Assenza ta’ stabbilment mill-ġdid tal-protezzjoni b’riżultat tal-Konvenzjoni ta’ Berna]

6

2016/C 475/08

Kawża C-424/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Xabier Ormaetxea Garai, Bernardo Lorenzo Almendros vs Administración del Estado (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 3 — Imparzjalità u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Riforma istituzzjonali — Amalgamazzjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra — Terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol tal-President u ta’ kunsillier ta’ awtorità regolatorja nazzjonali amalgamata qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom — Raġuni għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol mhux prevista mid-dritt nazzjonali)

6

2016/C 475/09

Kawża C-429/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – Evelyn Danqua vs Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/83/KE — Standards minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Regola ta’ proċedura nazzjonali li tipprevedi, għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew min-notifika taċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal ażil — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ ekwivalenza — Prinċipju ta’ effettività — Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni susiusdjarja — Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ ritorn — Inkompatibbiltà)

7

2016/C 475/10

Kawża C-426/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 – Diputación Foral de Bizkaia vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 108(3) TFUE — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali — Nuqqas ta’ notifika minn qabel — Determinazzjoni tad-data tal-għoti tal-għajnuna — Ftehimiet li jistabbilixxu għajnuna — Impenn mingħajr kundizzjonijiet li l-għajnuna tingħata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali — Proċedura ta’ investigazzjoni formali — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Drittijiet tad-difiża)

8

2016/C 475/11

Kawżi magħquda C-511/15 u C-512/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Prekršajni Sud u Bjelovaru – il-Kroazja) – Renata Horžić (C-511/15), Siniša Pušić (C-512/15) vs Privredna banka Zagreb d.d., Božo Prka (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur — Direttiva 2008/48/KE — Ftehim ta’ kreditu immobiljari — Rata ta’ interessi varjabbli — Obbligi li jaqgħu fuq il-kreditur — Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-ftehim eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha — Inapplikabbiltà tad-Direttiva 2008/48)

8

2016/C 475/12

Kawża C-32/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Dresden – il-Ġermanja) – Ute Wunderlich vs Bulgarian Air Charter Limited [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ dubju raġonevoli — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 2(l) — Kunċett ta’ kanċellazzjoni — Titjira li kienet is-suġġett ta’ waqfa mhux prevista]

9

2016/C 475/13

Kawża C-285/16 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2016 minn Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-18 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-33/15, Grupo Bimbo vs EUIPO (Bimbo)

10

2016/C 475/14

Kawża C-313/16 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 minn Médis – Companhia portuguesa de seguros de saúde, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-774/15, Médis vs EUIPO

10

2016/C 475/15

Kawża C-479/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Settembru 2016 – Julia Markmann et vs TUIfly GmbH

10

2016/C 475/16

Kawża C-496/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – Proċeduri kriminali kontra Pál Aranyosi

11

2016/C 475/17

Kawża C-504/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Settembru 2016 – Deister Holding AG bħala s-suċċessur legali ġenerali tal-impriża Traxx Investments N.V. vs Bundeszentralamt für Steuern

11

2016/C 475/18

Kawża C-514/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugall) fit-3 ta’ Ottubru 2016 – Isabel Maria Pinheiro Vieira Rodrigues vs José Manuel Proença Salvador et

12

2016/C 475/19

Kawża C-515/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Versailles (Franza) fit-3 ta’ Ottubru 2016 – Enedis, SA, li kienet Électricité Réseau Distribution France SA (ERDF) vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

13

2016/C 475/20

Kawża C-609/14: Digriet tal-President tad-Disa’Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat- Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Nicolae Ilie Nicula vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, li kienet Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Sibiu, Administraţia Fondului pentru Mediu, fil-preżenza ta’: Cristina Lenuța Stoica

14

2016/C 475/21

Kawża C-73/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – SC Vicdantrans SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca prin Administrația Județeană a Finanțelor Publice Bihor, Administrația Fondului pentru Mediu

14

2016/C 475/22

Kawża C-235/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Maria Bosneaga vs Instituția Prefectului – județul Constanța – Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor

14

2016/C 475/23

Kawża C-236/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Dinu Antoci vs Instituția Prefectului – județul Constanța – Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor

15

2016/C 475/24

Kawża C-449/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Regione autonoma della Sardegna vs Comune di Portoscuso, fil-preżenza ta’: Saromar Gestioni Srl, Giulio Pistis

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 475/25

Kawża T-199/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2016 – Vanbreda Risk & Benefits vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Ftehim dwar l-ammonti kwantifikati tal-kumpens għad-dannu — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Spejjeż)

16

2016/C 475/26

Kawża T-339/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Kurchenko vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Nuqqas ta’ rappreżentazzjoni minn avukat — Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

16

2016/C 475/27

Kawża T-478/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2016 – OP vs Il-Kummissjoni

17

2016/C 475/28

Kawża T-728/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2016 – Tuerck vs Il-Kummissjoni

18

2016/C 475/29

Kawża T-729/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2016 – PO et vs SEAE

19

2016/C 475/30

Kawża T-735/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2016 – CX vs Il-Kummissjoni

20

2016/C 475/31

Kawża T-736/16: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2016 – Amira et vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

21

2016/C 475/32

Kawża T-740/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Stips vs Il-Kummissjoni

21

2016/C 475/33

Kawża T-744/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Generis – Farmacêutica vs EUIPO – Corpak MedSystems (CORGRIP)

22

2016/C 475/34

Kawża T-755/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – La Rocca vs EUIPO (Take your time Pay After)

23

2016/C 475/35

Kawża T-767/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Nanogate vs EUIPO (metals)

24

2016/C 475/36

Kawża T-775/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – Dochirnie pidpryiemstvo “Kondyterska korporatsiia Roshen vs EUIPO – Krasnyj Octyabr (Rappreżentazzjoni ta’ gamblu)

24

2016/C 475/37

Kawża T-32/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2016 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

25

2016/C 475/38

Kawża T-50/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2016 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

25


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 475/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 462, 12.12.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 454, 5.12.2016

ĠU C 441, 28.11.2016

ĠU C 428, 21.11.2016

ĠU C 419, 14.11.2016

ĠU C 410, 7.11.2016

ĠU C 402, 31.10.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – EL-EM-2001 Ltd vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

(Kawża C-501/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 10(3) - Artikoli 18 u 19 - Multa imposta fuq ix-xufier - Miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sanzjoni, meħuda kontra l-impriża tat-trasport - Immobilizzazzjoni tal-vettura))

(2016/C 475/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EL-EM-2001 Ltd

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħala miżura kawtelatorja, tawtorizza l-immobilizzazzjoni ta’ vettura li tappartjeni lil impriża tat-trasport, f’sitwazzjoni fejn, minn naħa, ix-xufier ta’ dik il-vettura, impjegat minn dik l-impriża, kien qiegħed isuq din il-vettura bi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq, u, min-naħa l-oħra, l-awtorità nazzjonali kompetenti ma invokatx ir-responsabbiltà ta’ dik l-impriża, peress li tali miżura kawtelatorja ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Patrick Breyer vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-582/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 2(a) - Artikolu 7(f) - Kunċett ta’ “data personali” - Indirizzi tal-protokoll tal-Internet - Żamma minn fornitur ta’ servizzi ta’ media online - Liġi nazzjonali li ma tippermettix li jitqies l-interess leġittimu segwit mill-kontrollur))

(2016/C 475/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Patrick Breyer

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u l-moviment liberu ta’ tali data, għandu jiġi interpretat fis-sens li indirizz IP dinamiku rreġistrat minn fornitur tas-servizzi ta’ media online meta ssir konsultazzjoni minn persuna ta’ sit internet li dan il-fornitur jagħmel aċċessibbli għall-pubbliku jikkostitwixxi, fir-rigward tal-imsemmi fornitur, data personali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta jkollu mezzi legali li jippermettulu jidentifika l-persuna kkonċernata bis-saħħa tal-informazzjoni addizzjonali li għandu l-fornitur tal-aċċess għall-internet ta’ din il-persuna.

2)

L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li fuq il-bażi tagħha fornitur ta’ servizzi ta’ media online ma jistax jiġbor u juża data personali ta’ utent ta’ dawn is-servizzi, mingħajr il-kunsens tiegħu, ħlief sa fejn dan il-ġbir u dan l-użu jkunu neċessarji sabiex jiġi ffaċilitat u ffatturat l-użu konkret tal-imsemmija servizzi minn dan l-utent, mingħajr ma l-għan intiż li tiġi ggarantita l-kapaċità ġenerali tal-funzjonament tal-istess servizzi ma jkun jista’ jiġġustifika l-użu tal-imsemmija data wara sessjoni ta’ konsultazzjoni ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Josef Plöckl vs Finanzamt Schrobenhausen

(Kawża C-24/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva - Artikolu 28ċ.A(a) u Artikolu 28ċ.A(d) - Trasferiment ta’ oġġetti fi ħdan l-Unjoni Ewropea - Dritt għal eżenzjoni - Nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu li jiġi trażmess numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Assenza ta’ ħjiel serju tal-eżistenza ta’ frodi fiskali - Rifjut tal-benefiċċju tal-eżenzjoni - Ammissibbiltà))

(2016/C 475/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Josef Plöckl

Konvenuta: Finanzamt Schrobenhausen

Dispożittiv

L-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/92/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2005, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h ta’ din is-Sitt Direttiva, kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A(a) u l-Artikolu 28ċ.A(d) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru ta’ oriġini tirrifjuta li teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud trasferiment intra-Komunitarju għar-raġuni li l-persuna taxxabbli ma kkomunikatx numru ta’ identifikazzjoni għal din it-taxxa mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni, meta ma jkun jeżisti ebda ħjiel serju li jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ frodi, meta l-oġġett ikun ġie ttrasferit lejn Stat Membru ieħor u meta l-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni l-oħra jkunu ssodisfatti wkoll.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-18 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Republik Griechenland vs Grigorios Nikiforidis

(Kawża C-135/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Dritt applikabbli għall-kuntratt ta’ xogħol - Regolament (KE) Nru 593/2008 - Artikolu 28 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 9 - Kunċett ta’ “regoli mandatorji” - Applikazzjoni tar-regoli mandatorji ta’ Stati Membri għajr l-Istat tal-forum - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tnaqqis tas-salarji fis-settur pubbliku minħabba kriżi baġitarja - Dmir ta’ kooperazzjoni leali])

(2016/C 475/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Republik Griechenland

Konvenut: Grigorios Nikiforidis

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) għandu jiġi interpretat fis-sens li relazzjoni kuntrattwali ta’ xogħol konkluża qabel is-17 ta’ Diċembru 2009 taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament biss jekk din ir-relazzjoni tkun ġiet suġġetta, bl-effett ta’ kunsens reċiproku tal-partijiet kontraenti li mmaterjalizza minn din id-data, għal modifika tant kbira li jkollu jitqies li ġie konkluż kuntratt ta’ xogħol ġdid b’effett mill-imsemmija data, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 9(3) tar-Regolament Nru 593/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi li regoli mandatorji għajr dawk tal-Istat tal-forum jew tal-Istat li fih għandhom jiġu jew ġew eżegwiti l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt, jistgħu jiġu applikati, bħala regoli ġuridiċi, mill-qorti tal-forum, iżda ma jipprekludix it-teħid inkunsiderazzjoni minn din tal-aħħar ta’ tali regoli mandatorji oħra bħala punt ta’ fatt sa fejn dan huwa pprovdut mid-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament. Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkonfutata mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Deutsche Parkinson Vereinigung eV vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

(Kawża C-184/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika - Bejgħ mill-ispiżeriji - Iffissar ta’ prezzijiet uniformi - Restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni - Miżura li għandha effett ekwivalenti - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem))

(2016/C 475/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Parkinson Vereinigung eV

Konvenuta: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu u għaldaqstant li din il-leġiżlazzjoni taffettwa l-iktar il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika minn spiżeriji stabbiliti fi Stati Membri oħra milli l-bejgħ ta’ dawn il-prodotti mediċinali minn spiżeriji stabbiliti fit-territorju nazzjonali.

2)

L-Artikolu 36 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, ma tistax tiġi ġġustifikata għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem fis-sens ta’ dan l-artikolu, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma hijiex adegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Benelux Gerechtshof – BENELUX) – Montis Design BV vs Goossens Meubelen BV

(Kawża C-169/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà industrijali u kummerċjali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 93/98/KEE - Artikolu 10(2) - Perijodu ta’ protezzjoni - Assenza ta’ stabbilment mill-ġdid tal-protezzjoni b’riżultat tal-Konvenzjoni ta’ Berna])

(2016/C 475/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Benelux Gerechtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Montis Design BV

Konvenuta: Goossens Meubelen BV

Dispożittiv

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE, tad-29 ta’ Ottubru 1993, li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ċerti drittijiet relatati, moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi ta’ protezzjoni previsti minn din id-direttiva ma japplikawx għal drittijiet tal-awtur li kienu inizjalment protetti minn leġiżlazzjoni nazzjonali iżda li kienu ġew estinti qabel l-1 ta’ Lulju 1995.

Id-Direttiva 93/98 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, inizjalment, kienet tat, bħal fil-kawża prinċipali, protezzjoni taħt id-drittijiet tal-awtur lil xogħol iżda li, sussegwentement, ipprevediet l-estinzjoni definittiva ta’ dawn id-drittijiet, qabel l-1 ta’ Lulju 1995, minħabba l-fatt li ma kienx issodisfatt rekwiżit formali.


(1)  ĠU C 228, 13.7.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Xabier Ormaetxea Garai, Bernardo Lorenzo Almendros vs Administración del Estado

(Kawża C-424/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 3 - Imparzjalità u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Riforma istituzzjonali - Amalgamazzjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra - Terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol tal-President u ta’ kunsillier ta’ awtorità regolatorja nazzjonali amalgamata qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom - Raġuni għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol mhux prevista mid-dritt nazzjonali))

(2016/C 475/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Xabier Ormaetxea Garai, Bernardo Lorenzo Almendros

Konvenuti: Administración del Estado

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonsisti fil-fatt li awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, tingħaqad ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, bħalma huma dawk responsabbli mill-kompetizzjoni, mis-settur postali u mis-settur tal-enerġija, sabiex jinħoloq organu regolatur multisettorjali responsabbli b’mod partikolari mill-kompiti assenjati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fis-sens ta’ din id-direttiva kif emendata, sakemm, fl-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti, dan l-organu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompetenza, ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza previsti minn din u li d-deċiżjonijiet li huwa jieħu jistgħu jiġu appellati quddiem organu indipendenti mill-partijiet involuti, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-President u l-kunsillier, li huma membri tal-korp kolleġġjali li jmexxi l-awtorità regolatorja nazzjonali li qed tiġi amalgamata, jiġu mkeċċija qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom, mis-sempliċi fatt li kien hemm riforma istituzzjonali li tikkonsisti fil-fatt li jingħaqdu awtorità regolatorja nazzjonali, responsabbli għar-regolament tas-suq ex ante jew għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi, ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra sabiex jinħoloq organu regolatorju multisettorjali inkarigat b’mod partikolari mill-kompiti mogħtija lill-awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens ta’ din id-direttiva kif emendata, sakemm ma jkunux previsti regoli li jiggarantixxu li tali terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol ma jaffettwawx l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom.


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – Evelyn Danqua vs Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General

(Kawża C-429/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/83/KE - Standards minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Regola ta’ proċedura nazzjonali li tipprevedi, għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew min-notifika taċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal ażil - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Prinċipju ta’ effettività - Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni susiusdjarja - Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ ritorn - Inkompatibbiltà))

(2016/C 475/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Evelyn Danqua

Konvenut: Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta applikazzjoni għall-ksib tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja għal terminu ta’ dekadenza ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew jiddekorru min-notifika, mill-awtorità kompetenti, tal-possibbiltà, għal applikant għal ażil li ġie miċħud, li jippreżenta tali applikazzjoni.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 – Diputación Foral de Bizkaia vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-426/15 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 108(3) TFUE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali - Nuqqas ta’ notifika minn qabel - Determinazzjoni tad-data tal-għoti tal-għajnuna - Ftehimiet li jistabbilixxu għajnuna - Impenn mingħajr kundizzjonijiet li l-għajnuna tingħata - Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali - Proċedura ta’ investigazzjoni formali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża))

(2016/C 475/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Diputación Foral de Bizkaia (rappreżentant: I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u É. Gippini Fournier, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Diputación Foral de Bizkaia hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 337, 12.10.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Prekršajni Sud u Bjelovaru – il-Kroazja) – Renata Horžić (C-511/15), Siniša Pušić (C-512/15) vs Privredna banka Zagreb d.d., Božo Prka

(Kawżi magħquda C-511/15 u C-512/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur - Direttiva 2008/48/KE - Ftehim ta’ kreditu immobiljari - Rata ta’ interessi varjabbli - Obbligi li jaqgħu fuq il-kreditur - Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-ftehim eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha - Inapplikabbiltà tad-Direttiva 2008/48))

(2016/C 475/11)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Prekršajni Sud u Bjelovaru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Renata Horžić (C-511/15), Siniša Pušić (C-512/15)

Konvenuta: Privredna banka Zagreb d.d., Božo Prka

Dispożittiv

L-Artikoli 23 u 30(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jimponu fuq il-kreditur, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-osservanza ta’ obbligi fir-rigward tar-rata ta’ interessi varjabbli għall-ftehimiet ta’ kreditu diġà eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm dawn il-ftehimiet ta’ kreditu ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva u, barra minn hekk, dawn l-obbligi ma jikkostitwixxux implementazzjoni tagħha.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Dresden – il-Ġermanja) – Ute Wunderlich vs Bulgarian Air Charter Limited

(Kawża C-32/16) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ dubju raġonevoli - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 2(l) - Kunċett ta’ “kanċellazzjoni” - Titjira li kienet is-suġġett ta’ waqfa mhux prevista])

(2016/C 475/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Dresden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ute Wunderlich

Konvenuta: Bulgarian Air Charter Limited

Dispożittiv

L-Artikolu 2(l) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li titjira li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha kienu konformi mal-programm previst, iżda li tat lok għal waqfa mhux prevista, ma għandhiex titqies li ġiet ikkanċellata.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/10


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2016 minn Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-18 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-33/15, Grupo Bimbo vs EUIPO (Bimbo)

(Kawża C-285/16 P)

(2016/C 475/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Grupo Bimbo, S.A.B. de C.V. (rappreżentant: M. Edenborough QC)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-13 ta’ Ottubru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li Grupo Bimbo S.A.B. de C.V. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/10


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 minn Médis – Companhia portuguesa de seguros de saúde, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-774/15, Médis vs EUIPO

(Kawża C-313/16 P)

(2016/C 475/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Médis – Companhia portuguesa de seguros de saúde, SA (rappreżentanti: M. Martinho do Rosário, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet mogħti fid-19 ta’ Ottubru 2016, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Settembru 2016 – Julia Markmann et vs TUIfly GmbH

(Kawża C-479/16)

(2016/C 475/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Julia Markmann, Rene Markmann, Emilia Markmann, Jana Markmann

Konvenuta: TUIfly GmbH

Din il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Ottubru 2016.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – Proċeduri kriminali kontra Pál Aranyosi

(Kawża C-496/16)

(2016/C 475/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Pál Aranyosi

Parti oħra: Generalstaatsanwaltschaft Bremen

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 1(3), 5 u 6(1) tad-Deċiżjoni [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta jiddeċiedi dwar estradizzjoni għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ proċeduri kriminali, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jeskludi r-riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti tal-akkużat, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-kundizzjonijiet taż-żamma tiegħu taħt arrest, fir-rigward biss tal-ewwel stabbiliment penitenzjarju li fih ser jinżamm wara l-konsenja tiegħu lill-Istat Membru emittenti?

2)

Fil-kuntest ta’ din id-deċiżjoni, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jeskludi wkoll ir-riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti tal-akkużat minħabba l-kundizzjonijiet taż-żamma tiegħu taħt arrest matul il-priġunerija sussegwenti fil-każ ta’ kundanna?

3)

L-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jeskludi wkoll dan ir-riskju għall-persuna kkonċernata fil-każ ta’ trasferimenti sussegwenti fi stabbilimenti penitenzjarji oħra?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU L 17, 22.1.2009, p. 45.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Settembru 2016 – Deister Holding AG bħala s-suċċessur legali ġenerali tal-impriża Traxx Investments N.V. vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-504/16)

(2016/C 475/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deister Holding AG bħala s-suċċessur legali ġenerali Traxx Investments N.V.

Konvenuta: Bundeszentralamt für Steuern

Domandi preliminari

I.)

L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (illum l-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 54 TFUE), jipprekludi dispożizzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni ta’ ħlasijiet ta’ dividendi mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital lil kumpannija omm barranija li l-uniku azzjonist tagħha għandu r-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali,

meta l-ishma f’din il-kumpannija jkunu miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għar-rimbors jew għall-eżenzjoni jekk huma jirċievu d-dħul direttament u

(1)

meta ma jkunx hemm raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet importanti oħra li jiġġustifikaw l-interpożizzjoni tal-kumpannija barranija jew

(2)

meta l-kumpannija omm barranija ma tkunx tiġġenera iktar minn 10 % tad-dħul gross totali tagħha tas-sena kkonċernata permezz tal-attività ekonomika tagħha stess (b’mod partikolari ma huwiex iġġenerat mill-attività ekonomika tal-kumpannija stess dħul idderivat mill-ġestjoni tal-attivi) jew

(3)

meta l-kumpannija omm barranija ma tkunx tipparteċipa fl-attività ekonomika ġenerali ma’ impriża adegwatament organizzata fid-dawl tal-għan korporattiv tagħha,

filwaqt li l-eżenzjoni tingħata lill-kumpanniji ommijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali mingħajr il-ħtieġa li l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq jiġu osservati?

II.)

L-Artikolu 5(1), moqri flimkien mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/435/KEE (1), jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni ta’ ħlasijiet ta’ dividendi mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital lil kumpannija omm barranija li l-uniku azzjonist tagħha għandu r-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali,

meta l-ishma f’din il-kumpannija jkunu miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għar-rimbors jew għall-eżenzjoni jekk huma jirċievu d-dħul direttament u

(1)

meta ma jkunx hemm raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet importanti oħra li jiġġustifikaw l-interpożizzjoni tal-kumpannija barranija jew

(2)

meta l-kumpannija omm barranija ma tkunx tiġġenera iktar minn 10 % tad-dħul gross totali tagħha tas-sena kkonċernata permezz tal-attività ekonomika tagħha stess (b’mod partikolari ma huwiex iġġenerat mill-attività ekonomika tal-kumpannija stess dħul idderivat mill-ġestjoni tal-attivi) jew

(3)

meta l-kumpannija omm barranija ma tkunx tipparteċipa fl-attività ekonomika ġenerali ma’ impriża adegwatament organizzata fid-dawl tal-għan korporattiv tagħha,

filwaqt li l-eżenzjoni tingħata lill-kumpanniji ommijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali mingħajr il-ħtieġa li l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq jiġu osservati?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugall) fit-3 ta’ Ottubru 2016 – Isabel Maria Pinheiro Vieira Rodrigues vs José Manuel Proença Salvador et

(Kawża C-514/16)

(2016/C 475/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Guimarães

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Isabel Maria Pinheiro Vieira Rodrigues

Konvenuti: José Manuel Proença Salvador, Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA, Jorge Oliveira Pinto

Domandi preliminari

1)

L-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE (1), tal-24 ta’ April 1972, fir-rigward tal-użu ta’ vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju ta’ kull Stat Membru għandu japplika għall-użu ta’ vetturi, fi kwalunkwe post, pubbliku jew privat, biss f’każijiet meta jkunu f’moviment jew anki meta jkunu weqfin, iżda bil-mutur tagħhom mixgħul?

2)

L-imsemmi kunċett ta’ użu ta’ vetturi, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, jinkludi trattur agrikolu, wieqaf f’mogħdija ċatta ta’ ħamrija, ta’ għalqa, li jkun qed jintuża, normalment, fit-twettiq ta’ xogħlijiet agrikoli (tbexxix ta’ erbiċida f’għalqa tad-dwieli), bil-mutur mixgħul, sabiex iħaddem il-pompa tat-tank li jinkludi l-erbiċida u li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, b’riżultat ta’ ċaqlieq ta’ art ikkawżat mill-fatturi segwenti kkunsidrati flimkien:

il-piż tat-trattur,

il-vibrazzjoni kkawżata mill-mutur tat-trattur u mill-pompa ta’ ħruġ tal-bexxiexa, imwaħħla fuq il-parti ta’ wara tal-imsemmi trattur,

ix-xita qawwija li niżlet,

l-imsemmi trattur waqa’ b’riżultat li weġġa’ erba’ ħaddiema li kienu qed iwettqu dak ix-xogħol f’artijiet iktar l-isfel, u kawża l-mewt ta’ ħaddiema li kienet qed iżżomm il-pajp li bih kien qed isir il-bexx?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għaż-żewġ domandi preċedenti, din l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” tal-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (Artikolu 4(4) tad-Digriet Liġi Nru 291/2007 tal-21 ta’ Awwissu 2007) li eskludiet l-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-imsemmi Artikolu 3(1) għas-sitwazzjonijiet fejn il-vetturi jintużaw għal funzjonijiet sempliċement agrikoli jew industrijali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10).


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Versailles (Franza) fit-3 ta’ Ottubru 2016 – Enedis, SA, li kienet Électricité Réseau Distribution France SA (ERDF) vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

(Kawża C-515/16)

(2016/C 475/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enedis, SA, li kienet Électricité Réseau Distribution France SA (ERDF)

Konvenuti: Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-mekkaniżmu ta’ obbligu ta’ xiri tal-elettriku prodott mill-installazzjonijiet li jużaw l-enerġija tar-radjazzjoni solari bi prezz ogħla minn dak tas-suq u li l-finanzjament tiegħu huwa sostnut mill-konsumaturi finali tal-elettriku, kif dan il-mekkaniżmu jirriżulta mid-digrieti ministerjali tal-10 ta’ Lulju 2006 (JORF Nruo171 tas-26 ta’ Lulju 2006, p. 11133) u tat-12 ta’ Jannar 2010 (JORF Nruo0011 tal-14 ta’ Jannar 2010, p. 727) li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għax-xiri ta’ dan l-elettriku, moqrija flimkien mal-Liġi Nruo2000-108 tal-10 ta’ Frar 2000 dwar il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tas-servizz pubbliku tal-elettriku, id-Digriet Nruo2000-1196 tas-6 ta’ Diċembru 2000 u d-Digriet Nruo2001-410, tal-10 ta’ Mejju 2001, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat?

2)

U, fl-affermattiv, l-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea b’dan il-mekkanimżu jaffettwa l-validità tad-digrieti msemmija hawn fuq li jimplementaw il-miżura ta’ għajnuna kontenzjuża?


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/14


Digriet tal-President tad-Disa’Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat- Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Nicolae Ilie Nicula vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, li kienet Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Sibiu, Administraţia Fondului pentru Mediu, fil-preżenza ta’: Cristina Lenuța Stoica

(Kawża C-609/14) (1)

(2016/C 475/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tad-Disa’Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 107, 30.3.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/14


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – SC Vicdantrans SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca prin Administrația Județeană a Finanțelor Publice Bihor, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-73/15) (1)

(2016/C 475/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/14


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Maria Bosneaga vs Instituția Prefectului – județul Constanța – Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor

(Kawża C-235/15) (1)

(2016/C 475/22)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/15


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Dinu Antoci vs Instituția Prefectului – județul Constanța – Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor

(Kawża C-236/15) (1)

(2016/C 475/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/15


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Regione autonoma della Sardegna vs Comune di Portoscuso, fil-preżenza ta’: Saromar Gestioni Srl, Giulio Pistis

(Kawża C-449/15) (1)

(2016/C 475/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


Il-Qorti Ġenerali

19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2016 – Vanbreda Risk & Benefits vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-199/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Ftehim dwar l-ammonti kwantifikati tal-kumpens għad-dannu - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Spejjeż”))

(2016/C 475/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vanbreda Risk & Benefits (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Teerlinck u P. de Bandt, sussegwentement minn P. Teerlinck, P. de Bandt u R. Gherghinaru, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude u L. Cappelletti, sussegwentement minn S. Delaude, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta sottomessa mir-rikorrenti għal-lott Nru 1 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti OIB.DR.2/PO/2013/062/591, dwar l-assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni (ĠU 2013/S 155-269617), kif ukoll tat dan il-lott lil kumpannija oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Vanbreda Risk & Benefits, sostnuti fil-proċeduri fil-kawża prinċipali u fil-proċeduri għal miżuri provviżorji quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Kurchenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-339/14) (1)

((Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Nuqqas ta’ rappreżentazzjoni minn avukat - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2016/C 475/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Serhiy Vitaliyovych Kurchenko (Chuhuiv, l-Ukrajna) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, M. Drury, A. Swan u J. Binns, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Á. De Elera San Miguel Hurtado u J. P. Hix, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa waħda, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, kif ukoll, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiża għad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ applikabbiltà għar-rikorrent tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119, kif emendata bid-deċiżjoni Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143 tad-29 ta’ Jannar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 24, p. 16), kif ukoll tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 208/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138 tad-29 ta’ Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 24, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Serhiy Vitaliyovych Kurchenko huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/17


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2016 – OP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/16)

(2016/C 475/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: OP (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Conrad, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda u d-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-konvenuta tas-16 u tat-30 ta’ Settembru 2016 [ref. Ares (2016) 5716994] li tiddeċiedi dwar ir-rikors amministrattiv ippreżentat mir-rikorrenti fis-17 ta’ April 2016, konformement mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, intiż għall-kontroll tal-legalità tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka tat-18 ta’ Marzu 2016 [ref. Ares (2016) 1371979], li waslet għand ir-rikorrenti fit-28 ta’ April 2016, sa fejn it-talba għal sussidju mressqa mir-rikorrenti fit-28 ta’ April 2016 (Nru 716017 – QUASIMODO) fil-kuntest tal-Programm Qafas “Horizon 2020”, programm ta’ ħidma tal-KER 2016 (ERC Starting Grant), tqieset li hija inadegwata u ġiet miċħuda;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrenti għall-kontroll tal-legalità tal-atti tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka mill-konvenuta, peress li din tal-aħħar ma weġbitx għar-rikors amministrattiv ippreżentat mir-rikorrenti fit-terminu previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 (1).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità taċ-ċaħda tat-talba għal sussidju tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċaħda tar-rikors amministrattiv tar-rikorenti hija wkoll illegali, peress li d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal sussidju tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka hija, hija stess, illegali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/18


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2016 – Tuerck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-728/16)

(2016/C 475/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sabine Tuerck (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2015 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti, hija annullata;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011. Dan il-ksur twettaq mill-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) waqt il-kalkolu tat-tnaqqis tal-ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għat-trasferiment u d-data attwali tat-trasferiment.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal sa fejn l-AIPN ħadet inkunsiderazzjoni l-promozzjoni tagħha b’effett retroattiv sabiex tiddetermina s-salarju bażiku fid-data tal-applikazzjoni għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/19


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2016 – PO et vs SEAE

(Kawża T-729/16)

(2016/C 475/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: PO (Brussell, il-Belġju), PP (Beijing, iċ-Ċina), PQ (Beijing), PR (Beijing) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi li tannulla:

id-deċiżjonijiet tas-17 ta’ Diċembru 2015 li l-ispejjeż skolastiċi sostnuti mir-rikorrenti jiġu llimitati għal EUR 10 000;

fid-dawl tal-kuntest partikolari tan-notifika tal-att li jikkawża preġudizzju, sa fejn ikun neċessarju, il-posta elettronika tal-21 ta’ Diċembru 2015 li wħud minnhom irċevew; sa fejn ikun neċessarju, l-iskeda ta’ evalwazzjoni tal-allowance u; fl-aħħar nett, safejn ikun neċessarju, l-iskeda ta’ remunerazzjoni tagħhom li ssemmi l-ammont tal-allowance rċevuta;

sa fejn ikun neċessarju, fl-aħħar nett, id-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilment tagħhom tal-5 ta’ Lulju 2016;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati huma bbażati fuq linji gwida, adottati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fil-31 ta’ Lulju 2014, li jiksru r-Regolamenti tal-Persunal u l-Anness X tiegħu.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru l-imsemmija linji gwida.

3.

It-tielet motiv, maqsum f’erba’ partijiet, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjonijiet individwali.

L-ewwel parti hija bbażata fuq ksur tad-drittijiet kweżiti, tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn kull wieħed mir-rikorrenti ddeċieda li jieħu l-familja tiegħu miegħu f’delegazzjoni fil-pajjiż ikkonċernat fuq il-preżunzjoni li 100 % tal-ispejjeż skolastiċi kienu ser jiġu rrimborsati.

It-tieni parti hija bbażata fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn sistema ta’ rimbors addizzjonali limitata għall-ħlas ta’ rata fissa ta’ EUR 10 000 hekk stabbilita indipendentement mis-sitwazzjoni speċifika ta’ kull delegazzjoni tammonta għal trattament identiku ta’ sitwazzjonijiet differenti.

It-tielet parti hija bbażata fuq ksur tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni, sa fejn is-SEAE jimponi piż finanzjarju qawwi fuq ċerti familji ta’ uffiċjali jew membri tal-persunal, liema familji jkollhom għalhekk jew jiddeċiedu li jaffaċċjaw din is-sitwazzjoni sabiex joffru lil uliedhom edukazzjoni ekwivalenti għal dik ta’ wlied il-kollegi tagħhom, jew jisseparaw minn xulxin u joffru tali edukazzjoni, bi spiża iktar baxxa, f’wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Ir-raba’ parti hija bbażata fuq l-assenza ta’ bbilanċjar effettiv tal-interessi u ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità ta’ kull deċiżjoni adottata, b’mod partikolari sa fejn il-konvenut ma weriex li l-għan li fittex li jilħaq kien jiġġustifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni, li huwa invokat minn tlieta mir-rikorrenti. Tnejn minnhom iqisu li tali żball twettaq fl-analiżi taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li kienu tressqu fit-talba tagħhom għal rimbors, u l-aħħar rikorrent iqis li tali żball jirriżulta mill-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwa materna.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/20


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2016 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-735/16)

(2016/C 475/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (Bordeaux, Franza) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropa

Talbiet

tiddikjara r-rikors tiegħu ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2015, bir-referenza Ares(2015)5952489 sa fejn timponi fuq ir-rikorrent tnaqqis fir-remunerazzjoni tiegħu;

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2016, bir-referenza HR.E.2/CB/sa/Ares(2016), innotifikata dakinhar stess, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra tiċħad il-parti tal-ilment tar-rikorrent, li huwa kien ressaq fis-17 ta’ Marzu 2016 bir-referenza R/170/16, li tirrigwarda d-deċiżjoni ta’ tnaqqis tar-remunerazzjoni tiegħu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tas-somom miżmuma indebitament, flimkien mal-penalitajiet u mal-interessi legali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tal-Anness IX tal-imsemmija regolamenti, li allegatament twettaq mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni billi fid-deċiżjoni tagħha ma ffissatx l-ammont li kellha l-intenzjoni li żżomm mir-remunerazzjoni tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-motivi nfushom ta’ dan it-tnaqqis mir-remunerazzjoni, ksur li jifforma l-bażi ta’ inugwaljanza fit-trattament għad-detriment tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura u ta’ poter, fuq abbuż u fuq eċċess ta’ poter, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata allegatament tikkostitwixxi sanzjoni dixxiplinari moħbija.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ terminu raġonevoli, ta’ bona fides u ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn il-fatti allegati mill-konvenuta fil-konfront tar-rikorrent allegatament imorru lura għas-snin 2001 u 2003, jiġifieri għal 14 u 12-il sena qabel id-deċiżjoni kkontestata.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/21


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2016 – Amira et vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-736/16)

(2016/C 475/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Amira (Ateni, il-Greċja) u 15-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: S. Pappas u I. Ioannidis, avukati)

Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tordna lill-Unjoni Ewropea u/jew lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) jikkumpensaw l-ammonti deskritti fir-rikors li jikkorrispondu għall-ħsara li r-rikorrenti sofrew minħabba l-parteċipazzjoni illegali tagħhom fir-ristrutturar tad-dejn pubbliku Grieg, minħabba l-attivazzjoni retroattiva tal-Klawżoli ta’ Azzjoni Kollettiva;

alternattivament, tordna lill-Unjoni u/jew lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jikkumpensaw lir-rikorrenti għall-ammonti deskritti fir-rikors li jikkorrispondu għad-dannu soffert minħabba l-esklużjoni illegali tal-kredituri tas-settur pubbliku Grieg mir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg;

f’kull każ, tordna lill-BĊE jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni deskritti fir-rikors għal kull rikorrent b’riżultat tal-esklużjoni illegali tas-SEBĊ mir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg;

tordna lill-BĊE u/jew lill-Unjoni jbatu l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ ittieħdu ultra vires u bi ksur tal-Artikoli 120-126, 127 u 352(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-BĊE u tas-SEBĊ b’mod partikolari dwar l-esklużjoni tas-SEBĊ mir-ristrutturar jiksru l-Artikolu 123 TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ jiksru d-dritt tal-proprjetà tar-rikorrenti stabbilit mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ jiksru l-moviment liberu tal-kapital stabbilit mill-Artikolu 63 TFUE.

5.

Il-Ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ jiksru d-dritt għal trattament ugwali tar-rikorrenti stabbilit mill-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/21


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Stips vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-740/16)

(2016/C 475/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adolf Stips (Besozzo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-kumpens sħiħ tad-dannu subit mir-rikorrent minħabba d-dewmien osservat fl-organizzazzjoni tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid 2013;

fi kwalunkwe każ, tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq id-dannu subit minnu u li huwa esklużivament attribwibbli għan-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni fid-dmir tagħha ta’ amministrazzjoni tajba, stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Ir-rikorrent isostni, fl-ewwel lok, li l-lista ta’ membri tal-persunal ikklassifikati mill-ġdid ma ġietx adottata mill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli, jiġifieri qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Huwa jżid, fit-tieni lok, li d-dannu materjali li huwa allegatament ġarrab huwa reali u kwantifikabbli u, fit-tielet lok, li teżisti rabta kawżali bejn in-nuqqas amministrattiv tal-Kummissjoni u d-dannu subit.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/22


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Generis – Farmacêutica vs EUIPO – Corpak MedSystems (CORGRIP)

(Kawża T-744/16)

(2016/C 475/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Generis – Farmacêutica, SA (Amadora, il-Portugall) (rappreżentant: J. Paulo Sena Mioludo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Corpak MedSystems, Inc. (Buffalo Grove, Illinois, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “CORGRIP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 437 919

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2443/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-15 ta’ Ottubru 2015 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 002334129;

tilqa’ l-oppożizzjoni B 002334129;

tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 012437919 “CORGRIP” kollha kemm hi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/23


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – La Rocca vs EUIPO (Take your time Pay After)

(Kawża T-755/16)

(2016/C 475/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alessandro La Rocca (Anzio, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani, J. Graffer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Take your time Pay After” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 369 031

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 406/2016-1

Talbiet

tikkonstata l-ksur u l-applikazzjoni inkorretta tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u, għall-effetti;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, fil-Każ R 406/2016-1, mogħtija fl-4 ta’ Awwissu 2016 u nnotifikata fil-31 ta’ Awwissu 2016;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/24


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Nanogate vs EUIPO (metals)

(Kawża T-767/16)

(2016/C 475/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nanogate AG (Quierschied, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “metals” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 259 981

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2361/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/24


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – Dochirnie pidpryiemstvo “Kondyterska korporatsiia “Roshen” vs EUIPO – “Krasnyj Octyabr” (Rappreżentazzjoni ta’ gamblu)

(Kawża T-775/16)

(2016/C 475/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dochirnie pidpryiemstvo “Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentata minn: R. Žabolienė u I. Lukauskienė, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joint-Stock Company “Krasnyj Octyabr” (Moska, ir-Russja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 191 921 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11/08/2016 fil-Każ R 2419/2015-1

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2016 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/16) (1)

(2016/C 475/37)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016


19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2016 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-50/16) (1)

(2016/C 475/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.