|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2016/C 467/01 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għal Ewropa Inklużiva u Kompetittiva |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2016/C 467/02 |
||
|
2016/C 467/03 |
||
|
2016/C 467/04 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 467/05 |
||
|
2016/C 467/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 467/07 |
||
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2016/C 467/08 |
||
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2016/C 467/09 |
||
|
2016/C 467/10 |
||
|
2016/C 467/11 |
||
|
2016/C 467/12 |
||
|
2016/C 467/13 |
||
|
2016/C 467/14 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 467/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8204 — Barloworld South Africa/BayWa/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2016/C 467/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8325 — KKR/Hilding Anders) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Kunsill
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għal Ewropa Inklużiva u Kompetittiva
(2016/C 467/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
FILWAQT LI JAGĦRAF IL-KUNTEST ĠDID TA’ POLITIKA fejn:
|
— |
metodi ġodda ta’ ħidma, awtomatizzazzjoni u robotizzazzjoni qed jaffettwaw it-tip ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi meħtieġa f’dinja dejjem aktar kompetittiva, kumplessa u multikulturali, bosta setturi ekonomiċi għaddejjin minn bidla teknoloġika u strutturali rapida, u saru meħtieġa kompetenza diġitali u ħiliet trasversali biex jingħelbu d-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet u biex il-persuni jkunu jistgħu jwettqu impjiegi futuri u jadattaw għalihom u għal bidliet fis-soċjetà; |
|
— |
livelli baxxi ta’ ħiliet bażiċi, ħiliet trasversali u kompetenza diġitali jipperikolaw l-impjegabbiltà u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà; |
|
— |
fl-istess ħin, u f’livelli differenti, partijiet mill-Ewropa huma soġġetti għal fenomeni differenti, bħal perijodi twal ta’ tkabbir baxx ekonomiku u fir-rata tal-impjiegi li jolqtu b’mod partikolari liż-żgħażagħ, tixjiħ demografiku, kif ukoll il-flussi migratorji akbar, livelli baxxi ta’ innovazzjoni u riskji ġodda għas-sigurtà; |
|
1. |
JIEĦU NOTA tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (1); JILQA’ l-kontribut tagħha għall-isforzi konġunti fil-qasam tal-iżvilupp tal-ħiliet fl-Ewropa u biex jinġabru flimkien id-dinjiet tax-xogħol u tal-edukazzjoni; u JFAKKAR li l-proposti individwali taħt l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa ser jiġu eżaminati fil-korpi rispettivi tal-Kunsill; |
|
2. |
JAQBEL li l-kwistjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssottolinjati minħabba l-importanza assoluta tagħhom:
|
|
3. |
JAPPELLA lill-Kummissjoni biex tqis din ir-Riżoluzzjoni meta tippreżenta aktar riżultati tanġibbli fil-qafas tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa. |
(1) Dok. 10038/16.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/3 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti
(2016/C 467/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,
WAQT LI JFAKKRU fil-kuntest politiku ta’ din il-kwistjoni kif deskritt fl-Anness u b’mod partikolari fid-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (1) u
WAQT LI JIRRIKONOXXU li:
|
— |
L-Unjoni Ewropea hija spazju komuni għall-bini ta’ żona prospera u paċifika ta’ koeżistenza u rispett għad-diversità abbażi tal-valuri u l-prinċipji komuni rikonoxxuti mill-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; |
|
— |
L-isfidi għall-Ewropa li ġejjin mill-atti reċenti ta’ terroriżmu jenfasizzaw l-urġenza tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti (2). Ħafna suspettati terroristi kienu ċittadini radikalizzati tal-Unjoni Ewropea spiss imminati minn influwenzi ideoloġiċi b’motivazzjoni esterna u li jużaw mezzi teknoloġiċi b’saħħithom u akuti għar-reklutaġġ u l-inċitament flimkien ma’ metodi wiċċ imb’wiċċ; |
|
— |
Il-kondizzjonijiet umani u soċjali li jipprovdu kuntest li jiffavorixxi r-radikalizzazzjoni, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, huma kumplessi u multidimensjonali u jistgħu jinkludu: sens profond ta’ aljenazzjoni personali u/jew kulturali, problemi reali u/jew perċepiti, ksenofobija u diskriminazzjoni, opportunitajiet limitati ta’ edukazzjoni, taħriġ jew impjieg, marġinalizzazzjoni soċjali, degradazzjoni urbana u rurali, interessi ġeopolitiċi, twemmin ideoloġiku u reliġjuż imfixkel, rabtiet tal-familja mhux strutturati, trawmi personali jew kwistjonijiet marbutin mas-saħħa mentali; |
|
— |
L-isfidi għall-mitigazzjoni tal-vulnerabbiltajiet sottostanti tas-soċjetà għar-radikalizzazzjoni u biex jiġu identifikati u diżattivati l-elementi ideoloġiċi li jwasslu għall-estremiżmu vjolenti, jeħtieġu alleanza transistituzzjonali fost l-atturi f’oqsma ta’ politika differenti; |
|
— |
Huwa kruċjali li jiġu indirizzati t-tipi kollha ta’ radikalizzazzjoni li jwasslu għal estremiżmu vjolenti, irrispettivament mill-ideoloġija reliġjuża u/jew politika li ssostnihom; |
JIRRIKONOXXU l-ħtieġa imperattiva għal kooperazzjoni transsettorjali, kif ukoll għal appoġġ tal-UE għall-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, biex jiġi salvagwardjat il-mod tal-għajxien tagħna u jiġu provduti opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ (3);
JENFASIZZAW l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali involuti b’mod attiv fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, bħan-Nazzjonijiet Uniti (b’mod partikolari l-Unesco), il-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD u fora multilaterali oħra;
JILQGĦU l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni (4) dwar l-appoġġ għall-prevenzjoni mir-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti;
Ir-rwol ta’ prevenzjoni tal-edukazzjoni u l-ħidma fost iż-żgħażagħ
JAQBLU li l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-tagħlim formali, mhux formali u informali, jirrappreżentaw mezz b’saħħtu għall-promozzjoni ta’ valuri komuni (5), eż. permezz tal-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar iċ-ċittadinanza, programmi edukattivi li jikkonċentraw fuq it-tagħlimiet li nistgħu nieħdu mill-imgħoddi u ambjent ta’ tagħlim inklużiv, li jrawwem il-parteċipazzjoni, il-mobbiltà u l-inklużjoni soċjali, u b’hekk pedamenti aktar b’saħħithom għas-soċjetà u l-ħajja demokratika;
JAQBLU li l-ħidma fost iż-żgħażagħ, l-isport tal-massa u l-attivitajiet kulturali jistgħu wkoll ikunu effettivi biex wieħed jilħaq liż-żgħażagħ li jkunu f’riskju ta’ radikalizzazzjoni. Peress li l-ambjenti li ġejjin minnhom huma differenti, huwa essenzjali approċċ individwali;
JENFASIZZAW li huwa vitali li wieħed jindividwa imġiba allarmanti u jaġixxi għas-sinjali bikrija tar-radikalizzazzjoni, permezz ta’ komunikazzjoni fost l-atturi rilevanti kollha (6) u ħidma mill-qrib mal-ġenituri, il-pari u l-qraba;
JENFASIZZAW li filwaqt li l-ħiliet konjittivi jibqgħu essenzjali, il-kompetenzi soċjali, ċiviċi u interkulturali, il-ħiliet ta’ komunikazzjoni u ta’ riżoluzzjoni ta’ konflitti, l-empatija, ir-responsabbiltà, il-ħsieb kritiku u l-litteriżmu medjatiku (7) jeħtieġ li jiġu żviluppati bl-istess mod fil-proċess tat-tagħlim;
JAQBLU li l-għalliema, l-edukaturi (8) u persunal ieħor fil-qasam tat-tagħlim jeħtieġ li jkunu mħarrġa u mgħammra aħjar biex jindirizzaw id-diversità u l-ħtiġijiet ta’ dawk kollha li qed jitgħallmu u li jgħaddu l-valuri komuni permezz ta’ narrattivi pożittivi, esperjenzi tal-ħajja u perspettivi paċifiċi tad-dinja;
IQISU li l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni għandha tiġi appoġġata permezz ta’azzjonijiet iffinanzjati b’mod partikolari minn Erasmus+, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, Orizzont 2020, Ewropa Kreattiva, Ewropa għaċ-Ċittadini, il-Programm dwar id-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza u l-Fond għas-Sigurtà Interna;
Id-dimensjoni tas-sigurtà fl-indirizzar tar-radikalizzazzjoni
|
— |
JINNOTAW li r-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti toħloq sfidi sinifikanti li jevolvu għas-sigurtà taċ-ċittadini tagħna li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod komprensiv, primarjament mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-livell lokali, iżda wkoll b’appoġġ koordinat fil-livell tal-UE f’konformità mat-Trattati; |
|
— |
JINNOTAW li l-attakki terroristiċi u l-attentati ta’ attakki fl-Ewropa juru li t-theddida terroristika globali saret aktar deċentralizzata, aktar kumplessa, u li ħafna drabi aktar diffiċli biex tiġi individwata, parzjalment minħabba proċess ta’ radikalizzazzjoni dejjem aktar mgħaġġel; |
|
— |
JIEĦDU KONT TAL-FATT li n-numru ta’ dawk li jirritornaw lura pajjiżhom, inkluż, b’mod partikolari, il-ġellieda terroristi barranin li jerġgħu lura f’pajjiżhom, il-familji tagħhom u persuni minorenni, jista’ jiżdied; |
|
— |
JIRRIKONOXXU li rispons b’saħħtu għat-theddid transnazzjonali tar-radikalizzazzjoni minbarra l-użu ta’ miżuri preventivi interni tal-UE, jeħtieġ l-implimentazzjoni rapida ta’ sforzi esterni tal-UE biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha, filwaqt li wieħed jiffoka b’mod partikolari fuq il-kooperazzjoni mar-reġjun tal-Balkani tal-Punent, it-Turkija u l-Afrika ta’ Fuq u fuq appoġġ mingħandhom; |
Il-ġlieda kontra l-propaganda terroristika u d-diskors ta’ mibegħda online
|
— |
JINNOTAW il-ħtieġa li jiġu involuti u jkun hemm kooperazzjoni mal-fornituri ta’ servizzi fil-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali online (9), b’rispett sħiħ għal-libertà ta’ espressjoni, fid-dawl tar-rwol tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali bħala mezz ewlieni għall-immirar, is-solleċitazzjoni u l-attivazzjoni ta’ persuni potenzjalment radikali biex iwettqu reati vjolenti, u JENFASIZZAW l-importanza ta’ approċċ li jinvolvi lil diversi partijiet ikkonċernati (10); |
|
— |
JENFASIZZAW ir-rwol tal-Forum tal-UE dwar l-Internet fl-iżvilupp ta’ mezzi li jnaqqsu l-aċċessibbiltà ta’ kontenut terroristiku online u sabiex tingħata l-possibbiltà lis-sħab tas-soċjetà ċivili biex iwasslu narrattivi alternattivi online; |
|
— |
JIRRIKONOXXU l-ħidma siewja li saret mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) u ċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tiegħu u l-Grupp Konsultattiv għall-Komunikazzjoni Strateġika dwar is-Sirja (SSCAT) u JENFASIZZAW l-importanza ta’ konnessjoni adatta bejn l-atturi nazzjonali u dawk lokali; |
|
— |
IQISU li l-inizjattivi online u offline li jippreżentaw narrattivi alternattivi, pożittivi u moderati jistgħu jkunu kruċjali fil-promozzjoni ta’ rispett reċiproku u fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni; JINNOTAW il-ħtieġa għal aktar evalwazzjoni u analiżi tal-impatt tal-kontronarrattivi; |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX
|
— |
jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ, il-komunitajiet lokali, l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali, il-ġenituri, il-qraba, dawk li jaħdmu fost iż-żgħażagħ, il-voluntiera u s-soċjetà ċivili biex jissaħħu l-inklużjoni u s-sens ta’ appartenenza u identità pożittiva; |
|
— |
japprofondixxu l-kompetenzi tal-għalliema, l-edukaturi u persunal ieħor fil-qasam tat-tagħlim biex dawn ikunu jistgħu jagħrfu s-sinjali bikrija ta’ mġiba radikalizzata u jkun jista’ jkollhom “taħditiet diffiċli” (11), li jiftħu djalogu ma’ studenti u żgħażagħ oħrajn dwar suġġetti sensittivi relatati ma’ sentimenti, prinċipji u twemmin personali; |
|
— |
fejn meħtieġ, jużaw l-għodod u l-materjal eżistenti jew jiżviluppaw għodod u materjal ġodda għall-għalliema, l-edukaturi u persunal ieħor fil-qasam tat-tagħlim, inkluż netwerks fejn huma jkunu jistgħu jikkondividu pariri u gwida dwar kif għandhom jiġu ttrattati każijiet diffiċli, kif ukoll hotlines li jipprovdu għajnuna liż-żgħażagħ; |
|
— |
jippromwovu edukazzjoni globali u dwar iċ-ċittadinanza, kif ukoll volontarjat, biex jissaħħu l-kompetenzi soċjali, ċiviċi u interkulturali; |
|
— |
jinkoraġġixxu l-edukazzjoni inklużiva (12) għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha, filwaqt li jiġġieldu r-razziżmu, il-ksenofobija, il-bullying u d-diskriminazzjoni tkun xi tkun ir-raġuni; |
|
— |
jindirizzaw, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u l-aġenziji tal-UE kkonċernati, l-użu tal-Internet għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u r-reklutaġġ, b’mod partikolari billi jiżviluppaw kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi, kooperazzjoni b’rabta mal-komunikazzjoni strateġika u, fejn xieraq, mal-unitajiet ta’ indikazzjoni ta’ kontenut fuq l-Internet (IRU), b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u f’konformità mal-obbligi skont id-dritt internazzjonali; |
|
— |
jappoġġaw il-ħidma tal-Forum tal-UE dwar l-Internet u l-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (ECTC) tal-Europol, b’mod partikolari l-ħidma mwettqa l-EU IRU; |
|
— |
jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġi promoss ir-rispett reċiproku u biex ir-reati ta’ mibegħda, id-diskors ta’ mibegħda u l-propaganda terroristika jiġu miġġielda permezz ta’ alternattivi pożittivi għan-narrattivi u l-ideoloġiji ta’ estremiżmu vjolenti kif ukoll permezz ta’ kontronarrattivi għall-ideoloġiji ta’ estremiżmu vjolenti; |
|
— |
jużaw in-netwerks mifruxa madwar l-UE kollha biex ikomplu bl-iskambju tal-“aħjar prattiki” b’rabta mal-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, bħaċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tar-RAN; |
|
— |
bit-transizzjoni minn SSCAT (Grupp Konsultattiv għall-Komunikazzjoni Strateġika dwar is-Sirja) għan-Netwerk Ewropew ta’ Komunikazzjoni Strateġika (ESCN), ikomplu jagħmlu użu mis-servizzi ta’ konsulenza u kondiviżjoni ta’ informazzjoni tal-ESCN biex jifhmu u jipprovdu rispons aħjar għar-radikalizzazzjoni u l-polarizzazzjoni f’komunitajiet Ewropej, pereżempju permezz tal-inkorporazzjoni ta’ persunal fl-ESCN fi Brussell; |
|
— |
ikomplu jiżviluppaw programmi ta’ deradikalizzazzjoni, diżimpenn u riabilitazzjoni għall-persuni li jerġgħu lura f’pajjiżhom, inkluż b’mod partikolari l-ġellieda terroristi barranin li jerġgħu lura f’pajjiżhom, il-familji tagħhom u persuni minorenni; |
JISTIEDNU lill-Kummissjoni biex
|
— |
f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tkompli bil-ħidma fuq sett ta’ miżuri speċifiċi (13) bbażati fuq l-aħjar prattiki għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ biex iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jiżviluppaw ir-reżiljenza demokratika, il-litteriżmu medjatiku, it-tolleranza, il-ħsieb kritiku u l-ħiliet marbutin mar-riżoluzzjoni tal-konflitti tagħhom; |
|
— |
tippromwovi u tappoġġa t-tagħlim bejn il-pari u r-riċerka għall-għalliema, l-edukaturi, persunal ieħor fil-qasam tat-tagħlim, l-esperti, dawk li jfasslu l-politika u r-riċerkaturi, bil-għan li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u jinkiseb fehim aħjar tal-kwistjoni tar-radikalizzazzjoni, inkluż billi jiġi żviluppat qafas ta’ politika u kompendju online tal-prattiki tajba (14); |
|
— |
fid-dawl tal-isfida urġenti u multidimensjonali ħafna tal-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u l-ġlieda kontriha, torganizza konferenza għal diversi partijiet ikkonċernati (15) li tlaqqa’ setturi differenti u partijiet ikkonċernati rilevanti (eż. mill-qasam tal-ġustizzja, l-affarijiet interni, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-isport, il-kultura u l-affarijiet soċjali), u ż-żgħażagħ; |
|
— |
tippromwovi fehim u rispett reċiproċi fost l-istudenti u żgħażagħ oħra mill-UE u pajjiżi terzi permezz ta’ skambji diretti u virtwali, bħall-estensjoni tan-netwerk eTwinning Plus għal ċerti pajjiżi magħżula tal-viċinat tal-UE u l-iskambji virtwali taż-żgħażagħ taħt Erasmus+; |
|
— |
tinkoraġġixxi kuntatti diretti fost żgħażagħ li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati u bnedmin eżemplari, bħal artisti, personaġġi sportivi jew imprendituri u kwalunkwe suċċess rilevanti għaż-żgħażagħ biex dawn jiġu ispirati mill-esperjenzi fil-ħajja reali (16). Bħala għajnuna biex jinħolqu alternattivi pożittivi kredibbli għan-narrattivi ta’ estremiżmu vjolenti, il-persuni li ġew radikalizzati fil-passat jistgħu jitkellmu dwar l-esperjenzi personali tagħhom; |
|
— |
issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi, filwaqt li tilqa’ l-involviment qawwi tal-industrija diġitali u s-soċjetà ċivili u l-iżvilupp ta’ inizjattivi biex tkompli ssaħħaħ it-tneħħija effettiva tal-kontenut terroristiku (b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ Pjattaforma Konġunta ta’ Senjalazzjoni) kif ukoll it-tixrid ta’ narrattivi alternattivi, b’mod partikolari permezz tal-Programm ta’ Responsabbilizzazzjoni tas-Soċjetà Ċivili li tħabbar; |
|
— |
tikkonsolida l-ħidma tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali fil-promozzjoni tar-rispett reċiproku, in-nondiskriminazzjoni, il-libertajiet fundamentali u s-solidarjetà fl-UE kollha; |
|
— |
tikkunsidra dawn il-konklużjonijiet meta tkun qed tħejji jew timplimenta l-azzjonijiet proposti. |
(1) Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, Pariġi, 17 ta’ Marzu 2015.
(2) Filwaqt li hu rikonoxxut li mhux kull radikalizzazzjoni neċessarjament twassal għal estremiżmu vjolenti, bil-għan li d-dokument jinżamm fil-qosor, minn hawn ‘il quddiem ser issir referenza għar-radikalizzazzjoni.
(3) Id-Dikjarazzjoni ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru 2016.
(4) 10466/16
(5) It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Artikolu 2.
(6) Dok. 9640/16 - Bħal pereżempju l-għalliema, il-persunal edukattiv fl-universitajiet, ħaddiema soċjali, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, fornituri ta’ servizzi għall-kura tas-saħħa, voluntiera, ġirien, coaches tal-isport, mexxejja reliġjużi u informali, uffiċjali tal-pulizija lokali.
(7) 9641/16
(8) Għall-finijiet ta’ dan it-test it-terminu “edukatur” jirreferi għal persuni li jipprovdu tagħlim formali, non-formali u/jew informali.
(9) Kodiċi ta’ Kondotta kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali online tal-31 ta’ Mejju 2016 (il-Kummissjoni flimkien ma’ Facebook, Twitter, YouTube u Microsoft).
(10) F’dan il-kuntest tiġi nnotata l-proposta tal-Kummissjoni (dok. 9479/16) li testendi ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, b’mod partikolari l-projbizzjoni ta’ inċitament għal vjolenza u mibegħda, għall-pjattaformi tal-iskambjar ta’ filmati.
(11) RAN Manifesto for Education - Empowering Educators and Schools [mhux disponibbli bil-Malti]
(12) Kif imsemmi fir-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (2015/C-417/04)
(13) Ħidma li għaddejja bħalissa tal-grupp ta’ esperti dwar il-ħidma maż-żgħażagħ għal ċittadinanza attiva, il-prevenzjoni tal-marġinalizzazzjoni u r-radikalizzazzjoni vjolenti, kif tinsab fil-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ 2016–2018 (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 1).
(14) Skont il-mandat tal-Grupp ta’ Ħidma ET2020 dwar il-Promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni.
(15) Bħall-Konferenza ta’ Livell Għoli tar-RAN dwar ir-Radikalizzazzjoni li ssir fuq bażi regolari.
(16) In-netwerk ser jiġi amministrat lokalment mill-Aġenziji Nazzjonali Erasmus+, li ser jippermetti wkoll l-adattament għaċ-ċirkostanzi lokali.
ANNESS
Fl-adozzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill IFAKKAR, b’mod partikolari, f’dan li ġej:
|
— |
L-Istrateġija tal-UE għal Kontra t-Terroriżmu (14469/4/05) |
|
— |
L-Istrateġija Riveduta tal-UE għall-Ġlieda kontra r-Radikalizzazzjoni u r-Reklutaġġ għat-Terroriżmu (9956/14) |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tad-9 ta’ Frar 2015 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (6026/15) |
|
— |
Il-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Frar 2015 fejn il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern appellaw għal approċċ komprensiv, li jinkludi inizzjattivi rigward l-integrazzjoni soċjali, fost l-oħrajn, li huma ta’ importanza kbira għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti. |
|
— |
Id-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni li ġiet adottata fil-Laqgħa informali tal-Ministri għall-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Pariġi fis-17 ta’ Marzu 2015. |
|
— |
L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (8293/15) |
|
— |
L-Abbozz ta’ Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna Mġedda għall-Unjoni Ewropea 2015-2020 (9798/15) |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-titjib tar-reazzjoni tal-ġustizzja kriminali għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti (14419/15) |
|
— |
Ir-Rapport Konġunt ET2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ Novembru 2015 (14440/1/15 REV 1) |
|
— |
In-Nota mill-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu lill-Kunsill dwar is-“Sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-Membri tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Frar 2015, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tal-20 ta’ Novembru 2015, u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2015” (6785/16) |
|
— |
Id-Dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri tal-UE għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-attakki terroristiċi fi Brussell tat-22 ta’ Marzu 2016, li tagħmel appell għal 10 miżuri fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż li jitkompla l-iżvilupp ta’ miżuri preventivi (7371/16) |
|
— |
Il-Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-preparazzjoni għal Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina (8128/16) |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2016 dwar ir-rwol tas-settur taż-żgħażagħ f’approċċ integrat u transsettorjali biex tiġi evitata u miġġielda r-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ (9640/16) |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2016 dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (9641/16) |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-2015 (b’mod partikolari l-parti li tikkonċerna n-nondiskriminazzjoni, l-inċitament għall-mibegħda, ir-razziżmu u l-ksenofobija) (10005/16) |
|
— |
Id-Dikjarazzjoni ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru 2016 |
|
— |
L-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna Mġedda tal-Unjoni Ewropea u d-Dokument dwar l-Implimentazzjoni tal-Ġlieda kontra t-Terroriżmu: it-tieni nofs tal-2016 (11001/1/16 REV 1) |
|
— |
L-ewwel rapport ta’ progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina tat-12 ta’ Ottubru 2016 (COM(2016) 670 final) |
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/8 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-promozzjoni ta’ approċċi ġodda fil-ħidma fost iż-żgħażagħ biex jiġi skopert u żviluppat il-potenzjal taż-żgħażagħ
(2016/C 467/03)
IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
WAQT LI JFAKKRU,
|
1. |
L-isfond politiku għal din il-kwistjoni kif jinsab fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet. |
JIRRIKONOXXU LI:
|
2. |
In-nisa u l-irġiel żgħażagħ għandhom potenzjal u talent ġo fihom li jista’ jkun kemm ta’ benefiċċju għalihom kif ukoll għas-soċjetà kollha. Il-potenzjal tan-nisa u l-irġiel żgħażagħ jista’ jitqies f’termini ta’ kompetenzi (għarfien, ħiliet, attitudnijiet), li jibnu fuq il-kreattività u d-diversità tagħhom. |
|
3. |
Iż-żgħażagħ qed jistinkaw biex jiżviluppaw il-potenzjal, it-talenti u l-kreattività tagħhom b’rabta maċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp personali u l-impjegabbiltà. Filwaqt li l-iżvilupp tat-talenti jfisser it-trasformazzjoni ta’ kapaċitajiet straordinarji f’eċċellenza, l-iżvilupp tal-mezzi potenzjali jfisser l-iżvilupp ta’ kwalitajiet jew kompetenzi moħbija li jistgħu jsarrfu f’suċċess jew ikunu utli fil-ġejjieni, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni individwali ta’ mara żagħżugħa jew raġel żagħżugħ. |
|
4. |
Sabiex jiġu skoperti u żviluppati l-potenzjal u t-talenti taż-żgħażagħ kollha, jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw u jippromwovu l-implimentazzjoni ta’ politika transettorjali effettiva li tista’ tħeġġeġ u tappoġġa liż-żgħażagħ u tgħinhom jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawk f’sitwazzjonijiet diffiċli tal-ħajja. |
|
5. |
Il-ħidma fost iż-żgħażagħ qed tintuża biex jintlaħqu ż-żgħażagħ inklużi dawk li huma emarġinati jew li jinsabu f’riskju li jiġu emarġinati. Madankollu, hekk kif l-istili ta’ ħajja u l-imġiba taż-żgħażagħ jinbidlu fil-kuntest ta’ żviluppi soċjali u teknoloġiċi ġodda, huwa essenzjali li jkomplu jiġu żviluppati metodi u approċċi ġodda fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. Sabiex wieħed jifhem u joħloq rabta maż-żgħażagħ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ għandha ttejjeb ukoll l-involviment tagħha fid-dinja diġitali. |
JISSOTTOLINJAW LI:
|
6. |
Il-ħidma fost iż-żgħażagħ issir f’diversi forom u ambjenti, u twieġeb għad-diversi ħtiġijiet, ħolm, aspirazzjonijiet u kundizzjonijiet tal-għajxien taż-żgħażagħ. Il-kapaċità ta’ involviment u ta’ reazzjoni għall-bidliet emerġenti twassal għal bidla kwalitattiva fil-ħajjiet taż-żgħażagħ u fis-soċjetà. |
|
7. |
Il-proċessi tat-tagħlim fil-ħidma fost iż-żgħażagħ jgħinu liż-żgħażagħ jiżviluppaw il-kompetenzi tagħhom b’mod olistiku, inkluż l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ ħafna drabi tintuża biex tgħin liż-żgħażagħ jiffaċċjaw sfidi varji tal-ħajja, kemm matul it-tranżizzjonijiet mill-edukazzjoni għax-xogħol, perijodi ta’ qgħad, diversi theddidiet emerġenti inkluż ir-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti jew waqt li jkunu qed ifittxu li jiffurmaw identità pożittiva u sens ta’ appartenenza. |
|
8. |
L-ambjent tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għandu jkun stimulanti, kapaċi jadatta, attraenti u reattiv għal xejriet ġodda fil-ħajja taż-żgħażagħ biex b’hekk jgħinhom jiskopru u jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom, li spiss jaf ikun moħbi u ma jkunx evidenti fil-kuntest tal-edukazzjoni formali jew f’setturi oħra. Dan l-ambjent għandu jkun post fejn jesperimentaw u jippruvaw affarijiet ġodda, fejn il-falliment ikun aċċettat u meqjus bħala parti mill-proċessi tat-tagħlim u tal-integrazzjoni soċjali. |
|
9. |
L-attivitajiet żviluppati fil-ħidma fost iż-żgħażagħ urew li huma effettivi fl-iżvilupp pożittiv tal-personalitajiet taż-żgħażagħ u jeħtieġ li dawn jibqgħu jkunu appoġġati u msaħħa. L-inkoraġġiment tal-innovazzjoni fil-ħidma fost iż-żgħażagħ għandu jitqies bħala parti mir-reazzjoni għall-bidla kostanti, li għandu l-għan li jiġbed l-interess taż-żgħażagħ kollha inkluż dawk li għadhom mhux qed jieħdu sehem attiv f’attivitajiet ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ. L-innovazzjonijiet għandhom ikunu parti mill-iżvilupp kontinwu ta’ kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, u li jirreaġixxu għall-ħtiġijiet, l-interessi u l-esperjenzi taż-żgħażagħ kif perċepiti miż-żgħażagħ stess (1), |
|
10. |
Sabiex ikunu attraenti għaż-żgħażagħ u jiġi żgurat impatt akbar fuq ħajjithom, fl-iżvilupp ulterjuri tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ min jaħdem fost iż-żgħażagħ għandha ssir riflessjoni dwar, u għandhom jitqiesu, l-ambjenti ġodda fejn iż-żgħażagħ iqattgħu l-ħin tagħhom, bħal infrastruttura moderna tal-ibliet u l-ispazju virtwali, kif ukoll approċċi ġodda li jagħmlu użu minn għodod innovattivi online kif ukoll offline (bħal ludifikazzjoni (2), attivitajiet ibbażati fuq il-GPS (3), badges tat-tagħlim (4) u l-ħsieb proġettwali (5)). |
|
11. |
Iż-żgħażagħ stess għandhom jaqdu rwol kruċjali fit-tfassil, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proċess ta’ innovazzjoni tal-ħidma fost iż-żgħażagħ biex l-innovazzjoni tirnexxi. |
|
12. |
Il-kapaċitajiet ta’ dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ (bħala voluntiera jew impjegati) jistgħu jissaħħu permezz ta’ edukazzjoni, taħriġ u opportunitajiet ta’ netwerking, gwida, kif ukoll appoġġ finanzjarju, sabiex ifittxu u jimplimentaw approċċi ġodda u innovattivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ bl-għan li jintlaħqu aktar żgħażagħ, speċjalment dawk li diffiċli jintlaħqu, u li jinkiseb impatt akbar fuq ħajjithom. |
|
13. |
Il-ħolqien ta’ politika dwar iż-żgħażagħ ibbażata fuq l-evidenza jeħtieġ aġġornamenti regolari, b’data aġġornata u rilevanti miġbura fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u dak Ewropew. L-informazzjoni dwar l-istili ta’ ħajja u t-tendenzi attwali (6) taż-żgħażagħ għandhom ikunu inklużi wkoll. |
|
14. |
Lil hinn mill-iżvilupp tas-settur tal-ħidma fost iż-żgħażagħ innifsu, il-kooperazzjoni transsettorjali hija essenzjali għall-iżvilupp ta’ approċċi ġodda fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. Fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda fil-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ, il-kooperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw diversi setturi, teħtieġ li tkun iffaċilitata u promossa, sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni effettiva ta’ opportunitajiet ta’ kooperazzjoni (7) u li jingħata kontribut għall-kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ jinqdew aħjar. |
B’KONT MEĦUD TAL-PRINĊIPJU TA’ SUSSIDJARJETÀ, JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
|
15. |
Jippromwovu, jappoġġaw u jevalwaw l-użu, id-disinn, l-iżvilupp, l-ittestjar u t-tixrid ta’ għodod u approċċi ġodda li għandhom jintużaw fil-ħidma fost iż-żgħażagħ permezz ta’ kooperazzjoni transsettorjali, sabiex dawn iwieġbu b’mod adegwat għall-ħtiġijiet attwali u l-isfidi futuri, l-interessi u l-aspettattivi taż-żgħażagħ u s-soċjetà. Sabiex tkun żgurata l-kwalità, iż-żgħażagħ, ir-riċerkaturi fil-qasam taż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem attiv fl-istadji kollha tal-proċess. |
|
16. |
Isaħħu l-kapaċitajiet ta’ dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ (volontarja jew impjegati) għall-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-potenzjal u t-talenti taż-żgħażagħ billi jipprovdu opportunitajiet edukattivi u ta’ taħriġ li jiffokaw b’mod partikolari fuq:
|
|
17. |
Iħeġġu, fejn rilevanti, l-appoġġ sostenibbli, inkluż appoġġ finanzjarju, ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ, b’mod partikolari fuq proġetti kollettivi u skont il-prinċipji (8) tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, sabiex jibnu l-kapaċitajiet tagħhom għall-innovazzjoni. |
|
18. |
Jaħdmu mill-qrib mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kunsilli taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, iż-żgħażagħ u atturi oħra fil-qasam taż-żgħażagħ sabiex il-messaġġi inklużi f’dawn il-konklużjonijiet ikunu ġeneralment inkorporati fil-prattika fil-livell reġjonali u lokali. |
|
19. |
Jippromwovu u jappoġġaw spazji u opportunitajiet fi sħubija mal-awtoritajiet lokali, fejn xieraq, sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiltaqgħu wiċċ imb’wiċċ u jiżviluppaw inizjattivi komuni. |
|
20. |
Jikkunsidraw il-ħolqien ta’ spazji u opportunitajiet flessibbli għall-esperimentazzjoni, fażijiet ta’ prova, fejn persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jitgħallmu jirreaġixxu għall-kundizzjonijiet u l-istili ta’ ħajja li jinbidlu b’rata mgħaġġla, u jitgħallmu kif għandhom jittrattaw il-kumplessità. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX, FIL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U B’RISPETT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJU TA’ SUSSIDJARJETÀ:
|
21. |
Jikkunsidraw il-ġbir u l-analiżi regolari ta’ informazzjoni dwar ix-xejriet tal-ħajja taż-żgħażagħ u jappoġġaw it-tixrid tas-sejbiet lill-partijiet ikkonċernati, inkluż lil dawk li jfasslu l-politika fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, voluntiera li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-mexxejja taż-żgħażagħ u l-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ. |
|
22. |
Ifittxu approċċi innovattivi implimentati fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, inkluż oqsma rilevanti oħra, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-isports u l-kultura, is-servizzi soċjali, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, eċċ. u joħolqu opportunitajiet biex jadattaw l-approċċi innovattivi użati f’oqsma ta’ politika oħrajn għall-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, kif ukoll biex jiskambjaw eżempji ta’ prattika tajba. |
|
23. |
Fejn hu xieraq, jidentifikaw il-kompetenzi l-ġodda li jeħtieġu l-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u jiżviluppaw moduli tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jiffaċilitaw il-kisba ta’ kompetenzi ġodda, inkluż kompetenzi diġitali għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ. |
|
24. |
Permezz tal-ħolqien, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki taż-żgħażagħ, l-istrateġiji għaż-żgħażagħ u l-inizjattivi taż-żgħażagħ fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, jidentifikaw approċċi ġodda fil-ħidma fost iż-żgħażagħ li jgħinu biex jiġu skoperti u żviluppati l-potenzjal u t-talent taż-żgħażagħ kollha. |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:
|
25. |
Tagħmel analiżi regolari u ddaħħal taqsima fir-Rapport dwar iż-Żgħażagħ li tipprovdi informazzjoni aġġornata u preċiża dwar l-aħħar xejriet u stili ta’ ħajja taż-żgħażagħ. |
|
26. |
Tappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ix-xejriet u l-istili ta’ ħajja taż-żgħażagħ, kif ukoll eżempji ta’ prattika tajba u approċċi innovattivi implimentati fil-ħidma maż-żgħażagħ fil-livell tal-Istati Membri tal-UE, kif ukoll barra l-UE. Torganizza laqgħat ta’ esperti, konferenzi u attivitajiet oħra ta’ tagħlim reċiproku u tikkunsidra l-użu ta’ pjattaformi bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ sabiex tippromwovi metodi innovattivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. |
|
27. |
Tagħmel l-aħjar użu mill-programmi eżistenti tal-UE bħal Erasmus+ biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ approċċi innovattivi fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. |
(1) Ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ – qafas komuni għall-iżviluppi futuri tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. Rapport mill-Grupp ta’ Esperti dwar Sistemi ta’ Kwalità għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ fl-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea, 2015. [Mhux disponibbli bil-Malti]
(2) Ludifikazzjoni tfisser l-applikazzjoni tal-mekkanika tal-logħob f’attivitajiet lil hinn mill-qasam tal-logħob biex titbiddel l-imġiba tal-persuni. Hemm eżempji ta’ applikazzjonijiet li jikkalkulaw kemm il-pass persuna tagħmel kuljum, jippremjawha u jippermettulha tqabbel ma’ persuni oħrajn. Diversi elementi tad-dinamiki u l-mekkaniżmi tal-logħob jistgħu jiġu implimentati u applikati wkoll fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. (Ludifikazzjoni 101: An Introduction to the Use of Game Dynamics to Influence Behaviour, Bunchball, 2010).
(3) Attivitajiet ibbażati fuq il-GPS jużaw apparat elettroniku b’ippożizzjonar tal-GPS (l-aktar l-ismartphones) għal attivitajiet differenti biex jappoġġaw il-moviment fiżiku, jorjentaw f’ambjent ġdid, iwettqu kompiti differenti jew jitgħallmu aktar dwar postijiet interessanti.
(4) Badges tat-tagħlim huma badges virtwali fl-ispazju online li jirratifikaw il-kisbiet tal-istudenti. Xi kumpaniji jappoġġaw din l-idea, inkluż Mozilla, li ħolqot pjattaforma online msejħa Open badges. Din tmur tajjeb ħafna ma’ inizjattivi dwar ir-rikonoxximent tat-tagħlim mhux formali fil-ħidma fost iż-żgħażagħ.
(5) Il-ħsieb proġettwali huwa approċċ ffukat fuq il-bniedem, kollaborattiv, ottimist u sperimentali. Dan jattira liż-żgħażagħ billi huma jsiru parti integrali mill-bidla, u fl-istess waqt ifasslu soluzzjoni ġdida wkoll. Dan jista’ jintuża biex (jerġgħu) jitfasslu diversi programmi, għodod u spazji għaż-żgħażagħ. (Design Thinking for Educators Toolkit, 2012).
(6) L-informazzjoni dwar l-istili ta’ ħajja, xejriet tal-ħajja taż-żgħażagħ tinkludi dettalji speċifiċi dwar iż-żgħażagħ minn perspettiva soċjoloġika, psikoloġika u pedagoġika. Tali informazzjoni għandha twieġeb mistoqsijiet bħal: X’inhuma l-interessi taż-żgħażagħ? X’inhuma l-biżgħat tagħhom? Kif jitgħallmu? Kif iqattgħuh il-ħin liberu tagħhom? Kif jinteraġixxu fuq netwerks soċjali? Kif jamministrawhom il-finanzi tagħhom?
(7) Sessjoni ta’ ħidma kreattiva bl-għan li tinħoloq applikazzjoni ġdida għall-apparati mobbli, li għaliha attendew persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, iż-żgħażagħ u l-ispeċjalisti tal-ICT tista’ sservi bħala eżempju f’dan ir-rigward.
(8) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.
ANNESS
Fl-adozzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ifakkar b’mod partikolari f’dan li ġej:
|
— |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Ewropa 2020’ (1) kif approvata mill-Kunsill Ewropew u l-inizjattivi ewlenin ‘Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi’ (2), ‘Unjoni tal-Innovazzjoni’ (3), u ‘Aġenda Diġitali għall-Ewropea’ (4). |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2016 dwar ir-rwol tas-settur taż-żgħażagħ f’approċċ integrat u transsettorjali biex tiġi evitata u miġġielda r-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ (5). |
|
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2015, dwar Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018 (6). |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2015 dwar it-tisħiħ tal-politika ta’ kooperazzjoni transettorjali biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi soċjoekonomiċi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ (7). |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2014 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ għat-trawwim tal-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ (8). |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali ta’ żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni, jew taħriġ (9). |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2013 dwar il-kontribut ta’ ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ għall-iżvilupp, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ (10). |
|
— |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (11). |
|
— |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2012 dwar it-tisħiħ tal-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ (12). |
|
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010, dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ (13). |
|
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010, dwar l-inklużjoni attiva taż-żgħażagħ: ġlieda kontra l-qgħad u l-faqar (14). |
|
— |
Studji u Dikjarazzjonijiet:
|
(1) 7110/10
(2) 17066/10
(3) 14035/10
(4) 9981/10/REV 1
(5) 9640/16
(6) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 1.
(7) ĠU C 172, 27.5.2015, p. 3.
(8) ĠU C 183, 14.6.2014, p. 18.
(10) ĠU C 168, 14.6.2013, p. 5.
(11) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(12) ĠU C 169, 15.6.2012, p. 1.
(13) ĠU C 327, 4.12.2010, p. 1.
(14) ĠU C 137, 27.5.2010, p. 1.
(15) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 17.
(16) http://pjp-eu.coe.int/documents/1017981/8529155/The+2nd+European+Youth+Work+Declaration_FINAL.pdf/cc602b1d-6efc-46d9-80ec-5ca57c35eb85
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/12 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-diplomazija bl-isport
(2016/C 467/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
|
1. |
FILWAQT LI JFAKKAR fl-isfond politiku għal din il-kwistjoni kif imniżżel fl-Anness. |
|
2. |
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI li l-isport huwa għodda possibbli biex jiġu appoġġati l-kooperazzjoni u l-fehim interkulturali, ekonomiku u politiku bejn in-nazzjonijiet u l-kulturi, u li l-potenzjal tiegħu jista’ jkun parti mill-estensjoni u t-tisħiħ tal-kuntatti bejn l-UE u l-pajjiżi terzi; |
|
3. |
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI LI:
|
|
4. |
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI li d-diplomazija bl-isport tista’ ssir b’kooperazzjoni mill-qrib mal-moviment tal-isport filwaqt li tiġi rrispettata l-awtonomija tiegħu. Hija tinkludi oqsma bħall-promozzjoni ta’ valuri sportivi pożittivi u tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni u r-relazzjonijiet politiċi, soċjali u ekonomiċi. |
|
5. |
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI l-valuri li jista’ jippromwovi l-isport bħall-kompetizzjoni ġusta, l-ugwaljanza, ir-rispett għad-diversità, l-integrità, id-dixxiplina, l-eċċellenza, il-ħbiberija, it-tolleranza u l-fehim reċiproku li jistgħu jlaqqgħu flimkien nies u pajjiżi differenti. Id-diplomazija bl-isport tuża l-universalità tal-isport bħala mezz biex tisboq id-differenzi lingwistiċi, soċjokulturali u reliġjużi u b’hekk għandha potenzjal b’saħħtu li tippromwovi d-djalogu multikulturali u tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-paċi. |
|
6. |
FILWAQT LI JENFASIZZA li persuni sportivi u avvenimenti sportivi jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iżvilupp tad-diplomazija bl-isport. Huma jistgħu jagħtu stampa pożittiva fost il-pubbliku u organizzazzjonijiet barranin u jsawru l-perċezzjoni sabiex ikun hemm appoġġ biex jintlaħqu għanijiet ta’ politika barranija b’firxa usa’. F’dan il-kuntest l-isport jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ u l-ikkomplementar tad-diplomazija nazzjonali u tal-UE. |
|
7. |
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA li l-isport jista’ jkun pjattaforma biex jinbnew relazzjonijiet bejn il-popli, pereżempju billi jiġu appoġġati programmi ta’ skambju għall-atleti, iż-żgħażagħ, il-kowċis u l-esperti, jew billi jiġu organizzati kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali kemm fil-livell professjonali kif ukoll f’dak għad-dilettanti. |
BIR-RISPETT DOVUT GĦALL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U B’KONT MEĦUD TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
8. |
Iqajmu kuxjenza fost l-Istati Membri u fil-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (inkluż id-Delegazzjonijiet tal-UE) dwar il-potenzjal tal-isport biex jikkontribwixxi għad-diplomazija pubblika; |
|
9. |
Jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-moviment tal-isport sabiex jintuża l-potenzjal tal-isport fil-politika barranija; |
|
10. |
Itejbu r-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet sportivi u l-organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali rilevanti kif ukoll partijiet ikkonċernati oħra permezz tad-djalogu strutturat tal-UE dwar l-isport fil-qafas tal-laqgħat tal-Kunsill u l-Forum tal-UE dwar l-Isport u strutturi oħra; |
|
11. |
Jużaw aħjar il-potenzjal tal-isport, inkluż permezz tal-edukazzjoni u l-involviment ta’ atleti magħrufa tajjeb bħala messaġġiera, biex jippromwovu valuri sportivi pożittivi u l-valuri Ewropej; |
|
12. |
Jippromwovu avvenimenti sportivi ewlenin bħala aspett importanti tad-diplomazija interkulturali, soċjali u ekonomika tal-UE f’każijiet fejn jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi ekonomiċi tal-UE tat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività; |
|
13. |
Jiżguraw li d-diplomazija bl-isport tibqa’ fuq l-aġenda politika tal-UE; |
|
14. |
Jeżaminaw il-possibbiltà li tintuża n-netwerk ta’ Ambaxxaturi għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport biex jippromwovu valuri pożittivi sportivi u valuri Ewropej bil-għan li jiżdiedu l-attrazzjoni, ir-rikonoxximent u l-viżibbiltà tal-UE f’pajjiżi terzi; |
|
15. |
Jappoġġaw u jipparteċipaw f’attivitajiet, bħal konferenzi, seminars, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari jew gruppi ad hoc informali, li jistgħu jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-approċċ strateġiku lejn id-diplomazija bl-isport fil-qafas tal-UE. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
16. |
Tiżgura li l-isport, u l-kontribut li jista’ jagħti biex jinkisbu l-ambizzjonijiet tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, jitqies fi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi, inkluż fil-qafas tal-ftehimiet dwar l-Adeżjoni, l-Assoċjazzjoni, il-Kooperazzjoni u l-Viċinat Ewropew; |
|
17. |
Tiġbor u xxerred evidenza empirika tal-effettività tal-isport bħala mezz għall-promozzjoni tal-valuri, id-djalogu interkulturali, l-iżvilupp u l-paċi; |
|
18. |
Torganizza konferenza ta’ livell għoli biex tiddiskuti l-possibbiltajiet tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-diplomazija bl-isport, inkluż fuq pjattaforma jew netwerk possibbli biex jitjieb l-għarfien fil-qasam tad-diplomazija bl-isport, b’mod partikolari permezz tal-ġbir u l-iskambju tal-aħjar prattiki marbutin mar-rwol tad-diplomazija bl-isport fis-soċjetà; u teżamina l-possibbiltà li titħejja gwida jew moduli edukattivi għall-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti involuti fi kwistjonijiet tad-diplomazija bl-isport; |
|
19. |
Teżamina l-possibbiltà li jiġu ffinanzjati attivitajiet relatati mal-isport minn programmi ta’ finanzjament tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE u tikkunsidra l-appoġġ għal proġetti relatati mad-diplomazija bl-isport bil-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE fil-qasam tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE kif ukoll permezz tal-programm Erasmus+; |
|
20. |
Tikkunsidra l-involviment ta’ pajjiżi terzi fil-Ġimgħa Ewropea tal-Isport. |
ANNESS
Permezz tal-adozzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ifakkar b’mod partikolari f’dan li ġej:
|
— |
l-Artikolu 165(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE): l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-edukazzjoni u l-isport, partikolarment il-Kunsill tal-Ewropa; |
|
— |
il-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport (2007) li tenfasizza li r-rwol tal-isport fis-soċjetà għandu wkoll il-potenzjal li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni (1); |
|
— |
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea tal-Isport”, li enfasizzat li l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi Ewropej, b’mod partikolari pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, u mal-Kunsill tal-Ewropa għandha tkun prijorità (2); |
|
— |
ir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar id-Diplomazija bl-Isport stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea (2016). |
(1) Dok. 11811/07 + ADD 1-4.
(2) Dok. 5597/11 + ADD 1-3.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/15 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-14 ta’ Diċembru 2016
(2016/C 467/05)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0644 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,39 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4359 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83963 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,7553 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0747 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,0223 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,023 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
314,89 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4402 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5153 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,7125 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4177 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3961 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2561 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4741 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5157 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 241,10 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,5508 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3499 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5405 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 143,75 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7303 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,918 |
|
RUB |
Rouble Russu |
65,1386 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,882 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,5242 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,5666 |
|
INR |
Rupi Indjan |
71,8245 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Diċembru 2016
dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
(2016/C 467/06)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (“l-SAA”) ġie ffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015 (1). |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013. |
|
(3) |
F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-2012 dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jinħtieġ li l-adeżjoni tal-Kroazja mal-SAA tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta’ Protokoll mal-SAA mill-Kunsill li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiż terz ikkonċernat. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Bożnija-Ħerzegovina sabiex tikkonkludi protokoll mal-SAA. |
|
(5) |
Dawn in-negozjati tlestew b’suċċess u l-Protokoll Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie inizjalat fit-18 ta’ Lulju 2016. |
|
(6) |
Il-Protokoll ikopri kwistjonijiet li jaqgħu taħt kompetenzi tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(7) |
Jinħtieġ li l-Protokoll jiġi konkluż mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fejn jidħlu kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(8) |
Fil-21 ta' Novembru 2016, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tapprova l-konklużjoni tal-Protokoll mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2). |
|
(9) |
L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal- Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea hi b'dan approvata.
It-test tal-Protokoll hu mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill fuq l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll (3).
Artikolu 2
Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir hu b’dan awtorizzat li jiffirma l-Protokoll, u jiddepożita n-notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2.
(2) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/18 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI EACEA/41/2016
taħt il-programm Erasmus+
Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma tal-politika — Inizjattivi għall-innovazzjoni tal-politika
Proġetti ta’ Kooperazzjoni Ewropej Li Jħarsu ’L Quddiem fl-oqsma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ
(2016/C 467/07)
1. Deskrizzjoni, Objettivi, u Prijoritajiet
Proġetti ta' Kooperazzjoni Progressivi (FLCPs) huma proġetti ta' kooperazzjoni transnazzjonali li għandhom l-għan li jidentifikaw, jittestjaw, jiżviluppaw jew jivvalutaw approċċi innovattivi tal-politika li għandhom il-potenzjal li jiġu integrati u jagħtu input għat-titjib fis-sistemi edukattivi u tat-taħriġ. Jenħtieġ li jipprovdu għarfien profond dwar il-grupp(i) fil-mira, sitwazzjonijiet tat-tagħlim jew tat-taħriġ u metodoloġiji u għodda effettivi li jgħinu fl-iżvilupp tal-politiki, kif ukoll konklużjonijiet rilevanti għal dawk li jfasslu l-politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha.
Għaldaqstant jenħtieġ li l-FLCPs jitmexxew u jiġu implimentati minn partijiet interessati ewlenin b'rekord ippruvat ta' eċċellenza u għarfien tal-ogħla livell, li għandhom il-kapaċità li jinnovaw jew jilħqu impatt sistemiku permezz tal-attivitajiet tagħhom u l-potenzjal li jixprunaw l-aġenda politika fl-oqsma edukattivi u tat-taħriġ.
Proposti taħt din is-sejħa jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-prijoritajiet ġodda għal kooperazzjoni Ewropea stabbiliti fir-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (1).
L-objettivi speċifiċi ta' din is-sejħa huma:
|
— |
li jagħtu bidu għal bidliet fit-tul u soluzzjonijiet innovattivi ttestjati fuq il-post għal sfidi fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ li għandhom il-potenzjal li jiġu integrati u li jiġġeneraw impatt sostenibbli u sistemiku fuq is-sistemi edukattivi u tat-taħriġ; |
|
— |
li jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-għarfien reċiproku fi kwistjonijiet progressivi fost il-partijiet interessati ewlenin; |
|
— |
li jiffaċilitaw il-ġbir u l-analiżi tal-evidenza biex jissostanzjaw politiki u prattiki innovatttivi. |
Il-proposti sottomessi taħt din is-sejħa għandhom jindirizzaw waħda mill-ħames prijoritajiet elenkati hawn taħt:
|
— |
L-akwiżizzjoni ta’ ħiliet bażiċi minn adulti b’ħiliet baxxi; |
|
— |
Il-promozzjoni ta’ approċċi bbażati fuq il-prestazzjoni f’ETV; |
|
— |
Il-promozzjoni ta’ teknoloġija innovattiva fil-qasam tal-għoti ta’ gwida għall-karriera; |
|
— |
Il-professjonalizzazzjoni tal-persunal (edukazzjoni fl-iskejjel, li tinkludi edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal); |
|
— |
L-ilħuq tal-miri tal-istrateġija tal-UE mġedda għal edukazzjoni għolja. |
Il-proposti li ma jindirizzaw l-ebda waħda mill-ħames prijoritajiet tas-sejħa mhumiex se jiġu kkunsidrati.
2. Applikanti eliġibbli
It-terminu “applikanti” jirreferi għall-organizzazzjoni u l-istituzzjonijiet kollha li jipparteċipaw f’applikazzjoni irrispettivament mir-rwol tagħhom fil-proġett.
L-applikanti eleġibbli huma organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ jew setturi oħra bħal tagħlim mhux formali, li jinkludi fost oħrajn, iż-żgħażagħ, setturi soċjoekonomiċi oħra, u/jew organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet transsettorjali.
L-applikanti meqjusin eliġibbli biex iwieġbu għal din is-sejħa huma:
|
— |
awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali/reġjonali/lokali responsabbli għal politika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ; |
|
— |
organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ (NGOs), privati jew pubbliċi; |
|
— |
ċentri tar-riċerka; |
|
— |
skejjel jew istituzzjonijiet edukattivi oħrajn; |
|
— |
istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja; |
|
— |
kmamar tal-kummerċ; |
|
— |
netwerks tal-partijiet ikkonċernati; |
|
— |
ċentri ta’ rikonoxximent; |
|
— |
korpi tal-valutazzjoni/garanzija tal-kwalità; |
|
— |
organizzazzjonijiet tal-kummerċ u impjegaturi; |
|
— |
trade unions u assoċjazzjonijiet tal-persunal; |
|
— |
servizzi ta’ gwida għall-karriera; |
|
— |
organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u kulturali; |
|
— |
kumpaniji; |
|
— |
organizzazzjonijiet internazzjonali. |
L-applikazzjonijiet mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-pajjiżi tal-programm li ġejjin biss huma eliġibbli:
|
— |
it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja; |
|
— |
il-pajjiżi kandidati tal-UE: l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija. |
Ir-rekwiżit minimu tal-kompożizzjoni tas-sħubija għal din is-sejħa huwa ta’ 3 organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw 3 pajjiżi tal-programm.
3. Attivitajiet Eliġibbli u d-Durata tal-Proġett
L-attivitajiet għandhom jibdew fl-1 ta’ Novembru 2017, l-1 ta’ Diċembru 2017 jew fl-1 ta’ Jannar 2018.
Id-durata tal-proġett għandha tkun ta' bejn 24 u 36 xahar. Madankollu, jekk wara l-iffirmar tal-ftehim u l-bidu tal-proġett, għal raġunijiet kompletament iġġustifikati li mhumiex fil-kontroll tagħhom, isir impossibbli għall-benefiċjarji li jtemmu l-proġett fi żmien il-perjodu skedat, tista' tingħata estensjoni għall-perjodu ta' eliġibbiltà. Tingħata estensjoni massima ta' 6 xhur oħra, jekk it-talba ssir qabel id-data ta’ skadenza speċifikata fil-ftehim ta’ għotja.
L-attivitajiet li sejrin jiġu ffinanzjati taħt din is-sejħa jistgħu jinkludu (lista mhux eżawrjenti):
|
— |
Analiżi, studji, eżerċizzji ta’ mmappjar; |
|
— |
Attivitajiet ta’ riċerka; |
|
— |
Attivitajiet ta’ taħriġ; |
|
— |
Abbozzar ta’ rapporti, konklużjonijiet ta’ proġetti, rakkomandazzjonijiet ta’ politika; |
|
— |
Sessjonijiet ta’ ħidma; |
|
— |
Konferenzi/seminars; |
|
— |
Testijiet u valutazzjonijiet ta’ approċċi innovattivi fil-livell bażiku; |
|
— |
Sensibilizzazzjoni u azzjonijiet ta’ tixrid; |
|
— |
Attivitajiet immirati lejn il-ħolqien u t-titjib ta’ netwerks, l-iskambju ta’ prattika tajba; |
|
— |
Żvilupp ta’ għodod tal-ICT (softwer, pjattaformi, applikazzjonijiet, eċċ.) jew riżorsi ta' tagħlim; |
|
— |
Żvilupp ta’ outputs intelletwali. |
4. Kriterji tal-Għoti
L-applikazzjonijiet eliġibbli se jiġu vvalutati abbażi l-esklużjoni, l-għażla u l-kriterji tal-għoti (2).
Il-kriterji tal-għoti huma li ġejjin:
|
1. |
Ir-rilevanza tal-proġett (30 %) |
|
2. |
Il-kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni (30 %) |
|
3. |
Il-kwalità tas-sħubija u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni (20 %) |
|
4. |
L-impatt fuq l-iżvilupp tal-politika u t-tixrid (20 %) |
Il-proposti li jkunu ssodisfaw il-limiti ta’ kwalità minimi biss:
|
— |
tal-inqas limitu ta’ 50 % għal kull kriterju (jiġifieri minimu ta’ 15-il punt għal “Rilevanza tal-proġett” u “Kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni” rispettivament; 10 punti għal “Kwalità tas-sħubija u arranġamenti ta’ kooperazzjoni” u “Impatt fuq l-iżvilupp tal-politika u t-tixrid” rispettivament; u |
|
— |
tal-inqas limitu ta' 70 % fuq il-punteġġ totali (jiġifieri punteġġ aggregat tal-4 kriterji tal-għoti) |
se jiġu kkunsidrati għall-finanzjament tal-UE. L-applikazzjonijiet li jinżlu taħt dawk il-limiti jiġu miċħuda.
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt is-sejħa preżenti huwa ta' EUR 8 000 000.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż il-75 % tal-kostijiet totali tal-proġetti eliġibbli.
L-għotja massima għal kull proġett hija ta’ EUR 500 000.
L-Aġenżija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli għal din is-sejħa.
6. Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Marzu 2017 — 12.00 nofsinhar CET.
L-applikanti huma mitluba jaqraw sew l-informazzjoni kollha dwar is-sejħa għal proposti, il-proċedura ta’ sottomissjoni u jużaw id-dokumenti li jiffurmaw parti mill-applikazzjoni (Pakkett tal-Applikazzjoni) fuq: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/forward-looking-cooperation-projects-2017-eacea412016_en
Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/PPMT/
Il-Pakkett tal-Applikazzjoni sħiħ għandu jiġi sottomess online permezz tas-sottomissjoni ta’ formola elettronika korretta, jimtela kif suppost u jkun fih l-annessi u d-dokumenti ta' appoġġ rilevanti u applikabbli kollha.
Il-formoli tal-applikazzjoni li ma jinkludux l-informazzjoni meħtieġa kollha u li ma jiġux sottomessi online sad-data ta’ skadenza mhumiex se jiġu kkunsidrati.
7. Aktar informazzjoni
Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida għall-Applikanti.
Il-Linji Gwida għall-Applikanti u l-Pakkett tal-Applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/forward-looking-cooperation-projects-2017-eacea412016_en
Dettalji ta’ kuntatt tal-posta elettronika: EACEA-Policy-Support@ec.europa.eu
(1) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.
(2) Ara l-Linji gwida għall-Applikanti taqsimiet 7, 8 u 9.
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/21 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
(2016/C 467/08)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:
|
|
EPSO/AST/139/16 — ASSISTENTI (AST 3)
|
L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 467 A tal-15 ta’ Diċembru 2016.
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/22 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-2 ta’ Ottubru 2015
fil-Kawża E-7/15
Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs ir-Renju tan-Norveġja
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa — Valuri ta’ limitu għal ċerti inkwinanti fl-arja — Pjan tal-kwalità tal-arja)
(2016/C 467/09)
Fil-Kawża E-7/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs. Ir-Renju tan-Norveġja — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li r-Renju tan-Norveġja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Att li jsir referenza għalih fil-punt 14c tal-Anness XX tal-Ftehmin taż-Zona Ekonomika Ewropea (Direttiva 208/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa) billi qabeż il-limitu ta’ diossidu tal-kubrit (SO2), materja partikolata (PM10) u diossidu tan-nitroġenu (NO2) fl-arja ambjentali f’ ċertu żoni tan-Norveġja, skont il-każ, bejn is-snin 2008 u 2012 u billi naqas milli jkun konformi mal-obbligazzjoni ta’ pjan tal-kwalità tal-arja stipulata fih, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, (Imħallef Relatur), Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fit-2 ta’ Ottubru 2015, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li:
|
|
2. |
Tordna lin-Norveġja tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/23 |
SENTENZA TAL-QORTI
tas-27 ta’ Ottubru 2015
fil-Kawża E-10/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(Nuqqas ta’ Stat EEA/EFTA li jwettaq l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2009/126/KE dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz)
(2016/C 467/10)
Fil-Kawża E-10/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 21au tal-Kapitlu III tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz) kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fis-27 ta’ Ottubru 2015, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 21au tal-Kapitlu III tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz) kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/24 |
SENTENZA TAL-QORTI
tas-27 ta’ Ottubru 2015
fil-Kawża E-11/15
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(Nuqqas ta’ Stat EEA/EFTA li jwettaq l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur)
(2016/C 467/11)
Fil-Kawża E-11/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fis-27 ta’ Ottubru 2015, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi skont l-Att imsemmi fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fi ħdan iż-żmien stabbilit. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/25 |
Azzjoni mressqa fl-20 ta’ Settembru 2016 minn Marine Harvest ASA kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
(Kawża E-12/16)
(2016/C 467/12)
Azzjoni kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tressqet quddiem il-Qorti tal-EFTA fl-20 ta’ Settembru 2016 minn Marine Harvest ASA, irrappreżentata minn Torben foss, l-Avukat u Kjetil Raknerud, avukat, Advokatfirmaet PricewaterhouseCoopers AS, sandviksbodene 2 A, PO Box 3984 Sandviken, NO-5835 Bergen.
L-applikant jitlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:
|
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fil-Kawża Nru 79116 mis-27 ta’ Lulju 2016 hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata ta’ sorsi tal-liġi relevanti u, konsegwentement, nulli. |
|
2. |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA m’għandhiex il-kompetenza u l-obbligu li twettaq sorveljanza tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd, skont l-Artikolu 4(1) tal-Protokoll 9 tal-Ftehim ŻEE, u għalhekk hija obbligata li tevalwa t-talbiet magħmula mill-applikant permezz ta’ ilment formali fit-2 ta’ Mejju 2016. |
|
3. |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTAgħandha ġġarrab l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
|
— |
L-Applikant ifittex l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fil-Kawża Nru 79116 mis-27 ta’ Lulju 2016. |
|
— |
Marine Harvest issostni li l-ESA għandha l-kompetenza meħtieġa sabiex tevalwa jekk għajnuna għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u l-akkwakultura hijiex kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE, u biex twettaq sorveljanza, skont l-Artikolu 62 taż-ŻEE, ara l-Protokoll 26 tal-Ftehim taż-ŻEE, u wara li l-ESA tkun obbligata twettaq tali sorveljanza skont l-istess artikolu. |
|
— |
Element essenzjali huwa l-interpretazzjoni tal-Protokoll 26 tal-Ftehim, li jistabbilixxi l-kompetenzi tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, iżda ma jirreferix b’mod speċifiku għas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura. Skont id-deċiżjoni tal-ESA, il-lista msemmija qabel għandha tiġi kkunsidrata bħala eżawrjenti. |
|
— |
Skont l-applikant din l-interpretazzjoni żżid kwalifika mal-Protokoll 26 li mhijiex konformi mal-għanijiet u d-dispożizzjonijiet essenzjali tal-Ftehim, li jelenka l-Protokoll innifsu. |
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/26 |
Azzjoni mressqa fis-26 ta’ Settembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda
(Kawża E-13/16)
(2016/C 467/13)
Fis-26 ta’ Settembru 2016 tressqet azzjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Audur Ýr Steinarsdóttir u Øyvind Bø, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Att imsemmi fil-punt 17h tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fil-Komunità) billi ma tintroduċix ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt meħtieġ mill-Artikolu 3(1) tal-Att. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
|
— |
L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda milli tikkonforma, mhux aktar tard mis-16 ta’ Settembru 2014, b’opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fis-16 ta’ Lulju 2014 dwar in-nuqqas tal-Istat li jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Att imsemmi fil-punt 17h tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fil-Komunità) billi ma tintroduċix ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt meħtieġ mill-Artikolu 3(1) tal-Att. |
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/27 |
Każ imressaq fis-26 ta’ Settembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda
(Kawża E-14/16)
(2016/C 467/14)
Fis-26 ta’ Settembru 2016 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Audur Ýr Steinarsdóttir u Øyvind Bø, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 17d tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, billi
|
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
|
— |
L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda milli tikkonforma, mhux aktar tard mis-16 ta’ Novembru 2015, b’opinjoni motivata mwassla mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fis-16 ta’ Settembru 2015 rigward in-nuqqas tal-Istat li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Att imsemmi fil-punt 17d tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu. |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/28 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8204 — Barloworld South Africa/BayWa/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 467/15)
|
1. |
Fit-8 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) permezz tagħha l-impriżi Barloworld South Africa Proprietary Limited (“Barloworld”, l-Afrika t’Isfel) u BayWa Aktiengesellschaft (“BayWa”, il-Ġermanja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tan-negozju ta’ mekkanizzazzjoni agrikola u movimentazzjoni tal-materjali fl-Afrika t’Isfel permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibgħatulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8204 — Barloworld South Africa/BayWa/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/29 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8325 — KKR/Hilding Anders)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 467/16)
|
1. |
Fit-8 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolanent dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Hilding Anders Holdings 3 AB kollha kemm hi (“Hilding Anders”, l-Iżvezja) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal KKR: ġestjoni ta’ assi fuq bażi dinjija u għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja, — għal Hilding Anders: żvilupp, manifattura u kummerċjalizzazzjoni ta’ sodod, saqqijiet u prodotti relatati. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8325 — KKR/Hilding Anders, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.