|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 455/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8226 — TowerBrook Capital Partners/Van Dijk Educatie Beheer) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 455/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7982 — Abbott Laboratories/Alere) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2016/C 455/07 |
||
|
2016/C 455/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8226 — TowerBrook Capital Partners/Van Dijk Educatie Beheer)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 455/01)
Fit-28 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8226. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ Diċembru 2016
(2016/C 455/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0702 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,32 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4396 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84168 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,8015 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0797 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,9840 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,057 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
313,97 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5005 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5010 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,7794 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4391 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4240 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2997 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5105 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5230 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 254,48 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,8125 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3662 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5356 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 375,46 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7608 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,188 |
|
RUB |
Rouble Russu |
68,1175 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,147 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7044 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,0853 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,9495 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
6.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/3 |
Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)
(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 455/03)
Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2016) 7581 |
Id-29 ta’ Novembru 2016 |
Trikloroetilen Nru tal-KE 201-167-4 Nru CAS 79-01-6 |
Roquette Frères, 1 rue Haute Loge, 62136 Lestrem, Franza |
REACH/16/4/0 |
Uża bħala għajnuna għall-ipproċessar fil-bijotrasformazzjoni tal-lamtu biex tinkiseb il-betaċiklodestrina |
Il-21 ta’ April 2028 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti f’termini tal-fattibbiltà ekonomika u teknika tagħhom. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
|
6.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/4 |
Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)
(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 455/04)
Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2016) 7607 |
Id-29 ta’ Novembru 2016 |
Trikloroetilen Nru tal-KE 201-167-4 Nru CAS 79-01-6 |
RAG Aktiengesellschaft, Shamrockring 1, 44623 Herne, Il-Ġermanja |
REACH/16/5/0 |
L-użu ta’ aġenti ta’ vvulkanizzar li jgħaqqdu u li fihom it-trikloroetilen għal konnessjonijiet bla tmiem u għat-tiswija ta’ conveyor belts miksija, bil-lastiku tal-kloropren użati fil-minjieri tal-faħam iebes ta’ taħt l-art |
fil-21 ta’ April 2020. |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti f’termini tal-fattibbiltà ekonomika u teknika tagħhom. |
|
RAG Anthrazit Ibbenbüren GmbH, Osnabrücker Straße 112, 49477 Ibbenbüren, il-Ġermanja |
REACH/16/5/1 |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
|
6.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/5 |
Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)
(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 455/05)
Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2016) 7609 |
id-29 ta’ Novembru 2016 |
Trikloroetilen Nru tal-KE 201-167-4 Nru CAS 79-01-6 |
A.L.P.A. — Azienda Lavorazione Prodotti Ausiliari S.p.a., Via Castellazzo 58, 20010 Pregnana Milanese, Milano, L-Italja |
REACH/16/6/0 |
Użu bħala solvent fis-sinteżi ta’ aġenti aċċelleraturi tal-vulkanizzazzjoni għall-fluworoelastomeri |
il-21 ta’ April 2023 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti f’termini tal-fattibbiltà ekonomika u teknika tagħhom. |
|
Caffaro Industrie S.p.A., Piazzale marinotti 1, 33050 torviscosa (Udine), L-Italja |
REACH/16/6/1 |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7982 — Abbott Laboratories/Alere)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 455/06)
|
1. |
Fid-29 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Abbott Laboratories (“Abbott”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Alere Inc. kollha kemm hi (“Alere”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Abbott: ir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-kura tas-saħħa fi prodotti farmaċewtiċi, dijanjostiċi, nutrizzjonali u vaskulari, attiva fil-livell dinji. — għal Alere: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ soluzzjonijiet ta’ dijanjożi professjonali, prinċipalment għal mard li jittieħed, mard kardjometaboliku u t-tossikoloġija, attiva fil-livell dinji. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7982 — Abbott Laboratories/Alere, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/7 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 455/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“MORCILLA DE BURGOS”
Nru tal-UE: ES-PGI-0005-01282 — 21.11.2014
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Morcilla de Burgos”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’(1)
“Morcilla de Burgos” huwa prodott tal-laħam magħmul bil-mili ta’ zalzett li mbagħad jissajjar. Dan isir minn dawn l-ingredjenti bażiċi li ġejjin: basal tal-varjetà “Horcal”, lardu jew xaħam ta’ dam, ross, demm, ħwawar u melħ.
L-ingredjenti huma mqassmin fil-proporzjonijiet li ġejjin fil-“Morcilla de Burgos”:
|
— |
: |
basal tal-varjetà “Horcal” |
: |
aktar minn 35 % |
|
— |
: |
ross |
: |
minn 15 % sa 30 % |
|
— |
: |
demm |
: |
aktar minn 12 % |
|
— |
: |
lardu jew xaħam ta’ dam |
: |
minn 10 % sa 22 % |
Meta jkun lest, il-“Morcilla de Burgos” ikollu dawn il-karatteristiċi morfoloġiċi u organolettiċi li ġejjin:
|
a) |
Forma u dehra minn barra: Meta jkun lest, il-“Morcilla de Burgos” għandu forma ċilindrika, b’dijametru ta’ bejn 30 u 100 mm, b’tul li jvarja bejn il-150 mm u t-350 mm u xi drabi għat-tond, skont il-forma tal-intestin użata. It-trufijiet jingħalqu bl-istejpils jew jintrabtu; f’dan il-każ jitħalla tul ta’ spaga biżżejjed biex iz-zalzett ikun jista’ jiddendel. Il-forma tal-prodott tiddependi mill-forma tal-kisja. Il-lewn ta’ barra tiegħu jvarja minn kannella għal sfumatura ta’ kannella skur li hija kważi sewda. Iz-zalzett tad-demm ma jkunx imxaqqaq, mhemmx tiċrit fil-kisja, u lanqas moffa viżibbli. Iz-zalzett jinħass sod u kompatt. |
|
b) |
Il-lewn u d-dehra meta jinqata’: Meta jinqata’, l-aspetti predominanti tad-dehra taz-zalzett huma tikek bojod minħabba li fih ir-ross u t-tqassim bilanċjat tal-ingredjenti. Xi drabi wieħed ikun jista’ jara biċċiet ta’ lardu. Il-lewn tas-sustanza li tgħaqqad jiddependi mill-varjazzjonijiet permessi fil-kompożizzjoni tiegħu, għalkemm f’kull każ, il-lewn bażiku għandu diversi sfumaturi ta’ kannella. |
|
c) |
Konsistenza: Iz-zalzett għandu konsistenza li titfarrak fil-ħalq, bil-preżenza evidenti ta’ basal u grani sħaħ tar-ross, li ma għandux ikun iebes. Għandu ftit togħma xaħmija. |
|
d) |
Aroma u togħma: L-aromi u t-togħmiet tal-basal u tal-ħwawar varji għandhom jinħassu sewwa. |
|
e) |
Il-parametri fiżikokimiki tal-prodott finali:
|
Il-“Morcilla de Burgos” jista’ jinbiegħ sħiħ, bil-kisja jew mingħajrha, f’porzjonijiet jew flieli, diment li jkun ippakkjat u diment li l-oriġini tiegħu tista’ tkun identifikata.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-varjetà “Horcal” tal-basal (Allium cepa L). Din hija varjetà indiġena ta’ basal bil-karatteristiċi li ġejjin: għamla tonda ċatta, dijametru ta’ mill-inqas 80 mm, piż ta’ aktar minn 100 g, qoxra kannella u b’laħam ta’ lewn li jvarja minn abjad għal ħadrani fl-isfar.
Ir-ross huwa niexef, intier, mill-varjetajiet ta’ granelli qosra Ġappuniżi bħal “Bahía” jew “Bomba”, u jappartjeni għall-klassi “Extra” u jinħażen f’kundizzjonijiet iġjeniċi. Jista’ jkun imsajjar minn qabel.
Fih lardu jew xaħam tad-dam. Jinħażen fil-friża jew fil-friġġ f’temperatura taħt l-4 °C.
Demm tan-nagħaġ, tal-baqar jew tal-ħnieżer.
Melħ (melħ tal-ikel).
Ħwawar. L-aktar ħwar essenzjali huwa l-bżar iswed. Jistgħu jintużaw ukoll il-paprika, ir-riegnu, il-kemmun, l-imsiemer tal-qronfol, it-tewm, il-kannella, il-karwija, it-tursin u l-ħlewwa. Dawn jinżammu, maħżuna kif xieraq, f’ambjent xott sakemm jintużaw.
Kisja: nadifa, miżmuma sew u f’kundizzjoni tajba.
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha fit-tħejjija u l-produzzjoni tal-“Morcilla de Burgos” iridu jseħħu fiż-żona, inklużi dawn li ġejjin:
|
— |
it-tħejjija tal-lardu jew tax-xaħam tad-dam u tal-basal; |
|
— |
it-taħlit tal-ingredjenti; |
|
— |
il-mili tal-kisja; |
|
— |
is-sajran u l-ventilazzjoni taz-zalzett tad-demm. |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikketti kummerċjali ta’ kull kumpanija rreġistrata għandu jkollhom il-kliem: Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Morcilla de Burgos”.
Il-prodott protett jintbagħat b’tikketta b’numru li tinkludi mill-inqas l-isem “Morcilla de Burgos” u l-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
Il-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta huwa:
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika ddefinita tkopri l-provinċja kollha ta’ Burgos.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-reputazzjoni ta’ “Morcilla de Burgos” hija waħda mill-evidenzi tar-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott.
Ftit hemm informazzjoni bil-miktub dwar il-“Morcilla de Burgos”, peress li għal sekli sħaħ, il-qtil tal-ħnieżer fl-irziezet u l-produzzjoni tal-“Morcilla de Burgos” kien isir fil-familja, u diversi riċetti dwar kif għandu jsir għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra bil-fomm. Mit-tieni nofs tas-seklu 20 ‘il quddiem, it-tisjir reġjonali reġa’ qabad, u ġew ippubblikati għadd sostanzjali ta’ kotba dwar il-gastronomija li jsemmu dan il-fatt u li għandhom l-għan li jqajmu mill-ġdid u jiġbdu l-attenzjoni lejn dawn it-teżori gastronomiċi.
Għal sekli sħaħ, il-ħnieżer kienu jinqatlu f’Burgos fix-xitwa. Din kienet tradizzjoni b’għeruq soda fost il-familji, ipprattikata fuq skala żgħira. Il-prodotti mill-qtil tal-ħnieżer kienu jinkludu laħam frisk u zalzett bnin, li kienu jitimgħu lill-familja kollha għall-bqija tas-sena. Il-“Morcilla de Burgos” kien partikolari peress li kien jinkludi d-demm, ix-xaħam u l-intestini tal-ħnieżer.
L-ewwel referenza bil-miktub għall-“Morcilla de Burgos” tmur lura għall-1928, meta l-kirurgu veterinarju Spanjol magħruf fil-bidu tas-seklu 20, Cesáreo Sanz Egaña, jirreferi għal “zalzett tad-demm mitħun magħmul fl-irħula ta’ [il-provinċja ta’] Burgos, u li l-karatteristika tiegħu hija proporzjon kbir ta’ basal, kif ukoll ross, demm, xaħam u ħwawar bħal bżar, paprika u ħlewwa”. Il-fatt li Sanz Egaña jsemmi dan il-prodott f’manwal tekniku juri li sa dak iż-żmien, il-prodott kien diġà kiseb il-fama li kien jistħoqqlu u prestiġju. Il-“Morcilla de Burgos” beda xi ftit żmien wara li r-ross tfaċċa fir-reġjun ta’ Burgos. Fis-seklu 15, minħabba l-pożizzjoni strateġika tiegħu fi Spanja, Burgos sar wieħed mill-aktar ċentri attivi tal-kummerċ, li ffaċilita l-wasla tar-ross minn Valencia. Jingħad li r-ross kien inkorporat fil-“Morcilla de Burgos” b’reazzjoni għall-ħtieġa li tiżdied il-produzzjoni, jittawwal iż-żmien sakemm idum tajjeb, u jsir aktar sod u fin għall-palat.
L-Arkivju Muniċipali ta’ Burgos jinkludi l-ewwel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-bejgħ tal-“Morcilla de Burgos”, li tmur lura għall-1908. In-numru ta’ dawn l-applikazzjonijiet żdied mis-snin ħamsin u mis-sittinijiet ‘il quddiem.
Kien fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin, minħabba titjib fit-trasport tal-oġġetti u migrazzjoni kbira tal-popolazzjoni rurali lejn iż-żoni industrijali, li l-“Morcilla de Burgos” qasam il-fruntieri tal-provinċja u l-fama tiegħu nxterdet madwar Spanja. Il-“Morcilla de Burgos” beda jissemma aktar, l-aktar fil-gwidi tat-turisti u fil-kotba tat-tisjir, u b’hekk ġie kkonfermat bħala waħda mill-ispeċjalitajiet tipiċi tal-provinċja. Dawn il-pubblikazzjonijiet kienu jinkludu:
|
— |
Enciclopedia de la carne: producción, comercio, industria, higiene. [Enċiklopedija tal-laħam: produzzjoni, kummerċ, industrija, iġjene] Ed. Espasa-Calpe, Madrid. Sanz Egaña, C., 1948. |
|
— |
El trasfondo antropológico de la cocina castellano-leonesa [Sfond antropoloġiku tal-kċina ta’ Castile-Leon], Libro de la gastronomía de Castilla y León [Ktieb tal-gastronomija ta’ Castile-Leon]. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura, Gvern tal-Komunità Awtonoma ta’ Castile-Leon, Valladolid. Jiménez Lozano, 1986. |
|
— |
Embutidos (Alimentos de España) [Zalzett ippreservat (Ikel ta’ Spanja)]. El País Aguilar, Madrid. Arrate, B., 1992. |
|
— |
Cocina y gastronomía de Castilla y León [Ikel u gastronomija ta’ Castile-Leon]. Ediciones Pirámide, Madrid. Fernández de Alperi, S., 1995. |
|
— |
Libro práctico de la chacinería en casa [Manwal prattiku biex tagħmel iz-zalzett id-dar]. Ediciones Altosa, Madrid. Díaz, R., 1999. |
|
— |
Cocina Burgalesa Actual. Cocineros, Restaurantes y Artistas de Burgos 2011-2012 [Tisjir kontemporanju ta’Burgos - koki, ristoranti u artiġjani ta’ Burgos, 2011-2012.]. Javier Cano Hernán. Revista Siburita, 2011. |
Ta’ min jenfasizza dak li jgħid Díaz Yubero (1998) dwar dan il-prodott fix-xogħol tiegħu Sabores de España [Togħmiet ta’ Spanja]: “…iz-zalzett tad-demm huwa zalzett umli iżda b’togħma inkredibbli. L-aqwa zalzett tad-demm fi Spanja jsir f’Burgos, mid-demm tal-ħnieżer”.
Il-manifattura tal-“Morcilla de Burgos” hija storikament assoċjata mal-qtil tal-ħnieżer fl-irziezet. Fis-seklu għoxrin, il-“Morcilla de Burgos” beda jsir fi kċejjen industrijali u f’fabbriki permezz ta’ metodi tradzzjonali skont ir-riċetti mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra. Dan ma wassalx għal tnaqqis fil-kwalità; fil-fatt, ġara l-oppost, peress li l-prodott beda jiġi kkontrollat għall-indafa u l-iġjene, biex b’hekk ġew assigurati l-aqwa kundizzjonijiet għall-konsum tiegħu. Bis-saħħa tal-użu tal-magni fil-proċess tal-manifattura taz-zalzett, id-demm jiġi fornut minn biċċeriji awtorizzati. Il-parti l-kbira tal-biċċeriji fil-provinċja ta’ Burgos jimmaniġġaw diversi tipi ta’ annimali għall-qatla u d-demm tal-annimali differenti ma jinżammx separat, u għalhekk il-“Morcilla de Burgos” jista’ jsir permezz tad-demm tal-ħnieżer, tan-nagħaġ jew tal-baqar waqt li f’kull ħin tiġi assigurata l-kwalità finali tal-prodott.
Il-“Morcilla de Burgos” għandu kwalitajiet speċifiċi li jiddistingwuh minn zalzett tad-demm ieħor prodott fi bnadi oħrajn ta’ Spanja. Dawn il-kwalitajiet ġejjin mill-użu tal-varjetà ta’ basal “Horcal”. Skont ma jingħad tradizzjonalment rigward il-qatla tal-annimal, li tingħadda mill-missier għall-iben u ssir f’bosta rħula anki sal-ġurnata tal-lum, l-aqwa basal li jista’ jintuża fiz-zalzett tad-demm huwa tal-varjetà reġjonali magħrufa bħala “Horcal”, li tissejjaħ ukoll matancera (“biċċier”) jew de matanza (“tal-qatla”) minħabba l-assoċjazzjoni mill-qrib tiegħu ma’ din l-attività, speċjalment peress li jinqata’ fil-ħarifa u fil-bidu tax-xitwa, li jaħbat maż-żmien tal-qatla. Din il-basla ilha titkabbar tradizzjonalment fil-widien tax-xmajjar ewlenin li jaqsmu l-provinċja ta’ Burgos: il-Pisuerga, l-Arlanzón, l-Arlanza u d-Duero, u f’żoni aktar iżolati fil-baċin ta’ Ebro.
Din it-tip ta’ basla ġie deskritt minn José López y Camuñas (1854) u Sanz Egaña (1948, 1949) b’konnessjoni mal-produzzjoni taz-zalzett tad-demm. Skont José López y Camuñas, l-awtur ta’ diversi kotba tar-riċetti ta’ dak iż-żmien, biex isir zalzett tad-demm bil-basal, “trid tqatta’ ftit basal ħelu tat-tip Horcal, tqiegħdu fuq biċċa għażel ċara u tħallih joqgħod matul il-lejl; ftit qabel ma tagħmel iz-zalzett tad-demm, ħu l-basal minn fuq il-biċċa mingħajr ma tmissu u itfgħu fl-ilma biex jagħli ma’ ftit melħ, u wara li toħorġu, ħallih iqattar ftit”.
Dan it-tip ta’ basal jintuża f’“Morcilla de Burgos” peress li huwa basal ħelu faċli biex jitqatta’ u minħabba l-kontenut għoli ta’ fibra u ta’ ilma li fih (kważi 92 %) u l-kapaċità tiegħu li jżomm ħafna ilma. Barra minn hekk, peress li huwa abjad dan il-basal jidher inqas fil-prodott lest minn tipi oħrajn ta’ basal.
Is-sehem tal-“Morcilla de Burgos” irrappreżentat mill-basla “Horcal” għandu influwenza diretta fuq tliet aspetti fiżikokimiċi tal-prodott — il-pH, it-total taz-zokkor u l-fibra djetetika totali (TDF) — u barra minn hekk jinfluwenza n-numru u l-intensità tal-komposti volatili, b’mod partikolari l-komposti tal-kubrit li fih, li jagħtuh aroma partikolari u togħma pikkanti, li jiddistingwuh minn zalzett ieħor tad-demm magħmul fi Spanja bir-ross.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://www.itacyl.es/opencms_wf/opencms/informacion_al_ciudadano/calidad_alimentaria/4_condiciones_DOP/index.html
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p.1.
|
6.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/11 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 455/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
“WEST WALES CORACLE CAUGHT SEWIN”
Nru tal-KE: UK-PGI-0005-01180 — 12.11.2013
IĠP ( X ) DOP ( )
1. Isem
“West Wales Coracle Caught Sewin”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Ir-Renju Unit
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.7: Ħut, molluski u krustaċi friski, u prodotti magħmulin minnhom
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
“West Wales Coracle Caught Sewin” huwa l-isem mogħti lill-ħut tal-ispeċi Salmo trutta, li jkun maqbud bl-użu tal-metodu tradizzjonali ta’ Wales tal-qedem imsejjaħ sajd mill-coracle.
Il-“West Wales Coracle Caught Sewin” huwa ħut frisk ileqq fiddien, b’għadd ta’ tikek suwed li jinsabu kemm fuq u taħt il-linja laterali. Il-laħma ta’ sewin hija soda b’saħħa tal-muskoli tajba u għandha riħa ta’ ħut frisk. Il-kulur tal-laħma huwa roża ċar ħafif distintiv, għalkemm dan jista’ jvarja xi ftit billi s-sewin jiekol biss meta jkun fil-baħar u l-kulur tal-laħma tiegħu jiġi affettwat mid-dieta tiegħu fil-baħar.
Il-ħut “West Wales Coracle Caught Sewin” huma uniċi billi huma maqbuda malli jidħlu fis-sistema tax-xmara mill-baħar fl-ilmijiet baxxi u tal-marea tax-xmara. Indikazzjoni ta’ din il-“freskezza” hija li meta jidnaddaf il-kontenut tagħhom ħafna drabi jkun għad fih komponenti tad-dieta tal-baħar tagħhom bħal sallur tar-ramel. Il-ħut huwa frisk, b’laħma soda u muskoli żviluppati ta’ kwalità superjuri, li jirriżultaw f’konsistenza aktar densa. Għandu għamla atletika viżibilment tawwalija mingħajr depożiti xaħmija żejda, dan jirriżulta minn għawma migratorja twila fil-baħar u l-kwalità taż-żoni fejn isib jiekol waqt li jkun fil-baħar. L-għamla u d-daqs ġenerali tal-“West Wales Coracle Caught Sewin” ivarjaw minħabba n-natura selvaġġa tagħhom. Il-“Wales Coracle Caught Sewin” ma fih l-ebda addittivi artifiċjali u/jew koloranti.
Il-“West Wales Coracle Caught Sewin” huwa ta’ daqs minimu ta’ 1 kg u daqs massimu ta’ 10 kg. Il-“West Wales Coracle Caught Sewin” għandu jkollu marki perfetti u mingħajr tebgħa fuq denbu, max-xewk jew ma’ rasu, il-ħut huwa pjuttost tond u mbaċċaċ. Il-pala ta’ denbu hija normalment kwadra jew konvessa. Għonq denbu huwa wiesa’ u x-xedaq ta’ fuq jestendi ‘il barra mit-tarf ta’ wara tal-għajn. Peress li s-sajd mill-coracle jaqbad is-sewin ħuta ħuta u mhux ħut f’daqqa il-“West Wales Coracle Caught Sewin” mhuwiex suxxettibbli għall-ħsara u distorsjonijiet fil-laħma li spiss iseħħu bit-troti tal-baħar oħrajn imrobbija jew maqbuda bix-xbiek. Dan jikkontribwixxi għall-kwalità tal-ikel tal-“West Wales Coracle Caught Sewin” bil-konsistenza ta’ laħma pristina, soda u densa tiegħu.
Meta jissajjar, il-“West Wales Coracle Caught Sewin” għandu togħma distintiva sottili tagħti fil-“butir” b’sottonoti li jfakkruk fil-“ġewż” u għandu palat uniku (artab u nadif) frisk.
Il-“West Wales Coracle Caught Sewin” jinbiegħ primarjament għall-konsum sħiħ u fil-biċċa l-kbira frisk, għalkemm is-Sewin jista’ jinbiegħ iffriżat.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)
—
3.5. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-“West Wales Coracle Caught Sewin” irid jinqabad bl-użu tal-metodu tradizzjonali antik magħruf bħala sajd mill-coracle waqt l-istaġun tas-sewin li jvarja skont f’liema mit-tliet (3) xmajjar f’West Wales ikun qed isir is-sajd.
|
— |
Tywi: mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Lulju |
|
— |
Teifi: mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Awwissu |
|
— |
Taf: mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Lulju. |
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ:
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żoni fix-xmajjar Tywi, Taf u Teifi f’West Wales kif ġej:
|
|
Ix-Xmara Tywi Fil-parti tax-xmara li tinsab bejn linja immaġinarja dritta li taqsam ix-Xmara Tywi mill-istazzjon tal-ippumpjar ferrovjarju ħdejn il-fabbriki l-antiki tal-landa fin-National Grid Reference (NGR) SN 420205 u linja immaġinarja dritta li taqsam it-Tywi fin-NGR SN 394137 |
|
|
Ix-Xmara Teifi Fil-parti tax-xmara li tinsab bejn il-Pont Cardigan u l-Pont Llechryd. |
|
|
Ix-xmara Taf Fil-parti tax-xmara li tinsab bejn il-pont tat-triq prinċipali fuq l-A477 bejn Carmarthen-Pembroke u madwar 1,6 km mal-fluss ’l isfel tax-xmara sa linja immaġinarja dritta li taqsam ix-Xmara Taf mill-Punt Wharley sal-Punt Ginst. |
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
It-trota tal-baħar ta’ Wales (Sewin) tirrappreżenta razza ġenetika ta’ ħut adattat lokalment li jikber aktar malajr u jgħix ħajja itwal minn trot tal-baħar minn reġjuni oħra. Dawn huma ta’ piż ikbar mill-medja tat-troti, u għandhom kapaċità akbar li jipproduċu fi snin konsekuttivi. F’Wales hemm uħud mill-aktar xmajjar produttivi fil-Gżejjer Britaniċi għat-trota tal-baħar. Paragun tul l-aħħar ħames (5) snin tal-aqwa 30 xmara f”Wales għat-trota tal-baħar, ikklassifika t-Tywi u t-Teifi fl-ewwel (1) u fit-tieni (2) post. L-ilma tat-Taf, tat-Tywi u tat-Teifi huwa ta’ kwalità għolja ħafna u jiġi mmonitorjat regolarment u rreġistrat minn Natural Resources Wales. L-għejun ta’ kull waħda minn dawn it-tliet (3) xmajjar jinsabu fil-fond tal-Muntanji Cambrian jew Preseli f’żoni ferm rurali ddominati minn mergħa b’nuqqas distint ta’ industrija. Kemm ix-Xmara Tywi kif ukoll ix-Xmara Teifi ġew klassifikati bħala Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni skont id-Direttiva Ewropea dwar il-Ħabitats. Il-livelli tat-tniġġiż fit-tliet xmajjar huma baxxi ħafna, u ngħataw status ta’ Grad “A”, li juri li dawn ix-xmajjar huma “ekosistemi naturali u jagħtu lok għal sajd tas-salmonidi u tal-kiprinidi tajjeb ħafna”. Il-kwalità għolja tal-ilma tax-xmajjar tikkontribwixxi għad-daqs, għall-kundizzjoni verġni u għall-marki perfetti tal-coracle caught sewin.
Is-sajd bil-coracle ta’ Wales huwa mod ta’ sajd antik ta’ ħut migratorju u legalment huwa l-uniku metodu ta’ sajd awtorizzat f’dawn ix-xmajjar fejn jista’ jinqabad u jinbigħ is-sewin. Din hija sengħa artiġjanali rreġistrata fis-Seklu 11 (u qabel), li għadha tradizzjoni ħajja fis-seklu 21. Għalkemm dari l-coracles ta’ Wales kienu jintużaw b’mod estensiv madwar Wales, illum il-ġurnata jintużaw esklużivament fit-Taf, fit-Tywi u fit-Teifi. Dawn it-tliet xmajjar huma l-uniċi postijiet fl-Ewropa fejn is-sajd bil-coracle (bl-użu ta’ dan it-tip partikolari ta’ coracle) għadu pprattikat. Hem sajjied bil-coracle li jistad fit-Tywi, li ġej minn familja li ilha tistad bil-coracle f’din ix-xmara tas-sajd għal aktar minn 300 sena. Il-coracles ta’ Wales huma dgħajes ovali żgħar b’tavla min-naħa għall-oħra fin-nofs li tifforma siġġu. Dawn huma magħmulin bl-idejn mill-injam tal-fraxxnu u taż-żafżafa u jinħadmu qishom basket. Kull coracle iġorr sajjied wieħed u jinsaq b’moqdief b’id waħda. Is-sajd bil-coracle ta’ Wales jinvolvi par coracles li jaħdmu flimkien, b’xibka mdendla bejniethom. Is-sajd iseħħ prinċipalment billejl biex is-sewin ma jarax dell il-coracle jew ix-xibka riesqa lejh.. Is-sajd bil-coracle ta’ Wales huwa ferm regolat, u s-sajd huwa permess li jsir biss fil-limiti tal-marea baxxa u fiż-żoni tal-marea ta’ dawn ix-xmajjar. Il-linji ta’ demarkazzjoni huma ddikjarati bil-liġijiet supplimentari tas-sajd. Is-sajjieda kollha tal-coracle ta’ Wales irid ikollhom il-liċenzja, u x-xbieki tal-coracle huma koperti bil-leġiżlazzjoni.
Is-sewin jivvjaġġaw lejn il-postijiet fejn ibidu tul qiegħ ix-xmara u jsegwu l-kontorni tax-xmara. Dan l-għarfien ġie akkumulat mis-sajjieda tal-coracle tul sekli ta’ sajd. Ix-xbiek jitkarkar ma’ qiegħ ix-xmara bl-użu taċ-ċombini. Ix-xbiek jaqbad il-ħut fl-ewwel 18-il pulzier minn qiegħ ix-xmara u l-ħut kollu li jkun qed jgħum aktar ‘il fuq minn hekk ma jinqabadx. Ħila essenzjali assoċjata mas-sajd bil-coracle u l-manifattura tax-xbiek, hija s-sistema unika tal-piżijiet li tikkonsisti mill-għadd u t-toqol ta’ piżijiet taċ-ċomb imwaħħla max-xbieki tal-coracle. Is-sistema ewlenija hija kumplessa u fin-natura tagħha msejsa fuq is-serje ta’ numri Fibonacci. Hija mgħallma permezz tal-prattika u hija ħila u kapaċità li ntirtet minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Huwa illegali li jinqabad u jinbiegħ is-sewin bi kwalunkwe metodu ieħor għajr is-sajd bil-coracle. Dan jgħin biex tiġi ppreservata, issorveljata u żgurata t-traċċabilità ta’ kull “West Wales Coracle Caught Sewin”.
L-istaġun tas-sajd bil-qasab u x-xlief (għal skopijiet ta’ sport biss) jibda u jintemm aktar tard mill-istaġun tal-coracle.
Is-sewin maqbud bil-qasba u x-xlief huwa espost għat-tajn u l-ħama tax-xmara għal perjodi itwal, b’hekk il-ħut jieħu togħma aktar “artija” u laħmu spiss jitlef lewnu minħabba l-weraq li jaqgħu waqt li jintasab bla ma jkun attiv fl-għadajjar kif ġeneralment jiġri. In-nuqqas ta’ attività tiegħu tikkontribwixxi biex ir-riżervi tiegħu jiġu eżawriti.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
“Il-West Wales Coracle Caught Sewin” hija ħuta tal-passa li għandha l-kapaċità li tgħix fl-ilma ħelu tax-xmajjar u fl-ilma baħar. Is-sewin jibda ħajtu fix-xmajjar Teifi, Taf u Tywi, jemigra lejn il-baħar biex jiekol u jikber u mbagħad jerġa’ lura fl-istess xmara fejn twieled biex jitgħammar. Il-muskolarità tkun iktar żviluppata fis-sewin selvaġġ meta mqabbel mat-trota tal-baħar imrobbija, minħabba d-distanza li jgħum tul il-migrazzjoni tiegħu u l-kwalità tajba taż-żoni fejn isib l-ikel fil-baħar. Il-ħut jiekol biss waqt li jkun fil-baħar u waqt li jiekol fil-baħar jakkumula r-riżervi tal-enerġija tiegħu..
It-tonalità muskolari li tiżviluppa matul l-għuma migratorja tagħhom tirriżulta f’konsistenza densa u laħma soda mingħajr depożiti xaħmija żejda. Dawn il-karatteristiċi huma ppreservati permezz ta’ metodu ta’ sajd li jiżgura li l-ħut jinqabad fl-aqwa tiegħu hekk kif jidħol fis-sistema tax-xmara fl-ilmijiet baxxi u tal-marea tax-xmara u qabel ma jsir karatteristikament inattiv u r-riżervi tiegħu jiġu eżawriti fl-ambjent tax-xmara. Dan jikkontribwixxi biex il-“West Wales Coracle Caught Sewin” ikollu togħma distintiva sottili li tagħti fil-“butir” b’sottonoti li jfakkruk fil-“ġewż” u b’palat uniku (artab u nadif) frisk bil-laħma soda u t-tessut sfiq tiegħu.
Ix-xbieki tal-coracle għandhom koppijiet b’malji restrittivi ta’ mhux anqas minn 10 ċentimetri, li jfisser li l-iżgħar sewin jiżgiċċa x-xibka u b’hekk tiġi żgurata s-sostenibilità tas-sajd bil-coracle. Is-sajd tas-sewin bil-qasba u x-xlief jaf jaqbad ħut iżgħar.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)
Il-bażi tal-applikazzjoni għal IĠP hija msejsa fuq il-karatteristiċi ta’ prodott uniku ta’ kwalità li l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu huma marbuta ma’:
|
— |
Il-kwalità tal-ilma ħelu fejn il-ħut ifaqqas u mbagħad jerġa’ lura biex jgħammar |
|
— |
Id-distanza migratorja li l-ħut “selvaġġ” jgħum meta jkun fil-baħar |
|
— |
Il-kwalità għolja taż-żoni fejn jiekol fil-baħar. Il-ħut jiekol biss waqt li jkun fil-baħar u huwa hemmhekk li r-riżervi tal-enerġija jakkumulaw fil-forma ta’ proteina muskolari. |
|
— |
Il-fatt li s-sajd bil-Coracle huwa metodu ta’ sajd tradizzjonali uniku maħsub biex jaqbad il-ħut waħda waħda f’kundizzjoni pristina hekk kif jidħlu fis-sistema tax-xmara mill-baħar u qabel ma jonqsu r-riżervi tal-enerġija tagħhom. Indikazzjoni ta’ din il-“freskezza” hija li meta jidnaddaf il-“West Wales Coracle Caught Sewin”, il-ġewwieni tiegħu spiss ikun għad fih komponenti tad-dieta tal-baħar tiegħu, bħal sallur tar-ramel. |
Il-fatturi msemmija hawn fuq jikkontribwixxu għall-karatteristiċi bla difetti tal-ħut li huma prodott frisk b’laħam sod u muskoli żviluppati ta’ kwalità superjuri b’kontenut għoli ta’ proteina muskolari u ta’ żejt mingħajr depożiti xaħmija żejda. Dawn il-karatteristiċi huma riflessi fil-kwalità tal-ħut meta jittiekel, b’konsistenza ta’ laħma soda u tessut dens u li meta jissajjar għandu togħma distintiva sottili li tagħti fil- “butir” b’sottonoti li jfakkruk fil-“ġewż” u b’palat uniku frisk, ħafif u nadif
Il-coracles ta’ Wales kienu jintużaw b’mod estensiv madwar Wales, imma llum il-ġurnata jintużaw esklużivament fix-Xmajjar Taf, Tywi u Teifi, li lkoll jinsabu fil-Punent ta’ Wales. Is-sajd bil-Coracle ilu jeżisti għal aktar minn 300 sena f’familja waħda li għadha tistad fix-Xmara Tywi.
Is-sajd bil-coracles ta’ Wales huwa tradizzjoni li tmur lura għall-1800jiet. Jinkludi bosta ħiliet li ilhom jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra bħall-manifattura tal-coracles, il-manifattura tax-xbiek, l-għarfien ta’ f’liema żoni tal-marea jsir is-sajd, u l-kapaċità li wieħed jifhem ix-xmara u jikkunsidra fatturi bħalma huma l-fond tax-xmara (jiddependi mill-ilma tal-għargħar), il-marea u l-kundizzjonijiet tar-riħ. Is-sajd bil-coracle jinvolvi ħiliet kbar u sewqan u navigar bi preċiżjoni filwaqt li jkollok kontroll tal-pożizzjoni tax-xibka u tibqa’ f’wiċċ l-ilma. Il-ħila tas-sajjied hija enfasizzata mill-fatt li s-sajd bil-coracles iseħħ prinċipalment billejl. Il-coracles ta’ Wales jinħadmu bl-idejn mill-injam tal-fraxxnu u taż-żafżafa u jinbnew qishom basket. Għalkemm id-disinn u l-metodu tal-manifattura tagħhom baqgħet ma nbidlitx għal sekli sħaħ, l-iżviluppi ta’ materjali moderni jinkludu l-użu tal-calico, il-kanvas u l-fibra tal-ħġieġ fil-produzzjoni tagħhom.
Il-“West Wales Coracle Caught Sewin” huwa prodott ta’ kwalità sinonimu mal-wirt u l-kultura alimentari ta’ Wales u jintuża minn bosta koki primi u esperti tal-gastronomija. Fl-istaġun tas-sajd bil-coracle, il-ħuta regolarment tfeġġ bħala prodott staġjonali fuq il-menu fi stabbilimenti lokali magħrufa u hija mfittxija ħafna kemm min-nies tal-post kif ukoll mit-turisti. Il-“West Wales Coracle Caught Sewin” ta’ spiss jinbiegħ affumikat, u jinbiegħ lil ħwienet tal-ikel prestiġjużi f’Londra u madwar ir-Renju Unit. Il-“West Wales Coracle Caught Sewin” attwalment jinbiegħ fis-swali tal-ikel ta’ Harrods u Fortnum & Mason f’Londra.
Andrew Luck — kok lokali tax-Xmara Tywi:
“Bħala kok, huwa ta’ inkoraġġiment għalija li nara l-ewwel West Wales Coracle Caught Sewin tal-istaġun jidħol frisk mill-coracles ta’ West Wales. Il-West Wales Coracle Caught Sewin huwa ħuta mill-aqwa għall-kokijiet li jużawha, mhux biss minħabba l-konsistenza densa u t-togħma friska unika — iżda wkoll għax tirrakkonta storja u ġġorr magħha wirt storiku tradizzjonali.
Huwa pjaċir li wieħed isibha fuq il-menu u li jkun taf eżattament minn fejn ġej dan il-prodott ta’ kwalità. Il-West Wales Coracle Caught Sewin hija ħuta superjuri u meta tiġi affumikata jew imsajra turi d-diversità vera tagħha.”
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(l-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))
https://www.gov.uk/government/publications/protected-food-name-west-wales-coracle-caught-sewin-pgi
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p.1.
(2) Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1).
(3) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.