|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2016/C 454/01 |
||
|
2016/C 454/02 |
||
|
2016/C 454/03 |
||
|
2016/C 454/04 |
||
|
2016/C 454/05 |
Deċiżjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-laqgħa ġenerali tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2016 |
|
|
2016/C 454/06 |
||
|
2016/C 454/07 |
Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin |
|
|
2016/C 454/08 |
||
|
2016/C 454/09 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2016/C 454/10 |
||
|
2016/C 454/11 |
||
|
2016/C 454/12 |
||
|
2016/C 454/13 |
||
|
2016/C 454/14 |
||
|
2016/C 454/15 |
||
|
2016/C 454/16 |
||
|
2016/C 454/17 |
||
|
2016/C 454/18 |
||
|
2016/C 454/19 |
||
|
2016/C 454/20 |
||
|
2016/C 454/21 |
||
|
2016/C 454/22 |
||
|
2016/C 454/23 |
||
|
2016/C 454/24 |
||
|
2016/C 454/25 |
||
|
2016/C 454/26 |
||
|
2016/C 454/27 |
||
|
2016/C 454/28 |
||
|
2016/C 454/29 |
||
|
2016/C 454/30 |
||
|
2016/C 454/31 |
||
|
2016/C 454/32 |
||
|
2016/C 454/33 |
||
|
2016/C 454/34 |
||
|
2016/C 454/35 |
||
|
2016/C 454/36 |
||
|
2016/C 454/37 |
||
|
2016/C 454/38 |
||
|
2016/C 454/39 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2016/C 454/40 |
||
|
2016/C 454/41 |
||
|
2016/C 454/42 |
||
|
2016/C 454/43 |
||
|
2016/C 454/44 |
||
|
2016/C 454/45 |
||
|
2016/C 454/46 |
||
|
2016/C 454/47 |
||
|
2016/C 454/48 |
||
|
2016/C 454/49 |
||
|
2016/C 454/50 |
Kawża T-704/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 – Murka vs EUIPO (SCATTER SLOTS) |
|
|
2016/C 454/51 |
Kawża T-705/16 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2016 minn WQ (*1) mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/16, WQ (*1) vs Il-Parlament |
|
|
2016/C 454/52 |
||
|
2016/C 454/53 |
||
|
2016/C 454/54 |
||
|
2016/C 454/55 |
Kawża T-733/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2016 – Banque Postale vs BĊE |
|
|
2016/C 454/56 |
|
|
|
|
MT |
Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2016/C 454/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/2 |
Ħatra tal-Avukat Ġenerali Ewlieni
(2016/C 454/02)
Il-Qorti tal-Ġustizzja ħatret, fil-laqgħa tagħha tas-27 ta’ Settembru 2016, lil M. Wathelet bħala l-Avukat Ġenerali Ewlieni għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2016 sas-6 ta’ Ottubru 2017.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/2 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2016/C 454/03)
Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tas-27 ta’ Settembru 2016, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2016 sas-6 ta’ Ottubru 2017, lill-Ħames Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 ta’ dawn ir-regoli.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/2 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2016/C 454/04)
Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tas-27 ta’ Settembru 2016, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2016 sas-6 ta’ Ottubru 2017, lill-Ewwel Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 ta’ dawn ir-regoli.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/2 |
Deċiżjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-laqgħa ġenerali tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2016
(2016/C 454/05)
Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli komposti minn tliet Imħallfin
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-laqgħa ġenerali tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2016, li tassenja l-Imħallfin għall-awli komposti minn tliet Imħallfin bil-mod li ġej:
Is-Sitt Awla
E. Regan, President tal-Awla
J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, C.-G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin
Is-Seba’ Awla
S. Prechal, President tal-Awla
A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin
It-Tmien Awla
M. Vilaras, President tal-Awla
J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin
Id-Disa’ Awla
E Juhász, President tal-Awla
C. Vajda, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin
L-Għaxar Awla
M. Berger, President tal-Awla
A. Borg Barthet, E. Levits u F. Biltgen, Imħallfin
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/3 |
Listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti għall-kawżi mibgħuta quddiem l-awli komposti minn tliet Imħallfin
(2016/C 454/06)
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, fil-laqgħa ġenerali tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2016, il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-awli bi tliet Imħallfin kif ġej:
Is-Sitt Awla
J.-C. Bonichot
A. Arabadjiev
C.-G. Fernlund
S. Rodin
Is-Seba’ Awla
A. Rosas
C. Toader
E. Jarašiūnas
It-Tmien Awla
J. Malenovský
M. Safjan
D. Šváby
Id-Disa’ Awla
C. Vajda
K. Jürimäe
C. Lycourgos
L-Għaxar Awla
A. Borg Barthet
E. Levits
F. Biltgen
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/4 |
Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin
(2016/C 454/07)
Fil-laqgħa tas-27 ta’ Settembru 2016, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, lil E. Regan, bħala President tas-Sitt Awla, lil S. Prechal, bħala President tas-Seba’ Awla, lil M. Vilaras, bħala President tat-Tmien Awla, lil E. Juhász, bħala President tad-Disa’ Awla, u lil M. Berger, bħala President tal-Għaxar Awla, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2016 sas-6 ta’ Ottubru 2017.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/4 |
Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2016/C 454/08)
Wara l-ħatra tiegħu bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Settembru 2016 (1), għall-perijodu mis-16 ta’ Ottubru 2016 sas-6 ta’ Ottubru 2021, E. Tanchev ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fid-19 ta’ Settembru 2016.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/4 |
Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tal-Qorti Ġenerali
(2016/C 454/09)
Wara l-ħatra tagħhom bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Marzu 2016 (1), għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2022, K. Kowalik-Bańczyk u P. Nihoul ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fid-19 ta’ Settembru 2016.
Wara l-ħatra tagħhom bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Settembru 2016 (2),
|
— |
għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019, A. Kornezov u E. Perillo, |
|
— |
għall-perijodu mis-16 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019, J. M. Passer, |
|
— |
għall-perijodu mid-19 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019, U. C. Öberg, |
|
— |
għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2022, R. Barents, J. Svenningsen, Z. Csehi, C. Iliopoulos, A. Marcoulli u D. Spielmann |
|
— |
għall-perijodu mis-16 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2022, M. J. Costeira, B. Berke, R. da Silva Passos u O. Spineanu-Matei |
ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fid-19 ta’ Settembru 2016.
(2) ĠU L 247, 15.9.2016, p. 13, 15 u 18.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Settembru 2016 – Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA vs Il-Kummisjoni Ewropea
(Kawża C-102/14 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għal proġetti fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp - Rapport tal-awditjar li jidentifika irregolaritajiet - Deċiżjoni li jitwettaq l-irkupru tal-ħlasijiet bil-quddiem magħmula mill-Kummissjoni Ewropea - Rikors għal annullament - Deċiżjoni li jiġu sospiżi ħlasijiet - Rikors sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali - Deċiżjoni li ma jiġi konkluż ftehim - Rikors għad-danni - Inammissibbiltà))
(2016/C 454/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA (rappreżentant: M. Jiménez Perona, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT SA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2016 – Lidl Stiftung & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-224/14 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat))
(2016/C 454/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. K. Marx, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini, aġent)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Lidl Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/6 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2016 – Lidl Stiftung & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-237/14) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat))
(2016/C 454/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lidl Stiftung & Co. KG (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. K. Marx, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Lidl Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/6 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2016 – Arctic Paper Mochenwangen GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-551/14 P) (1)
((Appell - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli transitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mis-sena 2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni ppreżentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja - Ċaħda tal-inklużjoni ta’ ċerti installazzjonijiet fuq il-listi tal-installazzjonijiet li jirċievu kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas - Dispożizzjoni dwar il-każijiet b’“diffikutajiet eċċessivi” - Kompetenzi ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni))
(2016/C 454/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Arctic Paper Mochenwangen GmbH (rappreżentanti: S. Kobes u B. Burkert, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Arctic Paper Mochenwangen GmbH hija kkundannata tħallas l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/7 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2016 – Raffinerie Heide GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-564/14 P) (1)
((Appell - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli transitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mis-sena 2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni ppreżentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja - Ċaħda tal-inklużjoni ta’ ċerti installazzjonijiet fuq il-listi tal-installazzjonijiet li jirċievu kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas - Dispożizzjoni dwar il-każijiet b’“diffikutajiet eċċessivi” - Kompetenzi ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni))
(2016/C 454/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Raffinerie Heide GmbH (rappreżentanti: U. Karpenstein u C. Eckart, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes, E. White u K. Herrmann, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Raffinerie Heide GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/7 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2016 – Romonta GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-565/14 P) (1)
((Appell - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli transitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mis-sena 2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni ppreżentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja - Ċaħda tal-inklużjoni ta’ ċerti installazzjonijiet fuq il-listi tal-installazzjonijiet li jirċievu kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas - Dispożizzjoni dwar il-każijiet b’ “diffikutajiet eċċessivi” - Kompetenzi ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni))
(2016/C 454/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Romonta GmbH (rappreżentanti: I. Zenke u M.-Y. Vollmer, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Ramonta GmbH hija kkundannata tħallas l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/8 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Catania – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Snezhana Velikova
(Kawża C-228/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċirkolaw u li jirrisjedu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ rilevanza tat-talba għal deċiżjoni preliminari għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta))
(2016/C 454/16)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Catania
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Snezhana Velikova
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Catania (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2015, hija manifestament inammissibbli.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/8 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 – Real Express Srl vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG
(Kawża C-309/15) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark figurattiva blu u ħamra li tinkludi l-element verbali “real” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks figurattivi nazzjonali suwed u bojod li jinkludu l-elementi verbali “Real” u “Real mark” - Ċaħda tal-oppożizzjoni))
(2016/C 454/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Real Express Srl (rappreżentant: C. Anitoae, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis u D. Hanf, aġenti), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Real Express SRL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u għal dawk ta’ MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/9 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio) – l-Italja – Google Ireland Limited, Google Italy Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
(Kawża C-322/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u ġuridiku tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bżonn ta’ risposta għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà manifesta)
(2016/C 454/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Google Ireland Limited, Google Italy Srl
Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
fil-preżenza ta’ Filandolarete Srl, Associazione Confindustria Radio Televisioni, Federazione Italiana Editori Giornali (FIEG)
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (qorti amministrattiva reġjonali tal-Lazio, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ April 2015, hija manifestament inammissibbli.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/9 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Claire Staelen vs L-Ombudsman Ewropew
(Kawża C-338/15 P) (1)
((Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ipproċessar mill-Ombudsman Ewropew ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kompetenzi li rriżultat minn kompetizzjoni ġenerali - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 181))
(2016/C 454/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Claire Staelen (rappreżentant: V. Olona, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: inizzjalment par G. Grill sussegwentement minn L. Papadias, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Claire Staelen hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/10 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – Louis Vuitton Malletier SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG
(Kawżi Magħquda C-363/15 P u C-364/15 P) (1)
((Appell - Trade mark Komunitarja - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2016/C 454/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Louis Vuitton Malletier SA (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Bullock u D. Hanf, aġenti), Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG (rappreżentanti: T. Boddien u A. Nordemann, avukati)
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell. |
|
2) |
Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawżi C-363/15 P u C-364/15 P. |
|
3) |
Louis Vuitton Malletier SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-Kawżi C-363/15 P u C-364/15 P. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/10 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Taranto – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Davide Durante
(Kawża C-438/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Restrizzjonijiet - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità - Kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni f’sejħa għall-offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja - Esklużjoni tal-offerent minħabba nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu, maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji differenti))
(2016/C 454/21)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Taranto
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Davide Durante
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta f’sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri, l-obbligu li jipproduċu prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarj tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa mingħand tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, peress li tali dispożizzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/11 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Satu Mare – ir-Rumanija) – Pavel Dumitraș, Mioara Dumitraș vs BRD Groupe Société Générale – Sucursala Judeţeană Satu Mare
(Kawża C-534/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Artikolu 1(1) - Artikolu 2(b) - Kwalità ta’ konsumatur - Trasferiment ta’ dejn permezz ta’ novazzjoni ta’ kuntratti ta’ kreditu - Kuntratt ta’ garanzija immobiljari konkluż minn individwi li ma għandhom ebda relazzjoni professjonali mal-kumpannija kummerċjali l-ġdida debitriċi))
(2016/C 454/22)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Judecătoria Satu Mare
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pavel Dumitraș, Mioara Dumitraș
Konvenuta: BRD Groupe Société Générale – Sucursala Judeţeană Satu Mare
Dispożittiv
L-Artikoli 1(1) u 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva tapplika għal kuntratt ta’ garanzija immobiljari konkluż bejn persuni fiżiċi u stabbiliment ta’ kreditu sabiex jiġu ggarantiti l-obbligi li kumpannija kummerċjali assumiet fir-rigward ta’ dan l-istabbiliment fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu, meta dawn il-persuni fiżiċi jkunu aġixxew għal finijiet li ma jaqgħux fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom u ma għandhomx rabta ta’ natura funzjonali mal-imsemmija kumpannija, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/12 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Angela Manzo
(Kawża C-542/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu provduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Restrizzjonijiet - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità - Kuntratti pubbliċi - Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja - Esklużjoni tal-offerent minħabba nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu, maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji distinti - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 47 - Applikabbiltà))
(2016/C 454/23)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Santa Maria Capua Vetere
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Angela Manzo
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta fil-kuntest ta’ sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri l-obbligu li jipproduċu l-prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa minn tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, peress li tali dispożizzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
|
2) |
Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, b’mod partikolari l-Artikolu 47 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonli li tirregola l-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob tal-azzard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/12 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Settembru 2016 – Lotte Co. Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-586/15) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li fiha element verbali bil-lingwa Ġappuniża u stampa ta’ koala f’siġra li jżomm koala żgħir - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali tridimensjonali preċedenti KOALA-BÄREN u figurattiva preċedenti KOALA - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Użu tat-trade mark taħt forma li hija differenti minħabba li l-elementi ma jbiddlux il-karattru distintiv - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 42(2)u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))
(2016/C 454/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (rappreżentanti: M. Knitter, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, avukat), l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Lotte Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH. |
|
3) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/13 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova – ir-Rumanija) – Rodica Popescu vs Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj
(Kawża C-614/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Assistent veterinarju fil-qasam tal-kontroll tas-saħħa tal-annimali - Settur pubbliku - Klawżola 5(1) - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” li jiġġustifikaw tali kuntratti - Supplenti għal pożizzjonijiet vakanti fl-istennija ta’ tmiem il-proċeduri ta’ kompetizzjoni))
(2016/C 454/25)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rodica Popescu
Konvenut: Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj
Dispożittiv
Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tqis li t-tiġdid ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, fis-settur pubbliku, huwa ġġustifikat minn “raġunijiet oġġettivi” fis-sens ta’ din il-klawżola minħabba s-sempliċi raġuni li l-funzjonijiet ta’ kontroll tal-persunal impjegat fil-qasam tas-saħħa tal-annimali għandhom natura mhux permanenti minħabba l-varjazzjonijiet ta’ volum tal-attivitajiet tal-unitajiet li jridu jiġu kkontrollati, sakemm, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali, it-tiġdid ta’ kuntratti huwa effettivament intiż sabiex ikopri bżonn speċifiku fis-settur ikkonċernat, mingħajr ma kunsiderazzjonijiet baġitarji jkunu, madankollu, l-bażi ta’ dan. Barra minn hekk, il-fatt li t-tiġdid ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat iseħħ fl-istennija ta’ tmiem il-proċeduri ta’ kompetizzjoni ma jistax ikun suffiċjenti sabiex irendi din il-leġiżlazzjoni konformi mal-imsemmija klawżola, jekk jidher li l-applikazzjoni konkreta ta’ din tirriżulta, fil-fatt, fl-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, u dan għandu wkoll jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Oviedo – Spanja) Carlos Álvarez Santirso vs Consejería de Educación, Cultura y Deporte del Principado de Asturias
(Kawża C-631/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Tagħlim mhux universitarju - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Għoti ta’ remunerazzjoni addizzjonali - Kundizzjoni - Ksib ta’ riżultat pożittiv matul proċess ta’ evalwazzjoni - Għalliema impjegati bħala membri tal-persunal mhux permanenti - Esklużjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni))
(2016/C 454/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Oviedo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Carlos Álvarez Santirso
Konvenut: Consejería de Educación, Cultura y Deporte del Principado de Asturias
Dispożittiv
Il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe ġustifikazzjoni għal raġunijiet oġġettivi, il-parteċipazzjoni għall-pjan ta’ evalwazzjoni tal-post ta’ għalliem u l-inċentiv finanzjarju li jirriżulta minnu, f’każ ta’ evalwazzjoni pożittiva, għall-għalliema impjegati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat bħala uffiċjali stabbiliti biss, bl-esklużjoni ta’ dawk impjegati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat bħala membri tal-persunal mhux permanenti.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid – Spanja) – Caixabank SA vs Héctor Benlliure Santiago (C-91/16), Abanca Corporación Bancaria SA vs Juan José González Rey, María Consuelo González Rey, Francisco Rodríguez Alonso (C-120/16)
(Kawża C-91/16 u C-120/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli abbużivi - Rata ta’ interessi moratorji - Applikazzjoni tar-rata ta’ interessi remuneratorji - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà))
(2016/C 454/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caixabank SA (C-91/16), Abanca Corporación Bancaria SA (C-120/16)
Konvenuti: Héctor Benlliure Santiago (C-91/16), Juan José González Rey, María Consuelo González Rey, Francisco Rodríguez Alonso (C-120/16)
Dispożittiv
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid (qorti tal-prim’istanza Nruo60 ta’ Madrid, Spanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-8 ta’ Frar 2016 (Kawża C-91/16) u tat-18 ta’ Frar 2016 (Kawża C-120/16), huma manifestament inammissibbli.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Milano) – l-Italja – Stanleybet Malta Ltd, Mario Stoppani vs Agenzia delle dogane u dei Monopoli – Ufficio dei Monopoli per la Lombardia
(Kawża C-141/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Imposta unika fuq l-imħatri u l-logħob ta’ tbassir - Issuġġettar tal-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu d-data tal-logħob fl-interess ta’ operaturi stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà manifesta))
(2016/C 454/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stanleybet Malta Ltd, Mario Stoppani
Konvenuti: Agenzia delle dogane u dei Monopoli – Ufficio dei Monopoli per la Lombardia
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale di Milano (qorti tat-taxxa reġjonali ta’ Milano, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ Settembru 2015, hija manifestament inammissibbli.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/15 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2016 minn Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża T-789/14 – Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-471/16 P)
(2016/C 454/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża T-789/14 kif ukoll id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Settembru 2014 fil-Każijiet R 1182/2013-4 u R 1245/2013-4; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-imsemmija sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
1. |
Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka l-fatt li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet diversi ksur tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u tar-Regolament Nru 207/2009 (1). |
|
2. |
Fl-ewwel lok, l-appellanti tinvoka ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, kif stabbilit fl-Artikolu 6(1) TUE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni dokumenti li tressqu fil-kuntest tar-rikors promotur. Dawn id-dokumenti sempliċement issupplimentaw l-espożizzjoni tal-fatti u tad-dritt preċedenti. Il-Qorti Ġenerali naqset ukoll milli timmotiva din l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni, iżda sempliċement adottat formulazzjoni standard minn sentenza oħra li ma hijiex applikabbli għal din il-kawża. |
|
3. |
Minħabba dan, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-appellanti għal smigħ xieraq, kif stabbilit fl-Artikolu 6(1) TUE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
4. |
Minbarra dan, l-appellanti tinvoka ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 minħabba żnaturament tal-fatti. Il-Qorti Ġenerali timmotiva d-deċiżjoni tagħha billi tinvoka, fost oħrajn, il-fatt li ċerti prodotti allegatament ma ġewx elenkati fid-dokumenti ta’ prova dwar l-użu mressqa. Fil-verità, dawn il-prodotti huma elenkati fid-dokumenti ta’ prova dwarl-użu. |
|
5. |
Minħabba dan, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-bażi fattwali tal-proċedura u għalhekk kisret l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
6. |
Barra minn hekk, l-appellanti tinvoka ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009. Il-Qorti Ġenerali timmotiva d-deċiżjoni tagħha bil-fatt li t-trade mark Meissen® tikkostitwixxi indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika. Din it-trade mark ġiet irreġistrata mill-appellat skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 abbażi ta’ karattru distintiv miksub. Għalhekk, l-appellat ikkonstata b’mod definittiv li din it-trade mark Meissen® fil-fatt ma kinitx tikkostitwixxi indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika iżda indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali. |
|
7. |
Permezz tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Meissen® abbażi ta’ karattru distintiv miksub, l-appellat irrikonoxxa lil din it-trade mark protezzjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009. Il-Qorti Ġenerali kklassifikat it-trade mark Meissen® purament bħala indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika. Minħabba dan, il-Qorti Ġenerali de facto ċaħħdet mill-ġdid lit-trade mark Meissen® mill-protezzjoni tagħha. |
|
8. |
Barra minn hekk, l-appellanti tinvoka ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. Il-Qorti Ġenerali tiċħad l-eżistenza ta’ protezzjoni tar-reputazzjoni skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 bl-argument li xebh bejn il-prodotti u s-servizzi kunfliġġenti kien nieqes. Skont il-formulazzjoni espliċita tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, l-eżistenza ta’ xebh bejn il-prodotti u s-servizzi ma hijiex neċessarja. Permezz tad-deċiżjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali dawret l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 fis-sens kuntrarju tiegħu. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-14 ta’ Settembru 2016 – Incyte Corporation vs Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala
(Kawża C-492/16)
(2016/C 454/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Incyte Corporation
Konvenut: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li “d-data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni għalbiex jinħareġ il-prodott fis-suq [fl-Unjoni]” hija inkorretta f’talba intiża sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fis-sens tal-istess regolament u tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (2), ladarba din id-data ġiet deċiża mingħajr ma ttieħdet inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni tad-dritt mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Seattle Genetics (C-471/14), b’mod li r-rettifika tad-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari hija ġġustifikata anki jekk iċ-ċertifikat inħareġ qabel ma ngħatat din is-sentenza u fejn it-terminu previst sabiex jiġi ppreżentat appell minn din id-deċiżjoni diġà skada? |
|
2) |
Is-servizz tal-proprjetà industrijali ta’ Stat Membru kompetenti sabiex joħroġ iċ-ċertifikati huwa marbut li jirrettifika ex officio d-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari sabiex din tkun konformi mal-interpretazzjoni tad-dritt mogħtija fis-sentenza Seattle Genetics (C-471/14)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania (l-Italja) fl-14 ta’ Settembru 2016 – Sicurbau Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti et
(Kawża C-493/16)
(2016/C 454/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale della Campania
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sicurbau Srl, IGR – Imprese Generali Riunite Srl, Iterga Costruzioni Generali SpA, Pa.Co. – Pacifico Costruzioni SpA
Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Autorità Portuale di Napoli, Soa Rina SpA
Domanda preliminari
Il-prinċipji Komunitarji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, flimkien mal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija, ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, li jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji riżultanti, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità utrasparenza, li jinsabu (iktar reċentement) fid-Direttiva 2014/24/UE (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana li tirriżulta mill-Artikoli 87(4) u 86(3a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006 u tal-Artikolu 26(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 81 tal-2008 moqrija flimkien, hekk kif interpretat, b’mod uniformi, skont l-Artikolu 99 tal-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva, mis-sentenzi tal-assemblea plenarja tal-Consiglio di Stato Nri. 3 u 9 tal-2015, li jgħid li n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata ta’ spejjeż ta’ sigurtà tal-impriża, fl-offerti ekonomiċi ta’ proċedura ta’ għoti ta’ xogħlijiet pubbliċi, fi kwalunkwe każ jiddetermina l-esklużjoni mill-proċedura tal-impriża offerenti, anki fl-ipoteżi fejn l-obbligu ta’ indikazzjoni separata ma jkunx ġie speċifikat la fir-regolamentazzjoni tas-sejħa għal offerti u lanqas fil-formola annessa għat-tressiq tal-offerta, u barra minn hekk minkejja ċ-ċirkustanza li, mill-perspettiva sostanzjali, l-offerta tosserva rekwiżiti ta’ spejjeż minimi ta’ sigurtà tal-impriżi?
(1) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Trapani (l-Italja) fil-15 ta’ Settembru 2016 – Giuseppa Santoro vs Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-494/16)
(2016/C 454/32)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Trapani
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Giuseppa Santoro
Konvenuti: Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri
Domandi preliminari
|
1) |
Kumpens fl-ammont ta’ bejn 2,5 u 12-il ħlas fix-xahar tal-aħħar remunerazzjoni (Artikolu 32(5) tal-Liġi Nru 183/2010) mogħti lill-ħaddiem fis-settur pubbliku li kien vittma ta’ tiġdid suċċessiv illegali ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, bil-possibbiltà għal dan tal-aħħar li jikseb il-kumpens sħiħ għad-dannu biss billi jipprova t-telf ta’ opportunitajiet oħra ta’ xogħol jew billi jipprova li, kieku kienet ġiet organizzata kompetizzjoni b’mod regolari, huwa kien jgħaddi minnha, jirrappreżenta miżura ekwivalenti u effettiva, fis-sens tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Settembru 2006, Marrosu u Sardino (C-53/04, EU:C:2006:517) u tas-26 ta’ Novembru 2014, Mascolo et (C-22/13, C-61/13 sa C-63/13 u C-418/13, EU:C:2014:2401)? |
|
2) |
Il-prinċipju ta’ ekwivalenza msemmi (b’mod partikolari) mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija sentenzi għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-Istat Membru jiddeċiedi li ma japplikax il-konverżjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol (irrikonoxxuta fis-settur privat) għas-settur pubbliku, huwa madankollu obbligat jiggarantixxi l-istess vantaġġ lill-ħaddiem, jekk ikun il-każ permezz ta’ kumpens għad-dannu li għandu jikkorrispondi neċessarjament għall-valur tal-impjieg għal żmien indeterminat? |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Évora (il-Portugall) fit-23 ta’ Settembru 2016 – Luis Isidro Delgado Mendes vs Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA
(Kawża C-503/16)
(2016/C 454/33)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Évora
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Luis Isidro Delgado Mendes
Konvenuta: Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA
Domanda preliminari
Fil-każ ta’ inċident tat-triq li minnu jirriżultaw danni fiżiċi u materjali fir-rigward ta’ persuna li ttajret intenzjonalment mill-vettura bil-mutur li tagħha kienet proprjetarja, li kienet qed tiġi misjuqa mill-persuna li serqitha, id-dritt Komunitarju, b’mod speċifiku l-Artikoli 12(3) u 13(1) tad-Direttiva 2009/103/KE (1), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprekludi l-esklużjoni mid-dritt nazzjonali ta’ forma ta’ kumpens għall-imsemmija persuna li ttajret minħabba l-fatt li l-istess persuna għandha l-kwalità ta’ proprjetarja tal-vettura kif ukoll ta’ persuna koperta mill-assigurazzjoni tagħha?
(1) Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fis-26 ta’ Settembru 2016 – José Joaquim Neto de Sousa vs Estado Português
(Kawża C-506/16)
(2016/C 454/34)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: José Joaquim Neto de Sousa
Konvenut: Estado Português
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tat-Tieni (1) u tat-Tielet (2) Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri, li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, jipprekludu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi l-kumpens tax-xufier responsabbli mill-inċident, għad-danni patrimonjali, fil-każ ta’ mewt tal-konjuġi li kien qed jakkumpanjah fil-vettura bħala passiġġier (ara l-Artikolu 7(3) tad-DL 522.85, tal-31 ta’ Diċembru, skont ir-redazzjoni mogħtija mid-DL 130/94, tad-19 ta’ Mejju)?
(1) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3).
(2) It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249).
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/20 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, sostnuta minn: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-1/15) (1)
(2016/C 454/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/20 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija
(Kawża C-62/16) (1)
(2016/C 454/36)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/20 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Attunda Tingsrätt – l-Iżvezja) – Airhelp Ltd vs Thomas Cook Airlines Scandinavia A/S
(Kawża C-161/16) (1)
(2016/C 454/37)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/20 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – Il-Ġermanja) – Ljiljana Kammerer, Frank Kammerer vs Swiss International Air Lines AG
(Kawża C-172/16) (1)
(2016/C 454/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/21 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – Il-Ġermanja) – Elke Roch, Jürgen Roch vs Germanwings GmbH
(Kawża C-257/16) (1)
(2016/C 454/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
Il-Qorti Ġenerali
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 – August Wolff u Remedia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-672/14) (1)
((“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 116 tad-Direttiva 2001/83 - Sustanza attiva estradjol - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lill-Istati Membri l-irtirar u l-modifika tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0,01 % ta’ estradjol - Oneru tal-prova - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2016/C 454/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel (Bielefeld, il-Ġermanja) u Remedia d.o.o. (Zagreb, il-Kroazja) (rappreżentanti: P. Klappich, C. Schmidt u P. Arbeiter, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann M. Šimerdová u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6030, tad-19 ta’ Awwissu 2014, li, fil-qafas tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali topiċi għall-użu mill-bniedem li fihom konċentrazzjoni għolja ta’ estradjol, sa fejn din id-deċiżjoni tobbliga lill-Istati Membri josservaw l-obbligi previsti f’din id-deċiżjoni fir-rigward tal-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0,01 % ta’ estradjol, kemm jekk inklużi fl-Anness I tagħha kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni tar-restrizzjoni li permezz tagħha l-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0,01 % ta’ estradjol, jistgħu jibqgħu jiġu applikati biss b’mod intravaġinali.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel u Remedia d.o.o. huma kkundannati għall-ispejjeż ta’ din l-istanza kif ukoll dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Ottubru 2016 – Lufthansa AirPlus Servicekarten vs EUIPO – Mareea Comtur (airpass.ro)
(Kawża T-14/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea airpass.ro - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea AirPlus International - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Regola 21 tar-Regolament (KE) Nruo2868/95 - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 81(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 454/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH (Neu Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Melgar u H. Kunz, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: SC Mareea Comtur SRL (Deva, ir-Rumanija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO 17 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1918/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lufthansa AirPlus Servicekarten u SC Mareea Comtur.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) tas-17 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1918/2013-5), hija annullata sa fejn hija tirrigwarda r-“reklamar; ġestjoni ta’ negozju; amministrazzjoni kummerċjali; xogħol ta’ uffiċċju”, li jaqgħu taħt il-klassi 10 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat. |
|
2) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-141/15) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Protezzjoni tal-vinji - Infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi”))
(2016/C 454/42)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková, J. Vláčil u L. Březinová, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u P. Ondrůšek, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33), fil-parti tagħha li teskludi l-infiq previst mir-Repubblika Ċeka taħt il-FAEG favur miżura speċifika ta’ protezzjoni tal-vinji għas-snin 2010 sa 2012 u li jwassal għal ammont totali ta’ EUR 2 123 199,04.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 – Monster Energy vs EUIPO – Hot-Can Intellectual Property (HotoGo self-heating can technology)
(Kawża T-407/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HotoGo self-heating can technology - Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea preċedenti li jirrappreżentaw dwiefer - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ konnessjoni bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 454/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u P. Ivanov, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hot-Can Intellectual Property Sdn Bhd (Cheras, Malasja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Mejju 2015 (Każ R 38/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Hot-Can Intellectual Property.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 – Clover Canyon vs EUIPO – Kaipa Sportswear (CLOVER CANYON)
(Kawża T-693/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali CLOVER CANYON - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CANYON - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])
(2016/C 454/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Clover Canyon, Inc. (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Schmitz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kaipa Sportswear GmbH (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Pauli, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 3018/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kaipa Sportswear u Clover Canyon.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Clover Canyon, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA
(Kawża T-543/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Inklużjoni bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
(2016/C 454/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Ecolab Deutschland GmbH (Monheim, il-Ġermanja), Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) u Diversey Europe Operations BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard u P. Sellar, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: C. Buchanan, W. Broere u M. Heikkilä, aġenti assistiti minn P. Oliver, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECHA tas-17 ta’ Ġunju 2015 dwar l-inklużjoni ta’ Oxea GmbH, stabbilita fil-Ġermanja, bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista msemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli. |
|
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent ta’ Oxea GmbH u ta’ BASF SE. |
|
3) |
Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH u Diversey Europe Operations BV huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ħlief għal dawk relatati mat-talbiet ta’ intervent. |
|
4) |
Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH, Diversey Europe Operations BV, l-ECHA, Oxea GmbH u BASF SE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2016 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-564/15) (1)
((Rikors għal annullament - Għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà))
(2016/C 454/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Glazener, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u J. Samnadda, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni allegatament inkluża fl-ittra tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA), tas-17 ta’ Lulju 2015, dwar il-proposta ppreżentata mir-rikorrenti bħala risposta għas-sejħa għal proposti mnedija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, abbażi tal-programm ta’ ħidma pluriennali adottat fl-2014 fil-kuntest tad- Deċiżjoni ta’ implementazzjoni C(2014) 1921 finali tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Marzu 2014, li tistabbilixxi l-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tal-2014 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; (MIE) – Settur tat-trasport għall-perjiodu 2014-2020.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2016 – Orthema Service vs EUIPO (Gehen wie auf Wolken)
(Kawża T-620/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Gehen wie auf Wolken - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2016/C 454/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Orthema Service GmbH (Rotkreuz, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Settembru 2015 (Kawża R 404/2015-4), rigward applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Gehen wie auf Wolken bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Orthema Service GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/27 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA
(Kawża T-669/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Inklużjoni bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
(2016/C 454/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Ecolab Deutschland GmbH (Monheim, il-Ġermanja), Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) u Diversey Europe Operations BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard u P. Sellar, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä u C. Buchanan, aġenti assistiti minn P. Oliver)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECHA tas-16 ta’ Lulju 2015 dwar l-inklużjoni tal-kumpannija BASF SE, stabbilita fil-Ġermanja, bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista msemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli. |
|
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent ta’ Oxea GmbH u ta’ BASF SE. |
|
3) |
Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH u Diversey Europe Operations BV huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ħlief għal dawk relatati mat-talbiet ta’ intervent. |
|
4) |
Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH, Diversey Europe Operations BV, l-ECHA, Oxea GmbH u BASF SE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/28 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2016 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija fid-19 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-147/15, Meyrl vs Il-Parlament
(Kawża T-699/16 P)
(2016/C 454/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: V. Montebello-Demogeot u M. Dean, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Sonja Meyrl (Brussell, il-Belġju)
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
|
— |
konsegwentement, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza; |
|
— |
tiddeċiedi li kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din l-istanza; |
|
— |
tikkundanna lil S. Meyrl għall-ispejjeż relatati mal-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
|
1. |
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żnaturament tal-fatti u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) ikkonkluda, fil-punt 25 tas-sentenza appellata, li l-possibbiltà tal-assenjazzjoni mill-ġdid tal-parti l-oħra fil-proċedura f’impjieg ieħor kienet tippermetti li din tal-aħħar ma titkeċċiex. |
|
2. |
It-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żnaturament tal-fatti u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fil-konklużjoni, li wasal għaliha t-TSP fil-punti 23 u 30 tas-sentenza appellata, li l-problemi ta’ relazzjonijiet personali kienu kawża addizzjonali tat-tkeċċija tal-parti l-oħra fil-proċedura. |
|
3. |
It-tielet aggravju, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta mill-konklużjoni tat-TSP li tipprovdi li, kieku l-parti l-oħra fil-proċedura kellha tinstema’ wkoll fuq il-problemi ta’ relazzjonijiet personali, dan seta’ effettivament ibiddel ir-riżultat tal-proċess deċiżjonali li wassal għad-deċiżjoni kontenzjuża, jiġifieri t-tkeċċija ta’ din tal-aħħar. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/28 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 – Murka vs EUIPO (SCATTER SLOTS)
(Kawża T-704/16)
(2016/C 454/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Murka Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: S. Santos Rodriguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SCATTER SLOTS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 590 889
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 471/2016-1
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/29 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2016 minn WQ (*1) mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/16, WQ (*1) vs Il-Parlament
(Kawża T-705/16 P)
(2016/C 454/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: WQ (*1) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/16, WQ (*1) vs Il-Parlament; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-27 ta’ Marzu 2015 li isem ir-rikorrent ma għandux jiġi inkluż fil-lista ta’ uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ formazzjoni tas-sena ta’ ċertifikazzjoni 2014; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
|
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq fl-eżami tal-motiv invokat mir-rikorrent fl-ewwel istanza, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, billi ddeċieda li r-rikorrent kien f’sitwazzjoni fattwali differenti minn dik ta’ kandidat li kellu diploma tal-istess livell, wara li kien segwa kors ta’ mill-inqas sena. |
|
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi li jirriżulta mill-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li d-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri dik li ma jiġix inkluż isem ir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ formazzjoni tas-sena ta’ ċertifikazzjoni 2014, ma kinitx tmur kontra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fil-qasam tat-tagħlim. |
|
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq meta ċaħad l-eċċezzjoni ta’ illegalità, imqajjma mir-rikorrent fl-ewwel istanza, minħabba li l-kriterju li segwa kors ta’ mill-inqas sena kien iġġustifikat u proporzjonat fid-dawl tan-natura tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni. F’dan il-kuntest, ir-rikorrent iqis li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żnaturament tal-argumenti tiegħu meta ddeċieda li dan tal-aħħar ma kienx ikkontesta l-fatt li t-teħid inkunsiderazzjoni tad-diploma inkwistjoni kien iwassal sabiex tiġi vvalorizzata d-doppju l-esperjenza professjonali tiegħu miksuba fi ħdan l-istituzzjonijiet. |
(*1) Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/30 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2016 minn HB mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-125/15, HB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-706/16 P)
(2016/C 454/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: HB (Schweich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-125/15, HB vs Il-Kummissjoni; permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda, |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni li l-appellant ma jiġix promoss fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lill-appellant is-somma ta’ EUR 15 000 għad-danni morali subiti; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellant jinvoka tliet aggravji, ibbażati fuq diversi żbalji ta’ liġi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq.
L-ewwel nett, l-appellant iqis li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta qies li l-Awtorità tal-Ħatra wettqet eżami komparattiv tal-merti effettiv, jiġifieri fuq bażi oġġettiva u ugwali, meta hija sempliċement ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-merti tal-appellant għas-sena 2013, fin-nuqqas ta’ evalwazzjoni fir-rapport ta’ evalwazzjoni 2013, mingħajr ma fittxet li tuża sorsi ta’ informazzjoni komparabbli.
It-tieni nett, huwa jqis li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ddeċieda li l-assenza ta’ evalwazzjoni fir-rapport ta’ evalwazzjoni 2013 hija imputabbli lill-appellant u li l-fatt li ma kkontestahx fi żmien it-termini tar-Regolamenti tal-Persunal jostakola lill-Awtorità tal-Ħatra milli tevalwa l-merti tiegħu għal dik is-sena.
It-tielet nett, skont l-appellant, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ddeċieda li l-appellant ma stabbilixxiex il-fatti li jwasslu għall-preżunzjoni ta’ eżistenza ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, minkejja li r-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu huwa nieqes minn kull evalwazzjoni sostanzjali, biss minħabba l-assenzi twal tagħha ġġustifikati mil-leave tal-maternità u tal-mard minħabba kumplikazzjonijiet marbuta mat-tqala tagħha.
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/31 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Luxottica Group vs EUIPO – Chen (BeyBeni)
(Kawża T-721/16)
(2016/C 454/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Luxottica Group S.p.A. (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: E. M. Ochoa Santamaría u I. Aparicio Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Xian Chen (Wenzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “BeyBeni” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 511 317
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-08/06/2016 fil-Każ R 675/2015-5
Talbiet
|
— |
tilqa’ t-talba fir-rikors u tiddikjara nulla u bla effett id-deċiżjoni mogħtija mill-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R-675/2015-5, billi tiddikjara r-rifjut tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12511 317 “BeyBeni” skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar l-analiżi tar-rekwiżiti previsti għall-implementazzjoni tiegħu. |
|
— |
ksur tal-Artikoli 63(2) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009, dwar eventwali ksur tad-drittijiet ta’ difiża u tad-dritt għal smigħ fl-istadju tal-appell. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/31 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2016 – Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-732/16)
(2016/C 454/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Valencia Club de Fútbol, SAD (Valencia, Spanja) (rappreżentant: J. R. García-Gallardo Gil-Fournier u A. Guerrero Righetto, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/CP), mogħtija minn Spanja favur Valencia Club de Fútbol, S.A.D. (u klabbs oħra tal-futbol), b’mod partikolari l-miżuri 1 u 4, li jikkonċernaw lil Valencia CF. |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ tlieta mill-erba’ kriterji minħabba li ġie meqjus li garanzija hija għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward qed jiġi ddikjarat li l-Kummissjoni żbaljat meta qieset li l-Valencia FC kienet tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli, billi bbażat ruħha fuq informazzjoni frammentarja u mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-mudell ta’ negozju speċifiku tal-klabbs tal-futbol, billi bbażat ruħha fuq il-valur kontabbli tal-plejers, u mhux fuq il-valur reali tagħhom fis-suq, u billi ma analizzatx pjan ta’ vijabbiltà li dejjem kien ibbażat fuq preżunzjonijiet realistiċi. Fit-tieni lok, il-Kummissjoni żbaljat meta qieset li l-garanzija kienet tkopri iktar minn 80 % tal-faċilità ta’ kreditu u, fit-tielet lok, il-Kummissjoni wettqet żball fl-evalwazzjoni tar-rata ta’ interessi ġenerali fuq il-faċilità ta’ kreditu meta mqabbla mal-prezz tas-suq. |
|
2. |
It-tieni motiv, invokat sussidjarjament, u bbażat fuq l-eżistenza ta’ żbalji manifesti mwettqa mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tat-test tal-kontabbiltà f’erba’ mis-sitt kriterji inklużi fil-linji gwida tagħha għas-salvatagg u r-ristrutturazzjoni: ir-ritorn, fit-tul, għall-vijabbiltà, il-prevenzjoni ta’ distorsjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni billi jiġu previsti miżuri kumpensatorji, il-prinċipju ta’ għajnuna limitata għall-minimu u l-prinċipju ta’ għajnuna unika. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball imwettaq mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-valur kunsiderevoli tal-miżuri kumpensatorji offruti; speċifikament, il-garanzija fuq l-ishma kif ukoll garanziji addizzjonali mogħtija mill-Fundación Valencia lill-Instituto Valenciano de Finanzas. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball fl-evalwazzjoni tal-ammont prinċipali u tal-interessi tal-allegata għajnuna li għandha tiġi rkuprata, peress li l-Kummissjoni għamlet preżunzjoni mhux xierqa fir-rigward tat-tipi ta’ riferimenti kostanti matul id-durata tal-miżuri, kif ukoll dwar it-terminu ta’ dawn tal-aħħar. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-ammonti li tagħhom il-Kummissjoni qed tordna l-irkupru huma sproporzjonati fid-dawl ta’ dawk diġà mħallsa. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni, peress li ma qisitx li s-sellief huwa benefiċjarju, u lanqas ma qieset l-eżistenza ta’ sid ġdid tal-klabb. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni indaqs tas-sitwazzjonijiet differenti tal-klabbs investigati, filwaqt li dawn huma l-frott ta’ ċirkustanzi totalment differenti. |
|
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti. |
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/32 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2016 – Banque Postale vs BĊE
(Kawża T-733/16)
(2016/C 454/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: La Banque Postale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Guillaume u L. Coudray, avukati)
Konvenut: Il-Bank Centrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-24 ta’ Awissu 2016, dwar it-talba ppreżentata minn La Banque Postale sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni li jeskludi skoperturi għas-settur pubbliku mill-kalkolu tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja konformement mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) wettaq, li jirriżulta min-natura prematura tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Awissu 2016 dwar it-talba ppreżentata minn La Banque Postale sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni li jeskludi skoperturi għas-settur pubbliku mill-kalkolu tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-BĊE għall-applikazzjoni tal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1; iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 575/2013”). |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt li l-BĊE wettaq meta adotta d-deċiżjoni kkontestata, relatata b’mod partikolari:
|
|
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/33 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2016 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
(Kawża T-613/15) (1)
(2016/C 454/56)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.